This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0327
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL laying down provisions for the management of expenditure relating to the food chain, animal health and animal welfare, and relating to plant health and plant reproductive material, amending Council Directives 98/56/EC, 2000/29/EC and 2008/90/EC, Regulations (EC) No 178/2002, (EC) No 882/2004 and (EC) No 396/2005, Directive 2009/128/EC and Regulation (EC) No 1107/2009 and repealing Council Decisions 66/399/EEC, 76/894/EEC and 2009/470/EC
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE
/* COM/2013/0327 final - 2013/0169 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE /* COM/2013/0327 final - 2013/0169 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA ·
- Il-kuntest ġenerali Fid-29 ta' Ġunju 2011,
il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għal qafas finanzjarju
multiannwali għas-snin 2014-2020[1]
li ġiet emendata fis-6 ta' Lulju 2012[2]. Filwaqt li tikkonsidra
l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropea tas-7/8 ta' Frar 2013,
il-Kummissjoni qed tipproponi ammont massimu ta'
EUR 1 891,936 miljun għan-nefqa marbuta mal-ikel u l-għalf matul
il-perjodu kollu bejn l-2014 u l-2020. L-objettiv ta' dan ir-Regolament huwa li
jimmodernizza d-dispożizzjonijiet finanzjarji għal dan il-qasam. Il-qafas legali finanzjarju prinċipali użat
bħalissa għall-finanzjament ta' dawn l-oqsma huwa d-Deċiżjoni tal-Kunsill
2009/470/KE għal programmi veterinarji ta’ qerda u miżuri veterinarji ta'
emerġenza, id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE għal miżuri għas-saħħa
tal-pjanti u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill għal miżuri ta' finanzjament għall-kontrolli uffiċjali. Aktar
dispożizzjonijiet finanzjarji speċifiċi jeżistu fir-Regolament (KE)
Nru 396/2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq
l-ikel u l-għalf li joriġina minn pjanti u annimali, fir-Regolament (KE)
Nru 1107/2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni
tal-pjanti, fid-Direttiva 2009/128/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni
Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi kif ukoll f'għadd ta'
Direttivi tal-Kunsill oħra relatati mas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali. Dan il-qafas frammentat mhuwiex konformi ma' ċerti
dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju u huwa pjuttost kumpless. Dan
evolva maż-żmien u jeħtieġ li jiġi razzjonalizzat. Din hija opportunità biex id-dispożizzjonijiet
finanzjarji attwali f’diversi bażijiet legali jiġu sostitwiti minn qafas
finanzjarju uniku, ċar u modern li jottimizza l-implimentazzjoni u
l-funzjonament tal-ġestjoni finanzjarja tan-nefqa fil-qasam tal-ikel u l-għalf.
B’mod partikolari, l-istrutturi tal-ġestjoni finanzjarja se jiġu ssemplifikati
fuq il-bażi ta' objettivi u indikaturi ċari. Ir-rati ta' finanzjament se jkunu
wkoll aktar ċari u aktar semplifikati. Din il-proposta hi parti mill-"Pakkett dwar
Annimali u Pjanti aktar b’saħħithom għal Katina Alimentari Aktar Sikura"
li jinkludi proposti għal dawn li ġejjin: –
- il-politika tas-saħħa tal-annimali, li timmira li
tħares u ttejjeb l-istatus tas-saħħa u l-kundizzjoni tal-annimali fl-UE, b’mod
partikolari l-annimali li jipproduċu l-ikel, filwaqt li tippermetti l-kummerċ u
l-importazzjoni intra-UE tal-annimali u l-prodotti tal-annimali skont
l-istandards tas-saħħa xierqa u l-obbligi internazzjonali; –
- ir-reġim tas-saħħa tal-pjanti, li l-objettiv
tiegħu huwa li jħares l-agrikoltura tal-UE u l-forestrija billi jipprevjeni
d-dħul u l-firxa ta' pesti tal-pjanti mhux endemiċi; –
- ir-reġim għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq
ta' materjal riproduttiv tal-pjanti tal-ispeċi agrikola, veġetali, tal-foresti,
tal-frott, tad-dwieli u ornamentali, li jiżgura li l-kriterji tal-UE
għas-saħħa, l-identità, u l-kwalità jintlaħqu; –
- ir-regoli li jirregolaw il-kontrolli uffiċjali u
attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi dwar
l-ikel u l-liġi dwar l-għalf, ir-regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq
tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-materjal riproduttiv tal-pjanti,
il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-pestiċidi. ·
- L-enfasi tal-azzjonijiet/tan-Nefqa Il-programmi veterinarji ta’ qerda huma essenzjali
biex jiġi eliminat progressivament għadd ta’ mard tal-annimali elenkat li hu
endemiku f'ċerti żoni tal-Unjoni, permezz ta' firxa wiesgħa ta' miżuri li
jinkludu t-tilqim, l-ittestjar tal-annimali u l-kumpens għat-tbiċċir u l-qtil.
Il-finanzjament tal-UE biex jappoġġja dawn il-miżuri jagħti prijorità lil mard
ta' importanza għas-saħħa pubblika u l-mard li jkollu impatti ekonomiċi kbar,
minħabba l-implikazzjonijiet kummerċjali u t-telf tad-dħul għall-bdiewa,
għall-industrija tal-bhejjem in ġenerali, kif ukoll għas-setturi kontigwi. Ir-reġimi tal-UE għas-saħħa tal-pjanti u
tal-materjal riproduttiv tal-pjanti jagħtu prijorità għall-ħarsien
tal-agrikoltura u tal-forestrija tal-UE permezz tal-prevenzjoni tad-dħul u
tal-firxa ta’ pesti mhux endemiċi tal-pjanti u għad-disponibbiltà u għall-użu
ta' materjali tal-pjanti b'saħħithom fil-bidu tal-katina tal-produzzjoni
tal-pjanti. In-nefqa għall-kontrolli uffiċjali tinkludi
l-finanzjament tal-programm ta' Taħriġ Aħjar għal Ikel Aktar Sikur, li
jippromwovi approċċ armonizzat għall-funzjonament ta' sistemi ta' kontroll
nazzjonali u tal-Unjoni; u tan-netwerk ta' Laboratorji ta' Referenza tal-UE, li
jipprovdi kompetenza xjentifika u teknika f'dawk l-oqsma fejn l-effikaċja
tal-kontrolli uffiċjali tiddependi fuq il-kwalità, l-uniformità u
l-affidabbiltà tal-metodi tal-analiżi jew tat-testijiet, u r-riżultati tagħhom,
użati minn laboratorji uffiċjali. In-nefqa tinkludi wkoll azzjonijiet oħra
maħsuba biex itejbu l-effikaċja tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati
Membri kif ukoll, b'mod ġenerali, l-infurzar tal-acquis tal-katina
agroalimentari. 2. RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET
MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT ·
- Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Minħabba li dawn il-politiki ilhom taħt reviżjoni
għal xi żmien, dawn huma individwalment appoġġjati mill-valutazzjonijiet
tal-impatt tagħhom stess, u d-dettalji ta' dawn il-politiki ġew diskussi b’mod
estensiv mal-partijiet interessati f’diversi fora ta' konsultazzjoni. ·
- Il-valutazzjoni tal-impatt aċċellerata Bejn Awwissu u
Settembru 2012 twettqet valutazzjoni tal-impatt mid-Direttorat Ġenerali
għas-Saħħa u l-Konsumaturi. Din ikkunsidrat erba’ alternattivi: –
- Alternattiva 1: l-ebda bidla. Il-qafas
legali attwali mhuwiex se jkun konsistenti mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali.
In-nefqa fuq is-saħħa tal-pjanti ma setgħetx tiżdied. –
- Alternattiva 2: il-leġiżlazzjoni eżistenti
tinġabar fi strument leġiżlattiv wieħed. Din se tippromwovi leġiżlazzjoni aktar
sempliċi u aktar komprensibbli, iżda mhux se tippermetti li l-qafas finanzjarju
jiġi adattat. –
- Alternattiva 3 (a): jiġi stabbilit
programm finanzjarju uniku u koerenti, l-aktar bl-użu tad-dispożizzjonijiet
finanzjarji eżistenti iżda billi jittejbu. Is-semplifikazzjoni tas-sistema u
l-armonizzazzjoni tar-rati se jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-Kummissjoni u
fuq l-Istati Membri. L-għodod ġodda għall-ġestjoni finanzjarja bħal objettivi u
indikaturi ċari se jużaw ir-riżorsi disponibbli b'mod aktar effettiv. –
- Alternattiva 3 (b): l-introduzzjoni ta'
aspetti tal-Iskemi ta' Qsim tal-Ispejjeż u tar-Responsabbiltà (CRSS). Din
l-alternattiva tipprevedi approċċ parteċipatorju meta l-awtoritajiet pubbliċi
jaqsmu mas-settur privat il-piż tat-telf imġarrab kif ukoll
ir-responsabbiltajiet tal-ġestjoni tas-sistema. Il-piż amministrattiv se jkun
mistenni jiżdied f’qasir żmien u s-sistema hi mistennija li tkun diffiċli biex
tiġi ġestita. –
- Alternattiva 4: jitwaqqfu l-azzjonijiet
kollha tal-UE. Din l-alternattiva ma tqisitx bħala xierqa għaliex se
tikkomprometti l-objettivi tal-oqsma tal-politika u se jkollha impatt negattiv
ferm fuq il-kummerċ. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 43(2)
u 168(4)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Il-miżuri adottati skont l-Artikolu 43(2) għandhom ikunu meħtieġa biex
jintlaħqu l-objettivi tal-politika agrikola komuni. Il-miżuri adottati skont
l-Artikolu 168(4)(b) għandu jkollhom bħala l-għan tagħhom livell għoli ta’
ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. Din il-proposta timmira li tappoġġja
finanzjarjament l-azzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri bl-għan li tiżgura
livell għoli ta' saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina
alimentari u livell għoli ta’ protezzjoni u informazzjoni għall-benefiċċju
tal-konsumaturi tal-katina alimentari. L-għażla tal-Artikoli 43(2) u
168(4)(b) tat-TFUE għalhekk hija ġġustifikata kemm mill-objettiv kif ukoll
mill-kontenut tal-proposta. Din il-proposta għandha tiġi adottata skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jiġu kkonsultati l-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Fid-29 ta' Ġunju 2011,
il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għal qafas finanzjarju
multiannwali għas-snin 2014-2020[3]
li ġiet emendata fis-6 ta' Lulju 2012[4]. Filwaqt li tikkonsidra
l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropea tas-7/8 ta' Frar 2013, il-Kummissjoni
qed tipproponi ammont massimu ta' EUR 1 891,936 miljun
għan-nefqa marbuta mal-ikel u l-għalf matul il-perjodu kollu bejn l-2014 u
l-2020. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003
tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi
li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità,
mill-2008 il-Kummissjoni inkarigat lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u
l-Konsumaturi bil-kompiti tal-implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-Programm
tal-Ikel u l-Għalf. Il-Kummissjoni tista' tuża, fuq il-bażi ta' analiżi
tal-ispejjeż u l-benefiċċji, aġenzija eżekuttiva eżistenti
għall-implimentazzjoni ta' dan il-Programm. 5. SOMMARJU TAL-KONTENUT TA'
DAN IR-REGOLAMENT Dan ir-Regolament jipprevedi l-kamp ta'
applikazzjoni u l-objettivi għan-nefqa tal-ikel u l-għalf sa limitu massimu ta'
EUR 1 891,936 miljun bil-prezzijiet attwali. L-objettivi huma
livell għoli ta' sikurezza tal-ikel u tas-sistema tal-produzzjoni tal-ikel,
it-titjib tas-saħħa u tat-trattament xieraq tal-annimali, l-individwazzjoni u
l-qerda tal-pesti, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-kontrolli
uffiċjali. Dawn l-objettivi huma akkumpanjati bl-indikaturi tagħhom. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-miżuri u
l-ispejjeż eliġibbli. Ir-rati ta’ finanzjament għall-għotjiet huma
razzjonalizzati. Ir-rata standard ta’ finanzjament hija stabbilita għal
50 % tal-ispejjeż eliġibbli. Din ir-rata tista’ tiżdied skont ċerti
kundizzjonijiet sa 75 % u 100 %. Sabiex jiġi evitat il-piż amministrattiv
tal-ġestjoni ta' mikroprogrammi, dan ir-Regolament jistabbilixxi ammont minimu
għal għotjiet ta' EUR 50 000. Dan ir-Regolament jipprevedi wkoll l-aċċess
għar-Riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu f'ċerti ċirkostanzi. Fir-rigward tas-saħħa tal-pjanti, sabiex l-UE
titħares kontra l-pesti marbuta inter alia mal-globalizzazzjoni
tal-kummerċ u t-tibdil fil-klima, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni se
tkopri wkoll programmi ta' stħarriġ għall-preżenza ta' pesti u miżuri ta’
appoġġ fitosanitarji għat-territorji ultraperiferiċi tal-Istati Membri. Dan ir-Regolament jipprevedi l-possibbiltà li
jappoġġja l-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni u proġetti mmirati biex itejbu
l-effikaċja u l-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali. Għal raġunijiet ta' ċarezza u trasparenza, dan
ir-Regolament jistabbilixxi l-proċeduri ta’ sottomissjoni u evalwazzjoni ta’
programmi ta’ kontroll annwali u pluriennali u l-proċedura biex tiġi stabbilita
jew aġġornata l-lista ta' mard tal-annimali jew pesti tal-pjanti eliġibbli għal
kofinanzjament. Il-proċeduri għal finanzjament ta' dawn l-oqsma
huma semplifikati. B'mod partikolari, l-għadd ta’ deċiżjonijiet li se jkollha
tadotta l-Kummissjoni se jonqos b’mod sinifikanti. Pereżempju d-deċiżjonijiet
ta' rimborż mhumiex se jibqgħu jittieħdu mill-Kummissjoni. Proposta għal 2013/0169 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti
u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill
98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE)
Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u
r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill
66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43(2) u
168(4)(b) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea[5], Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[7], Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
tipprevedi rekwiżiti dwar l-ikel u s-sikurezza tal-ikel u l-għalf u s-sikurezza
tal-għalf, fl-istadji kollha tal-produzzjoni, inklużi r-regoli mmirati biex
jiggarantixxu prattiki ġusti fil-kummerċ u l-għoti tal-informazzjoni
lill-konsumaturi. Din tipprevedi wkoll ir-rekwiżiti li jikkonċernaw
il-prevenzjoni u l-kontroll ta' mard li jittieħed fl-annimali u ż-żoonożi, u
r-rekwiżiti rigward it-trattament xieraq tal-annimali, il-prodotti sekondarji
tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-materjal riproduttiv tal-pjanti,
il-protezzjoni ta' varjetajiet ta' pjanti, l-organiżmi ġenetikament modifikati
u t-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu
sostenibbli tal-pestiċidi. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tipprevedi wkoll
il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħra ta' kontroll immirati biex jiżguraw
l-implimentazzjoni effettiva ta' dawk ir-rekwiżiti u l-konformità magħhom. (2) L-objettiv ġenerali
tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dawk l-oqsma huwa li tikkontribwixxi għal livell
għoli ta' saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina alimentari,
livell għoli ta’ protezzjoni u informazzjoni għall-konsumaturi u livell għoli
ta' protezzjoni ambjentali filwaqt li tiffavorixxi l-kompetittività u l-ħolqien
tal-impjiegi. (3) Sabiex jintlaħaq dak l-objettiv
ġenerali jinħtieġu riżorsi finanzjarji xierqa. Għalhekk, jeħtieġ li l-Unjoni
tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' miżuri meħuda fl-oqsma differenti li
jappartjenu għal dak l-objettiv ġenerali. Barra minn hekk, sabiex l-użu
tan-nefqa jiġi mmirat b'mod effiċjenti, għandhom jiġu stabbiliti objettivi
speċifiċi u indikaturi sabiex tiġi vvalutata l-kisba ta' dawk l-objettivi. (4) Fl-imgħoddi, il-finanzjament
tal-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-ikel u l-għalf kellu l-forma ta' għotjiet,
akkwisti u pagamenti lil organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fil-qasam.
Huwa xieraq li l-finanzjament jissokta bl-istess mod. (5) Għal raġunijiet ta’
dixxiplina baġitarja, jeħtieġ li f’dan ir-Regolament tiġi stabbilita l-lista
ta' miżuri eliġibbli li jistgħu jibbenefikaw minn kontribuzzjoni tal-Unjoni kif
ukoll l-ispejjeż eliġibbli u r-rati applikabbli. (6) Fid-29 ta' Ġunju 2011,
il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għal qafas finanzjarju
multiannwali għas-snin 2014-2020[8]
li ġiet emendata fis-6 ta' Lulju 2012[9]. Filwaqt li tikkonsidra
l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropea tas-7/8 ta' Frar 2013,
il-Kummissjoni qed tipproponi ammont massimu ta'
EUR 1 891,936 miljun għan-nefqa marbuta mal-ikel u l-għalf matul
il-perjodu kollu bejn l-2014 u l-2020. (7) Barra minn hekk, fil-proposta
tagħha għal qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020, il-Kummissjoni
tipproponi l-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' emerġenza bħala reazzjoni għal
sitwazzjonijiet ta' kriżi. Konsegwentement, fil-każ ta' ċirkostanzi
eċċezzjonali bħal sitwazzjonijiet ta' emerġenza relatati mas-saħħa tal-pjanti u
tal-annimali, meta l-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura baġitarja 3 ma
jkunux suffiċjenti iżda jkunu meħtieġa miżuri ta' emerġenza, il-fondi
mir-Riżerva għall-kriżi fis-settur agrikolu għandhom jiġu trasferiti
b'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-… bejn il-Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u
dwar ġestjoni finanzjarja tajba[10]. (8) Il-leġiżlazzjoni li tinsab
fis-seħħ tipprovdi li xi wħud mill-ispejjeż eliġibbli jiġu rimborżati b'rati
fissi, filwaqt li għal spejjeż oħrajn ma hemm l-ebda limitazzjoni prevista.
