This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0466
Proposal for a COUNCIL DECISION on the signature, on behalf of the European Union, and on the provisional application of the Protocol agreed between the European Union and the Gabonese Republic setting out fishing opportunities and the financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the two parties currently in force
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet
/* COM/2013/0466 final - 2013/0217 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet /* COM/2013/0466 final - 2013/0217 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST
TAL-PROPOSTA Abbażi tal-awtorizzazzjoni mogħtija lilha
mill-Kunsill, il-Kummissjoni Ewropea fetħet in-negozjati mar-Repubblika
Gaboniża bil-ħsieb li jiġġedded il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar
is-Sajd li hemm bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Gaboniża. Wara dawn
in-negozjati, fl-24 ta' April 2013, ġie inizjalat abbozz ta'
Protokoll ġdid min-negozjaturi. Il-Protokoll il-ġdid ikopri
perjodu ta' 3 snin li jibda mid-data tal-applikazzjoni provviżorja stipulata
mill-Artikolu 14, data li tirrifletti dik tal-iffirmar ta' dan
il-Protokoll il-ġdid. L-għan prinċipali
tal-Protokoll tal-Ftehim huwa li joffri opportunitajiet tas-sajd
għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet Gaboniżi skont l-aqwa parir
xjentifiku disponibbli u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali
għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fil-limiti tal-kwantità
żejda disponibbli. Il-Kummissjoni ibbażat, fost oħrajn, fuq ir-riżultati ta'
evalwazzjoni ex-post imwettqa minn esperti esterni. L-għan ġenerali
huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
Gaboniża favur l-istabbiliment ta’ qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’
politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd
fiż-żona tas-sajd tal-Gabon, fl-interess taż-żewġ Partijiet. B’mod
partikolari, il-Protokoll jipprovdi opportunitajiet ta' sajd fil-kategoriji li
ġejjin: – 27 bastiment
tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer – 8
bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni qed tipproponi
li l-Kunsill jawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' dan
il-Protokoll il-ġdid. 2. RIŻULTATI
TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati
fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-Protokoll 2005-2011. Ġew ikkonsultati wkoll
l-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Minn dawn
il-konsultazzjonijiet ġie konkluż li jkun ta’ benefiċċju li jinżamm protokoll
tas-sajd mar-Repubblika Gaboniża. 3. ELEMENTI
LEGALI TAL-PROPOSTA Din il-proċedura
nbdiet b’mod parallel mal-proċeduri marbutin mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar
il-konklużjoni tal-Protokoll innifsu, kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill dwar
l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri tal-UE. 4. IMPLIKAZZJONI
GĦALL-BAĠIT Il-kontribuzzjoni
finanzjarja annwali ta' EUR 1 350 000 hija bbażata fuq: a)
tunnellaġġ ta' referenza ta' 20 000 tunnellata, għal ammont marbut
mal-aċċess ta' EUR 900 000 u b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika
settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Gabon li tammonta għal
EUR 450 000. Dan l-appoġġ huwa konformi mal-objettivi tal-politika
nazzjonali fir-rigward tas-sajd u b'mod partikolari mal-ħtiġijiet tar-Repubblika
Gaboniża fil-ġlieda kontra s-sajd illegali. 2013/0217 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u
l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika
Gaboniża li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni
finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ
Partijiet IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien
mal-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Il-Kunsill
approva l-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn ir-Repubblika Gaboniża u
l-Komunità Ewropea permezz tar-Regolament (KE) Nru 450/2007[1]. (2) L-aħħar Protokoll ta' dan
il-Ftehim li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni
finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea
u r-Repubblika Gaboniża[2],
skada fit-2 ta' Diċembru 2011. (3) Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni
tinnegozja protokoll ġdid li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti
tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika Gaboniża teżerċita
l-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. Wara dawn in-negozjati, ġie
inizjalat abbozz ta' Protokoll ġdid fl-24 ta’ April 2013. (4) Huwa xieraq li jiġi
awtorizzat l-iffirmar ta' dan il-Protokoll ġdid soġġett għall-konklużjoni
tiegħu f'data fil-futur. (5) Sabiex tkun żgurata
l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, huwa xieraq
li jkun hemm provvediment għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll ġdid. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-iffirmar tal-Protokoll miftiehem bejn
l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd
u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet huwa approvat
f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll imsemmi (minn
hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Protokoll"). It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
stabbilixxa l-istrumenti ta' setgħa sħiħa li jawtorizzaw il-persuna/i
indikata/i min-negozjatur tal-Protokoll biex tiffirma/jiffirmaw il-Protokoll,
suġġett għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 3 Il-Protokoll għandu japplika b'mod
provviżorju, skont l-Artikolu 14 tiegħu, mid-data tal-iffirmar tiegħu,
sakemm jidħol fis-seħħ. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ il-jum ta'
wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS PROTOKOLL li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni
finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea
u r-Repubblika Gaboniża Artikolu 1 Il-perjodu ta’
applikazzjoni u l-opportunitajiet tas-sajd 1. Mid-data tal-applikazzjoni
provviżorja tal-Protokoll u għal perjodu ta' tliet (3) snin,
l-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikoli 5 u 6 tal-Ftehim qed jiġu
ffissati biex jippermettu l-qbid ta' speċijiet migratorji ħafna mniżżla
fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar,
bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet protetti jew ipprojbiti mill-ICCAT jew
mil-leġiżlazzjoni Gaboniża. 2. Mid-data tal-applikazzjoni
provviżorja tal-Protokoll, l-attivitajiet li jistgħu jibbenefikaw
mill-opportunitajiet tas-sajd se jkunu dawk eżerċitati minn: a) 27 bastiment tas-sajd
għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer; b) 8 bastimenti tas-sajd
għat-tonn bil-qasab u x-xlief. Dan il-paragrafu għandu
japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6 ta’ dan
il-Protokoll. 3. L-aċċess għar-riżorsi
tas-sajd fiż-żoni tas-sajd Gaboniżi għandu jingħata lill-flotot barranin sakemm
ikun hemm iż-żejjed, kif definit fl-Artikolu 62 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet
Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u wara li tiġi kkunsidrata l-kapaċità
tal-isfruttar tal-flotot nazzjonali Gaboniżi. 4. Skont l-Artikolu 6
tal-Ftehim, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni
Ewropea jistgħu jistadu fiż-żoni tas-sajd Gaboniżi biss jekk ikollhom
awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa fil-kuntest ta' dan il-Protokoll u kif
deskritt fl-Anness 1 ta' dan il-Protokoll. Artikolu 2 Il-kontribuzzjoni
finanzjarja – Il-metodi ta’ ħlas 1. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd,
għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, tammonta għal
EUR 1 350 000 kull sena. 2. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja tinkludi: a) ammont annwali għall-aċċess
għaż-żona tas-sajd tal-Gabon ta’ EUR 900 000 ekwivalenti għal
tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 20 000 tunnellata fis-sena, u b) ammont speċifiku ta’
EUR 450 000 fis-sena għall-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika
settorjali tas-sajd tal-Gabon. 3. Il-paragrafu 1 għandu
japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 5, 7 u 9 ta’ dan
il-Protokoll. 4. Il-ħlas mill-Unjoni Ewropea
tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif prevista mill-paragrafu 2(a)
għall-aċċess għall-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għar-riżorsi tas-sajd Gaboniżi
għandu jsir mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara d-data
tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, għall-ewwel sena u f'kull data
tal-anniversarju tal-iffirmar tal-Protokoll għas-snin ta' wara. 5. Iż-żewġ Partijiet aċċettaw
li jtejbu l-monitoraġġ regolari tal-qabdiet mill-bastimenti tal-UE fiż-żona
tas-sajd Gaboniża. Għal dan il-għan, matul staġun tas-sajd, l-UE se tanalizza
b'mod regolari id-dejta dwar il-qabdiet u l-isforz mill-bastimenti tas-sajd
tal-UE li jkunu preżenti fiż-żona tas-sajd Gaboniża. L-UE se żżomm lill-Gabon
infurmat regolarment bir-riżultati ta' dawn l-analiżi. Sabiex timmaniġġja
l-possibbiltà li jinqabeż it-tunnellaġġ ta' referenza, l-UE se tinforma
lill-Istati Membri tagħha u lill-Gabon hekk kif it-total tal-qabdiet
irreġistrati fiż-żona tas-sajd Gaboniża jilħaq it-80 % tat-tunnellaġġ ta'
referenza ffissat għal 20 000 tunnellata. 6. Hekk kif il-kwantità globali
tilħaq it-80 % tat-tunnellaġġ ta' referenza, tiġi organizzata laqgħa
tal-Kumitat Konġunt sabiex jiġu stabbiliti l-modalitajiet tal-pagament
kumplimentari dovut lill-Gabon jekk jinqabeż it-tunnellaġġ. 7. Skont id-dispożizzjonijiet
tal-paragrafu 6 tal-Artikolu 2 hawnhekk, meta l-kwantitajiet maqbuda
mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jkunu ogħla mill-kwantitajiet li
jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont annwali totali, l-ammont dovut
għall-kwantità li tkun ogħla minn dan il-limitu jitħallas is-sena ta’ wara. 8. L-allokazzjoni
tal-kontribuzzjoni finanzjarja definita fil-paragrafu 2(a) taqa’ taħt
id-diskrezzjoni sħiħa tal-awtoritajiet tal-Gabon. 9. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja titħallas f'kont uniku tal-bank tat-Teżor Pubbliku tar-Repubblika
Gaboniża li r-referenzi tiegħu jiġu kkomunikati kull sena mill-awtoritajiet
Gaboniżi. Artikolu 3 Il-promozzjoni
ta’ sajd responsabbli u attivitajiet ta’ sajd sostenibbli fiż-żona tas-sajd
tal-Gabon 1. Iż-żewġ partijiet jintrabtu
li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd tal-Gabon fuq il-bażi
tal-prinċipji ta’ sfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi
tal-baħar. 2. Mad-data tal-applikazzjoni
provviżorja ta’ dan il-Protokoll u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik
id-data, l-Unjoni Ewropea u l-Gabon għandhom jiftehmu, fi ħdan il-Kumitat
Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, dwar programm settorjali
pluriennali, skont l-istrateġija nazzjonali tal-Gabon fis-settur tas-sajd u
l-qafas ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea, u r-regoli dettaljati ta’
implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari: a) il-linji gwida annwali u
pluriennali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 2(2); b) l-objettivi, kemm dawk
annwali kif ukoll dawk pluriennali, li għandhom jintlaħqu bil-għan li jiġi
introdott is-sajd responsabbli u s-sajd sostenibbli, filwaqt li jitqiesu
l-prijoritajiet espressi mill-Gabon fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u
politiki oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u
tas-sajd sostenibbli, inklużi ż-żoni tal-baħar protetti, jew li għandhom impatt
fuq din il-promozzjoni; c) il-kriterji u l-proċeduri,
fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir
l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba fuq bażi annwali. 3. L-ammonti allokati huma
bbażati fuq l-identifikazzjoni miż-żewġ Partijiet bi qbil komuni fi ħdan
il-Kumitat Konġunt tal-objettivi li għandhom jintlaħqu skont il-Pjan Strateġiku
Emerġenti tal-Gabon tas-settur tas-sajd u fuq stima tal-impatt mistenni
tal-proġetti li għandhom jitwettqu. 4. Fir-rigward tal-ewwel sena
tal-Protokoll, l-ammonti li l-Gabon jiddedika għall-appoġġ finanzjarju
tas-settur tas-sajd għandhom jiġu kkomunikati lill-UE u approvati fil-Kumitat
Konġunt. 5. Kull sena il-Gabon għandu
jippreżenta rapport dwar l-istat tal-progress tal-proġetti implimentati
bil-finanzjament tal-appoġġ settorjali li jiġi eżaminat mill-Kumitat Konġunt
fil-forma ta' rapport annwali dwar l-istatus tal-proġetti. Qabel ma jiskadi
l-Protokoll il-Gabon irid ukoll jippreżenta rapport finali. 6. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni
finanzjarja speċifika għall-appoġġ settorjali isir f'serje ta' ħlasijiet
parzjali abbażi ta' strateġiji skont l-analiżi tar-riżultati
tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali u r-rekwiżiti. 7. Kwalunkwe emenda proposta
għall-programm settorjali pluriennali trid tiġi approvata miż-żewġ Partijiet fi
ħdan il-Kumitat Konġunt. Artikolu 4 Il-kooperazzjoni
xjentifika dwar sajd responsabbli 1. Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw
rwieħhom li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet Gaboniżi skont
il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fir-rigward tal-miżuri tekniċi ta'
konservazzjoni bejn iż-żewġ flotot li joperaw f'dawn l-ilmijiet u ġestjoni
sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar. 2. Matul il-perjodu kopert
mill-Protokoll preżenti, l-Unjoni Ewropea u l-Gabon jimpenjaw rwieħhom li
jikkooperaw biex jissorveljaw l-istat tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd
Gaboniża u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-sajd. 3. Iż-żewġ Partijiet għandhom
jirrispettaw ir-rakkommandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Kummissjoni
Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) fir-rigward
tal-ġestjoni responsabbli tas-sajd. 4. Skont l-Artikolu 4
tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u
r-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan l-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa pariri
xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan
il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim tas-Sħubija dwar
is-Sajd sabiex jittieħdu miżuri li jiżguraw il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi
tas-sajd koperti minn dan il-Protokoll u li jolqtu l-attivitajiet
tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea. 5. Meta jkun meħtieġ, kif
previst fl-Artikolu 4.2 tal-Ftehim tista' tissejjaħ laqgħa magħmula minn
xjentisti taż-żewġ Partijiet fuq talba ta' waħda miż-żewġ Partijiet.
