This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0467
Proposal for a COUNCIL DECISION on the position to be adopted, on behalf of the European Union, in the EU-EFTA Joint Committee concerning the adoption of a Decision amending the Convention of 20 May 1987 on a common transit procedure (adaptations resulting from the accession of Croatia to the Union)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (adattamenti li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (adattamenti li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni)
/* COM/2013/0467 final - 2013/0219 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu (adattamenti li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni) /* COM/2013/0467 final - 2013/0219 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Raġunijiet għall-proposta u
l-għanijiet tagħha Il-Konvenzjoni
tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’
tranżitu ('Konvenzjoni') tistabbilixxi l-miżuri li jiffaċilitaw
il-moviment tal-oġġetti bejn l-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika
tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera,
ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tat-Turkija. L-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea,
fl-1 ta' Lulju 2013, jinvolvi adattamenti tekniċi neċessarji
għal Appendiċi III tal-Konvenzjoni, li jirriflettu il-pożizzjoni
l-ġdida tagħha bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Il-kuntest ġenerali Din il-proposta għandha l-għan li
torganizza mill-ġdid ir-referenzi lingwistiċi għall-Kroazja
fl-Annessi rilevanti ta' Appendiċi III tal-Konvenzjoni b'mod partikolari
billi tneħħihom mill-pajjiżi li jgħamlu parti mill-Unjoni
Ewropea. Aktar minn hekk, sabiex jippermetti l-użu
ta' formoli ta’ garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel
id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea, għandu jiġi
stabbilit perjodu tranżitorju li matulu formoli stampati, b'adattamenti
ġeografiċi korrispondenti jistgħu jkomplu jiġu użati. Dispożizzjonijiet eżistenti
fil-qasam tal-proposta Ma teżisti l-ebda dispożizzjoni
fil-qasam tal-proposta. Il-konsistenza ma’ politiki u
għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Konsultazzjoni tal-partijiet interessati Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi
ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu Konsultazzjoni b’approvazzjoni tal-grupp ta’
ħidma tal-UE-EFTA ta’ “Tranżitu komuni” li jirrappreżenta
lill-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni. Sommarju tat-tweġibiet u ta’ kif
tqiesu Opinjoni favorevoli. Ġbir u użu ta' għarfien
espert Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien
espert estern. Valutazzjoni tal-impatt Ma kienx hemm bżonn ta' assessjar ta'
impatt minħabba li r-regoli fundamentali tal-Konvenzjoni jkomplu
japplikaw. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Il-verżjonijiet lingwistiċi
bil-Kroat tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni għandhom
jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni xieraq. Il-formoli ta' garanzija
għandhom jiġu adattati billi l-Kroazja titpoġġa fl-ordni rispettiv
fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet
tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu għandhom
ikunu suġġett għall-tibdiljiet meħtieġa. Dan l-abbozz ta’ deċiżjoni ġie
kkomunikat lill-Grupp ta' Ħidma tal-UE-EFTA dwar tranżitu komuni. Il-Kunsill huwa mistieden biex jistabbilixxi
l-pożizzjoni tal-UE rigward id-deċiżjoni annessa biex jiġu
adottati mill-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA dwar Tranżitu Komuni. Bażi legali L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni tal-20
ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu. Il-prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza
esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-prinċipju
