This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0712
Proposal for a COUNCIL REGULATION fixing an adjustment rate to direct payments provided for in Regulation (EC) No 73/2009 in respect of calendar year 2013 and repealing Commission Implementing Regulation (EU) No 964/2013
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 u li jirrevoka r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 u li jirrevoka r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013
/* COM/2013/0712 final - 2013/0339 (NLE) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 u li jirrevoka r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013 /* COM/2013/0712 final - 2013/0339 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea jistabbilixxi r-regola fundamentali li tiggverna l-finanzjament
tal-Unjoni li l-baġit annwali tal-Unjoni jrid iħares il-Qafas
Finanzjarju Pluriennali (QFP). Bl-għan li jiġi assigurat li l-ammonti
għall-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) iħarsu
s-sottolimiti annwali għan-nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti
taħt l-intestatura 2 stabbiliti fir-Regolament li għandu
jiġi adottat mill-Kunsill skont l-Artikolu 312(2) tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sar provvediment għal mekkaniżmu
ta' dixxiplina finanzjarja fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li
jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett
għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi
ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa[1]. Skont dan il-mekkaniżmu,
għandu jiġi determinat aġġustament tal-pagamenti diretti
kull meta l-previżjonijiet għall-pagamenti diretti u n-nefqa marbuta
mas-suq, filwaqt li jqisu kwalunkwe trasferiment finanzjarju bejn il-Fond
Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), jindikaw li s-sottolimitu annwali
taħt l-intestatura 2 stipulata fil-Qafas Finanzjarju se jinqabeż. Waqt it-tfassil tal-Abbozz tal-Baġit
tal-2014, l-ewwel estimi tal-baġit għall-pagamenti diretti u n-nefqa
marbuta mas-suq urew li s-sottolimitu taħt l-intestatura 2
għas-sena finanzjarja 2014, wara t-trasferimenti finanzjarji bejn il-FAEG
u l-FAEŻR, aktarx li jinqabeż. Konsegwentament, il-pagamenti diretti
għandhom jitnaqqsu biex ikunu konformi mal-limitu. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni
preżentat proposta biex tiġi stipulata r-rata ta'
aġġustament għall-pagamenti diretti fir-rigward tas-sena
kalendarja 2013[2],
li kellha tiġi adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill
sat-30 ta' Ġunju 2013 b'konformità mal-Artikolu 11(1)
tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 kif emendat permezz tar-Regolament (UE)
Nru 671/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[3]. Madankollu,
sat-30 ta' Ġunju 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
kienu għadhom ma ddeterminawx din ir-rata. Għaldaqstant,
il-Kummissjoni stabbilixxiet ir-rata fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni
tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013 ([4]),
skont l-Artikolu 18(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005
dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni[5]. L-Artikolu 18(5) tar-Regolament (KE)
Nru 1290/2005 jagħti wkoll il-possibbiltà lill-Kummissjoni li
tipproponi adattament ta’ din ir-rata abbażi ta’ informazzjoni ġdida
fil-pussess tagħha. Il-Kunsill jista’ jadatta r-rata ta’
aġġustament sal-1 ta’ Diċembru 2013.