Għal finijiet ta' razzjonalizzazzjoni u semplifikazzjoni tas-sistema, għandha
tiġi stabbilita rata massima fissa għar-rimborż. Huwa xieraq li din ir-rata
tiġi stabbilita bir-rata li normalment tiġi applikata għall-għotjiet. Huwa
wkoll meħtieġ li tingħata l-possibbiltà li f'ċerti ċirkostanzi tiżdied din
ir-rata massima. (9) Minħabba l-importanza li
jinkisbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġu ffinanzjati
100 % tal-ispejjeż eliġibbli għal ċerti azzjonijiet b'kundizzjoni li
l-implimentazzjoni ta' dawk l-azzjonijiet timplika wkoll il-ħlas ta' spejjeż
mhux eliġibbli. (10) L-Unjoni għandha
r-responsabbiltà li tiżgura li l-fondi jintefqu tajjeb iżda wkoll li tieħu
miżuri biex twieġeb għall-ħtieġa li tissemplifika l-programmi ta' nfiq tagħha
sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-benefiċjarji tal-fondi
u għall-atturi kollha involuti, skont il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni
lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Regolamentazzjoni Intelliġenti fl-Unjoni Ewropea[11]. Għal raġunijiet ta'
kost-effettività, kemm fil-livell tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Istati Membri,
l-għotjiet taħt ċertu limitu massimu ma għandhomx jingħataw aktar. (11) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
tirrikjedi li l-Istati Membri jimplimentaw ċerti miżuri fil-każ tal-okkorrenza
u l-iżvilupp ta’ ċertu mard tal-annimali jew żoonożi. Għalhekk, l-Unjoni
għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal tali miżuri ta’ emerġenza. (12) Jinħtieġ ukoll li, permezz ta'
miżuri xierqa ta' qerda, kontroll u monitoraġġ jitnaqqas l-għadd ta' tifqigħat
ta' mard tal-annimali u żoonożi li huma ta' riskju għas-saħħa tal-bniedem u
tal-annimali, kif ukoll li ssir prevenzjoni tal-okkorrenza ta' tali tifqigħat.
Il-programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ tali mard u
żoonożi għandhom għalhekk jibbenefikaw minn finanzjament mill-Unjoni. (13) Għal raġunijiet organizzattivi
u ta' effiċjenza fir-rigward tal-immaniġġar tal-finanzjament fl-oqsma tas-saħħa
tal-annimali u tal-pjanti, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar
il-kontenut, il-preżentazzjoni, l-evalwazzjoni u l-approvazzjoni tal-programmi
nazzjonali, inklużi dawk implimentati fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni
msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea ("TFUE"). Għall-istess raġunijiet, għandhom jiġu stabbiliti
wkoll l-iskadenzi għar-rappurtar u l-preżentazzjoni ta' talbiet għall-ħlas. (14) Id-Direttiva tal-Kunsill
2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra
l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti
tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità[12] tirrikjedi li l-Istati
Membri jieħdu ċerti miżuri ta’ emerġenza għall-qerda ta’ organiżmi ta’ ħsara
għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti ("il-pesti"). L-Unjoni
għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-qerda ta' dawk il-pesti. Kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun disponibbli wkoll taħt ċerti
kundizzjonijiet għall-miżuri ta' emerġenza mmirati biex irażżnu l-pesti li
għandhom l-aktar impatt serju fuq l-Unjoni u li ma jistgħux jinqerdu f’ċerti
żoni u għall-miżuri ta' prevenzjoni li jikkonċernaw dawk il-pesti. (15) Il-miżuri ta' emerġenza meħuda
kontra l-pesti għandhom ikunu eliġibbli għal kofinanzjament mill-Unjoni jekk
dawk il-miżuri għandhom valur miżjud għall-Unjoni kollha kemm hi. Għal din
ir-raġuni, kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun disponibbli
għall-pesti li l-preżenza tagħhom ma ġietx individwata fl-Unjoni, elenkati
fid-Direttiva 2000/29/KE. Fir-rigward tal-pesti li l-preżenza tagħhom ġiet
individwata fl-Unjoni, għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja
tal-Unjoni biss il-miżuri relatati mal-pesti li għandhom l-aktar impatti serji
fuq l-Unjoni. Il-miżuri relatati mal-pesti suġġetti għal miżuri ta' emerġenza
tal-Unjoni għall-qerda tagħhom, għandhom ukoll ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni
finanzjarja tal-Unjoni. (16) Jinħtieġ li tiġi individwata
f'waqtha l-preżenza ta’ ċerti pesti. L-istħarriġ imwettaq mill-Istati Membri
għal preżenza bħal din huwa essenzjali biex tiġi żgurata l-qerda immedjata ta'
tifqigħat ta' dawn il-pesti. L-istħarriġiet imwettqa minn Stati Membri
individwali huwa essenzjali biex jitħares it-territorju tal-Istati Membri
l-oħra kollha. L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' dawn
l-istħarriġiet. (17) Ir-reġjuni ultraperiferiċi
tal-Istati Membri esperjenzaw diffikultajiet minħabba li jinsabu mbegħdin u
jiddependu fuq għadd limitat ta’ prodotti. Huwa xieraq li l-Unjoni
tikkontribwixxi finanzjarjament għall-programmi tal-Istati Membri li huma
jwettqu għall-kontroll tal-pesti f'dawk ir-reġjuni ultraperiferiċi skont
l-objettivi tar-Regolament (UE) Nru 228/2013[13] tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri
speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni l-aktar il-bogħod tal-Unjoni u li
jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006. (18) Il-kontrolli uffiċjali mwettqa
mill-Istati Membri huma għodda essenzjali biex jiġi vverifikat u ssorveljat li
r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni qed jiġu implimentati, imħarsa u infurzati.
L-effikaċja u l-effiċjenza tas-sistemi ta’ kontroll uffiċjali huma vitali
sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti
tul il-katina alimentari filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni
tal-ambjent. Appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għandu jkun disponibbli għal tali miżuri
ta' kontroll. B’mod partikolari, kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun
disponibbli għal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni sabiex tgħinhom isostnu
l-ispejjeż li jinqalgħu minħabba l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma
approvati mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, billi l-effikaċja tal-kontrolli
uffiċjali tiddependi wkoll fuq id-disponibbiltà għall-awtoritajiet ta’ kontroll
ta’ persunal imħarreġ tajjeb li jkollu għarfien xieraq tal-leġiżlazzjoni
tal-Unjoni, l-Unjoni għandha tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-taħriġ tagħhom
kif ukoll għall-programmi ta’ skambju rilevanti organizzati minn awtoritajiet
kompetenti. (19) Il-ġestjoni effiċjenti
tal-kontrolli uffiċjali tiddependi fuq skambju rapidu ta' dejta u informazzjoni
relatati ma' tali kontrolli. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni korretta u
armonizzata tar-regoli rilevanti tiddependi fuq it-twaqqif ta’ sistemi
effiċjenti li jinvolvu l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Għaldaqstant, it-twaqqif u t-tħaddim ta' bażijiet ta' dejta u sistemi kompjuterizzati
għall-ġestjoni tal-informazzjoni għal dawn l-iskopijiet għandhom ikunu wkoll
eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja. (20) L-Unjoni għandha tagħmel
disponibbli l-iffinanzjar għal attivitajiet tekniċi, xjentifiċi, ta'
koordinazzjoni u ta' komunikazzjoni meħtieġa biex tiġi żgurata
l-implimentazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u biex jiġi żgurat
l-adattament tal-leġiżlazzjoni għall-iżviluppi xjentifiċi, teknoloġiċi u
soċjali. Il-finanzjament għandu jkun disponibbli wkoll għal proġetti bl-għan li
jitjiebu l-effikaċja u l-effiċjenza tal-kontrolli uffiċjali. (21) Skont l-Artikolu 3
tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji
applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[14],
kull proposta ppreżentata lill-awtorità leġiżlattiva li tinkludi derogi
mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandha tindika b’mod ċar dawn
id-derogi u tagħti r-raġunijiet speċifiċi li jiġġustifikawhom. Għaldaqstant,
minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ ċerti objettivi koperti b'dan ir-Regolament u
meta jitqies li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tal-Istati Membri huma
fl-aħjar pożizzjoni biex jimplimentaw l-attivitajiet assoċjati ma' dawk
l-objettivi, dawk l-awtoritajiet għandhom jitqiesu bħala benefiċjarji
identifikati għall-finijiet tal-Artikolu 128(1) tar-Regolament (UE,
Euratom) Nru 966/2012. Għalhekk, jista' jkun possibbli li jingħataw
għotjiet lil tali awtoritajiet mingħajr pubblikazzjoni preċedenti tas-sejħiet
għal proposti. (22) Permezz ta' deroga
mill-Artikolu 86 u bħala eċċezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 130
tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-ispejjeż għall-miżuri ta'
emerġenza koperti bl-Artikoli 7 u 17 ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu
eliġibbli mid-data ta' notifika tal-okkorrenza ta' marda jew il-preżenza ta'
pest mill-Istat Membru lill-Kummissjoni minħabba n-natura urġenti u mhux
prevedibbli ta’ dawk il-miżuri. L-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament
tan-nefqa eliġibbli għandhom isiru mill-Kummissjoni, wara valutazzjoni
tal-applikazzjonijiet tal-pagamenti ppreżentati mill-Istati Membri, bl-użu,
jekk ikun xieraq u meħtieġ, tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu. (23) Huwa ta’ importanza kbira li
tali miżuri ta' emerġenza jiġu implimentati minnufih. Għalhekk ikun
kontroproduttiv li jiġu esklużi mill-finanzjament dawk l-ispejjeż imġarrba
qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni tal-għotja, peress li dan
jinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jiffukaw l-isforzi immedjati tagħhom fuq
it-tħejjija ta' applikazzjoni tal-għotja, minflok fuq l-implimentazzjoni
tal-miżuri ta' emerġenza. (24) Minħabba l-firxa
tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fis-seħħ rigward l-implimentazzjoni ta' miżuri ta'
qerda u sorveljanza u l-limitazzjonijiet tekniċi fir-rigward ta' kompetenzi
oħra disponibbli, l-implimentazzjoni tal-miżuri koperti b'dan ir-Regolament
għandha ssir fil-biċċa l-kbira mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Għaldaqstant, jeħtieġ li f’ċerti każijiet jiġu kofinanzjati l-ispejjeż
tas-salarji tal-persunal tal-amministrazzjonijiet nazzjonali. (25) L-ipprogrammar jippermetti
l-koordinazzjoni u l-prijoritizzazzjoni u għalhekk jikkontribwixxi għal użu
effettiv tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha għalhekk
tingħata s-setgħa li tadotta programmi ta' ħidma għall-implimentazzjoni ta’
ċerti miżuri previsti f'dan ir-Regolament. (26) Sabiex tiżgura l-użu
responsabbli u effettiv tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha
tkun tista' tivverifika li l-finanzjament tal-Unjoni jintuża b'mod effettiv
għall-implimentazzjoni ta' miżuri eliġibbli jew b’verifiki fuq il-post jew
permezz ta' kontrolli tad-dokumenti. (27) L-interessi
finanzjarji tal-Unjoni għandhom jitħarsu tul iċ-ċiklu kollu tan-nefqa, inklużi
l-prevenzjoni, l-individwazzjoni u l-investigazzjoni tal-irregolaritajiet,
l-irkupru ta' fondi mitlufa, mħallsa ħażin jew użati ħażin. (28) Sabiex jiġu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament,
is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom ikunu konferiti fuq il-Kummissjoni
fir-rigward tat-tfassil u l-emenda tal-listi tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi
li jikkwalifikaw għall-finanzjament mill-Unjoni, kif ukoll it-twaqqif ta'
programmi ta' ħidma. Meta temenda l-lista ta' mard tal-annimali li
jikkwalifikaw għall-finanzjament tal-miżuri ta' emerġenza, il-Kummissjoni
għandha tqis il-mard tal-annimali li jrid jiġi notifikat skont id-Direttiva
tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika
ta’ mard tal-annimali fil-Komunità[15].
Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE)
Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji
ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju
mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[16]. (29) Il-proċedura konsultattiva
għandha tintuża għall-adozzjoni tal-listi tal-bidu tal-mard tal-annimali u
ż-żoonożi li jikkwalifikaw għal finanzjament fil-qasam tas-saħħa tal-annimali,
minħabba li dawk il-listi tal-bidu għandu jkun fihom biss, mingħajr ebda
modifika, il-mard tal-annimali u ż-żoonożi li diġà jikkwalifikaw għal tali
finanzjament skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE
tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju[17]. (30) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni
għandha tkun ġestita u implimentata b'tali mod li tiżgura li tipproduċi
l-benefiċċji maħsuba, fid-dawl tal-esperjenza. Huwa għalhekk xieraq li
l-Kummissjoni tevalwa l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament u li
tikkomunika r-riżultati lill-istituzzjonijiet l-oħra. (31) Kumitati differenti jassistu
lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-Unjoni koperti minn dan
ir-Regolament, partikolarment il-Kumitati stabbiliti permezz tad-Deċiżjoni
tal-Kunsill 66/399/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar l-iffurmar
tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni
għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Foresterija[18], id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 76/894/KEE tat-23 ta’ Novembru 1976 li waqqfet
Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti[19],
id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar
il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali[20], id-Direttiva
tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni
tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott
maħsuba għall-produzzjoni tal-frott[21]
u r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u
l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar
is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà
tal-ikel[22].
Huwa xieraq li tiġi ssemplifikata l-proċedura tal-Kumitat f'dan il-qasam u li
l-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002
jingħata l-kompitu li jassisti l-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta'
implimentazzjoni tagħha fir-rigward tan-nefqa imġarrba fl-oqsma rilevanti u
biex tadatta l-isem ta' dak il-Kumitat sabiex jirrifletti il-kompiti estiżi
tiegħu. Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 66/399/KEE u 76/894/KEE għandhom
jitħassru u d-Direttivi 98/56/KE u 2008/90/KE u r-Regolament (KE)
Nru 178/2002 għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. (32) Dan ir-Regolament jieħu post
id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2009/470/KE. Barra minn hekk, dan
ir-Regolament jissostitwixxi l-Artikolu 13c(5) u l-Artikoli minn 22 sa 26
tad-Direttiva 2000/29/KE, l-Artikolu 66 tar-Regolament (KE)
Nru 882/2004 tad-29 ta' April 2004 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata
l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa
tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali[23], l-Artikoli 36 u
37 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta'
pesti fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda
d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE[24],
l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal
azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi[25] u l-Artikolu 76
tar-Regolament (KE) 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti
għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u
91/414/KEE[26].