tas-sussidjarjetà ma japplikax. Il-prinċipju ta' proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet li ġejjin: Mhux applikabbli. Għażla tal-istrumenti L-istrument propost: Deċiżjoni
tal-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA. Mezzi oħra ma jkunux adegwati
għar-raġuni li ġejja: Ma jeżistix strument adegwat ieħor. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda
implikazzjoni fuq il-baġit tal-UE. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI Simplifikazzjoni Il-proposta tipprovdi simplifikazzjoni
tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (UE
jew nazzjonali) u għall-partijiet privati. 2013/0219 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha
tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Kumitat Konġunt
tal-UE-EFTA dwar l-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Konvenzjoni
tal-20 ta’ Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu
(adattamenti li jirriżultaw mill-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 207(4),
flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: (1) L-Artikolu 1
tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta’ tranżitu[1] (minn issa ‘l quddiem
"il-Konvenzjoni") jistipula li din il-Konvenzjoni tistabbilixxi
miżuri għall-ġarr ta' merkanzija fi tranżitu bejn
il-Komunità u l-pajjiżi tal-EFTA, kif ukoll bejn il-pajjiżi tal-EFTA
stess, billi tiġi introdotta proċedura ta’ tranżitu komuni ikun
x’ikun it-tip u l-oriġini tal-merkanzija. (2) L-Artikolu 15 ta’ din
il-Konvenzjoni jagħti s-setgħa lill-Kumitat Konġunt imwaqqaf
minn dik il-Konvenzjoni li jirrakkomanda u jadotta, permezz ta'
deċiżjonijiet, emendi għal din il-Konvenzjoni u l-Appendiċi
tagħha. (3) Il-Kroazja tidħol
fl-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013 (4) Għaldaqstant, il-verżjonijiet
lingwistiċi tal-Kroazja tar-referenzi użati fil-Konvenzjoni
għandhom jitneħħew mill-parti tal-pajjiżi tal-EFTA u
mdaħħla fl-ordni rispetti tagħhom fil-parti tal-Istati Membri
tal-Unjoni. (5) Emendi tekniċi
għall-Konvenzjoni jeħtieġ ukoll li jkunu introdotti fejn
jidħlu l-forom ta' garanzija msemmija f'Appendiċi III bħala
riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni. (6) L-applikazzjoni ta' din
id-Deċiżjoni hija marbuta mad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja
għall-Unjoni. (7) Sabiex jippermetti l-użu
ta' formoli ta’ garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel
id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni, għandu
jiġi stabbilit perjodu tranżitorju li matulu formoli stampati, b'xi
emendi, jistgħu jkomplu jiġu użati. (8) Il-Konvenzjoni għandha
tiġi emendata skont dan. (9) Għalhekk,
il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-emenda proposta għandha tkun
determinata, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha
tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar
it-tranżitu komuni dwar l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru XXX
mill-Kumitat Konġunt EU-EFTA temenda l-Konvenzjoni
tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta'
tranżitu għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz
tad-Deċiżjoni anness ma’ din id-Deċiżjoni. Bidliet żgħar għall-abbozz ta'
Deċiżjoni jista' jintlaħaq qbil dwarhom mir-rappreżentanti
tal-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt tal-UE-EFTA. Il-Kunsill għandu
jkun debitament infurmat dwar kwalunkwe bidliet bħal dawn. Artikolu 2 Il-Kummissjoni għandha tippubblika
d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-EU-EFTA dwar tranżitu
komuni, meta tiġi adottata, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Proposta
għal DEĊIŻJONI NRU XXX
TAL-KUMITAT KONĠUNT TAL-EU-EFTA DWAR TRANŻITU KOMUNI li temenda l-Konvenzjoni tal-20 ta’ Mejju
1987 dwar proċedura komuni ta’ tranżitu IL-KUMITAT KONĠUNT, Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni
tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta'
tranżitu[2]
u b’mod partikulari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha, Billi: (1) Il-Kroazja tidħol fl-Unjoni
fl-1 ta' Lulju 2013 (2) Għaldaqstant,
il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Kroazja tar-referenzi użati
fil-Konvenzjoni għandhom jitneħħew mill-parti tal-pajjiżi
tal-EFTA u mdaħħla fl-ordni rispetti tagħhom fil-parti
tal-Istati Membri tal-Unjoni. (3) Emendi tekniċi
għall-Konvenzjoni jeħtieġ ukoll li jkunu introdotti fejn
jidħlu l-forom ta' garanzija msemmija f'Appendiċi III bħala
riżultat tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni. (4) L-applikazzjoni ta' din
id-Deċiżjoni hija marbuta mad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja
għall-Unjoni. (5) Sabiex jippermetti l-użu ta'
formoli ta’ garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel
id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja għall-Konvenzjoni, għandu
jiġi stabbilit perjodu tranżitorju li matulu formoli stampati, b'xi
emendi, jistgħu jkomplu jiġu użati. (6) Il-Konvenzjoni għandha
għalhekk tiġi emendata skont dan, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI, Artikolu 1 L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar
proċedura komuni ta' tranżitu huwa emendat kif stipulat fl-Anness
għal din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-formoli bbażati fuq il-formoli kampjun
fl-Annessi C1, C2, C3, C4, C5, C6 għall-Appendiċi III
jistgħu jkomplu jiġu użati, suġġetti għal emendi
ġeorafiċi meħtieġa, sa mhux aktar tard mill-aħħar
tat-tnax-il xhar wara d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2013, bla ħsara
għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni
tal-Kroazja. Magħmula fi Brussell, Għall-Kumitat
Konġunt Il-President ANNESS (1) F'Anness B1 Appendiċi
III it-test għal kaxxa 51 għandu jkun mibdul kif ġej: "Kaxxa 51: Uffiċċju ta'
transitu intiż Kodiċi tal-pajjiż Dan il-kodiċi tal-pajjiż huwa
l-kodii ISO alpha-2 (ISO,3166), bl-eċċezzjoni tal-Greċja u
r-Renju Unit. Il-kodiċi applikabbli huma: AT l-Awstrija BE il-Belġju BG Il-Bulgarija CH l-Isvizzera CY Ċipru CZ Ir-Repubblika
Ċeka DE Il-Ġermanja DK Id-Danimarka EE l-Estonja EL Il-Ġreċja ES Spanja FI Il-Finlandja FR Franza HR Il-Kroazja HU L-Ungerija IE L-Irlanda IS L-Islanda IT L-Italja LT Il-Litwanja LU il-Lussemburgu LV Latvia MT Malta NL Il-Pajjiżi
l-Baxxi NO In-Norveġja PL Il-Polonja PT Il-Portugall RO Ir-Rumanija SE l-Isvezja SI Is-Slovenja SK Is-Slovakkja
TR It-Turkija UK Ir-Renju
Unit". (2) Fl-Anness B6 Appendiċi III,
it-Titolu III jiġi emendat kif ġej: (a) Fit-tabella ta' referenzi
lingwistiċi "validità limitata - 99200", l-ewwel inċiż
jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u IT u
jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR Valjanost
ograničena"; (b) Fit-tabella ta' referenzi lingwistiċi
"Tneħħija - 99201", l-ewwel inċiż
jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u IT u
jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR Oslobođeno"; (c) Fit-tabella ta' referenzi
lingwistiċi "Xhieda alternattiva - 99202", l-ewwel
inċiż jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u
IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR Alternativni dokaz"; (d) Fit-tabella ta' referenzi lingwistiċi
"Differenzi: uffiċċji fejn prodotti ġew
ippreżentati...(isem u pajjiż) - 99203", l-ewwel inċiż
jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u IT u
jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR Razlike:Carinarnica kojoj
je roba podnesena … (naziv i zemlja)”; (e) Fit-tabella ta' referenzi
lingwistiċi "Ħruġ minn...suġġett għal
restrizzjonijiet jew spejjeż taħt Regolament/Direttiva/Deċiżjoni
Nru... -99204", l-ewwel inċiż jiddaħħal bejn
ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni
preżenti tiegħu: "- HR Izlaz iz … podliježe