Il-previżjonijiet aġġornati għan-nefqa relatata mas-suq u
l-ħlasijiet diretti tal-Ittra ta' Emenda tal-Abbozz tal-Baġit
għall-2014 ittra juru l-bżonn għal ammont differenti ta’
dixxiplina finanzjarja. Għalaqstant, għandu jiġi propost li
r-rata ta’ aġġustament tiġi adattata skont dan. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Din il-proposta timplimenta r-regoli provduti
fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 18
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005. Konsultazzjoni minn qabel
mal-partijiet interessati u l-preparazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt ma
kinux meħtieġa. 3. ELEMENTI ĠURIDIĊI
TAL-PROPOSTA Din il-proposta temenda r-rata ta'
aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja stipulata fl-Artikolu 1
tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013
fir-rigward tas-sena kalendarja 2013. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-kalkolu tar-rata ta' aġġustament
li ġiet adattata tad-dixxiplina finanzjarja huwa parti mit-tħejjija
tal-Ittra ta' Emenda tal-Abbozz tal-Baġit għall-2014 sabiex ikun hemm
konformità mal-limitu nett tal-FAEG, jiġifieri s-sottolimitu
għan-nefqa relatata mas-suq u l-pagamenti diretti taħt
l-Intestatura 2 għas-sena finanzjarja 2014 wara t-trasferimenti
finanzjarji bejn l-FAEG u l-FAEŻR. Il-limitu nett tal-FAEG għas-sena
finanzjarja 2014 huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-istess prinċipji
bħal dawk tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)
Nru 964/2013. L-Ittra ta’ Emenda Nru 2 tal-Abbozz tal-Baġit
għall-2014 tinkludi ammont għar-riżerva
għall-kriżijiet fis-settur agrikolu (EUR 424.5 miljun). L-istimi tal-Ittra ta' Emenda
għall-approprjazzjonijiet tal-baġit għal għajnuniet diretti
u nefqa relatata mas-suq juru l-bżonn li jitnaqqsu l-pagamenti diretti li
jistgħu jingħataw lill-bdiewa fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 b’EUR 902.9 miljun,
meta mqabbla mal-EUR 1 471.4 miljun stabbiliti fl-Abbozz
tal-Baġit. Ir-rata ta’ aġġustament li ġiet adattata
meħtieġa għall-konformità ma' dan il-limitu hija 2.453658 %.
Din ġiet ikkalkulata bl-istess metodu bħal dak tar-Regolament ta'
Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013. L-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’
aġġustament se tirriżulta fit-tnaqqis tal-ammonti ta’ pagamenti
diretti għal-linji baġitarji li jkopru n-nefqa marbuta
mal-applikazzjonijiet għall-għajnuna sottomessi mill-bdiewa
fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 (sena finanzjarja 2014). 2013/0339 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-iffissar ta' rata ta'
aġġustament għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE)
Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 u li jirrevoka
r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar
il-finanzjament tal-politika agrikola komuni[6],
u b'mod partikolari l-Artikoli 18(4) u (5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fil-25 ta' Marzu 2013
il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament
għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009
fir-rigward tas-sena kalendarja 2013[7].
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma kinux iddeterminaw dan
l-aġġustament sat-30 ta’ Ġunju, kif previst
fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009[8]. Għaldaqstant, skont
l-Artikolu 18(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni
stabbilixxiet l-aġġustament fir-Regolament ta' Implimentazzjoni
tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013 ([9]).
(2) Il-previżjonijiet
għall-pagamenti diretti u n-nefqa relatata mas-suq tal-Ittra ta' Emenda
tal-Kummissjoni Nru 2 tal-Abbozz tal-Baġit għall-2014 juru
l-bżonn li jiġi adattat l-ammont ta’ dixxiplina finanzjarja li tqies
fl-Abbozz tal-Baġit għall-2014. L-Ittra ta’ Emenda Nru 2 tal-Abbozz
tal-Baġit għall-2014 ġiet stabbilita billi tqies l-ammont ta’
dixxiplina finanzjarja ta’ EUR 902.9 miljun, inkluż l-ammont
għar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu.
Għaldaqstant, ir-rata ta’ aġġustament għall-pagamenti
diretti stipulati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 964/2013
għandha tiġi adattata, b'konformità mal-Artikolu 18(5)
tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. (3) Bħala regola
ġenerali, bdiewa li jissottomettu applikazzjoni għall-għajnuna
għal pagamenti diretti għal sena kalendarja waħda (N) jitħallsu
f'perjodu fiss ta' pagament li jaqa' taħt is-sena finanzjarja (N+1).