Id-Direttiva 2000/29/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 882/2004 u (KE)
Nru 396/2005, id-Direttiva 2009/128/KE u r-Regolament (KE) 1107/2009
għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI KAPITOLU I
SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U OBJETTIVI Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni Dan ir-Regolament
jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa mill-baġit ġenerali
tal-Unjoni Ewropea fl-oqsma koperti mir-regoli tal-Unjoni: (a)
li jirregolaw l-ikel u s-sikurezza tal-ikel, f'kull
stadju tal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u r-rimi tal-ikel,
inklużi r-regoli mmirati biex jiggarantixxu l-prattiki ġusti fil-kummerċ u
jħarsu l-interessi u l-informazzjoni tal-konsumaturi, u l-manifattura u l-użu
ta' materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel; (b)
li jirregolaw l-għalf u s-sikurezza tal-għalf,
fl-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u r-rimi
tal-għalf u l-użu tal-għalf, inklużi regoli mmirati biex jiggarantixxu
l-prattiki ġusti fil-kummerċ u jħarsu l-interessi u l-informazzjoni
tal-konsumaturi; (c)
li jistabbilixxu r-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali; (d)
li jistabbilixxu r-rekwiżiti għat-trattament xieraq
tal-annimali; (e)
dwar il-miżuri protettivi kontra organiżmi ta'
ħsara għall-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti kif definit fid-Direttiva
2000/29/KE (minn hawn 'il quddiem: "pesti"); (f)
dwar il-produzzjoni, bil-ħsieb li jitqiegħdu
fis-suq, u t-tqegħid fis-suq ta' materjal riproduttiv tal-pjanti; (g)
li jistabbilixxu r-rekwiżiti għat-tqegħid fis-suq
ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-użu sostenibbli tal-pestiċidi; (h)
li jimmiraw lejn il-prevenzjoni u l-imminimizzar
tar-riskji għas-saħħa pubblika u tal-annimali kkawżati minn prodotti sekondarji
tal-annimali u prodotti derivati; (i)
li jirregolaw ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta'
organiżmi ġenetikament modifikati; (j)
dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà
intellettwali fir-rigward tal-varjetajiet ta’ pjanti kif ukoll
il-konservazzjoni u l-iskambju ta' riżorsi ġenetiċi tal-pjanti. Artikolu 2
Objettivi 1. In-nefqa msemmija
fl-Artikolu 1 għandha timmira li tilħaq: (a) l-objettiv ġenerali li tikkontribwixxi
għal livell għoli ta' saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina
tal-ikel u f'oqsma relatati u livell għoli ta' protezzjoni għall-konsumaturi u
l-ambjent filwaqt li tippermetti lill-industrija tal-ikel u tal-għalf fl-Unjoni
li topera f’ambjent li jiffavorixxi l-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi; (b) l-objettivi
speċifiċi li ġejjin: (i) li
tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sikurezza tal-ikel u tas-sistemi ta’
produzzjoni tal-ikel u ta’ prodotti oħra li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza
tal-ikel, filwaqt li ttejjeb is-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-ikel; (ii) li tikkontribwixxi għal istatus
tas-saħħa tal-annimali ogħla fl-Unjoni u li tappoġġja t-titjib tat-trattament
xieraq tal-annimali; (iii) li tikkontribwixxi għall-individwazzjoni
f'waqtha tal-pesti u l-qerda tagħhom fejn dawk il-pesti jkunu daħlu fl-Unjoni; (iv) li tikkontribwixxi biex jitjiebu
l-effikaċja, l-effiċjenza u l-affidabbiltà tal-kontrolli uffiċjali u
attivitajiet oħra mwettqa fid-dawl tal-implimentazzjoni effettiva tar-regoli
tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 u l-konformità magħhom. 2. Sabiex titkejjel il-kisba
tal-objettivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jintużaw
l-indikaturi li ġejjin: (a) għall-objettiv speċifiku
fil-paragrafu 1(b)(i), it-tnaqqis tal-għadd ta' każijiet ta' mard
fil-bnedmin fl-Unjoni u li huma marbuta mas-sikurezza tal-ikel jew maż-żoonożi; (b) għall-objettiv speċifiku
fil-paragrafu 1(b)(ii): (i) iż-żieda fl-għadd ta' Stati Membri jew
reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-mard tal-annimali li għalih tingħata
kontribuzzjoni finanzjarja; (ii) tnaqqis kumplessiv tal-parametri
tal-mard bħalma huma l-inċidenza, il-prevalenza u l-għadd ta’ tifqigħat; (c) għall-objettiv speċifiku
fil-paragrafu 1(b)(iii): (i) il-kopertura tat-territorju tal-Unjoni
permezz ta’ stħarriġ għall-pesti, b'mod partikolari għall-pesti li l-preżenza
tagħhom ma ġietx individwata fit-territorju tal-Unjoni u l-pesti meqjusa bħala
l-aktar perikolużi għat-territorju tal-Unjoni; (ii) iż-żmien u r-rata ta’ suċċess għall-qerda
ta' dawk il-pesti; (d) għall-objettiv speċifiku
fil-paragrafu 1(b)(iv), xejra favorevoli tal-eżitu tal-kontrolli f’oqsma
partikolari ta’ tħassib imwettqa u rrapportati minn esperti tal-Kummissjoni
fl-Istati Membri. KAPITOLU II
MODI TA' FINANZJAMENT U DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI ĠENERALI Artikolu 3
Modi ta' finanzjament 1. Il-finanzjament mill-Unjoni
għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 għandu jiġi implimentat b'konformità
mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. 2. Meta jingħataw għotjiet
lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, dawn għandhom jiġu meqjusa
bħala benefiċjarji identifikati skont it-tifsira tal-Artikolu 128(1)
tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Tali għotjiet jistgħu jingħataw
mingħajr sejħa għall-proposti. 3. Il-kontribuzzjoni finanzjarja
tal-Unjoni għall-miżuri msemmija f'dan ir-Regolament tista' tieħu wkoll
il-forma ta' pagamenti volontarji lil organizzazzjonijiet internazzjonali
attivi fl-oqsma koperti mir-regoli msemmija fl-Artikolu 1, li tagħhom
l-Unjoni hija membru jew tipparteċipa fil-ħidma tagħhom. Artikolu 4
Baġit 1. Mingħajr preġudizzju
għall-Artikolu 5, il-limitu massimu għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 1
għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014
sal-31 ta’ Diċembru 2020 għandu jkun ammont massimu ta’
EUR 1 891,936 miljun bil-prezzijiet attwali. 2. Il-limitu massimu msemmi
fil-paragrafu 1 jista' jkopri wkoll l-ispejjeż li jappartjenu
għall-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, verifika u evalwazzjoni
li huma meħtieġa għall-ġestjoni tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 u l-kisba
tal-objettivi tagħhom, b'mod partikolari l-istudji, il-laqgħat tal-esperti,
l-ispejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u
l-iskambju tal-informazzjoni, kif ukoll l-ispejjeż l-oħra kollha ta' assistenza
teknika u amministrattiva li jkunu saru mill-Kummissjoni għall-ġestjoni ta' dik
in-nefqa. 3. Il-limitu massimu jista’
jkopri wkoll l-ispejjeż ta’ assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex
tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn l-azzjonijiet adottati qabel u wara d-dħul fis-seħħ
ta’ dan ir-Regolament. Jekk hu meħtieġ, l-approprjazzjoni tista' tiddaħħal
fil-baġit lil hinn mill-2020 biex tkopri l-ispejjeż simili, sabiex tippermetti
l-ġestjoni tal-azzjonijiet li jkunu għadhom ma tlestewx
sal-31 ta’ Diċembru 2020. Artikolu 5
L-użu tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lejn il-miżuri
ta' sitwazzjonijiet ta' emerġenza koperti mit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I
tat-Titolu II u t-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tat-Titolu II tista' tiġi
ffinanzjata wkoll skont il-punt (e) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru
XXX/201X tal-Parlament Ewropew u tal-kunsill dwar il-finanzjament,
l-immaniġġjar u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni. Artikolu 6
Rati massimi u ammont minimu tal-għotjiet 1. Fejn
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tieħu l-forma ta' għotja, din ma
għandhiex taqbeż il-50 % tal-ispejjeż eliġibbli. 2. Ir-rata
massima msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiżdied għal 75 %
tal-ispejjeż eliġibbli għal: (a) attivitajiet transkonfinali implimentati flimkien
minn żewġ Stati Membri jew aktar sabiex jikkontrollaw jew jeqirdu l-pesti jew
il-mard tal-annimali; (b) L-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali
gross għal kull abitant abbażi tal-aħħar dejta tal-Eurostat ikun inqas minn
90 % tal-medja tal-Unjoni; 3. Ir-rata
massima msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiżdied għal 100 %
tal-ispejjeż eliġibbli fejn l-attivitajiet li jibbenefikaw minn kontribuzzjoni
tal-Unjoni: (a) jikkonċernaw
il-kontroll ta' riskji serji għas-saħħa għall-Unjoni; (b) huma kompiti speċifiċi ta’ importanza
partikolari għall-Unjoni, kif ġie rikonoxxut espliċitament mill-Kummissjoni
fil-programm ta' ħidma adottat skont l-Artikolu 35(1); jew (c) huma implimentati f'pajjiżi terzi. 4. Ma
għandha tingħata l-ebda għotja ta' inqas minn EUR 50 000. TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI KAPITOLU I
IS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI Taqsima 1
Miżuri ta’ Emerġenza Artikolu 7
Miżuri eliġibbli 1. L-għotjiet jistgħu jingħataw
lill-Istati Membri sar-rati massimi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), (2) u (3)
għall-miżuri meħuda f'każ li tiġi kkonfermata l-okkorrenza ta' waħda mill-mard
tal-annimali elenkati skont l-Artikolu 8, b'kundizzjoni li l-miżuri jkunu
ġew applikati immedjatament u d-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti
fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni jkunu ġew imħarsa. 2. Jistgħu jingħataw għotjiet
lil Stati Membri fejn, mal-konferma tal-okkorrenza ta' waħda mill-mard
tal-annimali elenkati skont l-Artikolu 8, żewġ Stati Membri jew aktar
jikkollaboraw mill-qrib biex jikkontrollaw l-epidemija. 3. Jistgħu jingħataw għotjiet
lil Stati Membri, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali għal
miżuri ta' protezzjoni meħuda f'każ ta' theddida diretta għall-istatus
tas-saħħa tal-Unjoni b'riżultat tal-okkorrenza jew l-iżvilupp, fit-territorju
ta' pajjiż terz jew Stat Membru, ta' waħda mill-mard tal-annimali u ż-żoonożi
elenkati skont l-Artikolu 8 jew 11. 4. L-għotjiet jistgħu jingħataw
lill-Istati Membri fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi, fuq talba ta' Stat Membru,
li għandhom jistabbilixxu ħażniet ta' prodotti bijoloġiċi maħsuba
għall-kontroll tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi elenkati skont
l-Artikoli 8 jew 11. 5. Kontribuzzjoni finanzjarja
mill-Unjoni tista’ tingħata għat-twaqqif ta' ħażniet ta' prodotti bijoloġiċi
jew l-akkwist ta' dożi ta' vaċċin jekk l-okkorrenza jew l-iżvilupp f'pajjiż
terz jew fi Stat Membru ta’ waħda mill-mard tal-annimali u taż-żoonożi elenkati
skont l-Artikolu 8 jew 11, jistgħu jikkostitwixxu theddida għall-Unjoni. Artikolu 8
Lista ta' mard tal-annimali 1. Il-Kummissjoni għandha,
permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-lista ta' mard
tal-annimali li jikkwalifikaw għal finanzjament skont l-Artikolu 7. Dik
il-lista għandha tinkludi l-mard tal-annimali msemmija fl-Artikoli 3(1),
4(1), 6(2) u 14(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE. Dak l-att ta’ implimentazzjoni
għandu jiġi adottat b’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija
fl-Artikolu 39(2) ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-Kummissjoni tista’,
permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, temenda l-lista ta' mard tal-annimali
stabbilita skont il-paragrafu 1, filwaqt li jitqies il-mard tal-annimali
li jrid jiġi notifikat b’konformità mad-Direttiva 82/894/KEE u l-mard li
x’aktarx jikkostitwixxu theddida ġdida għall-Unjoni minħabba l-impatt
sinifikanti tagħhom fuq: (a)
is-saħħa tal-bniedem; (b)
is-saħħa tal-annimali jew it-trattament xieraq
tal-annimali; jew (c)
il-produzzjoni tal-agrikoltura jew tal-akkwakultura
jew setturi relatati tal-ekonomija. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3)
ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 9
Spejjeż eliġibbli 1. L-ispejjeż li ġejjin li saru
mill-Istati Membri fit-twettiq tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(1)
jistgħu jkunu eliġibbli għal finanzjament, skont dak il-paragrafu: (a)
l-ispejjeż ta' kumpens għas-sidien għall-valur
tal-annimali tagħhom imbiċċra jew maqtula, fil-limitu tal-valur fis-suq
tal-annimali immedjatament qabel ma jkunu tbiċċru jew inqatlu; (b)
l-ispejjeż ta' kumpens lis-sidien għall-valur
tal-prodotti meqruda tagħhom ta' oriġini mill-annimali, fil-limitu tal-valur
fis-suq ta’ dawk il-prodotti immedjatament qabel ma jinqerdu; (c)
l-ispejjeż ta' tindif, diżinsettizzazzjoni u
diżinfezzjoni tal-azjendi u tat-tagħmir; (d)
l-ispejjeż għall-qerda tal-għalf kontaminat u, fejn
ma jistax jiġi diżinfettat, it-tagħmir kontaminat; (e)
l-ispiża tax-xiri u l-amministrazzjoni tal-vaċċini
jekk dawk ikunu deċiżi jew awtorizzati mill-Kummissjoni; (f)
l-ispejjeż tat-trasport tal-karkassi sal-impjanti
tal-ipproċessar fejn applikabbli; (g)
f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati,
kull spiża oħra essenzjali għall-qerda tal-marda kif previst fid-deċiżjoni
tal-finanzjament imsemmija fl-Artikolu 35(3) ta' dan ir-Regolament. 2. Bħala eċċezzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 130(1)
tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-ispejjeż għandhom ikunu
eliġibbli mid-data tan-notifika tal-okkorrenza tal-marda mill-Istati Membri
lill-Kummissjoni. Wara valutazzjoni tal-applikazzjonijiet
tal-pagamenti ppreżentata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħmel
l-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli. Taqsima 2
Programmi għall-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u
taż-żoonożi Artikolu 10
Programmi eliġibbli L-għotjiet jistgħu jingħataw lill-programmi
nazzjonali annwali jew pluriennali tal-Istati Membri għall-qerda, il-kontroll u
s-sorveljanza tal-mard tal-annimali u taż-żoonożi elenkati skont
l-Artikolu 11 (minn hawn 'il quddiem il-"programmi nazzjonali"). Artikolu 11
Lista ta' mard tal-annimali u żoonożi 1. Il-Kummissjoni għandha,
permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-lista ta' mard
tal-annimali u żoonożi li jikkwalifikaw għal għotjiet skont l-Artikolu 10.
