This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0675
Proposal for a COUNCIL DECISION on the signing, on behalf of the European Union, of a revised Memorandum of Understanding with the United States of America Regarding the Importation of Beef from Animals Not Treated with Certain Growth-Promoting Hormones and Increased Duties Applied by the United States to Certain Products of the European Union
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea
/* COM/2013/0675 final - 2013/0323 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea /* COM/2013/0675 final - 2013/0323 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Fit-13 ta' Mejju 2009
"Memorandum ta' Qbil bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kummissjoni
Ewropea Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li
Ma Jkunux Ġew Ittrattati b'Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu
t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal
Ċerti Prodotti tal-Komunitajiet Ewropej" (il-MtQ) ġie ffirmat
f'Ġinevra. Il-MtQ ġie approvat mill-Kunsill permezz ta’ ittra tat-12 ta’ Mejju 2009
bħala ftehim internazzjonali tal-KE. Il-MtQ jistipula l-passi differenti rigward
l-importazzjoni taċ-ċanga li ma tkunx ġiet ittrattata b’ormoni
li jinkoraġġixxu t-tkabbir fl-UE, kif ukoll l-impożizzjoni ta’
sanzjonijiet kummerċjali mill-Istati Uniti kontra prodotti tal-UE
bħala parti mit-tilwima tad-WTO fuq KE — Miżuri li
Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-laħam (Ormoni). Dawn
il-passi huma miġbura fi tliet fażijiet. Fl-Ewwel Fażi, minn Awwissu tal-2009 sa
Awwissu tal-2012, l-UE fetħet kwota tariffarja awtonoma erga omnes
għal 20,000 tunnellata ta’ “Ċanga ta’ Kwalità Għolja”,[1] u l-Istati Uniti naqqset
il-livell ta’ sanzjonijiet applikati għall-prodotti tal-UE. Fit-Tieni Fażi,
mill-1 ta’ Awwissu 2012 sal-1 ta’ Awwissu 2013,
l-UE fetħet kwota akbar għal 45,000 tunnellata ta’ Ċanga
ta’ Kwalità Għolja,[2]
u l-Istati Uniti ssospendiet is-sanzjonijiet kummerċjali kollha fuq
il-prodotti tal-UE li jirriżultaw mit-tilwima tal-Ormoni. Il-MtQ jipprevedi li, jekk il-Partijiet ma
jilħqux ftehim li jidħlu fit-Tielet Fażi sal-iskadenza tat-Tieni
Fażi, il-MtQ għandu jitqies li jkun mitmum; madankollu, l-obbligi
ewlenin tiegħu tal-ftuħ ta' kwota għal ċanga ta’ kwalità
għolja u s-sospensjoni tas-sanzjonijiet kummerċjali kollha
jibqgħu fis-seħħ għal sitt xhur oħra. Bħalissa ma hemmx ftehim ta' dħul
fit-Tielet Fażi, iżda t-terminazzjoni tal-MtQ mhuwiex fl-interess
tal-UE jew fl-Istati Uniti. Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jestendu
t-Tieni Fażi sa Awwissu 2015, filwaqt li jissokktaw
id-diskussjonijiet fuq it-Tielet Fażi. L-emenda tal-MtQ tista’ wkoll tiċċara
l-elementi tat-Tielet Fażi, jekk il-Partijiet jaqblu li jidħlu fiha
fi tmiem it-Tieni Fażi estiża. Ir-regoli tal-MtQ dwar
il-ġestjoni tal-liċenzji jistgħu jiġu emendati wkoll biex
jirriflettu s-sistema ta’ “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel”, introdotta
fl-2012[3].
2. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-proposta tikkonsisti minn proposta
tal-Kummissjoni għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza
l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Memorandum ta’ Qbil rivedut. Qed
tiġi ppreżentata wkoll proposta relatata għall-konklużjoni
tal-Memorandum.[4]
3. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Xejn. 2013/0323 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’
Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward
l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux
Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u
Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti
Prodotti tal-Unjoni Ewropea IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien
mal-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) It-Tieni Fażi
tal-Memorandum ta’ Qbil bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kummissjoni Ewropea
Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma
Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu
t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal
Ċerti Prodotti tal-Kommunitajiet Ewropej, approvata mill-Kunsill bħala
ftehim internazzjonali tal-UE ntemmet fl-1 ta' Awwissu 2013. (2) Huwa fl-interess tal-UE li
testendi t-Tieni Fażi filwaqt li tissokkta li ttemm it-tilwima tad-WTO KE
— Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam
(Ormoni). (3) Għal dan il-għan il-Kummissjoni
nnegozjat abbozz ta’ emendi għall-MtQ. (4) Għaldaqstant, il-Ftehim
għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni Ewropea, soġġett
għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’
Memorandum ta’ Qbil Rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward
l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux
Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u
Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti
Prodotti tal-Unjoni Ewropea qed jiġi approvat soġġett
għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi. It-test tal-Ftehim li għandu jiġi
ffirmat huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
jistabbilixxi l-istrument ta' setgħat sħaħ għall-iffirmar
tal-Ftehim, soġġett għall-konklużjoni tiegħu,
għall-persuna (jew il-persuni) indikata/indikati min-negozjatur
tal-Ftehim. Artikolu 3 Din
id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada
tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Memorandum ta’ Qbil Rivedut mal-Istati
Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn
Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni li
Jinkoraġġixxu t-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati
mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea Artikolu I
Skop u Objettivi Permezz ta'
dan il-qbil, l-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea biħsiebhom jilħqu
l-objettivi li ġejjin: 1. Li jipprovdu, fl-Ewwel
Fażi (“Fażi 1”), temporanjament u parzjalment għall-: (a)
Espansjoni mill-UE għall-aċċess
għas-suq għal Ċanga ta’ Kwalità Għolja u (b)
Tnaqqis fil-livell ta’ dazji ogħla applikati
mill-Istati Uniti għal ċerti prodotti tal-UE awtorizzati minn mid-WTO
fl-1999 (id-“dazji ogħla”) sabiex il-Partijiet jiksbu esperjenza
f’kummerċ addizzjonali fiċ-Ċanga ta’ Kwalità Għolja u
jiffaċilitaw tranżizzjoni lejn kundizzjonijiet fit-tul; 2. Biex joħolqu
l-opportunità għall-pass lejn it-Tieni Fażi (“Fażi 2”),
għall-: (a)
Espansjoni ulterjuri mill-UE għall-aċċess
għas-suq għal Ċanga ta’ Kwalità Għolja u (b)
Tnaqqis tad-dazji ogħla għal żero sabiex il-Partijiet jiksbu esperjenza
f’kummerċ addizzjonali fiċ-Ċanga ta’ Kwalità Għolja u
jiffaċilitaw tranżizzjoni lejn kundizzjonijiet fit-tul; kif ukoll 3. Biex joħolqu
l-opportunità ulterjuri għad-dħul fit-Tielet Fażi (“Fażi
3”) fir-rigward tat-tilwima tad-WTO bejn il-Partijiet, KE — Miżuri li
Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni). Arikolu II
Obbligi Ewlenin 1. Fil-bidu tal-Ewwel Fażi,
l-UE se twaqqaf kwota tar-rata tariffarja awtonoma għal Ċanga ta’
Kwalità Għolja ta’ kwantità annwali ta’ 20,000 Tunnellata Metrika ta'
piż tal-prodott, u li għaliha r-rata tariffarja fi ħdan il-kwota
hija żero (0) fil-mija. 2. L-UE se tiftaħ kwota ta’
rata tariffarja awtonoma msemmija fil-paragrafu 1
sat-3 ta’ Awwissu 2009. 3. Fir-rigward tad-dazji
ogħla, l-Istati Uniti mhux se żżid mal-ambitu, tibdel
l-oriġini ta’ prodotti soġġetti għal żieda fid-dazji
jew iżżid il-livell ta’ dawn id-dazji kif kien fis-seħħ
mit-23 ta’ Marzu 2009. 4. Ladarba l-Istati Uniti u l-UE
jidħlu fit-Tieni Fażi, kif deskritt fl-Artikolu I.2, u nnegozjat
skont l-Artikolu IV.2: (a)
L-UE se żżid il-kwantità tal-kwota ta’
rata tariffarja awtonoma msemmija fil-paragrafu 1 għal
45,000 Tunnellati Metriċi ta' piż tal-prodott u (b)
L-Istati Uniti se tissospendi d-dazji ogħla
kollha imposti marbuta mal-proċedimenti għall-arranġamenti
tat-tilwima tad-WTO f’KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u
Prodotti tal-Laħam (Ormoni). 5. Ladarba l-Istati Uniti u l-UE
jidħlu fit-Tielet Fażi, kif deskritt fl-Artikolu I.3, u
nnegozjat skont l-Artikolu IV.3: (a)
L-UE se żżid il-kwantità tal-kwota ta’
rata tariffarja awtonoma msemmija fil-paragrafu 1, fil-livell
speċifikat fil-paragrafu 4(a) u (b)
L-Istati Uniti se twaqqaf id-dazji ogħla
imposti marbuta mal-proċedimenti għar-riżoluzzjoni tat-tilwima
tad-WTO f’KE — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti
tal-Laħam (Ormoni). Artikolu III
Ġestjoni tal-Kwota 1. Il-Partijiet jaqblu li
l-kwota tar-rata tariffarja msemmija fl-Artikolu II se tiġi
amministrata mill-Kummissjoni fuq il-bażi li min ikun l-ewwel, jinqeda
l-ewwel. 2. Il-Kummissjoni se timplimenta
u tamministra l-kwota tar-rata tariffarja stipulata f’dan il-Qbil skont
l-Artikolu XIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ
(GATT) 1994, inklużi n-noti interpretattivi tiegħu. Il-Kummissjoni se
tagħmel kull sforz biex tamministra l-kwota tar-rata tariffarja msemmija
fl-Artikolu II b’mod li jippermetti lill-importaturi li jutilizzawha b’mod
sħiħ. Artikolu IV
Monitoraġġ u Konsultazzjoni 1.