Madanakollu, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jagħmlu
pagamenti tardivi, sa ċertu limitu, lill-bdiewa lil hinn minn dan
il-perjodu ta’ pagament mingħajr ebda limiti ta’ żmien. Tali
pagamenti tardivi jistgħu jaqgħu f’sena finanzjarja sussegwenti. Meta
d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata f'sena kalendarja partikolari,
ir-rata ta' aġġustament ma għandhiex tiġi applikata
għal pagamenti li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna
jkunu ġew sottomessi fis-snin kalendarji għajr dik li għaliha
tapplika d-dixxiplina finanzjarja. Għaldaqstant, biex jiġi
żgurat it-trattament ugwali tal-bdiewa, huwa xieraq li jiġi stipulat
li r-rata ta' aġġustament għandha tapplika biss għall-pagamenti
li għalihom l-applikazzjonijiet għall-għajnuna jkunu ġew
sottomessi fis-sena kalendarja li għaliha d-dixxiplina finanzjarja hi
applikata, irrespettivament minn meta l-pagament isir lill-bdiewa. (4) Fil-ftehim politiku dwar
ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni
tas-26 ta’ Ġunju 2013, ġie deċiż li
d-dixxiplina finanzjarja se tapplika għall-pagamenti diretti li jkunu
aktar minn EUR 2 000. Barra minn hekk, kien hemm ukoll ftehim li
r-rimborż ta’ approprjazzjonijiet mhux użati (jekk ikun hemm) fi
tmiem is-sena finanzjarja jitħallas lill-bdiewa fis-sena ta' wara dejjem
skont id-dixxiplina finanzjarja. Sabiex tkun żgurata l-konsistenza, huwa
xieraq li jiġi ffissat l-istess limitu matul is-snin. Id-dixxiplina
finanzjarja għandha tiġi applikata b’mod simili għas-sena
kalendarja 2013 biex tkun konsistenti ma’ dak li ġie miftiehem li
jiġi applikat fil-futur; għaldaqstant, huwa xieraq li l-applikazzjoni
tar-rata ta' aġġustament tiġi prevista biss għal ammonti
aktar minn EUR 2 000. (5) L-Artikolu 11(3) tar-Regolament
(KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi li fil-qafas tal-applikazzjoni tal-iskeda
taż-żidiet provduta fl-Artikolu 121 ta' dak ir-Regolament
għall-pagamenti diretti kollha li ngħataw fl-Istati Membri
l-ġodda fis-sens tal-Artikolu 2(g) ta’ dak ir-Regolament, id-dixxiplina
finanzjarja ma għandhiex tapplika għall-Istati Membri l-ġodda
qabel il-bidu tas-sena kalendarja li fir-rigward tagħha l-livell
tal-pagamenti diretti li japplika fl-Istati Membri l-ġodda jkun talanqas
ugwali għal dak li kien il-livell applikabbli għal tali pagamenti
fl-Istati Membri l-oħra. Peress li l-pagamenti diretti għadhom
soġġetti għall-applikazzjoni tal-iskeda ta’ żidiet fis-sena
kalendarja 2013 fil-Bulgarija u fir-Rumanija, ir-rata ta’ aġġustament
li għandha tiġi determinata permezz tar-Regolament preżenti ma
għandhiex tapplika għall-pagamenti għall-bdiewa f’dawn l-Istati
Membri. (6) Ir-Regolament (KE) Nru
73/2009 ġie adattat permezz tal-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja. Peress
li l-Kroazja hija soġġetta għall-applikazzjoni tal-iskeda ta’
żidiet previsti fl-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009
fis-sena kalendarja 2013, ir-rata ta’ aġġustament li għandha
tiġi determinata permezz tar-Regolament preżenti ma għandhiex
tapplika għall-pagamenti lill-bdiewa fil-Kroazja. (7) Sabiex jiġi żgurat li
r-rata li ġiet adattata tkun applikabbli mid-data prevista fir-Regolament
(KE) Nru 73/2009 rigward meta se jibdew il-ħlasijiet lill-bidwi, dan
ir-Regolament għandu japplika
mill-1 ta’ Diċembru 2013. (8) Ir-rata l-ġdida ta'
aġġustament għandha titqies għall-kalkolu tal-ħlas
kollu li għandu jingħata lil bidwi għal applikazzjoni
għall-għajnuna li tressqet fir-rigward tas-sena kalendarja 2013.