Il-parteċipazzjoni għal din il-laqgħa tista' tiġi estiża, skont il-ħtieġa, għal
esperti xjentifiċi terzi kif ukoll għal osservaturi, rappreżentati
tal-partijiet interessati jew rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet reġjonali
u internazzjonali tal-ġestjoni tas-sajd Artikolu 5 Ir-reviżjoni
tal-opportunitajiet tas-sajd 1. Il-Partijiet jistgħu
jadottaw, fi ħdan il-Kumitat Konġunt, il-miżuri msemmija fl Artikoli 1 u 2
ta’ dan il-Protokoll li jinvolvu r-reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.
F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun riveduta proporzjonalment
u pro rata temporis. 2. Fir-rigward ta’ kategoriji
li mhumiex koperti mill-Protokoll fis-seħħ, skont it-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 6 tal-Ftehim, iż-żewġ partijiet jistgħu jinkludu
opportunitajiet tas-sajd ġodda fuq il-bażi tal-aħjar pariri xjentifiċi, approvati
mill-Kumitat Xjentifiku Konġunt Indipendenti u adottati mill-Kumitat Konġunt. Artikolu 6 L-opportunitajiet
tas-sajd ġodda 1. Fuq talba tal-Gabon,
għall-isfruttar ta' sajd partikolari, il-Gvern tal-Gabon jista' jitlob
lill-Unjoni Ewropea biex tqis il-possibbiltà ta' sajd sperimentali taħt
il-kontroll dirett ta' xjentisti miż-żewġ Partijiet u tal-ICCAT jew
tal-Organizzazzjoni Reġjonali tas-Sajd kompetenti. 2. Il-Partijiet għandhom
jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. Għal dan il-għan
u fuq talba tal-Gabon, huma għandhom jikkonsultaw lil xulxin u għal kull każ
jiddeterminaw l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u parametri oħra xierqa. Is-sajd
sperimentali mwettaq mill-Partijiet għandu jkun skont il-kundizzjonijiet
definiti mill-Kumitat Xjentifiku previst minn dan il-Protokoll. 3. L-awtorizzazzjonijiet
għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftiehma għal perjodu massimu ta’
12-il xahar. Jekk il-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali jkunu taw
riżultati pożittivi, il-Gvern jista’ jalloka opportunitajiet tas-sajd
tal-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni Ewropea sa ma jiskadi dan
il-Protokoll. Għalhekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija
fl-Artikolu 2.1 tal-Protokoll attwali tiżdied. 4. Id-dgħajjes li jiddedikaw
rwieħhom għas-sajd ta' esplorazzjoni fis-sens ta' dan il-Protokoll għandu
jkollhom osservatur abbord skont kif definit fl-Anness. Artikolu 7 Is-sospensjoni
u r-reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja 1. Il-kontribuzzjoni
finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (2)(b) tista’ tiġi riveduta jew
sospiża wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet, f’każ li tkun issodisfata
kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: a) ċirkostanzi mhux tas-soltu,
kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li
jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd Gaboniża; b) tibdil sinifikanti
fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta' waħda
mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll; c) jekk l-Unjoni Ewropea jew
il-Gabon jiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali
tad-drittijiet tal-bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta'
Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikoli 8 u 96 tal-imsemmi
Ftehim. 2. Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel
paragrafu, l-attivitajiet tas-sajd għandhom jiġu sospiżi. Ir-reviżjoni jew
is-sospensjoni tal-ħlas isiru mingħajr preġudizzju tal-kontribuzzjoni
finanzjarja dovuta skont it-titlu tal-attivitajiet tas-sajd li jkunu diġa'
twettqu qabel ma tkun ittieħdet id-deċiżjoni tas-sospensjoni. 3. L-Unjoni Ewropea, wara
evalwazzjoni kif previst fl-Artikolu 3(4) tirriserva d-dritt li
tissospendi, parzjalament jew totalment, il-ħlas tal-appoġġ finanzjarju
għas-settur tas-sajd kif previst fl-Artikolu 2(2)(b) ta' dan il-Protokoll
fil-każ li ma jiġux rispettati l-għanijiet tal-ipprogrammar tal-appoġġ
settorjali, jew fil-każ li ma titwettaqx dik il-kontribuzzjoni finanzjarja. 4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni
finanzjarja jerġa' jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ
Partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel
l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati
tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikaw
dan. Madankollu, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista
fl-Artikolu 2(2)(b) ma jistax jerġa' jsir wara perjodu ta’ 6 xhur
minn meta jiskadi dan il-Protokoll. Artikolu 8 Is-sospensjoni
tal-implimentazzjoni tal-Protokoll 1. L-implimentazzjoni ta’ dan
il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq l-inizjattiva ta’ waħda miż-żewġ Partijiet
jekk tapplika waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin jew iktar: a) ċirkostanzi mhux tas-soltu,
kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li
jipprevjenu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd Gaboniża; b) wara tibdil sinifikanti
fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa
d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll; c) jekk l-Unjoni Ewropea jew
il-Gabon jiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali
tad-drittijiet tal-bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta'
Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikoli 8 u 96 tal-imsemmi
Ftehim. d) l-Unjoni Ewropea tonqos li
tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(2)(a), għal raġunijiet
oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikolu 10.2 ta’ dan il-Protokoll; e) xi tilwima dwar
l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll bejn iż-żewġ Partijiet; f) in-nuqqas ta' rispett minn
waħda miż-żewġ Partijiet tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, Anness jew
Appendiċi. 2. L-implimentazzjoni
tal-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq inizjattiva ta' waħda mill-Partijiet jekk
ma jkunx possibbli li t-tilwima tiġi riżolta bejn il-Partijiet
f'konsultazzjonijiet li jsiru mal-Kumitat Konġunt. 3. Is-sospensjoni
tal-applikazzjoni tal-Protokoll hija suġġetta għan-notifika mill-Parti
interessata tal-intenzjoni tagħha, liema notifika għandha tkun bil-miktub u
għandha tasal mhux inqas minn tliet xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’
din is-sospensjoni. 4. F’każ ta’ sospensjoni,
il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni
bonarja għat-tilwima ta’ bejniethom. Meta tinkiseb it-tali soluzzjoni,
il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja
għandu jitnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont it-tul
ta’ żmien li matulu l-applikazzjoni tal-Protokoll kienet sospiża. 5. Fil-każ ta' sospensjoni
effettiva, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jkollhom l-obbligu li
jitilqu miż-żona tas-sajd tal-Gabon mhux aktar tard minn 24 siegħa wara
din is-sospensjoni. Artikolu 9 Il-liġi
nazzjonali 1. L-attivitajiet
tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd Gaboniża huma
suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fil-Gabon, sakemm ma jkunx
previst mod ieħor skont dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu. 2. L-awtoritajiet tal-Gabon
għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe tibdil fil-politika
tas-sajd tal-Gabon jew leġiżlazzjoni ġdida fis-settur tas-sajd qabel din tidħol
fis-seħħ. 3. Fl-każ li jkun hemm nuqqas
ta' kompatibbiltà bejn id-dispożizzjonijiet il-ġodda tal-leġiżlazzjoni
nazzjonali Gaboniża, kif imsemmi fil-punt 2 u d-dispożizzjonijiet previsti
minn dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu, għandu jitlaqqa' l-Kumitat Konġunt
fl-inqas żmien possibbli biex jiġu kkjarifikati dawk id-dispożizzjonijiet li
jaffettwaw direttament l-attività tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 10 Il-kompjuterizzazzjoni
tal-iskambji 1. Ir-Repubblika Gaboniża u
l-Unjoni Ewropea se jimpenjaw rwieħhom li jimplimentaw mingħajr dewmien
is-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku
tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni
tal-Ftehim. 2. Il-verżjoni elettronika ta'
dokument se tkun meqjusa fit-totalità tagħha bħala ekwivalenti għall-verżjoni
stampata tad-dokument wara l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti kif
definit fil-Kapitolu I tal-Anness ta' dan il-Protokoll. 3. Il-Gabon u l-Unjoni Ewropea
għandhom jinnotifikaw lil xulxin minnufih rigward kwalunkwe ħsara fis-sistema
kompjuterizzata. F’dan il-każ l-informazzjoni u d-dokumenti marbuta
mal-implimentazzjoni tal-Ftehim jiġu awtomatikament sostitwiti mill-verżjoni
stampata tagħhom. Artikolu 11 Il-kunfidenzjalità Ir-Repubblika Gaboniża u l-Unjoni
Ewropea jimpenjaw rwieħhom sabiex id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti
Ewropej u l-attivitajiet tagħhom tas-sajd miksuba fil-kuntest tal-Ftehim tiġi
ttrattata f’kull ħin b’mod kunfidenzjali, skont il-prinċipji ta’
kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta. Iż-żewġ Partijiet għandhom
jiżguraw li dik id-dejta li tirreferi għall-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet
Gaboniżi biss tkun disponibbli fid-dominju pubbliku, skont id-dispożizzjonijiet
tal-ICCAT f'din il-materja. Id-dejta li tista' titqies bħala kunfidenzjali
għandha tiġi użata mill-awtoritajiet kompetenti esklussivament
għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni tas-sajd,
tal-kontroll u tal-monitoraġġ. Artikolu 12 It-tul ta’
żmien Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom japplikaw għal tliet
(3) xhur li jibdew mid-data tal-applikazzjoni provviżorja kif previst
fl-Artikolu 14. Artikolu 13 It-terminazzjoni 1. Fil-każ tat-terminazzjoni
tal-Protokoll, il-Parti interessata għandha tavża bil-miktub lill-Parti l-oħra
bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas tliet xhur qabel id-data
li fiha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni. 2. Kif tintbagħat in-notifika
msemmija fil-paragrafu ta’ qabel, il-Partijiet għandhom jibdew
il-konsultazzjonijiet. Artikolu 14 L-applikazzjoni
provviżorja Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom jiġu applikati fuq bażi
provviżorja mid-data tal-iffirmar tagħhom. Artikolu 15 Id-dħul
fis-seħħ Dan il-Protokoll u l-Annessi tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data
li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa
għal dan il-għan. ANNESS
MAL-PROTOKOLL KUNDIZZJONIJIET GĦAT-TWETTIQ TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GABON MILL-BASTIMENTI
TAL-UNJONI EWROPEA KAPITOLU I Id-dispożizzjonijiet ġenerali 1. Għażla
tal-awtorità kompetenti Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u minkejja
kull indikazzjoni għall-kuntrarju, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE)
jew għall-Gabon bħala awtorità kompetenti għandha tfisser: - għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn
xieraq permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Gabon; - għall-Gabon: il-Ministeru responsabbli
mis-Sajd. 2. Żona
tas-sajd tal-Gabon Il-bastimenti tal-UE jistgħu jeżerċitaw
l-attivitajiet tas-sajd tagħhom lil hinn minn 12-il mil tal-baħar li jibdew
mil-linji bażi ġewwa ż-żona tas-sajd tal-Gabon, soġġett għad-dispożizzjonijiet
previsti skont il-punt 3 hawn taħt. Qabel l-applikazzjoni provviżorja
tal-Protokoll, il-Gabon għandu jikkomunika l-koordinati ġeografiċi tal-linji
bażi taż-żona tas-sajd tiegħu u taż-żoni kollha pprojbiti għas-sajd fiż-żona
tas-sajd tiegħu. 3. Żoni fejn
huma pprojbiti n-navigazzjoni u s-sajd Ma tista’ ssir
l-ebda navigazzjoni fiż-żoni li jinsabu qrib ta’ fejn jittella’ ż-żejt u ta'
fejn isir it-tiftix għaż-żejt. Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom
jiżguraw li fiż-żoni msemmija ma jpoġġu ebda irkaptu biex jinġema' l-ħut (FAD)
bit-tikketta, kif ukoll ġewwa medda ta' 12-il mil tal-baħar stabbilita
mil-linja bażi. Iż-żoni pprojbiti għas-sajd ikopru l-Parkijiet
nazzjonali, l-erjas tal-baħar protetti kif ukoll iż-żoni fejn isseħħ
ir-riproduzzjoni tal-ħut, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Il-Ministeru inkarigat mis-Sajd tar-Repubblika
tal-Gabon għandu jikkomunika l-limiti ta’ dawn iż-żoni lis-sidien
tal-bastimenti meta tingħatalhom il-liċenzja tas-sajd. Iż-żoni pprojbiti għat-tbaħħir u s-sajd huma
wkoll ikkomunikati għall-finijiet ta' informazzjoni lill-UE, kif ukoll kull
emenda, li għandha titħabbar tal-inqas xahrejn qabel ma tiġi applikata. 4. Projbizzjonijiet Il-bastimenti ta' appoġġ huma pprojbiti
fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. 5. Għażla
ta’ aġent lokali Kull bastiment tal-UE li jippjana li jħott
il-ħut l-art f’port tal-Gabon għandu jkun rappreżentat minn aġent residenti
fil-Gabon. 6. Kontijiet Bankarji Il-Gabon għandu jgħarraf lill-UE, qabel
l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, id-dettalji tal-kont jew
tal-kontijiet bankarji li fih(om) għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti
mill-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti
bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti. KAPITOLU
II L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd Għall-finijiet
tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet ta' dan l-Anness, it-terminu
"liċenzja" huwa ekwivalenti għal "awtorizzazzjoni tas-sajd"
kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. 1.
Prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja tas-sajd - bastimenti eliġibbli Il-liċenzji tas-sajd imsemmija
fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment
ikun imniżżel fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE u li l-obbligi
preċedenti marbuta ma’ sid il-bastiment, mal-kaptan jew mal-bastiment stess, li
jirriżultaw mill-attivitajiet ta’ sajd tagħhom fil-Gabon skont il-Ftehim,
ikunu ssodisfati. Il-bastimenti kollha li jkunu jixtiequ jeżerċitaw attività
tas-sajd fil-qafas ta' dan il-Protokoll għandhom ikunu wkoll irreġistrati
fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-ICCAT. 2.
Applikazzjoni għal-liċenzja L-UE għandha tissottometti l-applikazzjoni
għal liċenzja tas-sajd lill-Gabon għal kull bastiment li jixtieq jistad fil-qafas
tal-Ftehim, mill-anqas 15-il jum qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba,
billi tuża l-formola li tinsab fl-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness. Għal kull
l-ewwel applikazzjoni għal liċenzja tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ, jew
wara bidla teknika fil-bastiment ikkonċernat, l-applikazzjoni għandu jkollha
magħha: i. evidenza tal-ħlas tat-tariffa
fissa għall-perjodu ta' validità tal-liċenzja mitluba. ii. l-isem u l-indirizz tal-aġent
lokali tal-bastiment; jekk ikun il-każ; iii. ritratt riċenti bil-kulur
tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir mill-inqas
15-il ċentimetru b’10 ċentimetri; iv. il-koordinati tal-VMS u ta' kull
dokument ieħor speċifiku mitlub fil-qafas tal-Ftehim. Għat-tiġdid ta’ liċenzja skont il-Protokoll
fis-seħħ, għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux
inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova
tal-ħlas tat-tariffa. 3. Tariffa
fissa u tariffa nazzjonali 1. L-ammont tat-tariffa fissa jinkludi t-taxxi
nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-port u l-ispejjeż
għas-servizzi. 2. L-ammont għat-tariffi fissi annwali li
għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment huma ffissati f'dan l-ammont
rispettivament għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruna u bil-qasab u
x-xlief: - Għall-ewwel sena tal-applikazzjoni
tal-Protokoll: EUR 55 kull tunnellata li tinqabad fl-ilmijiet
Gaboniżi - Għat-tieni u t-tielet sena: EUR 65
kull tunnellata li tinqabad 3. Il-liċenzji jinħarġu wara li titħallas
it-tariffa nazzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-ammont fiss
li ġej: - EUR 13 750 kull sena
għat-tul kollu tal-Protokoll għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u
bil-qasab u x-xlief. 4. Lista provviżorja tal-bastimenti li
qed japplikaw għal liċenzja tas-sajd Malli jaslu
l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd, il-Gabon għandu jistabbilixxi
fl-iqsar żmien possibbli u għal kull kategorija ta’ bastimenti l-lista
provviżorja tal-bastimenti li applikaw. Din il-lista għandha tiġi kkomunikata
minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli mill-kontroll tas-sajd u
lill-UE. L-UE għandha
tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali. F’każ
li l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Gabon jista’ jibgħat il-lista
provviżorja direttament lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, u jibgħat
kopja lill-UE. 5.
Applikazzjoni għal-liċenzja Il-Gabon għandu joħroġ il-liċenzja tas-sajd
lis-sidien tal-bastimenti mhux aktar tard minn 15-il jum wara li jirċievi
l-fajl tal-applikazzjoni komplut. F’każ ta’ tiġdid ta’ liċenzja tas-sajd matul
il-perjodu tal-applikazzjoni tal-Protokoll, l-awtorizzazzjoni l-ġdida għandu
jkun fiha referenza ċara għal-liċenzja inizjali tas-sajd. L-UE għandha tgħaddi l-liċenzja tas-sajd lil
sid il-bastiment jew lill-aġent lokali. F’każ li l-uffiċċji tal-UE jkunu
magħluqa, il-Gabon jista’ jibgħat il-liċenzja tas-sajd direttament lil sid
il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, u jibgħat kopja lill-UE. 6. Lista tal-bastimenti li jkunu
awtorizzati jistadu Mal-ħruġ tal-liċenzja tas-sajd, il-Gabon
għandu jistabbilixxi fl-iqsar żmien possibbli u għal kull kategorija ta’
bastimenti l-lista definittiva tal-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona
tal-Gabon. Din il-lista għandha tkun ikkomunikata minnufih lill-awtorità
nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE u għandha
tissostitwixxi l-lista provviżorja msemmija hawn fuq. 7. Tul tal-validità tal-liċenzja L-awtorizzazzjonijiet
għas-sajd għandhom ikunu validi għal sena u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu. Sabiex jiġi
stabbilit il-bidu tal-perjodu ta’ validità, il-"perjodu annwali"
għandu jfisser: i)
għall-ewwel sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn id-data
tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu u l-31 ta’ Diċembru tal-istess
sena; ii) wara,
kull sena kalendarja sħiħa; iii)
għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-perjodu bejn
l-1 ta’ Jannar u d-data tal-iskadenza tal-Protokoll. iv) għall-ewwel u l-aħħar snin tal-Protokoll, it-tariffa nazzjonali
għandha tiġi kkalkulata pro rata temporis. Il-liċenzja għandha
tinħareġ għal bastiment speċifiku u mhijiex trasferibbli. Madanakollu, fuq talba tal-UE u f’każ ta’
prova ta’ forza maġġuri, bħat-telf jew in-nuqqas għal żmien twil li bastiment
ikun jista' jopera minħabba ħsara teknika serja, il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment
għandha tiġi sostitwita b’liċenzja tas-sajd ġdida li tinħareġ fuq bastiment
ieħor tal-istess kategorija tal-bastiment sostitwit, kif inhu msemmi
fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr ma jkun dovut pagament ulterjuri.
F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livelli ta' ħut maqbud li jiddetermina jekk
għandux isir ħlas addizzjonali, għandu jikkunsidra t-total tal-ħut maqbud
miż-żewġ bastimenti. It-trasferiment isir billi sid il-bastiment
jew l-aġent tiegħu fil-Gabon jibgħat lura l-liċenzja tas-sajd li tkun se tiġi
sostitwita, u fl-iqsar żmien possibbli tinħareġ liċenzja ta' sostituzzjoni
mill-Gabon. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ mingħajr
dewmien lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali tiegħu meta
l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura. L-awtorizzazzjoni ta’
sostituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih l-awtorizzazzjoni li tkun
se tinbidel tingħata lura. 8. Żamma abbord tal-liċenzja Il-liċenzja, jew jekk ma tkunx disponibbli
kopja valida sa 45 jum wara d-data li fiha tinħareġ il-liċenzja, trid
tinżamm abbord il-bastiment b'mod permanenti. Madankollu, il-bastimenti huma awtorizzati li
jistadu malli jkunu mniżżla fuq il-lista provviżorja msemmija fil-punt 4
hawn fuq. Dawn il-bastimenti għandhom dejjem iżommu kopja tal-lista provviżorja
abbord sa ma tinħareġ il-liċenzja tas-sajd tagħhom. Il-Gabon għandu jaġġorna, mill-aktar fis
possibbli, il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista
l-ġdida għandha tkun ikkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli
għall-kontroll tas-sajd u lill-UE. KAPITOLU
III Il-miżuri tekniċi Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti
li jkollhom liċenzja tas-sajd, li jirrigwardaw iż-żona, l-irkaptu tas-sajd u
l-qbid inċidentali, huma speċifikati għal kull kategorija tas-sajd fl-iskedi
tekniċi fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness. Il-bastimenti
għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT
(Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku)
jew id-dispożizzjonijiet tar-regolamentazzjoni Gaboniża fir-rigward ta' din
il-materja. Matul is-sajd
fiż-żona tas-sajd Gaboniża, u bl-eċċezzjoni tal-irkaptu fejn jinġema l-ħut
(FAD) b'derivanti naturali, l-użu ta' tagħmir awżiljarji tas-sajd li
jimmodifika l-imġiba tal-ispeċijiet migratorji ħafna u li jiffavorixxi b'mod
partikolari il-konċentrazzjoni tagħhom qrib jew taħt it-tagħmir tas-sajd, se
jkun limitat għal FAD b'derivanti aritifiċjali msejħa ekoloġiċi li l-bidu nett,
il-kostruzzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom iridu jkunu b'mod li jevitaw kull
qbid inċidentali mit-tagħmir ta' krustaċej, klieb il-baħar u fkieren.
Il-materjali li minnhom ikun magħmul dan it-tagħmir awżiljari għandu jkun
bijodegredabbli. L-użu ta' dawn il-FAD b'derivanti artifiċjali se jiġi adottat
mill-Unjoni Ewropea skont pjan ta' ġestjoni konformi ma' dispożizzjonijiet
imwaqqfa mill-ICCAT. KAPITOLU IV Id-dikjarazzjoni dwar il-qbid 1. Ġurnal ta’ abbord tas-sajd Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jistad
fil-qafas tal-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd bil-Franċiż, li
l-mudell tiegħu għal kull kategorija ta' sajd jinsab fl-Appendiċi 3 ta’
dan l-Anness. Il-ġurnal tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan
għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. Il-kaptan għandu jikteb kuljum fil-ġurnal ta'
abbord tas-sajd il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata permezz tal-kodiċi
Alfa 3 tal-FAO, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż
tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali. Il-kaptan għandu
jagħmel nota wkoll f’każ li ma jinqabad xejn minn kwalunkwe speċi ewlenija. Jekk ikun il-każ, il-kaptan għandu jirreġistra
wkoll kuljum fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd il-kwantitajiet ta’ kull speċi
skartata fil-baħar, espressi f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ,
f’numri individwali. Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela
b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat
mill-kaptan. Il-kaptan għandu jkun responsabbli
għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd. 2. Dikjarazzjoni dwar il-qbid Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabda
tal-bastiment billi jibgħat lill-Gabon il-ġurnali ta' abbord tas-sajd tiegħu
għall-perjodu li fih kien preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Gabon. Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom
jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin: i) meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn
port tal-Gabon, il-kopja oriġinali ta’ kull ġurnal tas-sajd għandha tingħata
lir-rappreżentant lokali tal-Gabon, li għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva
dan id-dokument; ii) f’każ ta’ ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Gabon
mingħajr ma jgħaddi minn port tal-Gabon, kull oriġinal tal-ġurnal ta' abbord
tas-sajd għandu jintbagħat fi żmien 14-il jum wara l-wasla fi kwalunkwe port
ieħor, jew f'kull każ fi żmien 30 jum wara l-ħruġ miż-żona tal-Gabon a) permezz ta’ ittra mibgħuta lill-Gabon, b) jew permezz ta’ feks, fuq in-numru
kkomunikat mill-Gabon, c) jew permezz tal-posta elettronika. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom
sabiex jistabbilixxu sistema ta’ rappurtar tal-qabdiet ibbażata fuq skambju
elettroniku tal-informazzjoni kollha, bil-ħsieb li jitħaffef il-pass
tal-komunikazzjoni. Minn meta tkun possibbli l-komunikazzjoni
tad-dikjarazzjonijiet dwar il-qbid, il-kaptan għandu jibgħat il-ġurnali ta'
abbord tas-sajd lill-Gabon fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mill-Gabon.
Il-Gabon għandu jikkonferma minnufih li rċieva l-ġurnali permezz tal-posta
elettronika. Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta'
abbord tas-sajd kollha lid-delegazzjoni tal-UE fil-Gabon. Għall-bastimenti tas-sajd
għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief, il-kaptan għandu f'kull każ
jibgħat kopjat tal-ġurnali ta' abbord tas-sajd kollha lill-Istitut tar-Riċerka
Agrikola u tal-Forestrija (IRAF - 'Institut de Recherche Agricole et
Forestière') tal-Gabon kif ukoll lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin: i) IRD (Institut de recherche pour le
développement) ii) IEO (Instituto Español de Oceanografia), iii) IPMA (Instituto Português do Mar e da
Atmosfèra), jew Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tal-Gabon
fil-perjodu tal-validità tal-liċenzja tiegħu jagħti lok għal rapport ġdid
tal-qabdiet. Fejn
id-dispożizzjonijiet dwar ir-rappurtar tal-qbid ma jitħarsux, il-Gabon jista’
jissospendi l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni dwar il-qbid li tkun nieqsa u
jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti
skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. F’każ ta’ nuqqas ta' rispett b'mod
ripetut, il-Gabon jista’ jirrifjuta t-tiġdid tal-liċenzja. Il-Gabon għandu
jgħarraf lill-UE minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest. 3.