1. L-Istati Uniti u l-UE se: (a)
Jimmonitorjaw u jirrivedu l-operazzjoni ta’ dan
il-Qbil u, (b)
Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, imexxu
konsultazzjonijiet bilaterali addizzjonali rigward it-tħaddim ta’ dan
il-Qbil, inklużi kwistjonijiet ta’ ġestjoni tal-kwota, sa mhux iktar
tard minn tletin (30) jum mill-wasla tat-talba bil-miktub
għall-konsultazzjonijiet. 2. Mhux aktar tard minn
tmintax-il (18) xahar mid-data speċifikata fl-Artikolu II.2, l-Istati
Uniti u l-UE se jiltaqgħu sabiex jirrevedu t-tħaddim tal-Ewwel
Fażi bil-għan li jidħlu fit-Tieni Fażi. 3. Ladarba l-Istati Uniti u l-UE
jidħlu fit-Tieni Fażi, mhux aktar tard minn sitt (6) xhur mid-data li
fiha l-UE timplimenta l-obbligu stabbilit fl-Artikolu II.4(a), se jiltaqgħu
sabiex jirrevedu t-tħaddim tat-Tieni Fażi bil-għan li
jidħlu fit-Tielet Fażi. Din ir-reviżjoni għandha b’mod
partikolari tkopri, inter alia, il-kwistjonijiet li ġejjin: (a)
Id-durata tat-Tielet Fażi, (b)
L-istatus u l-effetti tal-Qbil fir-rigward tal-Qbil
fuq ir-Regoli u l-Proċeduri li Jirregolaw ir-Riżoluzzjoni ta’ Tilwim
(DSU), (c)
Il-konsegwenzi ta' nuqqas ta’ konformità
mat-termini tal-Qbil minn kwalunkwe Parti, u (d)
L-istatus u d-dispożizzjoni ta’ kwalunkwe
proċediment għar-riżoluzzjoni tat-tilwima f’KE — Miżuri
li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni). 4. Wara li kkonkludiet
ir-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 3, jekk il-Partijiet jaqblu dwar
il-kundizzjonijiet għad-dħul fit-Tielet Fażi, il-Partijiet
jistgħu, billi japplikaw il-proċedura stipulata fl-Artikolu V.5,
jemendaw il-Qbil sabiex jirriflettu l-konklużjonijiet miftiehma ta’ dik
ir-reviżjoni. Emenda bħal din mhix se tibdel l-obbligi ewlenin kif
imsemmi fl-Artikolu II.5. 5. Bħala parti minn din
ir-reviżjoni, il-Partijiet qablu li jimmodifikaw dan il-Qbil f'[data tal-firma]. Artikolu V
Durata, Irtirar u Emendar 1. L-Ewwel Fażi se ddum
tliet (3) snin mid-data speċifikata fl-Artikolu II.2. 2. It-Tieni
Fażi se ddum tliet (3) snin mid-data tad-dħul tal-Partijiet fit-Tieni
Fażi. 3. It-Tielet Fażi għandha
tibda fuq notifika lill-Korp għar-Riżoluzzjoni fuq Tilwim tad-WTO
f’dan ir-rigward. 4. Jew l-Istati Uniti jew l-UE
jistgħu jirtiraw minn dan il-Qbil billi javżaw bil-miktub lill-Parti
l-oħra. F’każ li waħda mill-Partijiet tipprovdi tali avviż
bil-miktub, dan il-qbil għandu jiskadi sitt (6) xhur mid-data tal-wasla li
t-tali avviż ġie pprovdut. F’każ li ż-żewġ
Partijiet jipprovdu tali avviż bil-miktub, dan il-Ftehim għandu
jiskadi sitt (6) xhur mill-aktar data riċenti minn meta t-tali avviż
ġie pprovdut. Matul dawn is-sitt (6) xhur, l-obbligi ewlenin, kif definit
fl-Artikolu II, applikabbli fiż-żmien tal-għoti
tal-avviż tal-irtirar, se jinżammu miż-żewġ Partijiet.