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni
(UE) Nru 964/2013 għandu għaldaqstant jiġi rrevokat. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-ammonti tal-pagamenti
diretti fis-sens tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li
għandhom jingħataw lil bidwi li jkunu aktar minn EUR 2 000
għal applikazzjoni ta' għajnuna mressqa fir-rigward tas-sena
kalendarja 2013 għandhom jitnaqqsu b'2.453658%. 2. It-tnaqqis stipulat
fil-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-Bulgarija, ir-Rumanija u
l-Kroazja. Artikolu 2 Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE)
Nru 964/2013[10] huwa rrevokat. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fis-[seba'] jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika
mill-1 ta’ Diċembru 2013. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA || FS/13/ 6.15.2013.1 || DATA: 26.09.2013 1. || INTESTATURA BAĠITARJA: Ara l-previżjoni baġitarja wara l-aġġustament (modulazzjoni preċedenti) u d-dixxiplina finanzjarja skont kull partita t'hawn taħt: 05 03 01 01 (SPU) 05 03 01 02 (SPUE) 05 03 01 03 (Pagament separat għaz-zokkor) 05 03 01 04 (Pagament separat F & V) 05 03 01 05 (Sostenn speċifiku Art 68 – pagament diżakkoppjat) 05 03 01 06 (Pagament separat għall-frott artab) 05 03 02 06 (Primjum għall-baqar li jreddgħu) 05 03 02 07 (Primjum addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu) 05 03 02 13 (Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż) 05 03 02 14 (Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż) 05 03 02 28 (Għajnuna għad-dud tal-ħarir) 05 03 02 39 (Ammont addizzjonali għall-pitrava taz-zokkor u l-kannamieli pr.) 05 03 02 40 (Għajnuna taż-żona għall-qoton) 05 03 02 44 (Appoġġ speċifiku, Art 68 – pagament akkoppjat) 05 03 02 50 (POSEI – Programmi Komunitarji ta’ sostenn) 05 03 02 52 (POSEI – il-Gżejjer tal-Eġew) 05 03 10 Riżerva għall-kriżijiet agrikoli || APPROPRIJAZZJONIJIET: f'miljuni ta' EUR 30 083 7 382 277 12 487 11 902 49 23 7 0.5 21 239 1089 407 18 424.5 2. || TITLU: Abbozz tar-REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013 dwar l-iffissar ta' rata ta' aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 3. || BAŻI LEGALI: L-Artikoli 18(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni 4. || GĦANIJIET: Dan l-abbozz tar-Regolament jadatta r-rata ta' aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja li għandha tiġi applikata għall-ħlasijiet diretti li għandhom jingħataw lill-bdiewa għal applikazzjonijiet għall-gaħjnuna fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 fuq il-bażi tal-informazzjoni l-ġdida disponibbli. 5. || IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI || PERJODU TA’ 12-IL XAHAR miljun EUR || SENA FINANZJARJA ATTWALI 2013 miljun EUR || SENA FINANZJARJA SEGWENTI 2014 miljun EUR 5.0 || NEFQA - IMPOSTAT LILL-BAĠIT TAL-UE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENZJONIJIET) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRA || -902.9 + 424.5 || m.a. || -902.9 + 424.5 5.1 || DĦUL - RIŻORSI PROPRJI TAL-UE (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) - NAZZJONALI || || || || || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 5.0.1 || NEFQA STMATA || || || || 5.1.1 || DĦUL STMAT || || || || 5.2 || METODU TA’ KALKOLU: Ara l-Kummenti 6.0 || DAN IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MINN APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RELEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? || m.a. 6.1 || DAN IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENTI BEJN KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? || m.a. 6.2 || SE JKUN MEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? || LE 6.3 || SE JKUN HEMM BŻONN LI L-APPROPRJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU F’BAĠITS FUTURI? || LE OSSERVAZZJONIJIET: Il-kalkolu tar-rata tad-dixxiplina finanzjarja li ġiet adattata hija parti mit-tħejjija ta’ Ittra ta' Emenda tal-Abbozz tal-Baġit għall-2014 sabiex ikun hemm konformità mal-limitu nett tal-FAEG, jiġifieri s-sottolimitu għan-nefqa relatata mas-suq u għall-pagamenti diretti taħt l-Intestatura 2 għas-sena finanzjarja 2014, wara