Dik il-lista għandha tinkludi l-mard tal-annimali u ż-żoonożi elenkati
fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/470/KE. Dak l-att ta’ implimentazzjoni
għandu jiġi adottat b’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija
fl-Artikolu 39(2) ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-Kummissjoni tista’,
permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, temenda l-lista stabbilita skont
il-paragrafu 1, billi tqis (a)
is-sitwazzjoni ta’ mard tal-annimali li jkollu
impatt sinifikanti fuq il-produzzjoni tal-bhejjem jew il-kummerċ; (b)
l-iżvilupp ta’ żoonożi li huma ta' theddida
għall-bnedmin; jew (c)
l-iżvilupp epidemjoloġiku jew xjentifiku ġdid. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu
adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 39(3)
ta’ dan ir-Regolament. Artikolu 12
Spejjeż eliġibbli L-ispejjeż li ġejjin li saru mill-Istati
Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali jistgħu jkunu eliġibbli
għall-għotjiet skont l-Artikolu 10: (a)
l-ispejjeż tat-teħid ta' kampjuni tal-annimali; (b)
l-ispejjeż tat-testijiet, b'kundizzjoni li dawn
ikunu limitati għal: (i) spejjeż ta' kits tat-testijiet, reaġenti
u oġġetti konsumabbli li huma identifikabbli u jintużaw apposta biex iwettqu
dawk it-testijiet; (ii) spejjeż tal-persunal, irrispettivament
mill-istatus tiegħu, li jkun direttament involut fit-twettiq tat-testijiet; (c)
l-ispejjeż ta' kumpens lis-sidien għall-valur
tal-annimali tagħhom imbiċċra jew maqtula fil-qafas tal-programm nazzjonali,
fil-limitu tal-valur fis-suq tal-annimali immedjatament qabel ma jkunu tbiċċru
jew inqatlu; (d)
l-ispejjeż ta' kumpens lis-sidien għall-valur
tal-prodotti meqruda tagħhom ta' oriġini mill-annimali, fil-limitu tal-valur
fis-suq ta’ dawk il-prodotti immedjatament qabel ma jinqerdu; (e)
l-ispejjeż tax-xiri u l-ħażna ta’ dożi ta’ vaċċin
jew vaċċin u lixki għall-annimali użati għall-programmi; (f)
l-ispejjeż tal-inokulazzjoni tad-dożi ta' vaċċin
għall-annimali domestiċi; (g)
l-ispejjeż ta' tqassim tal-vaċċini u l-lixki
għall-annimali selvaġġi; (h)
l-ispejjeż ta' tindif, diżinfezzjoni,
diżinsettizzazzjoni tal-azjenda u tat-tagħmir u bbażati fuq l-epidemjoloġija u
l-karatteristiċi tal-patoġenu; (i)
f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati,
l-ispejjeż li jsiru fit-twettiq ta' miżuri neċessarji oħra għajr dawk imsemmija
fil-punti minn (a) sa (h), sakemm tali miżuri jkunu stabbiliti fid-deċiżjoni
tal-għotja msemmija fl-Artikolu 14(2). Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel
sottoparagrafu, il-valur tal-irkupru tal-annimali, jekk ikun hemm, għandu
jitnaqqas mill-kumpens. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel
sottoparagrafu, il-valur tal-irkupru tal-bajd mhux inkubat ittrattat bis-sħana
għandu jitnaqqas mill-kumpens. Artikolu 13
Kontenut u preżentazzjoni tal-programmi nazzjonali 1. Kull sena,
sal-31 ta' Mejju, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw
lill-Kummissjoni l-programmi nazzjonali li jibdew fis-sena ta’ wara li għalihom
japplikaw għal għotja. Il-programmi nazzjonali li jiġu ppreżentati wara
l-31 ta’ Mejju ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament
fis-sena ta’ wara. 2. Il-programmi nazzjonali
għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej: (a) deskrizzjoni tas-sitwazzjoni
epidemjoloġika tal-marda tal-annimali jew taż-żoonożi qabel id-data tal-bidu
tal-programm; (b) deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni
ġeografiċi u amministrattivi li fihom għandu jiġi applikat il-programm; (c) it-tul tal-programm; (d) il-miżuri li se jiġu implimentati; (e) l-istima baġitarja; (f) il-miri li għandhom jintlaħqu sad-data
tat-tmiem tal-programm u l-benefiċċji mistennija minnu; (g) l-indikaturi xierqa biex titkejjel
il-kisba tal-miri tal-programm. F’kull programm nazzjonali pluriennali,
l-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (g) tal-ewwel sottoparagrafu
għandha tiġi pprovduta għal kull sena koperta mill-programm. 3. Jekk l-okkorrenza jew
l-iżvilupp ta' waħda mill-mard tal-annimali jew iż-żoonożi elenkati skont
l-Artikolu 11 x'aktarx li jkunu ta' theddida għall-istatus tas-saħħa
tal-Unjoni u sabiex l-Unjoni titħares mill-introduzzjoni ta' waħda minn dawn
il-mardiet jew iż-żoonożi, l-Istati Membri jistgħu jinkludu fil-programmi
nazzjonali tagħhom miżuri li għandhom jiġu implimentati fit-territorji ta'
pajjiżi terzi ġirien b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' dawk il-pajjiżi. Artikolu 14
Evalwazzjoni u approvazzjoni tal-programmi nazzjonali 1. Il-programmi nazzjonali għandhom
jiġu evalwati billi jitqiesu l-prijoritajiet u l-kriterji stabbiliti
fil-programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali msemmija fl-Artikolu 35(1)
u, fejn xieraq, dawk deskritti fil-linji gwida annwali jew pluriennali msemmija
fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. 2. Il-programmi nazzjonali annwali u
l-finanzjament assoċjat għandhom jiġu approvati sal-31 ta’ Jannar ta'
kull sena, permezz ta' deċiżjoni tal-għotja b'rabta mal-miżuri implimentati u
l-ispejjeż imġarrba mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru
ta' dik is-sena. Wara l-preżentazzjoni tar-rapporti intermedji kif imsemmija
fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tista' temenda tali deċiżjonijiet jekk ikun
meħtieġ fir-rigward tal-perjodu kollu ta’ eliġibbiltà. 3. Il-programmi nazzjonali pluriennali
u l-finanzjament assoċjat għandhom jiġu approvati sal-31 ta’ Jannar
tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni permezz ta' deċiżjoni tal-għotja b'rabta
mal-miżuri implimentati u l-ispejjeż imġarrba mill-1 ta' Jannar
tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni sal-aħħar tal-perjodu ta' implimentazzjoni. 4. Fil-każ ta' approvazzjoni ta'
programmi nazzjonali pluriennali skont il-paragrafu 3, l-impenji baġitarji
jistgħu jinqasmu f'pagamenti annwali. Fejn l-impenji baġitarji jinqasmu
f'pagamenti annwali, il-Kummissjoni għandha tikkommetti l-pagamenti annwali
filwaqt li tqis il-progress tal-programmi, l-istima tal-ħtiġijiet u l-baġit
disponibbli. 5. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji
gwida annwali jew pluriennali li jkun fihom il-kriterji u l-prijoritajiet
veterinarji li jridu jintużaw fl-evalwazzjoni tal-programmi nazzjonali. Artikolu 15
Rappurtar Għal kull programm nazzjonali annwali jew
pluriennali approvat, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni,
sal-31 ta' Marzu kull sena, rapport dettaljat tekniku u finanzjarju
annwali li jkopri s-sena preċedenti inklużi r-riżultati miksuba, imkejla abbażi
tal-indikaturi msemmija fl-Artikoli 13(2)(g) u rendikont dettaljat
tal-ispejjeż eliġibbli mwettqa. Barra minn hekk, għal kull programm nazzjonali
annwali approvat, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni,
sal-31 ta' Lulju kull sena, rapporti tekniċi u finanzjarji
intermedji. Artikolu 16
Pagamenti It-talba għal ħlas għal sena partikolari fir-rigward
ta' programm nazzjonali għandha tiġi ppreżentata mill-Istat Membru
lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu tas-sena ta' wara. Il-Kummissjoni għandha tħallas
il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-ispejjeż eliġibbli wara verifika
xierqa tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 15. KAPITOLU II
IS-SAĦĦA TAL-PJANTI Taqsima 1
Miżuri ta’ emerġenza Artikolu 17
Miżuri eliġibbli 1. L-għotjiet jistgħu jingħataw
lill-Istati Membri sar-rati massimi stabbiliti fl-Artikolu 6(1), (2) u (3)
għall-miżuri li ġejjin kontra l-pesti, suġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati
fl-Artikolu 18: (a) il-miżuri biex jinqered pest minn żona
infestata, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikoli 16(1) u
16(2) tad-Direttiva 2000/29/KE jew skont il-miżuri tal-Unjoni adottati skont
l-Artikolu 16(3) ta’ dik id-Direttiva; (b) il-miżuri biex jitrażżan pest, li kontra
tiegħu ġew adottati miżuri ta' trażżin tal-Unjoni skont l-Artikolu 16(3)
tad-Direttiva 2000/29/KE, f'żona infestata li minnha dak il-pest ma jistax
jinqered, fejn dawk il-miżuri huma essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni
kontra aktar tixrid ta' dak il-pest. Dawk il-miżuri għandhom jikkonċernaw
esklużivament il-qerda ta' dak il-pest miż-żona ta' lqugħ f'każ li l-preżenza
tiegħu tiġi individwata f’dik iż-żona ta' lqugħ; (c) il-miżuri protettivi addizzjonali meħuda
kontra t-tixrid ta’ pest, kontra liema ġew adottati miżuri tal-Unjoni skont
l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE, għajr il-miżuri ta' qerda
msemmija fil-punt (a) u l-miżuri ta' trażżin imsemmija fil-punt (b),
fejn dawk il-miżuri huma essenzjali biex jipproteġu lill-Unjoni kontra aktar
tixrid ta' dak il-pest. 2. L-għotjiet imsemmija
fil-paragrafu 1 jistgħu jingħataw ukoll lil Stat Membru li fit-territorju
tiegħu mhumiex preżenti l-pesti msemmija fil-paragrafu 1, fejn ittieħdu
miżuri kontra d-dħul ta' dawk il-pesti fit-territorju ta' dak l-Istat Membru
minħabba l-preżenza tagħhom fi Stat Membru ġar jew f'pajjiż terz ġar li jkun
eżatt ħdejn il-fruntieri tiegħu. Artikolu 18
Kundizzjonijiet Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 17 jistgħu
jikkwalifikaw għall-għotjiet sakemm ikunu ġew applikati minnufih u
d-dispożizzjonijiet applikabbli stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti
tal-Unjoni ġew imħarsa, u sakemm mill-inqas waħda minn dawn il-kundizzjonijiet
li ġejjin tkun ġiet sodisfatta: (a)
dawn jikkonċernaw il-pesti elenkati
fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I u t-Taqsima I
tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE; (b)
dawn huma koperti b’miżura adottata
mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE. Għal miżuri li jissodisfaw il-kundizzjoni
stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-għotja ma għandhiex tkopri
l-ispejjeż li jkunu saru wara l-iskadenza tal-miżura adottata mill-Kummissjoni
skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE. Artikolu 19
Spejjeż eliġibbli 1. L-ispejjeż li ġejjin magħmula
mill-Istati Membri fit-twettiq tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 17 jistgħu
jkunu eliġibbli għal għotjiet skont dak l-Artikolu: (a)
l-ispejjeż tal-persunal, irrispettivament
mill-istatus tiegħu, li jkun direttament involut fil-miżuri, kif ukoll
l-ispejjeż ta’ kiri tat-tagħmir, oġġetti konsumabbli u kull materjal ieħor
meħtieġ, prodotti ta' trattament, u testijiet tal-laboratorju; (b)
l-ispejjeż tal-kuntratti tas-servizz ma' partijiet
terzi għat-twettiq ta' parti mill-miżuri; (c)
l-ispejjeż ta' kumpens għall-operaturi kkonċernati
għall-qerda u t-tneħħija sussegwenti ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti u oġġetti
oħra, u t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-istabbiliment, l-art, l-ilma,
il-ħamrija, il-mezzi ta' tkabbir, il-faċilitajiet, il-makkinarju u t-tagħmir; (d)
f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati,
l-ispejjeż li jsiru fit-twettiq ta' miżuri neċessarji oħra għajr dawk imsemmija
fil-punti minn (a) sa (c), sakemm tali miżuri jkunu stabbiliti fid-deċiżjoni
tal-finanzjament imsemmija fl-Artikolu 35(3). 2. Bħala eċċezzjoni, kif imsemmi
fl-Artikolu 130(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012,
l-ispejjeż għandhom ikunu eliġibbli mid-data tan-notifika tal-preżenza tal-pest
mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Wara valutazzjoni tal-applikazzjonijiet
tal-pagamenti ppreżentata mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tagħmel
l-impenji baġitarji korrispondenti u l-pagament tan-nefqa eliġibbli. Taqsima 2
Programmi ta’ stħarriġ dwar il-preżenza ta' pesti Artikolu 20
Programmi ta' stħarriġ eliġibbli L-għotjiet jistgħu jingħataw lill-Istati
Membri għall-programmi ta' stħarriġ annwali u pluriennali li jwettqu
fir-rigward tal-preżenza tal-pesti (minn hawn 'il quddiem: "programmi ta'
stħarriġ"), sakemm dawn il-programmi ta' stħarriġ jikkonformaw mill-inqas
ma' waħda minn dawn il-kundizzjonijiet: (a)
dawn jikkonċernaw il-pesti elenkati
fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I u t-Taqsima I
tal-Parti A tal-Anness II tad-Direttiva 2000/29/KE; (b)
dawn huma koperti b’miżura adottata
mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE. Għall-pesti msemmija fil-punt (a)
tal-ewwel paragrafu, il-programmi ta’ stħarriġ għandhom ikunu bbażati fuq
valutazzjoni tar-riskju tad-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid ta' dawk il-pesti
fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u għandha bħala minimu timmira lejn
il-pesti li joħolqu r-riskji ewlenin u l-ispeċi ta' pjanti ewlenin li huma
esposti għal dawn ir-riskji. Għal miżuri li jissodisfaw il-kundizzjoni
stabbilita fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu, l-għotja ma għandhiex tkopri
l-ispejjeż li jkunu saru wara l-iskadenza tal-miżura adottata mill-Kummissjoni
skont l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE. Artikolu 21
Spejjeż eliġibbli L-ispejjeż li ġejjin imwettqa mill-Istati
Membri fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ stħarriġ imsemmija
fl-Artikolu 20 jistgħu jkunu eliġibbli għal għotjiet skont dak l-Artikolu: (a)
l-ispejjeż għat-teħid ta’ kampjuni; (b)
l-ispejjeż tat-testijiet, b'kundizzjoni li dawn
ikunu limitati għal: (i) spejjeż ta' kits tat-testijiet, reaġenti
u oġġetti konsumabbli li huma identifikabbli u jintużaw apposta biex iwettqu
t-testijiet; (ii) l-ispejjeż tal-persunal,
irrispettivament mill-istatus tiegħu, involut direttament fil-ġbir tal-kampjuni
u t-twettiq tat-testijiet; (c)
f’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati,
l-ispejjeż li jsiru fit-twettiq ta' miżuri neċessarji oħra għajr dawk imsemmija
fil-punti minn (a) sa (c), sakemm tali miżuri jkunu stabbiliti fid-deċiżjoni
tal-għotja msemmija fl-Artikolu 23(2). Artikolu 22
Kontenut u preżentazzjoni tal-programmi ta' stħarriġ 1. Kull sena,
sal-31 ta' Mejju, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw
lill-Kummissjoni l-programmi ta' stħarriġ li jibdew fis-sena ta’ wara u li
għalihom japplikaw għal għotja. Il-programmi ta' stħarriġ li jiġu ppreżentati wara
l-31 ta’ Mejju ma għandhomx ikunu eliġibbli għal finanzjament
fis-sena ta’ wara. 2. Il-programmi ta' stħarriġ għandhom
jinkludu mill-inqas dan li ġej: (a)
il-pesti inklużi fil-programm; (b)
deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u
amministrattivi li fihom għandu jiġi applikat il-programm u deskrizzjoni
tal-istatus ta’ dawk iż-żoni fir-rigward tal-preżenza tal-pesti kkonċernati; (c)
it-tul tal-programm; (d)
l-għadd ta' eżamijiet viżwali, kampjuni u testijiet
skedati għall-pesti u l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u l-oġġetti l-oħra
kkonċernati; (e)
l-istima baġitarja; (f)
il-miri li għandhom jintlaħqu sad-data tat-tmiem
tal-programm u l-benefiċċji mistennija minnu; (g)
l-indikaturi xierqa biex titkejjel il-kisba
tal-miri tal-programm. F’kull programm ta' stħarriġ pluriennali, l-informazzjoni
msemmija fil-punti minn (a) sa (g) tal-ewwel sottoparagrafu għandha tiġi
pprovduta għal kull sena koperta mill-programm. Artikolu 23
Evalwazzjoni u approvazzjoni tal-programmi ta' stħarriġ 1. Il-programmi ta' stħarriġ għandhom
jiġu evalwati billi jitqiesu l-prijoritajiet u l-kriterji stabbiliti
fil-programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali msemmija fl-Artikolu 35(1)
u, fejn xieraq, dawk deskritti fil-linji gwida annwali jew pluriennali msemmija
fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. 2. Il-programmi ta' stħarriġ annwali u
l-finanzjament assoċjat għandhom jiġu approvati sal-31 ta’ Jannar ta'
kull sena, permezz ta' deċiżjoni tal-għotja b'rabta mal-miżuri implimentati u
l-ispejjeż imġarrba mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru
ta' dik is-sena. Wara l-preżentazzjoni tar-rapporti intermedji kif imsemmija
fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tista' temenda tali deċiżjonijiet jekk ikun
meħtieġ fir-rigward tal-perjodu kollu ta’ eliġibbiltà. 3. Il-programmi ta' stħarriġ
pluriennali u l-finanzjament assoċjat għandhom jiġu approvati
sal-31 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni permezz ta'
deċiżjoni tal-għotja b'rabta mal-miżuri implimentati u l-ispejjeż imġarrba
mill-1 ta' Jannar tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni sal-aħħar
tal-perjodu ta' implimentazzjoni. 4. Fil-każ ta' approvazzjoni
tal-programmi ta' stħarriġ pluriennali skont il-paragrafu 3, l-impenji
baġitarji jistgħu jinqasmu f'pagamenti annwali. Fejn l-impenji baġitarji
jinqasmu f'pagamenti annwali, il-Kummissjoni għandha tikkommetti l-pagamenti annwali
filwaqt li tqis il-progress tal-programmi, l-istima tal-ħtiġijiet u l-baġit
disponibbli. 5. Il-Kummissjoni tista' tadotta linji
gwida annwali jew pluriennali li jkun fihom il-prijoritajiet fitosanitarji,
inklużi b'mod partikolari l-pesti li mhumiex individwati fit-territorju
tal-Unjoni u l-pesti meqjusa bħala l-aktar perikolużi għat-territorju
tal-Unjoni, u l-kriterji li jridu jintużaw fl-evalwazzjoni tal-programmi ta’
stħarriġ. Artikolu 24
Rappurtar u pagamenti L-Artikoli 15 u 16 għandhom japplikaw
mutatis mutandis għal programmi ta’ stħarriġ. Taqsima 3
Programmi dwar il-kontroll tal-pesti fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Artikolu 25
Miżuri u spejjeż eliġibbli 1. L-għotjiet jistgħu jingħataw
lill-Istati Membri għal programmi li huma jwettqu għall-kontroll tal-pesti
fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni kif enumerati fl-Artikolu 349
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea skont l-objettivi
stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 (minn hawn
'il quddiem: il-"programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi"). Dawk
l-għotjiet għandhom jikkonċernaw l-attivitajiet meħtieġa biex jiżguraw
l-implimentazzjoni korretta, f'dawk ir-reġjuni, tar-regoli fis-seħħ f’dawk
ir-reġjuni, dwar il-kontroll tal-pesti. 2. L-ispejjeż li ġejjin imwettqa mill-Istati
Membri għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkunu eliġibbli għal
kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni: (a)
l-ispejjeż tal-persunal, ikun xi jkun l-istatus
tiegħu, direttament involut fl-implimentazzjoni tal-miżuri, kif ukoll l-ispejjeż