5. L-Istati Uniti u l-UE
jistgħu jemendaw dan il-Qbil bi ftehim reċiproku bil-miktub. Artikolu VI
Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan il-Qbil, “Ċanga
ta’ Kwalità Għolja” tfisser: "Il-qatgħat
taċ-ċanga li jinkisbu minn karkassi ta’ erieħ u
għoġġiela b’età ta’ inqas minn 30 xahar li, tal-anqas matul
l-aħħar 100 jum qabel il-qatla, ikunu ngħalfu b’dieta li
tinkludi mhux inqas minn 62 % ta’ konċentrati u/jew koprodotti
tal-għalf tal-qamħ, abbażi ta’ materja niexfa, li jilħqu
jew jisbqu kontenut tal-enerġija metabolizzabbli (ME) ta’ ’l fuq minn 12.26
megajoules (MJ) kull kilogramm ta’ materja niexfa. L-erieħ u
l-għoġġiela li jingħalfu din id-dieta jingħalfu,
bħala medja, mhux inqas minn 1.4 % ta' piż ħaj
tal-ġisem kuljum abbażi ta’ materja niexfa. Il-karkassi li minnhom ġejjin
il-qatgħat taċ-ċanga jiġu evalwati minn evalwatur impjegat
mill-gvern nazzjonali, li jibbaża l-evalwazzjoni, u l-klassifikazzjoni
tal-karkassi li tirriżulta minnha fuq metodu approvat mill-gvern
nazzjonali. Il-metodu ta’ evalwazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-gvern
nazzjonali iridu jevalwaw il-kwalità mistennija tal-karkassa bl-użu ta’
kombinazzjoni ta’ karatteristiċi rigward il-maturità tal-karkassa u
rigward kemm il-qatgħat taċ-ċanga jkunu xierqa għall-palat.
Metodu bħal dan ta’ evalwazzjoni tal-karkassa għandu jinkludi, iżda
ma għandux ikun limitat għal, evalwazzjoni tal-karatteristiċi
ta’ maturità tal-lewn u tal-konsistenza tal-muskolu longissimus dorsi,
tal-għadam u tal-qarquċa, kif ukoll evalwazzjoni ta’ kemm
il-laħam mistenni li jkun xieraq għall-palat, b’kombinazzjoni
tal-ispeċifikazzjonijiet definiti tax-xaħam ta’ bejn il-muskoli u
tas-sodizza tal-muskolu longissimus dorsi. Il-qatgħat jiġu
ttikkettjati skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. L-indikazzjoni 'Ċanga ta' Kwalità
Għolja' tista’ tiżdied mal-informazzjoni fuq it-tikketta. Artikolu VII
Riżervazzjoni ta' Drittijiet 1. L-ebda Parti mhu se titlob
it-twaqqif ta’ panel skont l-Artikolu 21.5 tad-DSU f’KE – Miżuri
li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni) matul
it-Tieni Fażi jew it-Tielet Fażi ta’ dan il-Qbil. 2. La dan il-Qbil u lanqas
it-teħid ta’ kwalunkwe passi mill-Partijiet maħsuba b’dan il-Qbil ma
jippreġudikaw in-nuqqas ta’ ftehim bejn il-Partijiet rigward jekk
ir-rakkomandazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tad-DSB f’KE —
Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni)
ġewx implimentati. 3. Minbarra kif
speċifikament imsemmija hawnhekk, dan il-Qbil huwa mingħajr
preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Uniti u tal-UE
skont il-Ftehimiet tad-WTO. Artikolu VIII
Relazzjoni ma' Drittijiet tad-WTO 1. Il-Partijiet jipprevedu li
t-Tielet Fażi ikun jinvolvi t-terminazzjoni tal-awtorizzazzjoni skont
l-Artikolu 22.7 tad-DSU, magħmula mid-DSU fil-laqgħa tiegħu
tas-26 ta’ Lulju 1999, u l-ebda azzjoni oħra m'għandha
tittieħed skont id-DSU fir-rigward tad-DS26. 2. Dan il-Qbil u l-pass skont
id-DSU msemmi fil-paragrafu 1 huma mingħajr preġudizzju
għal xi drittijiet ta’ xi Parti biex tibda tilwima ġdida skont
id-DSU. [1] Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009
tat-13 ta’ Lulju 2009 jiftaħ kwota tariffarja awtonoma
għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità
għolja, ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1. [2] Ir-Regolament (UE) Nru 464/2012 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012, ĠU L 149,
8.6.2012, p. 1. [3] Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)
Nru 481/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 jistipula regoli
għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità
għolja, ĠU L 148, 8.6.2012, p. 9. [4] [referenza]