t-trasferimenti finanzjarji bejn l-FAEG u l-FAEŻR. Il-limitu nett għall-FAEG għas-sena finanzjarja 2014 huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-istess prinċipji bħal dawk tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013. L-estimi tal-Ittra ta' Emenda għall-approprjazzjonijiet tal-baġit għal għajnuniet diretti u għan-nefqa relatata mas-suq juru l-bżonn li jitnaqqsu l-pagamenti diretti li jistgħu jingħataw lill-bdiewa fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 b’EUR 902.9 miljun, meta mqabbla mal-EUR 1 471.4 miljun stabbiliti fl-Abbozz tal-Baġit. Dan jinkludi ammont ta’ riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu (EUR 424.5 miljun). Ir-rata ta’ aġġustament li ġiet adattata meħtieġa għall-konformità ma' dan il-limitu hija 2.453658 %. Din ġiet ikkalkulata bl-istess metodu bħal dak tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 964/2013, jiġifieri ġie kkunsidrat li din tapplika biss għal ammonti li jkunu aktar minn EUR 2 000 u mhux fil-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja minħabba li għaddejjin mill-proċess ta’ introduzzjoni progressiva fis-sena kalendarja 2013. L-ammonti stmati ta’ dixxiplina finanzjarja għal kull partita tal-baġit huma dawn li ġejjin (f’miljuni ta' EUR): 05 03 01 01 (SPU) || 717.1 05 03 01 02 (SPUE) || 103.2 05 03 01 03 (Pagament separat għaz-zokkor) || 5.8 05 03 01 04 (Pagament separat F & V) || 0.2 05 03 01 05 (Sostenn speċifiku Art 68 – pagament diżakkoppjat) || 11.5 05 03 01 06 (Pagament separat għall-frott artab) || 0.2 05 03 02 06 (Primjum għall-baqar li jreddgħu) || 22.2 05 03 02 07 (Primjum addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu) || 1.3 05 03 02 13 (Primjum għan-nagħaġ u l-mogħoż) || 0.3 05 03 02 14 (Primjum supplimentari għan-nagħaġ u l-mogħoż) || 0.1 05 03 02 28 (Għajnuna għad-dud tal-ħarir) || 0.0 05 03 02 39 (Ammont addizzjonali għall-pitrava taz-zokkor u l-kannamieli pr.) || 0.6 05 03 02 40 (Għajnuna taż-żona għall-qoton) || 6.2 05 03 02 44 (Appoġġ speċifiku, Art 68 – pagament akkoppjat) || 25.2 05 03 02 50 (POSEI – Programmi Komunitarji ta’ sostenn) || 8.7 05 03 02 52 (POSEI – il-Gżejjer tal-Eġew) || 0.3 || Ir-regolament
għandu implikazzjonijiet baġitarji fis-sens li l-estimi
tal-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-pagamenti diretti (qabel
tiġi kkunsidrata d-dixxiplina finanzjarja) tnaqqsu bl-ammonti murija
hawn fuq wara l-applikazzjoni tar-rata ta’ aġġustament li ġiet
adattata tal-proposta preżenti. B'riżultat ta' dan,
l-approprjazzjonijiet mitluba għall-Kapitolu 05 03 (Għajnuniet
diretti), kif mogħtija fil-punt 1 ta' din id-dikjarazzjoni
finanzjarja għall-partiti tal-baġit soġġetti
għad-dixxiplina finanzjarja, jiżguraw il-konformità mal-limitu nett
tal-FAEG għas-sena finanzjarja 2014 u l-istabbiliment tal-ammont
għar-riżerva għall-kriżijiet. [1] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16. [2] COM(2013) 159 finali. [3] ĠU L 204, 31.07.2012, p. 11. [4] Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)
Nru 964/2013 dwar l-iffissar ta’ rata ta' aġġustament
għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009
fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 (ĠU L 268, 10.10.2013,
p. 5). [5] ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. [6] ĠU L 209, 11.8.2005,
p. 1. [7] COM(2013) 159 finali. [8] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009
tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal
skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika
agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ
għal bdiewa (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16). [9] Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)
Nru 964/2013 dwar l-iffissar ta’ rata ta' aġġustament
għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009
fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 (ĠU L 268, 10.10.2013,
p. 5). [10] Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)
Nru 964/2013 dwar l-iffissar ta’ rata ta' aġġustament
għall-pagamenti diretti previsti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009
fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 (ĠU L 268, 10.10.2013, p. 5).