ograničenjima ili pristojbama temeljem Uredbe/Direktive/Odluke br…”; (f) Fit-tabella ta' referenzi
lingwistiċi "Tneħħija tal-itinerarju preskitt
"Rinunzja - 99205", l-ewwel inċiż jiddaħħal bejn
ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni
preżenti tiegħu: "- HR Oslobođeno od
propisanog plana puta"; (g) Fit-tabella ta' referenzi
lingwistiċi "Konsenjatur awtorizzat- 99206", l-ewwel
inċiż jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u
IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR Ovlašteni
pošiljatelj"; (h) Fit-tabella ta' referenzi
lingwistiċi "Tneħħija tal-firma- 99207", l-ewwel
inċiż jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u
IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR Oslobođeno
potpisa"; (i) Fit-tabella ta' referenzi
lingwistiċi "Garanzija komprensiva pprojbita- 99208", l-ewwel
inċiż jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u
IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR HR Zabranjeno
zajedničko jamstvo” (j) Fit-tabella ta' referenzi
lingwistiċi "Użu mhux ristrett- 99209", l-ewwel
inċiż jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u
IT u jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR Neograničena
uporaba"; (k) Fit-tabella ta' referenzi lingwistiċi
"Maħruġa retroattivament - 99210, l-ewwel inċiż
jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u IT u
jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR Izdano naknadno"; (l) Fit-tabella ta' referenzi
lingwistiċi "Varji - 99211", l-ewwel inċiż
jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u IT u
jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR Razni"; (m) Fit-tabella ta' referenzi lingwistiċi
"Ingrossa- 99212", l-ewwel inċiż jiddaħħal bejn
ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u IT u jitħassar mill-pożizzjoni
preżenti tiegħu: "- HR Rasuto"; (n) Fit-tabella ta' referenzi
lingwistiċi "Konsenjatur- 99213", l-ewwel inċiż
jiddaħħal bejn ir-referenzi lingwistiċi ta' FR u IT u
jitħassar mill-pożizzjoni preżenti tiegħu: "- HR Pošiljatelj". (3) F'paragrafu 1 ta' punt I ta' Anness
C1 tal-Appendiċi III it-terminu "Irlanda" bejn it-termini
"ir-Repubblika Franċiża" u r-Repubblika Taljana"
jitħassar. It-terminu "ir-Repubblika tal-Kroazja"
jiddaħħal bejn it-termini "ir-Repubblika
Franċiża," u r-Repubblika Taljana". It-terminu
"Irlanda" jiddaħħal bejn it-termini "ir-Repubblika tal-Estonja"
u r-Repubblika Ellenika". It-terminu "r-Repubblika tal-Kroazja,"
bejn il-kelma "u" u t-terminu "r-Repubblika tal-Islanda"
jitħassar. (4) F'paragrafu 1 ta' punt I tal-Anness
C2 tal-Appendiċi III it-terminu "Irlanda" bejn it-termini
"ir-Repubblika Franċiża" u r-Repubblika Taljana"
jitħassar. It-terminu "ir-Repubblika tal-Kroazja"
jiddaħħal bejn it-termini "ir-Repubblika
Franċiża," u r-Repubblika Taljana". It-terminu
"Irlanda" jiddaħħal bejn it-termini "ir-Repubblika
tal-Estonja" u r-Repubblika Ellenika". It-terminu "r-Repubblika
tal-Kroazja," bejn il-kelma "u" u t-terminu "r-Repubblika
tal-Islanda" jitħassar. (5) F'paragrafu 1 ta' punt I ta' Anness
C4 tal-Appendiċi III it-terminu "Irlanda" bejn it-termini
"ir-Repubblika Franċiża" u r-Repubblika Taljana"
jitħassar. It-terminu "ir-Repubblika tal-Kroazja" jiddaħħal
bejn it-termini "ir-Repubblika Franċiża," u r-Repubblika
Taljana". It-terminu "Irlanda" jiddaħħal bejn
it-termini "ir-Repubblika tal-Estonja" u r-Repubblika Ellenika".
It-terminu "r-Repubblika tal-Kroazja," bejn il-kelma "u" u
t-terminu "r-Repubblika tal-Islanda" jitħassar. (6) F'kaxxa 7 ta' Anness C5
tal-Appendiċi III it-terminu "Kroazja," bejn il-kliem
"Komunità Ewropea," u "Islanda" jitħassar. (7) F'kaxxa 6 ta' Anness C6
tal-Appendiċi III it-terminu "Kroazja," bejn il-kliem
"Komunità Ewropea," u "Islanda" jitħassar. [1] ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2. [2] ĠU L 226, 13.8.1987, p. 2.