Tranżizzjoni għal sistema elettronika Iż-żewġ Partijiet
għandhom jiddikjaraw ir-rieda komuni tagħhom li jiżguraw tranżizzjoni għal
sistema elettronika għad-dikjarazzjoni dwar il-qbid abbażi tal-ispeċifitajiet
tekniċi definiti fl-Appendiċi 6. Il-Partijiet jaqblu li flimkien
jiddefinixxu r-regoli ta' din il-komunikazzjoni sabiex is-sistema ssir
operattiva fl-inqas żmien possibbli. Il-Gabon għandu jinforma lill-UE hekk kif
il-kundizzjonijiet ta' din it-trażmissjoni jkunu ssodisfati. Iż-żewġ Partijiet
jaqblu li s-sistema ssir operattiva b'mod sħiħ mhux aktar tard minn xahrejn
wara d-data tal-komunikazzjoni ta' din l-informazzjoni. 4.
Stqarrija finali tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u
bil-qasab u x-xlief Sakemm tiġi implimentata s-sistema elettronika
prevista mill-punt 3, l-UE għandha tistabbilixxi għal kull bastiment
tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief, stqarrija finali
tal-ħlasijiet dovuti mill-bastiment għall-perjodu annwali ta’ attività tas-sena
preċedenti bbażata fuq id-dikjarazzjonijiet dwar il-qbid tiegħu kkonfermati
mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq. L-UE għandha tibgħat din l-istqarrija finali
lill-Gabon u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena li
tkun għaddejja. Mid-data tal-implimentazzjoni effettiva
tas-sistema elettronika prevista mill-punt 3, l-UE għandha tistabbilixxi
għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief, stqarrija
finali tal-ħlasijiet dovuti mill-bastiment għall-perjodu annwali ta’ attività
tas-sena preċedenti bbażata fuq il-ġurnali ta' abbord arkivjati fiċ-Ċentru ta'
Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) tal-Istat tal-bandiera. L-UE għandha tibgħat din l-istqarrija finali
lill-Gabon u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Marzu tas-sena li
tkun għaddejja. Fiż-żewġ każijiet u fi żmien 30 jum
mid-data ta’ trażmissjoni, il-Gabon jista’ jikkontesta l-istqarrija finali,
abbażi ta’ elementi ta’ evidenza. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet
għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt. Jekk il-Gabon ma jagħmilx
oġġezzjoni fi żmien 30 jum, l-istqarrija finali tiġi meqjusa bħala
adottata. Fid-data tal-komunikazzjoni tal-istqarrija
finali dwar il-qbid lill-Gabon, l-UE għandha titrażmetti sommarju tad-dejta
dwar il-qbid u l-isforz tal-bastimenti tal-UE li juri l-attività tas-sajd fuq
l-FAD fiż-żona tas-sajd Gaboniża b'konformità mal-miżuri u l-obbligi adottati
mill-ICCAT, b'mod partikolari permezz tar-Rakkomandazzjoni 11/01. KAPITOLU V L-iżbark 1. Proċedura tal-iżbark Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jixtieq
jiżbarka f’port tal-Gabon, qabdiet magħmula fiż-żona tal-Gabon, għandu
jinnotifika lill-Gabon, mill-inqas 24 siegħa qabel l-iżbark jew
it-trażbord: a) l-isem tal-bastiment tas-sajd li għandu
jħott il-ħut l-art, b) il-port tal-iżbark, c) id-data u l-ħin previsti għall-iżbark, d) il-kwantità (espressa f’kilogrammi ta’ piż
ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li se
tiġi żbarkata l-art jew li se tiġi ttrażbordata (identifikata mill-Kodiċi
Alfa 3 tal-FAO tagħha). Il-bastimenti għandhom iħottu l-art il-qabdiet
inċidentali kollha tagħhom li jkunu qabdu fiż-żona tas-sajd tal-Gabon,
fil-portijiet tal-Gabon. L-operazzjoni ta’ żbark għandha ssir
fl-ilmijiet ta’ port tal-Gabon awtorizzat għal dan. It-trażbord huwa pprojbit. In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn
id-dispożizzjonijiet għandha twassal għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet
rilevanti previsti taħt il-leġiżlazzjoni tal-Gabon. 2. Inċentiv għall-iżbark a) Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun Hekk kif l-istrutturi portwali u
tal-ipproċessar tat-tonn isiru operattivi fil-Gabon, is-sidien tal-bastimenti
għandhom jimpenjaw rwieħhom li jiżbarkaw minimu ta' 30 % tal-qabdiet li
jseħħu fl-ilmijiet Gaboniżi, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet effettivi tal-unità
tal-produzzjoni. Matul dawn l-iżbarki il-bastimenti tas-sajd għat-tonn se
jiżbarkaw ukoll 100 % tal-qbid sekondarju miżmum abbord sabiex ifornu
lis-suq lokali. Dawn l-iżbarki li jitwettqu l-Gabon għandhom jiġu pprezzati
skont il-prezz tas-suq. Fil-każ li l-unità tal-produzzjoni tkun fornuta
f'ammonti inqas, il-Partijiet għandhom ilaqqgħu l-Kumitat Konġunt sabiex
tinstab soluzzjoni. b) Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u
x-xlief Is-sidien tal-bastimenti jimpenjaw rwieħhom li
jiżbarkaw 100 % tal-qabdiet li jseħħu fl-ilmijiet Gaboniżi, sabiex ifornu
lis-suq lokali. c) Id-dispożizzjonijiet imsemmija
fil-paragrafu 2 hawn fuq japplikaw suġġett għan-notifika mill-Parti
Gaboniża tal-istat operattiv effettiv tal-infrastrutturi kkonċernati u wara li
jiġu eżaminati mill-Kumitat Konġunt. KAPITOLU VI Il-kontrolli 1. Dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha Kull dħul jew ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Gabon
ta’ bastiment tal-UE li jkollu liċenzja tas-sajd għandu jkun innotifikat
lill-Gabon fi żmien 6 sigħat qabel id-dħul jew
il-ħruġ. Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ
tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari: i) id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ
skedati; ii) il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord,
identifikata permezz tal-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa
f’kilogrammi ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali; iii). il-preżentazzjoni tal-prodotti. In-notifika għandha ssir preferibbilment
permezz tal-posta elettronika, jew inkella, b’feks jew bir-radju, f’indirizz
elettroniku, numru tat-telefon jew fuq frekwenza mogħtija mill-Gabon. Il-Gabon
għandu jikkonferma minnufih li rċieva n-notifika permezz tal-posta elettronika.
Il-Gabon għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull
tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza
tat-trażmissjonijiet. Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona
tal-Gabon mingħajr ma jkun avża minn qabel il-preżenza tiegħu jitqies bħala
bastiment b'mod illegali. 2. Spezzjoni fuq il-baħar L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tal-Gabon
li ssir fuq il-bastimenti tal-UE li jkollhom liċenzja tas-sajd għandha ssir
minn bastimenti u spetturi tal-Gabon faċilment identifikabbli bħala uffiċjali
maħtura għall-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd. Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi
tal-Gabon għandhom javżaw lill-bastiment tal-UE dwar id-deċiżjoni tagħhom li
jagħmlu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn żewġ
spetturi, li għandhom juru l-identità tagħhom u l-kwalifika ta’ spettur qabel
l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Gabon għandhom jibqgħu abbord
il-bastiment tal-UE iż-żmien meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbuta
mal-ispezzjoni. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun
l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu. Il-Gabon jista’ jawtorizza lill-UE sabiex
tipparteċipa fl-ispezzjoni fuq il-baħar bħala osservatur. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu
jiffaċilita l-imbark u x-xogħol tal-ispetturi tal-Gabon. Fl-aħħar ta’ kull spezzjoni, l-ispetturi
tal-Gabon għandhom jagħmlu rapport dwar l-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment
tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni.
Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu
u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE. L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni
mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul
il-proċedura marbuta ma' ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma
d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur
irid iniżżel ir-referenza "irrifjuta li jiffirma". L-ispetturi
Gaboniżi għandhom jagħtu kopja tar-rapport ta’ spezzjoni lill-kaptan
tal-bastiment tal-UE qabel ma jinżlu mill-bastiment. Il-Gabon għandu
jittrażmetti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE fi żmien 8 ijiem
wara l-ispezzjoni. 3. Spezzjoni fil-port L-ispezzjoni fil-port tal-bastimenti tal-UE li
jiżbarkaw fl-ilmijiet ta’ port tal-Gabon, qabdiet magħmula fiż-żona tal-Gabon
għandha ssir minn spetturi awtorizzati. . L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux aktar minn
żewġ spetturi, li għandhom juru l-identità tagħhom u l-kwalifika ta’ spettur
qabel l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Gabon għandhom jibqgħu abbord il-bastiment
tal-UE iż-żmien meħtieġ biex iwettqu l-kompiti marbuta mal-ispezzjoni. Huma
għandhom jagħmlu spezzjoni b’mod li jillimitaw l-impatt fuq il-bastiment, fuq
l-attività ta’ żbark jew ta’ trasbord u fuq il-merkanzija tiegħu. Il-Gabon jista’ jawtorizza lill-UE tipparteċipa,
bħala osservatur, fl-ispezzjoni fil-port. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu
jippermetti lill-ispetturi tal-Gabon iwettqu xogħolhom. Fl-aħħar ta’ kull spezzjoni, l-ispettur
tal-Gabon għandu jagħmel rapport dwar l-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment
tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni.
Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu
u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE. L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni
mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul
il-proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan jirrifjuta li jiffirma
d-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur
irid iniżżel ir-referenza "irrifjuta li jiffirma". Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Gabon
għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment
tal-UE. Il-Gabon għandu jittrażmetti kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-UE
fi żmien 8 ijiem wara l-ispezzjoni. 4. Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra
s-sajd IUU Bil-għan li jissaħħaħ il-monitoraġġ tas-sajd
fl-ibħra miftuħa u li tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-bastimenti
tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom jissenjalaw il-preżenza ta kull bastiment
fiż-żona tas-sajd tal-Gabon li mhuwiex fil-lista tal-bastimenti awtorizzati
jistadu fil-Gabon. Jekk il-kaptan ta' bastiment tas-sajd tal-UE
josserva bastiment tas-sajd iwettaq attivitajiet tas-sajd u jkollu s-suspett li
dik tista' tkun attività tas-sajd IUU jista' jniżżel l-akbar ammont possibbli
ta' informazzjoni li jista' joħroġ minn din l-osservazzjoni. Ir-rapporti ta'
osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lill-awtorità kompetenti tal-Istat
Membru tal-bastiment li wettaq l-osservazzjoni li min-naħa tagħha għandha
tittrażmettiha lill-Kummissjoni Ewropea jew lill-organizzazzjoni maħtura
minnha. Il-Kummissjoni Ewropea imbagħad tibgħat din l-informazzjoni lill-Gabon. Il-Gabon għandu jikkomunika malajr kemm jista'
jkun lill-UE kull rapport ta' osservazzjoni fil-pussess tiegħu fir-rigward ta'
bastimenti tas-sajd li jwettqu attivitajiet suspettati li jkunu attivitajiet
tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd Gaboniża. KAPITOLU VII Is-sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS) 1. Messaġġi
dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS Meta jkunu fiż-żona tal-Gabon, il-bastimenti
tal-UE li jkollhom liċenzja tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’
monitoraġġ bis-satellita (VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u
kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f’kull ħin, liċ-ċentru ta’ kontroll tas-sajd
(Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd ĊMS) tal-Istat tal-bandiera. Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu
jinkludi: a) l-identifikazzjoni tal-bastiment, b) l-aktar pożizzjoni ġeografika reċenti
tal-bastiment (lonġitudni, latitudni) b’marġini ta’ żball ta’ inqas minn
500 metru u b'livell ta' fiduċja ta’ 99 %, c) id-data u l-ħin tar-reġistrazzjoni
tal-pożizzjoni, d) il-veloċità u r-rotta tal-bastiment. Kull messaġġ irid ikun ikkonfigurat skont
il-format tal-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul
fiż-żona tal-Gabon għandha tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”.