tal-kiri tat-tagħmir, l-oġġetti konsumabbli, il-prodotti ta' trattament; (b)
l-ispejjeż tal-kuntratti tas-servizz ma' partijiet
terzi għat-twettiq ta' parti mill-miżuri; (c)
l-ispejjeż għat-teħid ta’ kampjuni; (d)
l-ispejjeż tat-testijiet, b'kundizzjoni li dawn ikunu
limitati għal: (i) spejjeż ta' kits tat-testijiet, reaġenti
u oġġetti konsumabbli li huma identifikabbli u jintużaw apposta biex iwettqu
t-testijiet; (ii) l-ispejjeż tal-persunal,
irrispettivament mill-istatus tiegħu, involut direttament fil-ġbir tal-kampjuni
u t-twettiq tat-testijiet. Artikolu 26
Kontenut u preżentazzjoni tal-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi 1. Kull sena,
sal-31 ta' Mejju, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw
lill-Kummissjoni l-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi li jibdew fis-sena
ta’ wara u li għalihom japplikaw għal għotja. Il-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi
ppreżentati wara l-31 ta' Mejju ma għandhomx ikunu eliġibbli
għall-finanzjament is-sena ta’ wara. 2. Il-programmi għar-reġjuni
ultraperiferiċi għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej: (a)
il-pesti inklużi fil-programm; (b)
deskrizzjoni u demarkazzjoni taż-żoni ġeografiċi u
amministrattivi li fihom għandu jiġi applikat il-programm u deskrizzjoni
tal-istatus ta’ dawk iż-żoni fir-rigward tal-preżenza tal-pesti kkonċernati; (c)
analiżi teknika tas-sitwazzjoni fitosanitarja
reġjonali; (d)
it-tul tal-programm; (e)
l-attivitajiet inklużi fil-programm u, fejn
rilevanti, l-għadd ta' eżamijiet viżwali, kampjuni u testijiet skedati
għall-pesti u l-pjanti, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra kkonċernati; (f)
l-istima baġitarja; (g)
il-miri li għandhom jintlaħqu sad-data tat-tmiem
tal-programm u l-benefiċċji mistennija minnu; (h)
l-indikaturi xierqa biex titkejjel il-kisba
tal-miri tal-programm. F’kull programm pluriennali għar-reġjuni
ultraperiferiċi, l-informazzjoni msemmija fil-punti minn (a) sa (h) tal-ewwel
subparagrafu għandha tiġi pprovduta għal kull sena koperta mill-programm. Artikolu 27
Evalwazzjoni u approvazzjoni tal-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi 1. Il-programmi għar-reġjuni
ultraperiferiċi għandhom jiġu evalwati billi jitqiesu l-prijoritajiet u
l-kriterji stabbiliti fil-programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali msemmija
fl-Artikolu 35(1). 2. Il-programmi annwali għar-reġjuni
ultraperiferiċi u l-finanzjament assoċjat għandhom jiġu approvati
sal-31 ta’ Jannar kull sena permezz ta' deċiżjoni tal-għotja b'rabta
mal-miżuri implimentati u l-ispejjeż imġarrba mill-1 ta' Jannar
sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena. Wara l-preżentazzjoni
tar-rapporti intermedji kif imsemmija fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni
tista' temenda tali deċiżjonijiet jekk ikun meħtieġ fir-rigward tal-perjodu
kollu ta’ eliġibbiltà. 3. Il-programmi pluriennali għar-reġjuni
ultraperiferiċi u l-finanzjament assoċjat għandhom jiġu approvati
sal-31 ta’ Jannar tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni permezz ta'
deċiżjoni tal-għotja b'rabta mal-miżuri implimentati u l-ispejjeż imġarrba
mill-1 ta' Jannar tal-ewwel sena ta' implimentazzjoni sal-aħħar tal-perjodu
ta' implimentazzjoni. 4. Fil-każ ta' approvazzjoni
tal-programmi ta' stħarriġ pluriennali skont il-paragrafu 3, l-impenji
baġitarji jistgħu jinqasmu f'pagamenti annwali. Fejn l-impenji baġitarji
jinqasmu f'pagamenti annwali, il-Kummissjoni għandha tikkommetti l-pagamenti
annwali filwaqt li tqis il-progress tal-programmi, l-istima tal-ħtiġijiet u
l-baġit disponibbli. Artikolu 28
Rappurtar u pagamenti L-Artikoli 15 u 16 għandhom japplikaw
mutatis mutandis għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi. KAPITOLU III
Appoġġ Finanzjarju għal KONTROLLI
UFFIĊJALI U ATTIVITAJIET OĦRA Artikolu 29
Laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea 1. L-għotjiet
jistgħu jingħataw lil-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea msemmija
fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-ispejjeż li
jwettqu biex jimplimentaw il-programmi ta’ ħidma approvati mill-Kummissjoni. 2. L-ispejjeż
li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli għal għotjiet skont il-paragrafu 1: (a)
l-ispejjeż tal-persunal, irrispettivament
mill-istatus tiegħu, li jkun direttament involut f'attivitajiet tal-laboratorji
li huma mġarrba fil-kapaċità tagħhom ta’ laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni; (b)
l-ispejjeż ta’ tagħmir kapitali; (c)
l-ispejjeż ta' oġġetti konsumabbli; (d)
l-ispejjeż tat-twassil ta’ kampjuni, missjonijiet,
laqgħat, attivitajiet ta' taħriġ. Artikolu 30
Taħriġ 1. L-Unjoni tista’ tiffinanzja t-taħriġ
tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli
uffiċjali, kif imsemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004,
sabiex jiġi żviluppat approċċ armonizzat għall-kontrolli uffiċjali u
attivitajiet uffiċjali oħra biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni
tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali u tal-pjanti. 2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa
programmi ta’ taħriġ li jidentifikaw il-prijoritajiet għall-intervent, ibbażati
fuq ir-riskji identifikati għas-saħħa pubblika, is-saħħa u t-trattament xieraq
tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti. 3. Sabiex ikunu eliġibbli
għall-finanzjament mill-Unjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet
kompetenti għandhom jiżguraw li l-għarfien miksub permezz ta' attivitajiet ta'
taħriġ imsemmija f'dak il-paragrafu jinxtered kif meħtieġ u jintuża b’mod
xieraq fil-programmi ta' taħriġ nazzjonali. 4. L-ispejjeż li ġejjin jistgħu jkunu
eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1: (a)
l-ispiża tal-organizzazzjoni tat-taħriġ jew
l-attivitajiet ta’ skambju; (b)
l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni
tal-persunal tal-awtoritajiet kompetenti li jieħdu sehem fit-taħriġ. Artikolu 31
Esperti mill-Istati Membri Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tista’
tingħata għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza mwettqa mill-esperti
tal-Istati Membri b'riżultat tal-ħatra tagħhom mill-Kummissjoni biex jgħinu
lill-esperti tagħha kif previst fl-Artikoli 45(1) u 46(1) tar-Regolament
(KE) Nru 882/2004. Artikolu 32
Pjanijiet ta’ kontroll koordinati u ġbir tad-dejta 1. L-għotjiet jistgħu jingħataw
lill-Istati Membri għall-ispejjeż imġarrba għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet
ta’ kontroll koordinati msemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (KE)
Nru 882/2004 u għall-ġbir tad-dejta. 2. L-ispejjeż segwenti jistgħu jkunu
eliġibbli: (a)
l-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju, (b)
l-ispiża tat-tagħmir meħtieġ biex jitwettqu
l-ħidmiet tal-kontroll uffiċjali u tal-ġbir tad-dejta. KAPITOLU IV
MIŻURI OĦRA Artikolu 33
Sistemi tal-informazzjoni 1. L-Unjoni għandha tiffinanzja
t-twaqqif u t-tħaddim ta' bażijiet ta' dejta u sistemi kompjuterizzati
għall-ġestjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u
effiċjenti tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1 u mmexxija mill-Kummissjoni. 2. Tista’ tingħata kontribuzzjoni
finanzjarja mill-Unjoni għat-twaqqif u l-ġestjoni ta’ bażijiet ta' dejta u
sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni tal-informazzjoni ta' partijiet terzi, inklużi
organizzazzjonijiet internazzjonali, sakemm tali strumenti: (a)
ikunu wrew valur miżjud għall-Unjoni kollha kemm hi
u jkunu disponibbli mal-Unjoni kollha għall-utenti kollha interessati; u (b)
ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni effettiva u
effiċjenti tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1. Artikolu 34
Implimentazzjoni u adattament tar-regoli 1. L-Unjoni tista’ tiffinanzja l-ħidma
teknika u xjentifika, inklużi studji u attivitajiet ta' koordinazzjoni,
meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tar-regoli msemmija
fl-Artikolu 1 u l-adattament ta' dawk ir-regoli għall-iżviluppi
xjentifiċi, teknoloġiċi u soċjali. Kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni tista'
tingħata wkoll lill-Istati Membri jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali
li joperaw fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 biex iwettqu attivitajiet
b'appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tar-regoli msemmija
fl-Artikolu 1. 2. Jistgħu jingħataw għotjiet għal
proġetti organizzati minn Stat Membru wieħed jew aktar bl-għan li titjieb,
permezz tal-użu ta’ tekniki u protokolli innovattivi, il-prestazzjoni
effiċjenti tal-kontrolli uffiċjali. 3. Tista’ tingħata wkoll kontribuzzjoni
finanzjarja mill-Unjoni bħala appoġġ għall-inizjattivi ta' informazzjoni u
sensibilizzazzjoni mmirati biex jiżguraw attitudni mtejba, konformi u
sostenibbli fl-implimentazzjoni tar-regoli msemmija fl-Artikolu 1. TITOLU III
IPPROGRAMMAR, IMPLIMENTAZZJONI U KONTROLL Artikolu 35
Programmi ta’ ħidma 1. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’
atti ta' implimentazzjoni, tadotta programmi ta' ħidma annwali jew pluriennali
komuni jew separati għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija
fit-Titolu II, għajr it-Taqsima 1 tal-Kapitolu I u
t-Taqsima 1 tal-Kapitolu II. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni
għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija
fl-Artikolu 39(3). 2. Il-programmi ta' ħidma msemmija
fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-objetttivi segwiti, ir-riżultati
mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn
jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-miżuri li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni
tal-ammont allokat għal kull miżura u skeda ta' żmien indikattiva
għall-implimentazzjoni. Għall-għotjiet, għandhom jinkludu l-prijoritajiet,
il-kriterji ta' evalwazzjoni essenzjali, ir-rata ta' finanzjament. 3. Għall-implimentazzjoni tal-miżuri
msemmija fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu I tat-Titolu II u
t-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tat-Titolu II, jew fejn tkun
meħtieġa reazzjoni għall-iżviluppi mhux mistennija, il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjonijiet finanzjarji ad hoc skont l-Artikolu 84(2)
tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. Artikolu 36
Verifiki fuq il-post mill-Kummissjoni Il-Kummissjoni tista' torganizza verifiki fuq
il-post fl-Istati Membri u fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji bil-ħsieb li
tivverifika b'mod partikolari: (a)
l-implimentazzjoni effettiva tal-miżuri li
jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni; (b)
il-konformità ta' prattiki amministrattivi
mar-regoli tal-Unjoni; (c)
l-eżistenza ta' dokumenti ta' sostenn meħtieġa u
l-korrelazzjoni tagħhom mal-miżuri li jibbenefikaw minn kontribuzzjoni
tal-Unjoni. Artikolu 37
Aċċess għall-informazzjoni L-Istati Membri u l-benefiċjarji għandhom
jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex
jivverifikaw l-implimentazzjoni tal-miżuri u għandhom jieħdu l-miżuri kollha
xierqa sabiex jiffaċilitaw il-kontrolli li l-Kummissjoni tqis li huma xierqa
b'rabta mal-ġestjoni tal-finanzjament tal-Unjoni, li jinkludu verifiki fuq
il-post. Artikolu 38
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni 1. Il-Kummissjoni għandha tieħu
l-miżuri xierqa biex tiżgura li, meta l-miżuri ffinanzjati skont dan
ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu
protetti permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi,
il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi
u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti li jkunu
tħallsu ħażin u, fejn ikun xieraq, permezz ta’ penali effettivi, proporzjonati
u deterrenti. 2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti
tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa li jagħmlu awditjar,
fuq il-bażi ta' dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha
tal-għotjiet ta' flus, il-korpi ta' implimentazzjoni, il-kuntratturi u
s-sottokuntratturi li jkunu rċevew fondi mill-Unjoni skont dan ir-Regolament. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista'
jkun awtorizzat iwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq l-operaturi
ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont
il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE)
Nru 2185/96[27]
bl-għan li jiġi stabbilit li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività
illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma'
ftehim ta' għotja jew deċiżjoni jew kuntratt li jikkonċernaw il-finanzjament
tal-Unjoni. Mingħajr preġudizzju għall-ewwel u t-tieni
sottoparagrafi, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma'
organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet ta' għotja, deċiżjonijiet ta' għotja
u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom
jagħtu s-setgħa b'mod espliċitu lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u
lill-OLAF biex iwettqu awditjar, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post. TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI Artikolu 39
Proċedura ta’ kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna
mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit
bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dak il-Kumitat
għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 2. Meta ssir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. Fejn għandha tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat
permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr
riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president
tal-kumitat jiddeċiedi hekk, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat
jitolbu hekk. 3. Meta ssir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. Fejn għandha tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat
permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr
riżultat meta, fil-limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president
tal-kumitat jiddeċiedi hekk, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat
jitolbu hekk. Artikolu 40
Evalwazzjoni 1. Sal-31 ta’ Diċembru 2018,
għandu jiġi stabbilit rapport ta' evalwazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kisba
tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(1) b'rabta mal-miżuri msemmija
fil-Kapitolu I u l-Kapitolu II tat-Titolu II u
fl-Artikoli 29 u 30 tal-Kapitolu III (riżultati u impatti),
fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud tagħhom,
fil-livell tal-Unjoni. L-evalwazzjoni għandha tindirizza wkoll l-ambitu
għas-semplifikazzjoni, l-issoktar tar-rilevanza tal-objettivi kollha, kif ukoll
il-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir
intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Din għandha tqis ir-riżultati
tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fit-tul tal-miżuri li jkunu ttieħdu qabel. 2. Sat-30 ta' Ġunju 2022
il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ex-post tal-miżuri msemmija
fil-paragrafu 1 b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.
L-evalwazzjoni ex-post tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha
teżamina l-effikaċja u l-effiċjenza tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 u
l-impatt tagħha. 3. L-evalwazzjonijiet imsemmija
fil-paragrafi 1 u 2 għandhom iqisu l-progress li sar billi jintużaw
l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 2(2). 4. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika
l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2
lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Artikolu 41
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità 1. Fejn xieraq, il-benefiċjarji
u l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ssir pubbliċità adegwata
għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mogħtija skont dan ir-Regolament sabiex
il-pubbliku jiġi mgħarraf bir-rwol tal-Unjoni fil-finanzjament tal-miżuri. 2. Il-Kummissjoni għandha
timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar il-miżuri
ffinanzjati u r-riżultati. Barra minn hekk, il-baġit allokat
għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkopri wkoll il-komunikazzjoni
korporattiva dwar il-prijoritajiet tal-politika tal-Unjoni. Artikolu 42
Tħassir 1. Id-Deċiżjonijiet 66/399/KEE,
76/894/KEE u 2009/470/KE huma mħassra. 2. Ir-referenzi
għad-Deċiżjonijiet 66/399/KEE u 76/894/KEE għandhom jitqiesu bħala referenzi
għall-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Artikolu 43
Dispożizzjonijiet tranżitorji Għall-programmi nazzjonali għall-kontroll
tal-qerda u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u ż-żoonożi għas-sena 2013
li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-Unjoni skont il-miżura finanzjarja
prevista fl-Artikolu 27 tad-Deċiżjoni 2009/470/KE, il-paragrafi 7 u 8
ta' dak l-Artikolu għandhom ikomplu japplikaw. Artikolu 44
Emenda tad-Direttiva 98/56/KE Id-Direttiva 98/56/KE[28] hija emendata kif ġej: Fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa
sostitwit b'dan li ġej: '1. Il-Kumitat għandu jkun megħjun
mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit
bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011." Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 huwa
sostitwit b'dan li ġej: '1. Il-Kummissjoni għandha tkun
megħjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf
stabbilit bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Dak
il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011." Artikolu 45
Emenda tad-Direttiva 2000/29/KE Id-Direttiva 2000/29/KE hija emendata kif ġej: (1) Fl-Artikolu 13c, għandu jitħassar
il-paragrafu 5. (2) L-Artikoli minn 22 sa 26 qed
jitħassru. Artikolu 46
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 1. Fl-Artikolu 58
tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li
ġej: '1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna
minn Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, minn hawn
'il quddiem jissemma bħala il-"Kumitat". Dak il-Kumitat għandu jkun
kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill[29].