Il-pożizzjonijiet kollha sussegwenti għandhom ikunu identifikati bil-kodiċi
“POS”, minbarra l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Gabon,
li għandha tkun identifikata bil-kodiċi “EXI”. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jipprovdi
l-ipproċessar awtomatiku u, f’dak il-każ, it-trażmissjoni elettronika
tal-messaġġi ta’ pożizzjoni. Il-messaġġi ta’ pożizzjoni għandhom ikunu
rreġistrati u maħżuna b’mod sigur għal perjodu ta’ tliet snin. 2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment
f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li
s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem tajjeb u li l-messaġġi
dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera. F’każ ta’ ħsara, is-sistema VMS tal-bastiment
għandha tissewwa jew tiġi sostitwita fi żmien 10 ijiem. Wara dan iż-żmien,
il-bastiment ma jkunx aktar awtorizzat jistad fiż-żona tal-Gabon. Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tal-Gabon
b’sistema VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi ta’ pożizzjoni
tagħhom permezz tal-posta elettronika, bir-radju jew bil-feks liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera, mill-inqas kull erba’ sigħat, billi jagħtu l-informazzjoni kollha
meħtieġa. 3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni lill-Gabon Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat
awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati
liċ-ĊMS tal-Gabon. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Gabon għandhom
jiskambjaw bejniethom l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt u jinfurmaw minnufih
lil xulxin bi kwalunkwe tibdil f’dawn l-indirizzi. It-trażmissjoni tal-messaġġi ta’ pożizzjoni
bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Kap Verde għandha ssir b’mod
elettroniku skont sistema ta’ komunikazzjoni sikura. Iċ-ĊMS tal-Gabon għandu jinforma minnufih
liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE dwar kwalunkwe interruzzjoni fil-wasla
tal-messaġġi ta’ pożizzjoni konsekuttivi ta’ bastiment li jkollu liċenzja
tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu
miż-żona. 4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta’
komunikazzjoni Il-Gabon għandu jiżgura l-kompatibbiltà
tat-tagħmir elettroniku tiegħu ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u jinforma
minnufih lill-UE dwar kull ħsara fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi
ta’ pożizzjoni, bl-għan li tinstab soluzzjoni teknika fl-inqas żmien possibbli.
Il-Kumitat Konġunt għandu jkun mgħarraf rigward kwalunkwe tilwima li tista’
tinqala’. Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli
għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha
l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tiegħu dwar
il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti
mil-leġiżlazzjoni Gaboniża li tkun fis-seħħ. 5. Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi
dwar il-pożizzjoni Abbażi ta’ evidenza dokumentata li tipprova
ksur, il-Gabon jista’ jsaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat
kopja wkoll lill-UE, li jnaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat
il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit
tal-investigazzjoni. Dawn l-elementi ta’ evidenza għandhom ikunu trażmessi
mill-Gabon liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. Iċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera għandu jibgħat minnufih lill-Gabon il-messaġġi ta’ pożizzjoni
skont il-frekwenza l-ġdida. Hekk kif il-perjodu ta' investigazzjoni
stabbilit jintemm, il-Gabon għandu jinforma b'dan minnufih liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera u l-UE; hu għandu jinfurmahom bl-azzjoni ta' segwitu eventwali li
tingħata skont din l-investigazzjoni. KAPITOLU VIII Il-ksur tar-regoli 1. Trattament tal-ksur Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-UE li
għandu liċenzja skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma
f’rapport ta’ spezzjoni. Dan ir-rapport huwa trażmess lill-UE u lill-Istat
tal-bandiera mill-iktar fis possibbli. L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni
mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul
il-proċedura marbuta mal-ksur. Il-kaptan tal-bastiment għandu jikkoopera matul
it-twettiq tal-proċedura ta' spezzjoni. 2. Waqfien tal-bastiment – Laqgħa ta’
informazzjoni Meta l-leġiżlazzjoni tal-Gabon li tkun
fis-seħħ dwar il-ksur tippermetti dan, kull bastiment tal-UE li jkun wettaq
ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn
port tal-Gabon, f’każ li jkun qed ibaħħar. Il-Gabon għandu jinnotifika lill-UE, fi żmien
massimu ta’ 24 siegħa, b'kull waqfien ta’ bastiment tal-UE li jkollu
liċenzja. Din in-notifika għandha tkun akkumpanjata mill-elementi ta’ evidenza
tal-ksur iddenunzjat. Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura
fil-konfront tal-bastiment, tal-kaptan, tal-ekwipaġġ jew tat-tagħbija, minbarra
l-miżuri maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi, il-Gabon għandu jorganizza fuq
talba tal-UE, fi żmien ġurnata tax-xogħol wara n-notifika tal-waqfien
tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jispjega l-fatti li jkunu wasslu
għall-waqfien tal-bastiment u jispjega kwalunkwe konsegwenza. Rappreżentant
tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi għal din il-laqgħa ta’
informazzjoni. 3.
Sanzjonijiet għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess Is-sanzjoni għall-ksur denunzjat għandha tkun
stabbilita mill-Gabon skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali fis-seħħ. Meta s-soluzzjoni tar-reat tinvolvi proċedura
ġudizzjarja, qabel jingħata bidu għaliha, u sakemm ir-reat ma jkunx jinvolvi
att kriminali, għandha tinfetaħ proċedura ta' kompromess bejn il-Gabon u l-UE sabiex
ikunu ddeterminati t-termini u l-livell tas-sanzjoni. Ir-rappreżentanti
tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jistgħu jattendu għal din il-proċedura ta’
kompromess. Il-proċedura ta' kompromess għandha tintemm sa mhux aktar tard minn
3 ijiem wara n-notifika tal-waqfien tal-bastiment. 4. Proċedura ġudizzjarja - Garanzija
bankarja Jekk il-proċedura ta' kompromess ma tirnexxix
u l-ksur jittella’ quddiem il-qorti ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment
involut fir-reat għandu jiddepożita garanzija bankarja fil-bank magħżul
mill-Gabon u li l-ammont tagħha, stabbilit mill-Gabon, ikopri l-ispejjeż
marbuta mal-waqfien tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens.
Il-garanzija bankarja tibqa’ marbuta sakemm jintemmu l-proċedimenti legali Il-garanzija bankarja tiġi rilaxxata u
tingħata lura lil sid il-bastiment minnufih wara li tingħata s-sentenza: a). kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta
l-ebda piena, b) sal-bilanċ li jifdal, f'każ li s-sanzjoni
twassal għal multa inferjuri għall-garanzija bankarja. Il-Gabon għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat
tal-proċedimenti legali fi żmien 8 ijiem minn meta tingħata s-sentenza. 5. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ
tiegħu jitħalla jitlaq mill-port wara l-ħlas tal-multa stabbilita fil-proċedura
ta' kompromess, jew wara d-depożitu tal-garanzija bankarja. KAPITOLU IX It-tlugħ abbord ta’ baħrin 1. Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn
bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief jimpenjaw
rwieħhom li jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u
fil-limiti li ġejjin: - għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd
għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20 % tal-baħrin imtella' abbord matul
il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom
ikunu ġejjin minn pajjiżi AKP, - għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd
għat-tonn bil-qasab u x-xlief, mill-inqas 20 % tal-baħrin imtella' abbord
matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiżi terzi għandhom ikunu
ġejjin minn pajjiżi AKP, 2. Is-sidien
tal-bastimenti għandhom ifittxu li jtellgħu abbord baħrin Gaboniżi 3.
Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar
il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol, tapplika kollha kemm hi
għall-baħrin li jittellgħu abbord il-bastimenti tal-UE. B'mod partikolari din
tirrigwarda d-dritt ta' assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt
għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni
fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet. 4. Il-kuntratti
tax-xogħol tal-baħrin mill-pajjiżi AKP, li tingħata kopja tagħhom
lill-firmatarji, huma stabbiliti bejn ir-rappreżentant(i) tal-operaturi u
l-baħrin u/jew it-trejdjunjins tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn
il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’
sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’
mewt, mard u f'każ ta' inċident. 5. L-operaturi
huma responsabbli għas-salarju tal-baħrin mill-AKP. Dan għandu jiġi stabbilit
qabel ma jingħataw il-liċenzji bi qbil mal-operaturi jew ir-rappreżentanti
tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni tal-baħrin lokali ma
jistgħux ikunu inferjuri għal dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-Gabon u fi
kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għan-normi tal-ILO. 6. Kull baħri
impjegat mill-bastimenti tal-UE għandu jirrapporta lill-kaptan maħtur
tal-bastiment lejliet id-data proposta għall-imbark tiegħu. Jekk baħri jonqos
milli jirrappurta fid-data u l-ħin previsti għall-imbarkazzjoni, sid
il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta' dak
il-baħri. KAPITOLU X L-osservaturi 1.
L-Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd Il-bastimenti awtorizzati li jistadu għandhom
ikunu soġġetti għal sistema ta’ osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom
skont il-Ftehim. Din is-sistema ta’ osservazzjoni għandha tkun
konformi mad-dispożizzjonijiet previsti mir-rakkomandazzjonijiet adottati
mill-ICCAT (il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku).
2.
Il-bastimenti u l-osservaturi magħżulin Il-Gabon għandu jagħżel il-bastimenti tal-UE
li jtellgħu abbord osservatur kif ukoll l-osservatur assenjat lilu sa mhux
aktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur.
Fuq talba tal-awtoritajiet Gaboniżi, il-bastimenti tas-sajd tal-UE għandhom
itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’
25 % tal-bastimenti liċenzjati. Meta tinħareġ il-liċenzja, il-Gabon għandu
jinforma lill-UE u lil sid il-bastiment, jew ir-rappreżentant awtorizzat minnu,
dwar il-bastimenti u l-osservaturi magħżula, kif ukoll iż-żmien tal-preżenza
tal-osservatur abbord kull bastiment. Il-Gabon għandu jinforma minnufih lill-UE
u lil sid il-bastiment, jew ir-rappreżentant tiegħu, dwar kwalunkwe tibdil
fil-bastimenti u l-osservaturi magħżula. Il-Gabon għandu
jagħmel ħiltu sabiex ma jagħżilx osservaturi għall-bastimenti li diġà jkollhom
osservatur abbord jew li jkunu jinsabu diġà taħt l-obbligu formali li jtellgħu
abbord osservatur waqt kampanja tas-sajd ikkonċernata, fil-qafas
tal-attivitajiet tagħhom f’żoni oħrajn tas-sajd minbarra dawk tal-Gabon. L-osservaturi
m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex
iwettqu dmirijiethom. 3.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja fissa Mal-ħlas
tat-tariffa fissa, sid il-bastiment għandu jħallas lill-Gabon ammont fiss ta’
EUR 200 fis-sena għal kull bastiment. 3. Il-paga tal-osservatur Is-salarju u l-ispejjeż soċjali tal-osservatur
jitħallsu mill-Gabon. 4. Il-kundizzjonijiet tal-imbark Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur,
b’mod partikolari t-tul ta’ żmien abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim
reċiproku bejn sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-Gabon. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat
bħala uffiċjal. Madankollu, l-akkomodazzjoni tal-osservatur abbord għandha tqis
l-istruttura teknika tal-bastiment. L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel
abbord il-bastiment għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Il-kaptan għandu
jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura
s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur. L-osservatur
għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet
tiegħu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni,
għad-dokumenti relatati mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod
partikolari l-ġurnal tas-sajd u l-ktieb tan-navigazzjoni, kif ukoll
għall-partijiet tal-bastiment marbuta direttament mal-kompiti tiegħu. 5. L-obbligi
tal-osservatur Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu: a) jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma
jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd; b) jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun
hemm abbord; c) jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull
dokument li jappartjeni għall-bastiment. 6. L-imbark
u l-iżbark tal-osservatur L-osservatur għandu jitla’ abbord f’port
magħżul minn sid il-bastiment. Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu
għandu jinnotifika lill-Gabon, b’perjodu ta’ notifika ta’ 10 ijiem qabel
l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk
l-osservatur jitla’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu
lejn il-port tal-imbark għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. F’każ li l-osservatur ma jippreżentax ruħu
għall-imbark sa 12-il siegħa wara d-data u l-ħin miftiehma, sid il-bastiment
jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lil dan
l-osservatur. Huwa jkun liberu li jħalli l-port u jibda l-attivitajiet tas-sajd
tiegħu. Meta l-osservatur
ma jitniżżilx f’port tal-Gabon, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż
tal-vjaġġ tal-osservatur lura lejn il-Gabon fl-iqsar żmien possibbli. 7.
Il-kompiti tal-osservatur L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li
ġejjin: a) josserva l-attivitajiet tas-sajd
tal-bastiment, b) jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt
l-attivitajiet tas-sajd, c) jieħu kampjun bijoloġiku bħala parti
mill-programm xjentifiku, d) jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat, e) jivverifika d-dejta dwar il-qabdiet li
jkunu saru fiż-żona tal-Gabon u jkunu rrappurtati fil-ġurnal ta' abbord, f) jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet
inċidentali u jagħti stima tal-qabdiet skartati; g) jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu
bir-radju, feks jew posta elettronika, mill-inqas darba fil-ġimgħa meta
l-bastiment jopera fiż-żona tal-Gabon, inkluż il-volum abbord tal-qabdiet
ewlenin u inċidentali. 8. Rapport
tal-osservatur Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur
għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment.
Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport
tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan.
Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur. L-osservatur
għandu jagħti r-rapport tiegħu lill-Gabon, li jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi
żmien 8 ijiem wara l-iżbark tal-osservatur. ------------------------------------------------------------------ Appendiċijiet
għal dan l-Anness 1. Appendiċi 1 – Formola
tal-applikazzjoni għal liċenzja 2. Appendiċi 2 – Dikjarazzjoni teknika 3. Appendiċi 3 – Ġurnal tas-sajd 4. Appendiċi 4 – Format tal-messaġġ
tal-pożizzjoni VMS 5. Appendiċi 5 – Limiti taż-żona tas-sajd
Gaboniża 6. Appendiċi 6 - Rappurtar elettroniku
tal-attivitajiet tas-sajd Appendiċi 1 FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN IL-GABON U L-UNJONI EWROPEA APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TAS-SAJD I- L-APPLIKANT 1. Isem is-sid:
..................................................................................................................................................................... 2. L-indirizz tas-sid:
.................................................................................................................................................................... 2. Isem l-assoċjazzjoni jew ir-rappreżentant tas-sid:
............................................................................................................... 3. Indirizz tal-assoċjazzjoni jew tar-rappreżentant tas-sid:
.......................................................................................................... 4. Numru tat-telefown:........................................... Numru
tal-faks: ................................... Posta elettronika:
………………………………………………………….. 5. Isem il-kaptan: ..................................................
Nazzjonalità: ....................... Posta elettronika: ………………………………..……………….. II- IL-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU 1. Isem il-bastiment:
..................................................................................................................................................................... 2. Pajjiż tal-bandiera:
................................................................................................................................................................... 3. Numru tar-reġistrazzjoni esterna:
............................................................................................................................................... 4. Port tar-reġistrazzjoni: ………………………..…………. MMSI :
……………..……….….……. Numru tal-IMO :……………………………………….. 5. Data li fiha nkisbet il-bandiera attwali:
........../........./.............. Bandiera ta' qabel (jekk kien hemm):
………………..……………………… 6. Sena u post tal-kostruzzjoni: ....../......./.......... fi
…………………………………........... Sinjal tar-Radju:
..................................... 7. Frekwenza tas-sinjal tar-radju: ………………………………….............. Numru
tat-telefown bis-satellita: ……………..……………………………………… 8. Materjal tal-buq: Ħadid ¨ Injam ¨ Poliester ¨ Ieħor ¨
………………………………………………………………………………….. III- KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U T-TAGĦMIR 1. Tul totali :
.................................................. Wisa’:
....................................... 2. Tunnellaġġ Gross (espress f'TG):
.................................. Tunnellaġġ Nett; ………………… 3. Qawwa tal-magna prinċipali f’H.P.:
......................... Ditta: ............................................. Tip:
........................................... 4. Tip ta’ bastiment: ¨ Għat-Tonn bit-Tartarun ¨ Bil-qasab u x-xlief 5. Rkaptu tas-sajd:
.................................................. 6. Żoni tas-sajd: ……………………………………… Speċijiet fil-mira: 7. Port magħżul għall-operazzjoni tal-iżbark: …………………………………………… 8. Għadd totali tal-ekwipaġġ abbord: ............................................................... 9. Metodu ta’ konservazzjoni abbord: Frisk ¨ Imkessaħ ¨ Imħallat ¨ Iffriżat ¨ 10. Kapaċità tal-friża kull 24 siegħa (f’tunnellati):
................. Kapaċità tal-istivi: ............... Numru: ..... 11. VMS: Produttur: …………………… Mudell: …………………. Numru tas-Serje:
………………… Verżjoni tas-softwer:
........................................................... Operatur
tas-satellita: ……………….. Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika illi t-tagħrif ipprovdut f'din
l-applikazzjoni huwa veru u ġenwin. Magħmul fi ...............................................,
fil-...................................... ta' ........................ ta'
………….…. Firma tal-applikant
................................................................... Appendiċi
2 – Dikjarazzjoni teknika Żona tas-sajd: Lil hinn minn 12-il mil tal-baħar li jibdew mil-linja bażi, bl-esklużjoni taż-żoni pprojbiti għan-navigazzjoni u s-sajd kif previst fl-Appendiċi 5. Kategoriji awtorizzati: Sajd b'bastimenti għat-tonn bit-tartarun Bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief Qabdiet inċidentali: Konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u l-FAO. Tariffi u tunnellaġġ: Tariffa għal kull tunnellata maqbuda || Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief: - l-ewwel sena: EUR 55 - it-tieni u t-tielet sena: EUR 65/tunnellata Tariffa nazzjonali annwali: || Bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bil-qasab u x-xlief: EUR 13 750 kull sena, għall-perjodu kollu tal-Protokoll Għadd ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd || 27 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun 8 bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief oħrajn Osservaturi fuq 25 % tal-bastimenti awtorizzati għas-sajd - kontribuzzjoni finanzjarja fissa: EUR 200 kull bastiment u kull sena. Baħrin 20 % tal-baħrin imtella' abbord li jkunu ġejjin minn Pajjiżi AKP Appendiċi 3 – Ġurnal ta' abbord tas-sajd ĠURNAL TA’ ABBORD TAL-ICCAT GĦAS-SAJD TAT-TONN || || || Konz Lixka ħajja Tartarun idur Tkarkir Oħrajn || || || || || || || || || || || || || Isem il-bastiment: ……………………………………………………………………. || Tunnellaġġ gross: …………………………………………………............................. || TLUQ tal-bastiment: RITORN tal-bastiment: || Xahar || Jum || Sena || Port || || || Pajjiż tal-bandiera: ……………………………………………………………………........................... || Kapaċità – (TM): ……………………………………………........ || || || || || || || || Numru tar-reġistrazzjoni: ………………………………………………………………................................... || Kaptan: ……………………………………………………….... || || || || Sid il-bastiment: ………………………………………………………….......................... || Numru ta’ membri tal-ekwipaġġ: ….…………………………………………………........................ || || || || || || || || Indirizz: ………………………………………………………………………….... || Data tar-rappurtar: ………………………………………………...... || || || || (Awtur tar-rapport): ………………………………………................................. || Għadd ta’ jiem fuq il-baħar: || || Għadd ta’ jiem ta’ sajd: Għadd ta’ rimjiet: || || Nru. tas-sajda: || || || || || || Data || Settur || || || Capturas (Qabdiet) || Isco usada na pesca (Lixka użata) Xahar || Jum || Latitudni T/N || Lonġitudni L/P || Temperatura ta’ wiċċ il-baħar (ºC) || Sforz tas-sajd Għadd ta’ snanar użati || Tonn Thunnus thynnus jew maccoyi || Tonna tal-pinen sofor Thunnus albacares || (Tonn għajnu kbira) Thunnus obesus || (Alonga) Thunnus alalunga || (Pixxispad) Xiphias gladius || (Marlin) (Marlin abjad) Tetraptunus audax jew albidus || (Marlin iswed) Makaira indica || (Sailfish) Istiophorus albicane jew platypterus || Palamit Katsuwonus pelamis || (Ħut varju) || Total ta' kuljum (piż f’kg biss) || Saury || Klamari || Lixka ħajja || (Oħrajn) || || || || || || Numru || Piż kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || Numru || kg || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || KWANTITAJIET LI ĠEW ŻBARKATI (F’KG) || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || Kummenti || || || || 1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum. || || 3 – "Jum" tfisser il-jum li fih saret ir-rimja tal-konz. || 5 – L-aħħar ringiela (Kwantitajiet li ġew żbarkati) m’għandhiex timtela qabel tmiem is-sajda. Irid jiġi indikat il-piż reali fil-mument tal-iżbark. || 2 – Fi tmiem kull sajda, ibgħat kopja tal-ġurnal lill-korrispondenti tiegħek jew lill-ICCAT, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid. Spanja || || 4 – Is-settur tas-sajd jiddetermina l-pożizzjoni tal-bastiment. Dawwar il-minuti sal-eqreb minuta u nnota l-grad tal-latitudni u l-lonġitudni. Ara li tindika T/N (Tramuntana/Nofsinhar) u L/P (Lvant/Punent). || || 6 - L-informazzjoni kollha mniżżla hawn tibqa’ strettament kunfidenzjali.. || Appendiċi 4 IL-KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-GABON RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI
Element tad-Dejta || Kodiċi || Obbligatorju/Fakultattiv || Kontenut Il-bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall tas-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni Destinatarju || AD || O || Dettall tal-messaġġ - Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166) Mingħand || FR || O || Dettall tal-messaġġ - Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż li qed jibgħat (ISO-3166) Stat tal-Bandiera || FS || O || Detall tal-messaġġ - Kodiċi Alfa-3 tal-pajjiż tal-bandiera (ISO-3166) Tip ta’ messaġġ || TM || O || Dettall tal-messaġġ - Tip ta' messaġġ (ENT, POS, EXI) Kodiċi internazzjonali tar-radju (IRCS) || RC || O || Dettall tal-bastiment - Kodiċi internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (IRCS) In-numru ta’ referenza intern tal-Parti kontraenti || IR || F || Dettall tal-bastiment - Numru uniku tal-Kodiċi Alfa-3 tal-Parti kontraenti (ISO-3166) segwit minn numru. Reġistrazzjoni esterna || XR || O || Dettall tal-bastiment - numru mwaħħal mal-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1) latitudni || LT || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - posiżżjoni fi gradi u gradi deċimali T/N DD.ddd (WGS84) Lonġitudni || LG || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - posiżżjoni fi gradi u gradi deċimali L/P DD.ddd (WGS84) Rotta || CO || O || Rotta tal-bastiment fuq scala ta' 360 grad Veloċità || SP || O || Veloċità tal-bastimenti f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi Data || DA || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) Ħin || TI || O || Dettall tal-pożizzjoni tal-bastiment - ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) Tmiem tar-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall tas-sistema li jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni Kull trażmissjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej: (1)
Il-karattri utilizzati għandhom ikunu konformi
mar-regoli tal-ISO 8859.1 (2)
linja mmejla doppja (//) u l-kodiċi tal-qasam “SR”
jindikaw il-bidu tal-messaġġ. (3)
Kull element tad-dejta jiġi identifikat mill-kodiċi
tiegħu u jingħażel mill-elementi l-oħra tad-dejta permezz ta’ linja mmejla
doppja (//). (4)
Linja mmejla waħda (/) tissepara l-kodiċi tal-qasam
u d-dejta. (5)
Il-kodiċi “ER” segwit minn linja mmejla doppja (//)
jindika tmiem il-messaġġ. (6)
L-elementi tad-dejta fakultattivi għandhom