Il-Kumitat għandu jkun organizzat f'taqsimiet biex jiġu indirizzati
l-kwistjonijiet kollha rilevanti. 2. Ir-referenzi kollha
fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari
u s-Saħħa tal-Annimali għandhom jitqiesu bħala referenzi lill-Kumitat imsemmi
fl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. Artikolu 47
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 L-Artikolu 66 tar-Regolament (KE)
Nru 882/2004 qed jitħassar. Artikolu 48
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 L-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament (KE)
Nru 396/2005 qegħdin jitħassru. Artikolu 49
Emenda tad-Direttiva 2008/90/KE Fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2008/90/KE,
il-paragrafu 1 qed jinbidel b'dan li ġej: '1. Il-Kumitat għandu jkun megħjun
mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf stabbilit
bl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira
tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Artikolu 50
Emenda tad-Direttiva 2009/128/KE L-Artikolu 22 tad-Direttiva 2009/128/KE
qed jitħassar. Artikolu 51
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 L-Artikolu 76 tar-Regolament (KE)
Nru 1107/2009 qed jitħassar. Artikolu 52
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ
fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni
Ewropea. Għandu japplika
mill-1 ta’ Jannar 2014. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/oqsma
ta' politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettiv(i)
1.5. Ir-raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. It-tul
ta' żmien u l-impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i
ta’ ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA' ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar 2.2. Is-sistema
ta' ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Parteċipazzjoni
minn partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi
dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa fil-qasam tal-katina alimentari,
is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali u dwar is-saħħa tal-pjanti u
l-materjal riproduttiv tal-pjanti (in-"nefqa marbuta mal-ikel u
l-għalf") 1.2. Qasam/oqsma
ta' politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[30] 17
04 Is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa tal-annimali, it-trattament
xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni
ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni
ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[31] ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti P Il-proposta/inizjattiva
hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 1.4. Objettivi 1.4.1. L-objettiv(i)
strateġika/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva In-nefqa
koperta minn dan ir-Regolament għandha timmira li tiżgura livell għoli ta'
saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina alimentari u f'oqsma
relatati u livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi u tal-ambjent filwaqt
li tippermetti lill-industrija alimentari tal-UE topera f’ambjent li jiffavorixxi
l-kompetittività u l-ħolqien tal-impjiegi. 1.4.2. L-objettiv(i)
speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i Objettiv
speċifiku Nru 1 Jingħata
kontribut għal livell għoli ta’ sikurezza tal-ikel u tas-sistemi ta’
produzzjoni tal-ikel u ta’ prodotti oħra li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza
tal-ikel, filwaqt li titjieb is-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-ikel Objettiv
speċifiku Nru 2 Jingħata
kontribut għal status tas-saħħa tal-annimali ogħla fl-Unjoni u jkun appoġġjat
it-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali Objettiv
speċifiku Nru 3 Jingħata
kontribut għall-individwazzjoni f'waqtha tal-pesti u l-qerda tagħhom fejn dawk
il-pesti jkunu daħlu fl-Unjoni Objettiv
speċifiku Nru 4 Jingħata
kontribut biex jitjiebu l-effikaċja, l-effiċjenza u l-affidabbiltà
tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħra mwettqa fid-dawl
tal-implimentazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni u l-konformità magħhom,
imsemmija fir-Regolament li jistabilixxi d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni
tan-nefqa marbuta mal-ikel u l-għalf 1.4.3. Ir-riżultat(i)
u l-impatt mistennija Il-qafas
finanzjarju 2007-2013 jaffettwa primarjament lill-Istati Membri u
lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom billi dawn huma l-benefiċjarji ewlenin
tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Hemm ukoll impatti indiretti fuq il-partijiet
interessati bħal produtturi primarji (bdiewa, eċċ.), operaturi oħra u
veterinarji iżda dawn huma sekondarji. Dan se jissokta mal-abbozz
tar-Regolament li jkopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. Ir-riżultat
kumplessiv mistenni huwa li, permezz tal-kofinanzjament mill-UE: -
il-mard tal-annimali u l-pesti tal-pjanti se jinqerdu aktar malajr f'każ ta'
tifqigħat -
se jiġi evitat li jitfaċċaw mard tal-annimali u pesti tal-pjanti -
Il-leġiżlazzjoni tal-UE relatata mas-sikurezza tal-ikel u l-għalf se tkun
applikata b'mod aktar armonizzat mal-UE kollha. Barra
minn hekk, ir-Regolament imsemmi hawn fuq se jikkontribwixxi wkoll biex
jiffaċilita l-funzjonament tas-suq intern u l-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi
terzi u dan jista' jkollu impatt pożittiv fuq l-impjiegi fl-UE. Indikaturi
tar-riżultati u impatt Objettiv
1: Jingħata kontribut għal livell għoli ta’ sikurezza tal-ikel u tas-sistemi
ta’ produzzjoni tal-ikel u ta’ prodotti oħra li jistgħu jaffettwaw is-sikurezza
tal-ikel, filwaqt li titjieb is-sostenibbiltà tal-produzzjoni tal-ikel Dan
l-objettiv se jitkejjel permezz tat-tnaqqis fl-għadd ta’ każijiet ta’ mard
fil-bnedmin fl-Unjoni u li huma marbuta mas-sikurezza tal-ikel jew maż-żoonożi. Objettiv
2: Jingħata kontribut għal status tas-saħħa tal-annimali ogħla fl-Unjoni u jkun
appoġġjat it-titjib tat-trattament xieraq tal-annimali Dan
l-objettiv se jitkejjel permezz taż-żieda fl-għadd ta' Stati Membri jew reġjuni
tagħhom li huma ħielsa mill-mard tal-annimali li għalih tingħata kontribuzzjoni
finanzjarja kif ukoll jitnaqqsu l-parametri tal-mard, bħalma huma l-inċidenza,
il-prevalenza u l-għadd ta’ tifqigħat. Objettiv
3: Jingħata kontribut għall-individwazzjoni f'waqtha tal-pesti u l-qerda
tagħhom fejn dawn ikunu daħlu fl-Unjoni
Dan
l-objettiv se jitkejjel permezz ta' dan li ġej: -
il-kopertura tat-territorju tal-Unjoni permezz ta’ stħarriġ għall-pesti, b'mod
partikolari għall-pesti li l-preżenza tagħhom ma ġietx individwata
fit-territorju tal-Unjoni u l-pesti meqjusa bħala l-aktar perikolużi għat-territorju
tal-Unjoni; u -
iż-żmien u r-rata ta’ suċċess għall-qerda ta' dawk il-pesti. Objettiv
4: Jingħata kontribut biex jitjiebu l-effikaċja, l-effiċjenza u l-affidabbiltà
tal-kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħra mwettqa fid-dawl
tal-implimentazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni msemmija
fl-Artikolu 1 tal-abbozz tar-Regolament, u l-konformità magħhom. Dan
l-objettiv se jitkejjel permezz ta' xejra favorevoli tal-eżitu tal-kontrolli
f’oqsma partikolari ta’ tħassib imwettqa u rrapportati minn esperti
tal-Kummissjoni fl-Istati Membri. 1.5. Ir-raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Ir-rekwiżit(i)
li jrid(u) jiġi/u sodisfatt(i) fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien Is-settur
privat għandu jitħares minn impatti serjament dannużi tal-mard u l-pesti u
għalhekk se jikkontribwixxi biex jitrawwem it-tkabbir u jinħolqu l-impjiegi
fl-UE. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jappoġġjaw il-miri
ta' politika għal kull qasam, li jimmiraw li jżommu l-livell sodisfaċenti
tas-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti, is-saħħa tal-materjal riproduttiv
tal-pjanti u l-kontrolli uffiċjali. Ir-Regolament
se jkompli jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ azzjoni tal-UE fil-qasam
tal-politika dwar is-sikurezza tal-ikel mill-2014 'il quddiem. Dan jibni fuq ir-riżultati
miksuba permezz tal-leġiżlazzjoni eżistenti u fuq il-valutazzjoni tal-impatt
aċċellerata li takkumpanja din il-proposta. 1.5.2. Il-valur
miżjud tal-involviment tal-UE B'konformità
mal-approċċ li skontu s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf trid tiġi garantita
mill-produttur sal-konsumatur, din l-azzjoni timmira li ġġib titjib tul
il-katina alimentari kollha. Dan is-settur huwa armonizzat fil-livell tal-UE u
jsir kummerċ konsiderevoli bejn l-Istati Membri. L-industrija tal-ikel u x-xorb
tal-UE hija l-akbar settur tal-manifattura fl-Ewropa bi dħul annwali fl-2009
ta' EUR 954 biljun; din tesporta madwar EUR 54 biljun ta'
prodotti tal-ikel u tax-xorb lejn pajjiżi terzi, tikkontribwixxi għal bilanċ
kummerċjali pożittiv ta' madwar EUR 10 biljun u timpjega madwar 4,2
miljun ruħ. (Sors: Il-Konfederazzjoni tal-industriji tal-ikel u tax-xorb
tal-UE). It-tifqigħat
ta' mard serju tal-annimali u tal-pjanti jistgħu jikkawżaw telf dirett maġġuri
għall-agrikoltura u telf indirett potenzjalment enormi għall-ekonomija Ewropea.
Dawn il-problemi jistgħu jinfirxu malajr bejn l-Istati Membri u jinvolvu s-suq
kollu tal-UE. L-okkorrenza riċenti tal-Bluetongue fil-parti l-kbira tal-Ewropa,
li kkawżat telf sostanzjali, hija tfakkira importanti tal-imprevedibbiltà u
s-severità tat-tifqigħat ta’ mard tal-annimali. L-objettiv
tal-intervent tal-UE huwa li jiġi mminimizzat l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem
u tal-annimali u s-swieq u li jitnaqqsu r-riskji tul il-katina alimentari
kollha permezz ta' azzjonijiet ta' prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet. Kontribuzzjoni
tal-UE tmur għall-programmi nazzjonali mmirati biex itejbu s-saħħa tal-annimali
jew jeqirdu dak il-mard li jaffettwaw lin-nies jew li l-preżenza tiegħu tista'
tikkawża impatti soċjali, ekonomiċu u politiċi kbar. Il-programmi ta' qerda,
sorveljanza u monitoraġġ huma meħtieġa biex jitnaqqas dan ir-riskju għas-saħħa
pubblika u/jew tal-annimali għal livell aċċettabbli. Titwettaq ukoll
sorveljanza mal-UE kollha għal mard bħall-influwenza avjarja u enċefalopatiji
sponġiformi trażmissibbli (TSE). Hemm
disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja għal miżuri ta’ emerġenza (fond ta'
emerġenza) biex tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw il-kriżijiet tal-mard
tal-annimali u ġew stabbiliti banek tat-tilqim li qed jinżammu stokkjati biex
tinżamm provvista ta' vaċċini għall-użu ta' emerġenza. Fondi
huma pprovduti wkoll biex jappoġġjaw kull Stat Membru li jisfa' vittma ta'
preżenza ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti, speċjalment fid-dawl taż-żieda
fil-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi oħra. Dan jaffettwa mhux biss
l-industrija tal-ikel iżda wkoll l-industrija b'mod ġenerali minħabba l-impatt
possibbli ta' xi organiżmi ta' ħsara għall-pjanti fuq l-injam u l-materjal
tal-imballaġġ tal-injam eż. palits. Barra
minn hekk, netwerk ta' Laboratorji ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea huwa
ffinanzjat biex jiżgura tħejjija aħjar u biex jipprovdi appoġġ xjentifiku
fil-livell tal-UE lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. Dan jikkontribwixxi
għall-armonizzazzjoni tal-prattiki dijanjostiċi fil-livell tal-UE. L-azzjoni
tinkludi wkoll programm ta' taħriġ (BTSF – Better Training for Safer Food
programme - "Programm ta' Taħriġ Aħjar għal Ikel Aktar Sikur")
għall-persunal tal-awtoritajiet kompetenti, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn
minnha biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-istandards tal-UE. 1.5.3. It-tagħlimiet
li ttieħdu minn esperjenzi simili fl-imgħoddi Il-problemi
tal-qafas legali attwali jikkonċernaw primarjament il-ħtieġa li jiġi emendat
dak il-qafas skont l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet settorjali identifikati
fir-reviżjonijiet rispettivi. Dawn il-ħtiġijiet għandhom ikunu riflessi
fil-leġiżlazzjoni futura, irrispettivament minn jekk id-dispożizzjonijiet dwar
l-infiq jinsabux fl-atti settorjali jew humiex miġbura flimkien f’att
orizzontali uniku.
Fattur 1: Il-qafas legali attwali huwa kumpless wisq In-nuqqas
attwali ta' ċarezza fir-rati ta' finanzjament joħloq inċertezza kbira
għall-Istati Membri meta jkunu qed jippjanaw. Għaldaqstant, dan ir-regolament
jipprevedi tliet rati massimi: 50, 75 u 100 %. Ir-rata ta’ finanzjament
ta' 100 % hija applikata għax-xiri tal-vaċċini u l-ispejjeż eliġibbli
tal-laboratorji ta' referenza tal-UE; ir-rata ta' 75 % tapplika
għall-ispejjeż eliġibbli għall-Istati Membri li l-aktar introjtu nazzjonali
gross riċenti tagħhom għal kull abitant ikun inqas minn 90 % tal-medja
tal-Unjoni; ir-rata ta' 50 % tapplika għall-ispejjeż l-oħra eliġibbli; din
titqies bħala r-rata bażika mill-2014 'il quddiem. Barra
minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar id-diversi għotjiet finanzjarji bħalissa
jinsabu f'għadd ta' strumenti leġiżlattivi differenti. Din il-kwistjoni se tkun
solvuta billi jinġabru dawn id-dispożizzjonijiet f'bażi legali waħda. Il-livell
minimu propost ta' EUR 50 000 għal kull għotja żgur se tissemplifika
l-ġestjoni baġitarja għall-amministrazzjonijiet fl-Istati Membri u
fl-istituzzjonijiet Ewropej.
Fattur 2: L-għodod tal-ġestjoni finanzjarja eżistenti mhumiex kompluti Id-dispożizzjonijiet
finanzjarji eżistenti ma jipprevedux objettivi u indikaturi ċari u konsistenti.
Id-definizzjoni
ta' miżuri eliġibbli u spejjeż assoċjati mhijiex ċara. Rapport ta’ awditjar
intern tal-2012 irrakkomanda li dawn jiġu ċċarati u ssemplifikati. Dawn
il-fatturi kollha jikkontribwixxu għal sitwazzjoni fejn is-sistema tkun
kumplessa wisq u r-rati ta’ żbalji jkunu għoljin wisq. Stħarriġ riċenti
tar-rappreżentanti tal-Istati Membri sab li l-qafas ta' ppjanar tal-programm
pluriennali u annwali jitqies bħala ta' piż. Iċ-ċiklu annwali ta'
preparazzjoni, evalwazzjoni, approvazzjoni, adozzjoni u rappurtar tal-pjan
jeżiġi ħafna riżorsi u jinvolvi livell għoli ta' ripetizzjoni minn sena għal
oħra. 1.5.4. Il-koerenza
u s-sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħra Huwa
ta' importanza kruċjali li l-proposta li bħalissa qed tiġi kkunsidrata tibqa' wkoll
konsistenti ma' politiki oħra tal-UE. F'livell għoli, dan ifisser appoġġ
għall-objettivi tal-UE 2020 u tal-qafas finanzjarju pluriennali. Forsi
l-aktar importanti, huwa kruċjali li l-qafas finanzjarju jappoġġja l-irkupru
ekonomiku permezz tal-promozzjoni tal-kummerċ u attività ekonomika importanti
oħra. F’oqsma oħra, se jkun importanti li jiġi żgurat li l-politika dwar
is-sikurezza tal-għalf u tal-ikel tappoġġja u tikkomplementa, mingħajr ma
tirrepeti jew iddgħajjef, politiki oħra tal-UE. Dan huwa partikolarment minnu
fl-oqsma tal-agrikoltura u l-kummerċ. Il-proposti l-ġodda għall-politika
agrikola komuni jappoġġjaw l-istess tipi ta’ objettivi ġenerali bħall-abbozz
tar-regolament attwali kkonċernat, iżda objettivi speċifiċi differenti u
b'mezzi differenti. Huwa kruċjali wkoll li l-abbozz ikompli jappoġġja l-kummerċ
Ewropew u jkun konsistenti mar-regoli kummerċjali eżistenti u futuri. Jeħtieġ
li tiġi kkunsidrata l-politika marittima, pereżempju meta l-qafas finanzjarju
jappoġġja l-prevenzjoni jew il-qerda tal-mard li jaffettwa l-annimali
tal-akkwakultura. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġu rispettati
l-objettivi tal-politiki ambjentali. Fl-aħħar nett, jeżistu rabtiet qawwija
bejn politiki oħra bħas-saħħa pubblika, it-trattament xieraq tal-annimali, u
oħrajn, li jeżiġu koordinazzjoni. 1.6. It-tul
ta' żmien u l-impatt finanzjarju þ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta' żmien
limitat –
þ Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-01/01/2014 sal-31/12/2020 –
þ L-impatt finanzjarju mill-2014 sal-2020 (approprjazzjonijiet ta'
impenn) ¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien
illimitat –
- Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa
SSSS, –
- Segwita minn operazzjoni sħiħa. 1.7. Metodu/i
ta' ġestjoni previst(i)[32] þ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni þĠestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega
tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil: –
þ aġenziji eżekuttivi –
¨ korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[33]
–
¨ korpi nazzjonali mis-settur pubbliku/korpi b'missjoni tas-servizz
pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi
b'konformità mat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati
fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament
Finanzjarju ¨ Ġestjoni kondiviża
mal-Istati Membri ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi ¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali Jekk jiġi indikat aktar
minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima
"Kummenti". Kummenti Aġenzija
Eżekuttiva EAHC: Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003
tad-19 ta' Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji
eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi
tal-Komunità[34],
il-Kummisjoni fdat[35]
lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi bil-kompiti ta' implimentazzjoni
għall-ġestjoni tal-politika ta' Taħriġ Aħjar għal Ikel Aktar Sikur (BTSF)
għas-snin bejn l-2007 u l-2013. Il-Kummissjoni għalhekk tista’ tiddeċiedi li
tafda wkoll lill-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi bil-kompiti ta’
implimentazzjoni għall-ġestjoni tal-programm BTSF għas-snin bejn l-2014 u
l-2020. 2. MIŻURI
TA' ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar Bħalissa,
l-EAHC timmaniġġja n-nefqa għall-programm ta' Taħriġ Aħjar għal Ikel Aktar
Sikur. In-nefqa kollha li jifdal hija mmaniġġjata direttament mill-Kummissjoni.