jiddaħħlu bejn il-bidu u t-tmiem tal-messaġġ. Appendiċi 5 LIMITI
TAŻ-ŻONA TAS-SAJD GABONIŻA KOORDINATI TAŻ-ŻONA TAS-SAJD L-awtoritajiet kompetenti Gaboniżi għandhom
jikkomunikaw il-koordinati ġeografiċi tal-linja bażi Gaboniża, taż-żona
tas-sajd Gaboniża u taż-żoni pprojbiti għan-navigazzjoni u s-sajd lis-servizzi
kompetenti tal-UE. L-awtoritajiet Gaboniżi jieħdu l-impenn li jikkomunikaw kull
modifika li tirrelata għal dawn il-limiti mhux anqas minn xahar qabel tidħol
fis-seħħ tali modifika. Appendiċi 6 (a)
Linji gwida għall-qafas u l-implimentazzjoni
ta' sistema elettronika ta' komunikazzjoni tad-dejta relatata mal-attivitajiet
tas-sajd (Sistema ERS) Referenza: Anness tal-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija bejn l-UE u
l-Gabon Dispożizzjoni ġenerali (1)
Kull bastiment tas-sajd tal-UE għandu jkun mgħammar
b'sistema elettronika, minn hawn 'il quddiem imsejħa "sistema ERS",
li tkun kapaċi tirreġistra u tittrażmetti dejta relatata mal-attività tas-sajd
tal-bastiment, minn hawn 'il quddiem imsejħa "dejta ERS", waqt li
l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tal-Gabon. (2)
Bastiment tas-sajd li ma jkunx mgħammar b'sistema
ERS, jew li s-sistema ERS ma tkunx qed taħdem, mhuwiex awtorizzat jidħol
fl-ilmijiet tal-Gabon biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha. (3)
Id-dejta ERS hija trażmessa skont il-proċeduri
tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment, jiġifieri l-ewwel tintbagħat liċ-Ċentru
ta' Monitoraġġ tas-Sajd (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ CMS) tal-Istat
tal-bandiera, li jiżgura li dawn ikunu awtomatikament disponibbli għaċ-ĊMS
tal-Gabon. (4)
L-Istat tal-bandiera u l-Gabon għandhom jiżguraw li
ċ-ĊMS tagħhom ikunu mgħammra bit-tagħmir tal-informatika u s-softwer meħtieġa
biex isseħħ it-trażmissjoni awtomatika tad-dejta ERS fil-format XMS
[http://ec.europa.eu/cfp/control/codes/index_en.htm] disponibbli fi u li
għandha proċedura ta' salvagwardja kapaċi li tirreġistra u taħżen id-dejta ERS
f'forma li tinqara minn kompjuter għal perjodu ta' mhux anqas minn 3 snin. (5)
Kull modifika jew aġġornament ta' dan il-format
għandu jkun identifikat u datat, u għandu jsir operattiv sitt xhur wara li jiġi
applikat. (6)
It-trażmissjoni tad-dejta ERS għandha tuża l-mezzi
elettroniċi ta' komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea f'isem
l-UE, identifikati bħala DEH ('Data Exchange Highway'). (7)
L-Istat tal-bandiera u l-Gabon għandhom jagħżlu
korrispondent ERS kull wieħed li jkun il-punt ta' kuntatt. (a)
Il-korrispondenti ERS għandhom jintgħażlu għal
perjodu ta' mhux inqas minn sitt xhur; (b)
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Gabon
għandhom jikkomunikaw b'mod reċiproku l-koordinati (ismijiet, indirizzi, numri
tat-telefown, tal-feks u tal-posta elettronika) tal-korrispondenti ERS tagħhom
qabel ma' tidħol fis-seħħ il-produzzjoni tal-ERS mill-fornitur. (c)
Kull modifika fil-koordinati tal-korrispondent ERS
għandha tiġi kkomunikata mingħajr dewmien. Stabbiliment u komunikazzjoni
tad-dejta ERS (8)
Il-bastiment tas-sajd tal-UE għandu: (a)
jikkomunika d-dejta ERS kuljum għal kull jum li
jgħaddi fl-ilmijiet tal-Gabon; (b)
jirreġistra għal kull operazzjoni tas-sajd
il-kwantitajiet ta' kull speċi li tinqabad u tinżamm abbord, kemm jekk tkun
l-ispeċi fil-mira kif ukoll jekk tkun parti mill-qbid inċidentali, jew
skartata; (c)
għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazzjoni
tas-sajd mogħtija mill-Gabon, għandhom jiġu ddikjarati wkoll il-qabdiet b'valur
ta' żero; (d)
kull speċi għandha tkun identifikata mill-kodiċi
alfa-3 tal-FAO; (e)
il-kwantitajiet huma espressi f'kilogrammi ta' piż
ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, f'għadd ta' ħut individwali; (f)
jirreġistra id-dejta ERS, għal kull speċi,
il-kwantitajiet li ġew ittrasbordati u/jew żbarkati; (g)
fid-dejta ERS jirreġistra, waqt kull dħul (messaġġ
COE) u ħruġ (messaġġ COX) mill-ilmijiet tal-Gabon, messaġġ speċifiku li jkun
fih, għal kull speċi identifikata fl-awtorizzazjoni tas-sajd mogħtija
mill-Gabon, il-kwantitajiet li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta' kull dħul/ħruġ; (h)
jittrażmetti kuljum id-dejta ERS liċ-ĊMS tal-Istat
tal-bandiera, skont il-format previst fil-paragrafu 3 hawn fuq, mhux aktar
tard minn 23:59 UTC. (9)
Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni
tad-dejta ERS irreġistrata u trażmessa. (10)
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat
awtomatikament u b'mod immedjat id-dejta ERS liċ-ĊMS tal-Gabon. (11)
Iċ-ĊMS tal-Gabon għandu jikkonferma li tkun waslet
id-dejta ERS b'messaġġ ta' ritorn u jittratta kull dejta ERS b'mod
kunfidenzjali. Nuqqas fis-sistema ERS
abbord bastiment, u/jew fit-trażmissjoni tad-dejta ERS bejn il-bastiment u
ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera (12)
L-Istat tal-bandiera għandu jinforma mingħajr
dewmien lill-kaptan u/jew lil sid il-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu,
jew lir-rappreżentant tiegħu, b'kull nuqqas tekniku tas-sistema ERS installata
abbord bastiment jew b'nuqqas fil-funzjonament tat-trażmissjoni tad-dejta ERS
bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera. (13)
L-Istat tal-bandiera għandu jinforma lill-Gabon
bin-nuqqas skopert u bil-miżuri korrettivi li jkunu ttieħdu. (14)
F'każ ta' ħsara tas-sistema ERS abbord
il-bastiment, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li l-ħsara titranġa jew
li s-sistema ERS tinbidel f'mhux aktar tard minn 10 ijiem wara. Jekk
il-bastiment jagħmel waqfa f'dan il-perjodu ta' 10 ijiem, il-bastiment ma
jkunx jista' jkompli bl-attivitajiet tas-sajd tiegħu fl-ilmijiet tal-Gabon
sakemm is-sistema ERS ma tkunx fi stat perfett ta' funzjonament, ħlief jekk
tingħata awtorizzazzjoni mill-Gabon. (15)
Bastiment tas-sajd ma jistax jitlaq minn port wara
li jkun instab nuqqas tekniku fis-sistema ERS tiegħu qabel ma: (a)
is-sistema ERS tiegħu tkun funzjonali mill-ġdid
għas-sodisfazzjoni tal-Istat tal-bandiera u tal-Gabon, jew (b)
jirċievi l-awtorizzazzjoni mill-Istat tal-bandiera.
F'dan il-każ tal-aħħar, l-Istat tal-bandiera għandu jinforma lill-Gabon
bid-deċiżjoni tiegħu qabel it-tluq tal-bastiment. (16)
Kull bastiment tal-UE li jopera fl-ilmijiet
tal-Gabon b'sistema ERS difettuża għandu jittrażmetti kuljum u mhux aktar tard
minn 23:59 UTC id-dejta ERS kollha liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera b'mezz ieħor
ta' komunikazzjoni elettronika li jkun disponibbli u aċċessibbli miċ-ĊMS
tal-Gabon. (17)
Id-dejta ERS li ma tkunx tista' tkun disponibbli
għall-Gabon permezz tas-sistema ERS minħabba nuqqas kif imsemmi fil-paragrafu 10
tintbagħat miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera liċ-ĊMS tal-Gabon b'mezz ieħor
elettroniku li jkun tajjeb b'mod reċiproku. Din it-trażmissjoni alternattiva
għandha titqies bħala prijoritarja, filwaqt li jittieħed qies tal-fatt li
l-iskadenzi normalment applikabbli għat-trażmissjoni jistgħu ma jiġux
rispettati. (18)
Jekk iċ-ĊMS tal-Gabon ma jirċevix id-dejta ERS
mingħand bastiment matul 3 ijiem konsekuttivi, il-Gabon jista' joħroġ
struzzjonijiet lill-bastiment biex imur immedjatament f'port magħżul mill-Gabon
għall-investigazzjoni. Nuqqas taċ-ĊMS - nuqqas
ta' wasla tad-dejta ERS miċ-ĊMS tal-Gabon (19)
Jekk ĊMS ma jirċevix id-dejta ERS, il-korrispondent
ERS tiegħu għandu jinforma minnufih lill-korrispondent ERS taċ-ĊMS l-ieħor u,
jekk ikun meħtieġ, jikkollabora sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema. (20)
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS tal-Gabon
għandhom jaqblu b'mod reċiproku qabel it-tnedija operattiva tal-ERS dwar
il-mezzi ta' komunikazzjoni alternattivi li għandhom jiġu utilizzati
għat-trażmissjoni tad-dejta ERS f'każ ta' nuqqas taċ-ĊMS, u għandhom jinfurmaw
lil xulxin minnufih b'kull modifika. (21)
Hekk kif iċ-ĊMS tal-Gabon jinnotifika li d-dejta
ERS ma tkunx waslet, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika l-kawżi
tal-problema u jieħu l-miżuri xierqa sabiex tinstab soluzzjoni għall-problema.
Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jinforma liċ-ĊMS tal-Gabon u tal-UE
bir-riżultati u l-miżuri li jkunu ttieħdu fi żmien 24 siegħa wara li jkun
ġie skopert in-nuqqas. (22)
Jekk ikun hemm bżonn ta' iktar minn 24 siegħa biex
tinstab soluzzjoni għall-problema, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu
jittrażmetti id-dejta ERS li tkun nieqsa liċ-ĊMS tal-Gabon bl-użu ta' wieħed
mill-mezzi elettroniċi alternattivi previsti fil-punt 17. (23)
Il-Gabon għandu jinforma lis-servizzi ta' kontroll
kompetenti tiegħu (MCS) sabiex il-bastimenti tal-UE ma jkunux meqjusa li qed
iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta ERS miċ-ĊMS tal-Gabon
minħabba nuqqas ta' wieħed miċ-ĊMS. Manutenzjoni ta' ĊMS (24)
L-operazzjonijiet ta' manutenzjoni ppjanifikati ta'
ĊMS (programmi ta' manutenzjoni) u li probabbli jaffettwaw l-iskambju tad-dejta
ERS għandhom jiġu nnotifikati liċ-ĊMS l-ieħor mhux inqas minn 72 siegħa
qabel, b'indikazzjoni, jekk dan ikun possibbli, tad-data u t-tul ta' żmien
tal-manutenzjoni. Għall-operazzjonijiet ta' manutenzjoni mhux ippjanifikati,
din l-informazzjoni għandha tintbagħat mill-iktar fis possibbli liċ-ĊMS
l-ieħor. (25)
Matul l-operazzjoni ta' manutenzjoni,
id-disponibbiltà tad-dejta ERS tista' titpoġġa fi stat ta' stennija sakemm
is-sistema terġa' tiġi operattiva. Imbagħad, id-dejta ERS ikkonċernata terġa'
titpoġġa għad-dispożizzjoni immedjatament wara t-tmiem tal-operazzjoni ta'
manutenzjoni. (26)
Jekk l-operazzjoni ta' manutenzjoni ddum iktar minn
24 siegħa, id-dejta ERS għandha tiġi trażmessa liċ-ĊMS l-ieħor b'wieħed
mill-mezzi elettroniċi alternattivi kif previst fil-punt 17. (27)
Il-Gabon għandu jinforma lis-servizzi ta' kontroll
kompetenti tiegħu (MCS) sabiex il-bastimenti tal-UE ma jkunux meqjusa li qed
iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta' trażmissjoni tad-dejta ERS kawża ta'
operazzjoni ta' manutenzjoni ta' ĊMS. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma
ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għan(ijiet)
1.5. Raġuni(jiet)
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul
ta’ żmien u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i
ta’ ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata 3.2. Stima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima
tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.2. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet operattivi 3.2.3. Stima tal-impatt fuq
l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Kontribuzzjoni minn
partijiet terzi 3.3. Stima tal-impatt fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva Propożizzjoni
għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni
Ewropea u r-Repubblika Gaboniża li tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u
l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd
fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet 1.2. Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[3] 11.
– Affarijiet Marittimi u s-Sajd 11.03
– Sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar 1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija reletata
ma’ azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni
ġdida b'segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja[4] X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata
mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni
orjentata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Għan(ijiet) 1.4.1. Għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva In-negozjati
u l-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd ma' pajjiżi terzi jissodisfaw l-għan
ġenerali li jkun permess l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea
f'żoni tas-sajd li jinsabu fiż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi (ŻEE) ta' pajjiżi
terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma' dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ
l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-UE. Il-Ftehimiet
ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li
jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jittieħdu f'politiki oħra
Ewropej (l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi ta' Stati terzi, il-ġlieda kontra
s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU), l-integrazzjoni
tal-pajjiżi msieħba fl-ekonomija globali, kif ukoll governanza aħjar tas-sajd
fuq il-livell politiku u finanzjarju). 1.4.2. Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB
ikkonċernata/i Għan speċifiku Nru 1 Sabiex
jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni,
tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi
tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi
FPAs ma’ Stati kostali, b’mod li jkunu konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn. L-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata(i) L-affarijiet
marittimi u s-sajd, is-sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar, il-ftehimiet
internazzjonali dwar is-sajd (il-linja tal-baġit 11.0301) 1.4.3. Riżultat(i) u impatt(i) mistennija Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva
mistennija jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Il-konklużjoni
tal-Protokoll se tgħin sabiex jinżamm livell sostenibbli ta’ opportunitajiet
tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fiż-żona tas-sajd Gaboniża. Il-Protokoll
se jikkontribwixxi wkoll għall-ġestjoni u l-konservazzjoni aħjar tar-riżorsi
tas-sajd, permezz tal-appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni
tal-programmi adottati fuq il-livell nazzjonali mill-pajjiżi msieħba u b'mod
partikolari fir-rigward tal-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ
tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva. Ir-rata
tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (% tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd użati
meta mqabbla mad-disponibbiltà offruta mill-Protokoll); Il-ġbir
u l-analiżi tad-dejta dwar il-qbid u l-valur kummerċjali tal-Ftehim; Il-kontribuzzjoni
għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq
tal-UE (fuq livell aggregat ma’ FPAs oħra); Għadd
ta’ laqgħat tekniċi u ta’ laqgħat tal-Kumitati konġunti. 1.5. Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu sodisfat(i) fuq medda qasira jew twila
ta’ żmien Il-Protokoll
għall-perjodu 2005-2011 skada fit-2 ta’ Diċembru 2011. Huwa
previst li l-Protokoll il-ġdid jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data
tal-iffirmar tiegħu. Sabiex ikun żgurat l-irkupru tal-operazzjonijiet tas-sajd,
qed jingħata bidu għal proċedura rigward l-adozzjoni mill-Kunsill ta' deċiżjoni
fir-rigward tal-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll b'mod
parallel ma' din il-proċedura. Il-Protokoll
il-ġdid se jippermetti li jiġi pprovdut qafas għall-attivitajiet tas-sajd
tal-flotta Ewropea fiż-żona tas-sajd Gaboniża, u se jawtorizza lis-sidien
tal-bastimenti Ewropej biex jitolbu liċenzji tas-sajd li jawtorizzawhom jistadu
fl-ilmijiet Gaboniżi. Barra minn hekk, il-Protokoll
il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża
sabiex jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. Huwa
jipprovdi, b’mod partikolari, il-kontroll tal-bastimenti bil-VMS u l-komunikazzjoni
tal-informazzjoni dwar il-qabdiet b’mod elettroniku. L-appoġġ settorjali ġie
msaħħaħ bil-għan li jgħin lir-Repubblika Gaboniża fil-qafas tal-istrateġija
nazzjonali fir-rigward tas-sajd u jinkludi l-ġlieda kontra s-sajd IUU. 1.5.2. Valur miżjud tal-involviment tal-UE Fir-rigward
ta’ dan il-Protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta’ azzjoni mill-UE iwassal għal
ftehimiet privati li ma jagħtux garanzija ta’ sajd sostenibbli. L-Unjoni
Ewropea tispera wkoll li b'dan il-Protokoll, ir-Repubblika
Gaboniża tkompli tikkoopera b'mod effikaċi mal-UE b'mod partikolari
fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali. 1.5.3. Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi L-analiżi
tal-qbid tal-Protokoll preċedenti wasslet sabiex il-Partijiet iżidu
it-tunnellaġġ ta' referenza. L-appoġġ settorjali ġie msaħħaħ filwaqt li tqiesu
l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali fir-rigward tas-sajd kif ukoll
tal-ħtiġijiet f'termini tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni
tas-sajd Gaboniża, 1.5.4. Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra rilevanti Il-fondi
mħallsa skont l-FPAs jikkonsistu fi dħul funġibbli fil-baġits tal-pajjiżi terzi
msieħba. Madankollu, l-allokazzjoni ta’ parti minn dawn il-fondi
għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet fil-qafas tal-politika settorjali tal-pajjiż
hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn ir-riżorsi
finanzjarji huma kompatibbli ma' sorsi oħra ta' finanzjament minn donaturi oħra
ta’ fondi internazzjonali biex iwettqu proġetti u/jew programmi fuq livell
nazzjonali fis-settur tas-sajd. 1.6. Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju X Proposta/inizjattiva ta’ tul
ta’ żmien limitat –
X Proposta/inizjattiva fis-seħħ mid-data
tal-iffirmar tal-Protokoll u għal tul ta' tliet snin. –
X Impatt finanzjarju mill-2013 sal-2015. ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien
mhux limitat –
Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa
SSSS, –
segwita minn operazzjoni sħiħa. 1.7. Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[5] X Ġestjoni ċentralizzata diretta
mill-Kummissjoni ¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta b’delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil: –
¨ aġenziji eżekuttivi –
¨ korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[6] –
¨ korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz
pubbliku –
¨ persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi
skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att
bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament
Finanzjarju ¨ Ġestjoni kondiviża
mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta
ma' organizzazzjonijiet internazzjonali 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta'
dawn id-dispożizzjonijiet. Il-Kummissjoni
(DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd tagħha bbażat fil-Gabon u
d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Libreville) se tiżgura monitoraġġ regolari
tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, speċjalment f’termini tal-użu
tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f’termini ta’ dejta dwar il-qbid.
Barra
minn hekk, l-FPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt
li matulha l-Kummissjoni u l-pajjiż terz jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim
u tal-Protokoll tiegħu u jagħmlu, fejn ikun meħtieġ, aġġustamenti
fil-programmar u, fejn xieraq, fil-kontribuzzjoni finanzjarja. 2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikat(i) Jeżistu
għadd ta' riskji fit-twaqqif ta’ protokoll dwar is-sajd, b’mod partikolari
rigward l-ammonti maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd
(sottoprogrammar). Dawn id-diffikultajiet ma rriżultawx wara t-twettiq
tal-Protokoll tal-2005-2011 mar-Repubblika Gaboniża. 2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previst(i) Huwa
previst djalogu bbażat fuq l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika
settorjali. L-analiżi konġunta tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 3
tagħmel ukoll parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll. Barra
minn hekk, il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tiegħu, taħt
ċerti kundizzjonijiet u f’ċirkostanzi determinati. 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’
protezzjoni eżistenti jew previsti. Il-Kummissjoni
tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku u konsultazzjoni regolari
mar-Repubblika Gaboniża sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u
ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. F’kull
każ, kull pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ Ftehim dwar is-Sajd
huwa soġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard
tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati b’mod
sħiħ il-kontijiet bankarji tal-Istati terzi li fihom jitħallsu l-ammonti
tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Għal dan il-Protokoll, l-Artikolu 2(9)
jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha għandha titħallas f'kont
bankarju uniku tat-Teżor pubbliku tal-Gabon. 3. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit
tan-nefqa affettwata · Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………...……………] || AD/AMD ([7]) || minn pajjiżi tal-EFTA[8] || mill-pajjiżi kandidati[9] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(a) bis tar-Regolament Finanzjarju 2 || 11.0301 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd || AD || LE || LE || LE || LE · Linji ġodda tal-baġit mitluba (mhux applikabbli) Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………………………] || AD/AMD || minn pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(a) bis tar-Regolament Finanzjarju || [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3.2. Stima tal-impatt fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa f'miljuni
ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 2 || Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali DĠ: MARE || || || Sena N[10] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || Numru tal-linja tal-baġit: 11.0301 || Impenji || (1) || 1.350 || 1.350 || 1.350 || || || 4.050 Ħlasijiet || (2) || 1.350 || 1.350 || 1.350 || || || 4.050 Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || Ħlasijiet || (2a) || || || || || || Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[11] || || || || || || Numru tal-linja tal-baġit: 11.010404 || || (3) || 0.037 || 0.037 || 0.037 || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ MARE || Impenji || =1+1a +3 || 1.387 || 1.387 || 1.387 || || || 4.161 Ħlasijiet || =2+2a +3 || 1.387 || 1.387 || 1.387 || || || 4.161 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 1.350 || 1.350 || 1.350 || || || 4.050 Ħlasijiet || (5) || 1.350 || 1.350 || 1.350 || || || 4.050 TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || 0.037 || 0.037 || 0.037 || || || 0.111 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 1.387 || 1.387 || 1.387 || || || 4.161 Ħlasijiet || =5+ 6 || 1.387 || 1.387 || 1.387 || || || 4.161 Jekk aktar
minn intestatura waħda hija affetwata mill-proposta/inizjattiva: (mhux applikabbli) TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || || Ħlasijiet || (5) || || || || || || || || TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || || Ħlasijiet || =5+ 6 || || || || || || || || Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva" f'miljuni
ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) || || || Sena N[12] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL DĠ: MARE || Riżorsi umani || 0.059 || 0.059 || 0.059 || || || 0.177 || Infiq amministrattiv ieħor || 0.010 || 0.010 || 0.010 || || || 0.030 || TOTAL DĠ MARE || Approprjazzjonijiet || 0.069 || 0.069 || 0.069 || || || 0.207 || TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || 0.069 || 0.069 || 0.069 || || || 0.207 f'miljuni
ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) || || || Sena N[13] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 1.456 || 1.456 || 1.456 || || || 4.368 Ħlasijiet || 1.456 || 1.456 || 1.456 || || || 4.368 3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet
operattivi –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjoni
għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL RIŻULTATI (tipi ta’ riżultati) Tip:[14] || Spiża medja tar-riżultat || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Għadd totali ta’ riżultati || Spiża totali GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[15]... || || || || || || || || || || || || || || || || - Liċenzji għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn || tunnellaġġ || 45euro/t || 20.000 || 0.9 || 20.000 || 0.9 || 20.000 || 0.9 || || || || || || || || || || - Appoġġ settorjali || || 0.450 || 1 || 0.450 || 1 || 0.450 || 1 || 0.450 || || || || || || || || || || Subtotali tal-għan speċifiku Nru 1 || || 1.350 || || 1.350 || || 1.350 || || || || || || || || || || 4.050 GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || || - Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotali tal-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || SPIŻA TOTALI || || 1.350 || || 1.350 || || 1.350 || || || || || || || || || || 4.050 3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju
–
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta'
approprazzjonijiet ta’ natura amministrattiva –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’
approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt: f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt
deċimali) || Sena N [16] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || Riżorsi umani || 0.059 || 0.059 || 0.059 || || || 0.177 Infiq amministrattiv ieħor || 0.010 || 0.010 || 0.010 || || || 0.030 Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.069 || 0.069 || 0.069 || || || 0.207 Barra l-INTESTATURA 5[17] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || Riżorsi umani || 0.031 || 0.031 || 0.031 || || || 0.093 Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0.006 || 0.006 || 0.006 || || || 0.018 Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.037 || 0.037 || 0.037 || || || 0.111 TOTAL || 0.106 || 0.106 || 0.106 || || || 0.318 L-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva
meħtieġa jagħmel tajjeb għalihom il-persunal mid-DĠ li huwa diġà assenjat
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ntbagħat jaħdem mad-DĠ, flimkien, jekk ikun
meħtieġ, ma' allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni
skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl ta' restrizzjonijiet
baġitarji. 3.2.3.2. Stima
tar-riżorsi umani meħtieġa –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi
umani, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tingħata f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra
waħda wara l-punt deċimali) || Sena N 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+3 2017 Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) 11 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0.35 || 0.35 || 0.35 || || || || 11 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || 11 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time – FTE)[18] 11 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 0.1 || 0.1 || 0.1 || || || || 11 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || 11 01 04 04 [19] || - fil-Kwartieri Ġenerali[20] || || || || || || || - fid-Delegazzjoni || 0.25 || 0.25 || 0.25 || || || || 11 01 05 02 (AK, INT, ENS - Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (AK, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || TOTAL || 0.7 || 0.7 || 0.7 || || || || 11 huwa l-qasam
ta' politika jew it-titolu ta’ baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti
mill-persunal tad-DĠ li diġà ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew
ingħata l-kariga band’oħra fid-DĠ stess, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ,
kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed
imexxi skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl
tar-restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-proċess ta’ negozjar jew negozjar mill-ġdid tal-FPA u tal-approvazzjoni tar-riżultat tan-negozjati mill-istituzzjonijiet; il-ġestjoni tal-FPA fis-seħħ, inkluż il-monitoraġġ finanzjarju u operattiv permanenti; il-ġestjoni tal-liċenzji. Uffiċjal wieħed minn DĠ MARE + Kap tal-unità/deputat kap tal-unità + segretarjat: stima ġenerali ta' 0.45 persuni/sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.45 persuni fis-sena x EUR 131 000 fis-sena = EUR 58 950 => EUR 0.059 miljun Persunal estern || Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali – AK f’Delegazzjoni (Libreville): stima ġenerali ta' 0.25 persuni/sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0.25 persuni fis-sena x EUR 125 000 fis-sena = EUR 31 250 => EUR 0.031 miljun 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali –
X Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi riprogrammar tal-intestatura
rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega
liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji
baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument
tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[21]. Spjega
dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji
kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. 3.2.5. Kontribuzzjoni minn partijiet terzi –
X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix
kofinanzjament minn partijiet terzi. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet
f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal il-kolonni kollha meħtieġa biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 3.3. Stima tal-impatt fuq id-dħul –
X Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda
impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej: –
¨ fuq
ir-riżorsi proprji –
¨ fuq dħul mixxellanju F'miljuni
ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali) Linja tad-dħul tal-baġit: || Ammonti disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta / inizjattiva[22] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal il-kolonni kollha meħtieġa biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …………. || || || || || || || || Għad-dħul mixxellanju assenjat, speċifika
l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i. Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq
id-dħul. [1] ĠU L 109,
26.4.2007, p.3 [2] ĠU L 319, 18.11.2006, p. 17. [3] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività
('Activity-Based Management') – ABB: Baġit Ibbażat fuq l-Attività ('Activity-Based
Budgeting'). [4] Kif jissemma fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b)
tar-Regolament Finanzjarju. [5] Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [6] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament
Finanzjarju. [7] AD = Approprjazzjonijiet Differenzjati/ AMD –
Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati [8] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [9] Pajjiżi kandidati u, skont il-każ, pajjiżi kandidati
potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [10] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [11] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel
kienu linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta. [12] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [13] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [14] Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu
pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd
ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.). [15] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi”. [16] Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [17] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ
għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel
kienu linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta. [18] AK = Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; SNE = espert
nazzjonali ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija (intérimaire); JED= ’Jeune
Expert en Délégation’ (Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjoni ). [19] Sublimitu massimu għal persunal estern minn
approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu linji "BA"). [20] Għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew
għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [21] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [22] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji
doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti,
jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.