Se tingħata aktar attenzjoni lill-analiżi tal-programmi veterinarji u
fitosanitarji ppreżentati; il-programmi veterinarji tal-2013 ġew ippreżentati
għall-ewwel darba għal evalwazzjoni esterna; din il-proċedura se tiġi
żviluppata aktar fis-snin li ġejjin. Bħalissa qegħdin jiġu żviluppati
l-indikaturi tal-prestazzjoni; dawn se jkunu utli għall-evalwazzjoni
tal-kisbiet tal-programm. Sa
tmiem l-2018, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' evalwazzjoni dwar il-kisba
tal-objettivi tal-miżuri (fil-livell ta' riżultati u impatti), l-effiċjenza
fl-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew tagħhom, fid-dawl ta' deċiżjoni
dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-miżuri. L-evalwazzjoni
għandha tindirizza wkoll l-ambitu għas-semplifikazzjoni, l-issoktar
tar-rilevanza tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri
għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u
inklużiv. Din għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni dwar l-impatt fit-tul
tal-miżuri li jkunu ttieħdu qabel. Barra
minn hekk, se titwettaq evalwazzjoni ex-post, mhux aktar tard minn nofs l-2022. Il-Kummissjoni
għandha tikkomunika r-riżultati ta' dawk l-evalwazzjonijiet, akkumpanjati
mill-kummenti tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. 2.2. Is-sistema
ta' ġestjoni u kontroll 2.2.1. Ir-riskju/i
identifikat(i) Il-biċċa
l-kbira tal-fondi hija indirizzata lill-Istati Membri. L-elementi
ewlenin tal-implimentazzjoni tal-baġit huma dawn li ġejjin: Permezz
ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-programmi ta' ħidma annwali komuni jew
separati se jiġu adottati għall-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja
għall-kontrolli uffiċjali u attivitajiet oħra. Il-programmi ta’ ħidma annwali
ta' hawn fuq għandhom jistabbilixxu l-objettivi segwiti, ir-riżultati
mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Dawn
jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-miżuri li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni
tal-ammont allokat għal kull miżura u skeda ta' żmien indikattiva
għall-implimentazzjoni. Għall-għotjiet, dawn għandhom jinkludu l-prijoritajiet,
il-kriterji ta' evalwazzjoni essenzjali u r-rata ta' finanzjament. Għall-implimentazzjoni
tal-programmi ta’ qerda, stħarriġ u monitoraġġ fil-qasam tas-saħħa tal-annimali
u tal-pjanti il-Kummissjoni, sat-30 ta' Jannar ta' kull sena u, wara
evalwazzjoni tal-programmi ppreżentati, se tapprova l-programmi suġġetti għal
ċerti kundizzjonijiet fejn xieraq u se tiddeċiedi dwar l-ammont tal-għotja.
Fil-każ ta' approvazzjoni tal-programmi pluriennali, l-impenji baġitarji
jistgħu jinqasmu f'pagamenti annwali. F'dan il-każ, kull sena l-Kummissjoni
għandha tikkommetti l-pagamenti annwali filwaqt li tqis il-progress tal-programmi,
l-istima tal-ħtiġijiet u l-baġit disponibbli. Għall-implimentazzjoni
tal-miżuri ta' emerġenza fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti iż-żona
jew fejn tinħtieġ reazzjoni għal żviluppi imprevedibbli, il-Kummissjoni għandha
tadotta deċiżjonijiet ta' finanzjament ad hoc. Barra
minn hekk, se jiġu attribwiti għadd ta' kuntratti ta' servizz. Ir-riskji
ewlenin huma dawn li ġejjin: -
rigward il-kontrolli uffiċjali, ir-riskji ta' implimentazzjoni ħażina li
jnaqqsu l-effikaċja tal-miżuri kofinanzjati; -
l-użu ineffiċjenti jew non-ekonomiku tal-fondi għall-programmi ta' qerda u
miżuri ta’ emerġenza minħabba l-kumplessità tar-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli
reali flimkien mal-possibbiltajiet limitati biex jiġu kkontrollati l-ispejjeż
eliġibbli dokumentati. 2.2.2. Il-metodi
ta’ kontroll previsti B'mod
ġenerali, it-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha (l-impenji, il-pagamenti,
l-ordnijiet ta' rkupru, eċċ.) u l-kuntratti/il-ftehimiet ta’ għotja marbuta
mal-politika dwar l-infiq marbuta mal-ikel u l-għalf jiġu kkontrollati,
awtorizzati u ffirmati mill-uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega inkarigati
mill-attività. Kull uffiċjal awtorizzanti b'sottodelega huwa megħjun minn
ċellola finanzjarja deċentralizzata li tivverifika u tikkompleta l-fajls ta’
tranżazzjonijiet finanzjarji u l-kuntratti/il-ftehimiet ta’ għotja qabel ma
jiġu ffirmati. It-tnedija u l-verifika operazzjonali jitqwettqu minn membri
tal-persunal tal-Unità responsabbli. Barra
minn hekk, iċ-ċellola finanzjarja ċentrali twettaq, fit-tieni livell, verifika
dokumentata ex-ante, ibbażata fuq kampjun tat-tranżazzjonijiet. Barra dan,
it-tim ċentralizzat ta' verifika fuq il-post tad-DĠ jivverifika fuq is-sit
l-eliġibbiltà tal-ispejjeż mitluba mill-benefiċjarju. Id-DĠ SANCO qed juża
ukoll kumpanija speċjalizzata fl-organizzazzjoni ta' kontrolli ex post. Għotjiet:
Meta jitqies fuq naħa l-qafas imsemmi hawn fuq u l-fatt li l-biċċa l-kbira
tal-benefiċjarji tal-għotjiet tal-UE huma identitajiet pubbliċi, ir-riskju ta'
irregolaritajiet jista' jitqies bħala limitat ferm. Il-proġetti ffinalizzati
mogħtija proġetti se jkunu suġġetti għal kontrolli ex post. L-istrateġija ta’
awditjar ex-post se tkun: (a) li tgħaqqad il-valutazzjoni tar-riskju u l-għażla
aleatorja sabiex jiġi evitat proċess tal-għażla riġidu wisq, u (b) li tagħti
attenzjoni lill-aspetti operazzjonali meta jkun possibbli waqt l-awditjar fuq
il-post. Kuntratti
ta’ servizzi: Id-DĠ SANCO jikkonkludi kuntratti ta' servizzi direttament
mal-fornituri tas-servizz. Il-kuntratturi jintgħażlu fuq il-bażi ta' proċeduri ta'
sejħa għall-offerti, b'rispett sħiħ tar-Regolament Finanzjarju. Il-kuntratti li
jkunu ogħla minn ċertu limitu massimu huma suġġetti għal kontroll fil-fond minn
kumitat tal-akkwist pubbliku ta' DĠ SANCO. Id-DĠ SANCO juża kuntratti standard
proposti mill-Kummissjoni li jipprevedu l-possibbiltà li jitwettqu kontrolli ex
post. Madankollu, billi l-ammonti tal-kuntratti huma ffissati, ir-riskji ta’
żbalji finanzjarji huma mnaqqsa u l-għadd ta' kontrolli ex post fuq
il-kuntratti tas-servizz huma limitat ħafna. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni ta' frodi u irregolaritajiet Il-Kummissjoni
għandha tieħu l-miżuri xierqa biex tiżgura li, fejn l-azzjonijiet iffinanzjati
skont dan ir-Regolament jiġu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni
Ewropea jkunu protetti mill-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi,
il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, permezz ta' verifiki effettivi u,
jekk jiġu individwati irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball
u, fejn xieraq, permezz ta' penali effettivi, proporzjonali u deterrenti, skont
l-Artikolu 325 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95
tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi
finanzjarji tal-Komunità Ewropea u l-Artikolu 58 tar-Regolament
Finanzjarju. Il-Kummissjoni
jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa
li jawditjaw, abbażi tad-dokumenti u fuq il-post, fir-rigward tal-benefiċjarji
kollha tal-għotja, kuntratturi u subkuntratturi li jkunu rċevew il-fondi
tal-Unjoni. OLAF għandu jkun awtorizzat iwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq
il-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament
minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill
(Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 bl-għan
li jiġi stabbilit li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali
oħra b’rabta ma’ ftehim ta’ għotja jew deċiżjoni jew kuntratt li jikkonċerna
finanzjament tal-Unjoni. Mingħajr
preġudizzju għas-sottoparagrafi preċedenti, id-deċiżjonijiet, il-ftehimiet u
l-kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tar-Regolament għandhom
jawtorizzaw espressament lill-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, u lill-Qorti
tal-Awdituri li jwettqu dawn il-verifiki, kontrolli u spezzjonijiet fuq
il-post. 3. IMPATT
FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i · - Il-linji baġitarji tan-nefqa eżistenti (numerati mill-ġdid għal
nomenklatura ġdida għall-2014-2020) · Linji baġitarji ġodda mitluba (in-nomenklatura ġdida 2014-2020). Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nfiq || Kontribuzzjoni || Diff./mhux diff. || minn pajjiżi tal-EFTA[36] || minn pajjiżi kandidati[37] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 3 || 17 01 04 03 Nefqa amministrattiva b'appoġġ għall-miżuri għas-saħħa tal-pjanti, is-sikurezza tal-għalf u tal-ikel, il-qerda tal-mard tal-annimali u l-fond ta' emerġenza || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3 || 17 01 06 03 Nefqa amministrattiva b'appoġġ għall-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3 || 17 04 01 Kontribuzzjoni finanzjarja li tiżgura titjib fl-istatus tas-saħħa tal-annimali u livell għoli ta' protezzjoni tal-annimali fl-Unjoni || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3 || 17 04 02 Kontribuzzjoni finanzjarja li tiżgura l-individwazzjoni f'waqtha ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-qerda tagħhom || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3 || 17 04 03 Kontribuzzjoni finanzjarja li tiżgura kontrolli effettivi, effiċjenti u affidabbli || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3 || 17 04 04 Miżuri ta' emerġenza marbuta mas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 4 || 17 04 10 Ftehimiet internazzjonali || Diff./mhux diff. || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju
tal-impatt stmat fuq in-nefqa (fi prezzijiet attwali) EUR miljun (sa 3 punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 3 || Sigurtà u ċittadinanza DĠ: SANCO || || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || TOTAL 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || >2020 Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || || 17 04 01 Li jikkontribwixxu għal titjib fl-istatus tas-saħħa tal-annimali u livell għoli ta' protezzjoni tal-annimali fl-Unjoni || Impenji || (1) || 180,000 || 178,500 || 177,000 || 175,000 || 171,500 || 171,500 || 171,000 || || 1,224,500 Pagamenti || (2) || 10,000 || 165,000 || 163,000 || 161,000 || 157,000 || 158,000 || 159,000 || 251,500 || 1,224,500 17 04 02 Li jikkontribwixxu għal individwazzjoni f'waqtha ta' organiżmi ta' ħsara għall-pjanti u l-qerda tagħhom || Impenji || (1) || 5,000 || 10,000 || 14,000 || 19,000 || 25,000 || 28,500 || 30,500 || || 132,000 Pagamenti || (2) || 3,000 || 9,000 || 12,000 || 17,000 || 22,000 || 25,000 || 26,000 || 18,000 || 132,000 17 04 03 Li jikkontribwixxu biex itejbu l-effikaċja, l-effiċjenza u l-affidabbiltà tal-kontrolli || Impenji || (1) || 45,724 || 47,360 || 50,401 || 53,558 || 57,520 || 60,021 || 62,162 || || 376,746 Pagamenti || (2) || 18,000 || 45,000 || 48,000 || 50,000 || 52,000 || 55,000 || 58,000 || 50,746 || 376,746 17 04 04 Miżuri ta' emerġenza marbuta mas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti || Impenji || (1) || 20,000 || 20,000 || 20,000 || 20,000 || 20,000 || 20,000 || 20,000 || || 140,000 || Pagamenti || (2) || 10,000 || 20,000 || 20,000 || 20,000 || 20,000 || 20,000 || 20,000 || 10,000 || 140,000 Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-qafas finanzjarju għal programmi speċifiċi (linji "BA" preċedenti, riċerka indiretta u diretta) || || || || || || || || || 17 01 04 03 Nefqa għal appoġġ fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa tal-annimali, it-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti || (3) || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || || 18,690 17 01 06 03 Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi — Kontribuzzjoni fil-qasam tas-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa tal-annimali, it-trattament xieraq tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti TOTAL tal-approprjazzjonijiet || Impenji || =1+3 || 253,394 || 258,530 || 264,071 || 270,228 || 276,690 || 282,691 || 286,332 || || 1,891,936 għad-DĠ SANCO || Pagamenti || =2+3 || 43,670 || 241,670 || 245,670 || 250,670 || 253,670 || 260,670 || 265,670 || 330,246 || 1,891,936 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 250,724 || 255,860 || 261,401 || 267,558 || 274,020 || 280,021 || 283,662 || || 1,873,246 Pagamenti || (5) || 41,000 || 239,000 || 243,000 || 248,000 || 251,000 || 258,000 || 263,000 || 330,426 || 1,873,246 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-qafas finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || || 18,690 TOTAL tal-approprjazzjonijiet || Impenji || =4+6 || 253,394 || 258,530 || 264,071 || 270,228 || 276,690 || 282,691 || 286,332 || || 1,891,936 taħt l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju plurieannali || Pagamenti || =5+6 || 43,670 || 241,670 || 245,670 || 250,670 || 253,670 || 260,670 || 265,670 || 330,246 || 1,891,936 Ammont ta'
EUR 5 miljun marbut mal-bidla fil-klima huwa assenjat fl-abbozz
tal-baġit tal-2014, b'mod partikolari għall-qerda tal-mard tal-bluetongue u
x-Schmallenberg.
Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || Nefqa amministrattiva EUR miljun (sa 3 punti deċimali) || || || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || TOTAL 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 DĠ: SANCO || || Riżorsi Umani || 3,349 || 3,349 || 3,349 || 3,349 || 3,349 || 3,349 || 3,349 || 23,446 Nefqa amministrattiva oħra || 6,121 || 6,243 || 6,368 || 6,495 || 6,625 || 6,758 || 6,893 || 45,503 TOTAL || Approprjazzjonijiet || 9,470 || 9,593 || 9,717 || 9,845 || 9,975 || 10,107 || 10,242 || 68,949 || || || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet || (Impenji totali = pagamenti totali) || 9,470 || 9,593 || 9,717 || 9,845 || 9,975 || 10,107 || 10,242 || 68,949 taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali EUR miljun (sa 3 punti deċimali) || || || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena || Sena >2020 || TOTAL 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 TOTAL tal-approprjazzjonijiet || Impenji || 262,865 || 268,123 || 273,789 || 280,073 || 286,665 || 292,799 || 296,575 || || 1,960,886 taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || Pagamenti || 53,141 || 251,263 || 255,388 || 260,515 || 263,645 || 270,778 || 275,913 || 330,246 || 1,960,886 Ta' min ifakkar li l-ammonti msemmija taħt
il-punt 3.2.1 huma ammonti massimi u l-ħtiġijiet annwali se jiġu evalwati
kull sena fil-limitu tal-ammont massimu globali. 3.2.2. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta'
approprjazzjonijiet operazzjonali – þ Il-proposta/l-inizjattiva
teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt
(Approprjazzjonijiet ta' impenn f’EUR miljun (sa 3 punti deċimali) OBJETTIV
SPEĊIFIKU Nru 1 - Jingħata kontribut għal livell għoli ta’ sikurezza
tal-ikel u tas-sistemi ta’ produzzjoni tal-ikel u ta’ prodotti oħra li jistgħu
jaffettwaw is-sikurezza tal-ikel, filwaqt li titjieb is-sostenibbiltà
tal-produzzjoni tal-ikel Spejjeż marbuta mal-ksib ta' dan il-objettiv huma
integrati f’dawk marbuta ma' miżuri meħuda skont in-numru tal-objettiv 2 sa 4. OBJETTIV
SPEĊIFIKU Nru 2 - Jingħata kontribut għat-titjib fl-istatus tas-saħħa
tal-annimali fl-Unjoni u tat-trattament xieraq tal-annimali Objettivi u riżultati || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL || RIŻULTATI || || Tip ta' riżultat || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd totali ta' riżultati || Spiża totali || - Riżultat || Programmi għall-qerda, il-kontroll u s-sorveljanza tal-mard u taż-żoonożi. || +/- 1.4 miljun || +/-120 || 170 || +/-120 || 168 || +/-120 || 166 || +/-120 || 163 || +/-120 || 159 || +/-120 || 158 || +/-120 || 157 || +/- 840 || 1,141 || - Riżultat || Miżuri veterinarji oħra u xiri ta' vaċċini/antiġeni || +/- 2,38 miljun || +/- 5 || 10 || +/- 5 || 10,5 || +/- 5 || 11 || +/- 5 || 12 || +/- 5 || 12,5 || +/- 5 || 13,5 || +/- 5 || 14 || +/- 35 || 83,5 || Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2 || || 180,0 || || 178,5 || || 177,0 || || 175,0 || || 171,5 || || 171,5 || || 171 || || 1,224.5. || OBJETTIV
SPEĊIFIKU Nru 3 - Jingħata kontribut għall-individwazzjoni f'waqtha
tal-pesti u l-qerda tagħhom fejn dawk il-pesti jkunu daħlu fl-Unjoni Objettivi u riżultati || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL RIŻULTATI Tip ta' riżultat || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd totali ta' riżultati || Spiża totali - Riżultat || Programmi ta’ sorveljanza || +/-0,9 || 5 || 5,0 || 13 || 9,0 || 16 || 13,0 || 20 || 18,0 || 24 || 24,0 || 27 || 27,0 || 31 || 29,0 || 136 || 125,0 - Riżultat || Żrieragħ || 0,600 || - || - || 2 || 1,0 || 2 || 1,0 || 2 || 1,0 || 2 || 1,0 || 2 || 1,5 || 2 || 1,5 || 12 || 7,0 Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 3 || || 5,0 || || 10,0 || || 14,0 || || 19,0 || || 25,0 || || 28,5 || || 30,5 || || 132,0 OBJETTIV
SPEĊIFIKU Nru 4 – Jingħata kontribut għat-titjib tal-effikaċja,
l-effiċjenza u l-affidabbiltà tal-kontrolli Objettivi u riżultati || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL RIŻULTATI Tip ta' riżultat || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd totali ta' riżultati || Spiża totali - Riżultat || Laboratorji u ċentri || 0,330 || 45 || 15 || 45 || 15,5 || 47 || 16 || 48 || 16,5 || 51 || 17 || 55 || 18 || 56 || 18,8 || 345 || 116,8 Riżultat || BTSF || 0,150 || 95 || 15 || 100 || 15,5 || 105 || 16 || 105 || 16,5 || 116 || 17,5 || 122 || 18 || 127 || 19 || 770 || 117,5 - Riżultat || Komunikazzjoni || 0,25 || 8 || 2,0 || 8 || 2,0 || 8 || 2,0 || 10 || 2,5 || 10 || 2,5 || 10 || 2,70 || 10 || 2,70 || 64 || 16,4 - Riżultat || Esperti nazzjonali || 0,005 || 125 || 0,5 || 125 || 0,5 || 125 || 0,6 || 125 || 0,6 || 125 || 0,7 || 125 || 0,7 || 125 || 0,7 || 875 || 4,3 - Riżultat || Sistemi ta' twissija u għodod tal-IT || 1,300 || 6 || 8 || 7 || 8 || 7 || 8,5 || 7 || 9 || 7 || 9,5 || 7 || 10 || 8 || 10 || 49 || 63,0 - Riżultat || Ġbir tad-dejta || 0,500 || 4 || 2 || 5 || 2,5 || 6 || 3 || 7 || 3,5 || 9 || 4,5 || 9 || 4,5 || 9 || 4,5 || 49 || 24,5 - Riżultat || Organizzazzjonijiet internazzjonali || 0,370 || 3 || 1,0 || 3 || 1,0 || 4 || 1,5 || 4 || 1,5 || 4 || 1,5 || 4 || 1,8 || 6 || 2,0 || 28 || 10,3 - Riżultat || Studji u evalwazzjonijiet || 0,300 || 7 || 2,224 || 7 || 2,360 || 9 || 2,901 || 10 || 3,358 || 12 || 4,320 || 12 || 4,321 || 13 || 4,462 || 70 || 23,946 Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 4 || || 45,724 || || 47,360 || || 50,401 || || 53,558 || || 57,520 || || 60,021 || || 62,162 || || 376,746 OBJETTIVI
SPEĊIFIĊI Nru 2 u 3 - Miżuri ta' emerġenza marbuta mas-saħħa tal-annimali
u tal-pjanti Objettivi u riżultati || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL RIŻULTATI Tip ta' riżultat || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd ta' riżultati || Spiża || Għadd totali ta' riżultati || Spiża totali Riżultat || Emerġenzi saħħa tal-annimali u saħħa tal-pjanti || || * || 20,0 || * || 20,0 || * || 20,0 || * || 20,0 || * || 20,0 || * || 20,0 || * || 20,0 || * || 140,0 || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għal objettiv speċifiku Nru 2 u 3 || || 20 || || 20 || || 20 || || 20 || || 20 || || 20 || || 20 || || 140 * għadd ta’ riżultati mhux magħrufa: skont
l-għadd ta' tifqigħat || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL SPIŻA TOTALI || || 250,724 || || 255,860 || || 261,401 || || 267,558 || || 274,020 || || 280,021 || || 283,662 || || 1,873,246 Ta' min ifakkar li l-ammonti msemmija taħt
il-punt 3.2.2 huma ammonti massimi u l-ħtiġijiet annwali se jiġu evalwati
kull sena fil-limitu tal-ammont massimu globali. 3.2.3. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet
amministrattivi –
þ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet
amministrattivi, kif spjegat hawn taħt: EUR miljun (sa 3
punti deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || || || || || || || || Riżorsi umani || 3,349 || 3,349 || 3,349 || 3,349 || 3,349 || 3,349 || 3,349 || 23,446 Nefqa amministrattiva oħra || 6,121 || 6,243 || 6,368 || 6,495 || 6,625 || 6,758 || 6,893 || 45,503 Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || 9,470 || 9,593 || 9,717 || 9,845 || 9,975 || 10,107 || 10,242 || 68,949 'Il barra mill-INTESTATURA 5[38] tal-qafas finanzjarju pluriennali || Riżorsi umani || xx || xx || xx || xx || xx || xx || xx || xx Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || xx || xx || xx || xx || xx || xx || xx || xx Subtotal 'il barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju plurieannali || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 2,670 || 18,690 TOTAL || 12,141 || 12,263 || 12,388 || 12,515 || 12,645 || 12,778 || 12,913 || 87,640 Iċ-ċifri
ta' hawn fuq se jiġu aġġustati skont ir-riżultati tal-proċess ta'
esternalizzazzjoni previst.
3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani –
þ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif
spjegat hawn taħt: L-istima trid tiġi espressa f’ammonti sħaħ
(jew l-aktar sa punt deċimali wieħed) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) || XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 24,5 || 24,5 || 24,5 || 24,5 || 24,5 || 24,5 || 24,5 XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (Ekwivalenti ta' unità Full Time: FTE)[39] || XX 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"qafas finanzjarju globali") || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 || 2 XX 01 02 02 (AK, INT, JED, AL u ENS fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 04 ss [40] || - fil-Kwartieri Ġenerali[41] || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (AK, INT, ENS – Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (AK, INT, ENS – Riċerka diretta) || || || || || || || Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || || TOTAL || 26,5 || 26,5 || 26,5 || 26,5 || 26,5 || 26,5 || 26,5 XX huwa l-qasam ta'
politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat. Bħalissa l-ġestjoni
tan-nefqa fil-qasam tal-katina alimentari, is-saħħa u t-trattament xieraq
tal-annimali, u tas-saħħa tal-pjanti u l-materjal riproduttiv tal-pjanti
(in-nefqa fil-qasam tal-ikel u l-għalf) koperta mill-proposta SANCO/11220/2012
Rev.1 hija mwettqa minn 28,5 FTE. Madankollu huwa mistenni li mill-2014 'il
quddiem 26,5 FTE se jkunu biżżejjed. Dan in-numru jinkludi persunal biss ta' DĠ
SANCO. Dawn iċ-ċifri
jirreferu biss għall-persunal għall-ġestjoni tan-nefqa fil-qasam tal-"ikel
u l-għalf" u, għalhekk, il-persunal inkarigat mill-implimentazzjoni
operazzjonali tal-politiki settorjali mhuwiex inkluż. Madankollu, ir-reviżjoni
tal-qafas leġiżlattiv għall-politiki settorjali (is-saħħa tal-annimali,
il-pesti, il-materjali riproduttivi tal-pjanti u l-kontrolli) li huma proposti
wkoll fl-istess waqt bħal dan ir-regolament tal-qafas finanzjarju, ma għandha
l-ebda impatt ieħor fuq ir-riżorsi finanzjarji u umani għajr dak indikat f'din
id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva komuni. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jiġu sodisfatti mill-persunal tad-DĠ li diġà huwa assenjat
bil-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie allokat mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk
ikun meħtieġ, ma' kull allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta'
ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti
baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || · Koordinazzjoni, abbozzar u organizzazzjoni tal-proċedura ta’ adozzjoni għall-programmi ta’ ħidma annwali (deċiżjonijiet ta’ finanzjament), inkluża l-konsultazzjoni ta’ kumitat tal-Istati Membri · Segwitu / monitoraġġ tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet finanzjarji skont ir-regoli baġitarji u finanzjarji fis-seħħ; kontribuzzjoni għar-rapporti tal-attivitajiet · Preparazzjoni u manutenzjoni tal-għodda tal-informazzjoni; provvista tal-informazzjoni għal awditjar intern u estern · Twaqqif u verifika tal-pagamenti, l-impenji, u l-fajls tal-akkwist/għotja; jiġi żgurat li dawn jikkonformaw mat-termini tal-kuntratt, u mar-regoli/regolamenti finanzjarji · Assigurazzjoni ta’ kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet finanzjarji · Monitoraġġ tal-iskadenzi tal-pagamenti skont ir-regolamentazzjoni u r-regoli finanzjarji kif ukoll tal-flussi tax-xogħol tal-fajls finanzjarji individwali · Preparazzjoni u provvista ta’ taħriġ lill-organizzazzjonijiet esterni rigward l-applikazzjonijiet għas-sejħiet għal proposti · Komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti lill-kuntratturi u lill-benefiċjarji matul iż-żmien tal-proġett · Tnedija, ġestjoni u monitoraġġ tas-sejħiet għal proposti/offerti, evalwazzjoni u għażla tal-proġetti · Jingħata segwitu għall-implimentazzjoni tal-proġetti u l-prestazzjoni tal-maniġers u l-imsieħba tal-proġett, il-monitoraġġ tal-obbligi kuntrattwali · Monitoraġġ tal-iskadenzi tal-pagamenti skont ir-regolamentazzjoni u r-regoli finanzjarji kif ukoll tal-flussi tax-xogħol tal-fajls finanzjarji individwali · Verifika tal-konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli ta’ Implimentazzjoni, ir-regoli interni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit, l-Att Bażiku, id-deċiżjoni ta’ Finanzjament u regoli oħra relatati u d-dispożizzjonijiet baġitarji fit-tranżazzjonijiet finanzjarji · Verifika tal-ftehim ta' għotja/kuntratt mal-benefiċjarju/kuntrattur magħżul, u l-ġustifikazzjoni tiegħu · Verifika li l-metodoloġija, inklużi l-kriterji tal-eliġibbiltà, l-għażla u l-għotja ġew applikati korrettament fil-proċess tal-għażla u li l-proċess tal-għażla twettaq skont ir-regoli · Verifika tal-korrettezza tal-proċessi ta’ impenn Persunal estern || · Preparazzjoni u manutenzjoni tal-għodda tal-informazzjoni; provvista tal-informazzjoni għal awditjar intern u estern · Twaqqif u verifika tal-pagamenti, l-impenji, u l-fajls tal-akkwist/għotja; jiġi żgurat li dawn jikkonformaw mat-termini tal-kuntratt, u mar-regoli/regolamenti finanzjarji · Assigurazzjoni ta’ kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet finanzjarji · Monitoraġġ tal-iskadenzi tal-pagamenti skont ir-regolamentazzjoni u r-regoli finanzjarji kif ukoll tal-flussi tax-xogħol tal-fajls finanzjarji individwali · Preparazzjoni u provvista ta’ taħriġ lill-organizzazzjonijiet esterni rigward l-applikazzjonijiet għas-sejħiet għal proposti · Komunikazzjoni tal-informazzjoni rilevanti lill-kuntratturi u lill-benefiċjarji matul iż-żmien tal-proġett · Tnedija, ġestjoni u monitoraġġ tas-sejħiet għal proposti/offerti, evalwazzjoni u għażla tal-proġetti · Jingħata segwitu għall-implimentazzjoni tal-proġetti u l-prestazzjoni tal-maniġers u l-imsieħba tal-proġett, il-monitoraġġ tal-obbligi kuntrattwali · Monitoraġġ tal-iskadenzi tal-pagamenti skont ir-regolamentazzjoni u r-regoli finanzjarji kif ukoll tal-flussi tax-xogħol tal-fajls finanzjarji individwali · Verifika tal-konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli ta’ Implimentazzjoni, ir-regoli interni dwar l-eżekuzzjoni tal-baġit, l-Att Bażiku, id-deċiżjoni ta’ Finanzjament u regoli oħra relatati u d-dispożizzjonijiet baġitarji fit-tranżazzjonijiet finanzjarji · Verifika tal-ftehim ta' għotja/kuntratt mal-benefiċjarju/kuntrattur magħżul, u l-ġustifikazzjoni tiegħu · Verifika li l-metodoloġija, inklużi l-kriterji tal-eliġibbiltà, l-għażla u l-għotja ġew applikati korrettament fil-proċess tal-għażla u li l-proċess tal-għażla twettaq skont ir-regoli · Verifika tal-korrettezza tal-proċessi ta’ impenn 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali –
þ Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
pluriennali mill-2014 sal-2020 kif propost mill-Kummissjoni. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi riprogrammar tal-intestatura
rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. Spjega liema programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa,
billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. MHUX
APPLIKABBLI –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument
tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[42]. Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika
l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. MHUX
APPLIKABBLI 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi –
þ Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet
terzi –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn
taħt: Approprjazzjonijiet f'EUR miljun (sa 3 punti
deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 3.3. Impatt
stmat fuq id-dħul –
þ Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq
id-dħul. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej: ¨ fuq ir-riżorsi proprji ¨ fuq dħul mixxellanju EUR miljun (sa 3 punti deċimali) Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[43] Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 Artikolu …………. || || || || || || || || Għad-dħul mixxellanju
assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i. MHUX
APPLIKABBLI Speċifika l-metodu
għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. MHUX
APPLIKABBLI [1] COM(2011) 398 finali. [2] COM(2012) 388 finali. [3] COM(2011) 398 finali. [4] COM(2012) 388 finali. [5] ĠU
C , , p. . [6] ĠU
C , , p. . [7] ĠU
C , , p. . [8] COM(2011) 398 finali. [9] COM(2012) 388 finali. [10] ĠU
C , , p. . [11] COM(2010) 543 finali. [12] ĠU
L 169, 10.7.2000., p. 1. [13] ĠU
L 78, 20.3.2013, p. 23. [14] ĠU
L 298, 26.10.2012, p. 1. [15] ĠU
L 378, 31.12.1982, p. 58. [16] ĠU
L 55, 28.2.2011, p. 13. [17] ĠU
L 155, 18.6.2009, p. 30. [18] ĠU
125, 11.7.1966, p. 2289/66. [19] ĠU
L 340, 9.12.1976, p. 25. [20] ĠU
L 226, 13.8.1998, p. 16. [21] ĠU
L 267, 8.10.2008, p. 8. [22] ĠU
L 31, 1.2.2002, p. 1. [23] ĠU
L 165, 30.4.2004, p. 1. [24] ĠU
L 70, 16.3.2005, p. 1. [25] ĠU
L 309, 24.11.2009, p. 71. [26] ĠU
L 309, 24.11.2009, p. 1. [27] ĠU
L 292, 15.11.1996, p. 2. [28] ĠU
L 31, 1.2.2002, p. 1. [29] ĠU
L 55, 28.2.2011, p. 13. [30] ABM:
Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività. [31] Kif
imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [32] Id-dettalji
tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu
fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [33] Kif
imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [34] ĠU
L 11, 16.1.2003, p. 1. [35] Deċiżjoni
tal-Kummissjoni C(2008)4943 tad-9 ta’ Settembru 2008. [36] EFTA:
Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [37] Il-pajjiżi
kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani
tal-Punent. [38] L-għajnuna
u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’
programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (il-linji "BA" preċedenti),
riċerka indiretta, riċerka diretta. [39] AK=
Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire");
JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ
fid-Delegazzjonijiet); AL= Aġent Lokali; ENS = Espert Nazzjonali Ssekondat. [40] Taħt
il-limitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali
(il-linji "BA" preċedenti). [41] Essenzjalment
għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)
u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [42] Ara
l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [43] Fir-rigward
tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, it-taxxi fuq iz-zokkor),
l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li
minnhom jitnaqqsu 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.