This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0293
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on granting an EU guarantee to the European Investment Bank against losses under financing operations supporting investment projects outside the Union
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea.
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea.
/* COM/2013/0293 final - 2013/0152 (COD) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea. /* COM/2013/0293 final - 2013/0152 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA L-Unjoni Ewropea tipprovdi garanzija
baġitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) li tkopri r-riskji ta’
natura sovrana u politika b’rabta mal-operazzjonijiet ta' finanzjament
tagħha mwettqa barra mill-Unjoni bħala appoġġ
għall-għanijiet tal-politika esterna tal-Unjoni. Il-garanzija tal-UE
għall-operazzjonijiet esterni tal-BEI hija mezz effettiv li jorbot
flimkien il-fondi baġitarji tal-UE, permezz tal-forniment tal-Fond ta’
Garanzija għal azzjonijiet esterni, mar-riżorsi proprji tal-BEI.
Barra minn hekk, il-BEI jiffinanzja operazzjonijiet tal-grad ta' investiment
barra l-Unjoni bir-riskju proprju tagħha, kif ukoll attivitajiet taħt
mandati speċifiċi bħal f’pajjiżi tal-AKP. Il-ħtieġa għal garanzija
tal-baġit tal-UE għall-operazzjonijiet esterni tal-BEI tinbet mill-
obbligu tal-bank skont l-Istatut tiegħu li jiżgura sigurtà adegwata
għall-operazzjonijiet ta’ self kollha tiegħu u, f’sens aktar wiesa’,
mill-ħtieġa li titħares l-affidabbiltà finanzjarja tal-BEI u ma
jiġix kompromess il-kompitu tiegħu li jikkontribwixxi lejn
l-iżvilupp kontinwu tal-Istati Membri tal-UE. Il-garanzija tal-UE kienet
l-istrument ewlieni biex tiġi żgurata l-kompatibilità bejn
l-istruttura finanzjarja tal-BEI, li tiġi sinifikantement aktar
influwenzata minn Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħra
(IFIs), u r-riskju inerenti ferm ogħla ta’ self lil pajjiżi terzi
b'kunsiderazzjoni tal-bżonn illi jiġi evitat deterjorament
fil-klassifikazzjoni AAA tal-Bank filwaqt li jiġi limitat il-konsum
tal-kapital tal-BEI. Filwaqt li ż-żieda kapitali li ġiet
approvata dan l-aħħar tippermetti li s-self mill-BEI jiżdied fi
ħdan l-UE, l-attività esterna tal-BEI ma għandhiex tiġi affettwata. L-ambitu kumplessiv u l-kundizzjonijiet
ġenerali tal-kopertura tal-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet
esterni tal-BEI huma stipulati fid-Deċiżjonijiet tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill. L-aktar deċiżjoni riċenti li tkopri
l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI barra l-Unjoni matul il-perjodu li
jibda fl-1 ta’ Frar 2007 u jintemm
fil-31 ta’ Diċembru 2013, ġiet stabbilita permezz
tad-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 [1] (id-"Deċiżjoni
attwali"). L-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni attwali jirrikjedi li
l-Kummissjoni tippreżenta proposta għall-istabbiliment tal-garanzija
tal-UE skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss lill-Parlament Ewropew u
l-Kunsill. F’dan il-kuntest, il-Premessa 40
tad-Deċiżjoni attwali tipprevedi rekwiżiti speċifiċi:
"Meta tippreżenta l-proposta dwar il-garanzija tal-UE lill-BEI
għal proġetti mwettqa barra mill-Unjoni taħt il-qafas
finanzjarju pluriennali li jmiss, Il-Kummissjoni għandha tkun mistiedna
b'mod partikolari biex teżamina, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BEI u waqt
li tieħu kont tal-implikazzjonijiet tal-proviżjon tal-Fond ta'
Garanzija, l-ammonti massimi koperti mill-garanzija tal-UE, il-lista
tal-pajjiżi eliġibbli u il-possibbiltà li l-BEI jipprovdi
finanzjament tal-mikrokreditu u tipi oħra ta' strumenti. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jeżaminaw ukoll
il-possibbiltajiet li jsaħħu s-sinerġija bejn l-iffinanzjar
permezz tal-IPA, l-ENPI, id-DCI u l-EIDHR u l-Istrument għall-Istabbilità
u l-mandat estern ġejjieni tal-BEI. Id-deċiżjoni l-ġdida proposta
se tkopri l-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet tal-BEI ta'
finanzjament estern matul il-perjodu li jibda
mill-1 ta’ Jannar 2014 u jintemm
fil-31 ta’ Diċembru 2020. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt
(VI)[2] li hija mehmuża ma' din
il-proposta. Ġew ikkunsidrati l-għażliet ta' politika li
ġejjin: ·
L-ebda garanzija tal-baġit tal-UE ma ġiet
estiża għal xi operazzjonijiet ġodda tal-BEI barra l-Unjoni
(l-għażla 0). ·
Xenarju ta’ referenza mingħajr ebda bidla
fil-garanzija eżistenti tal-UE li jibqa' applikabbli fil-mandat li jmiss,
jiġifieri sal-31/12/2020 (għażla nru 1). ·
L-adattament tal-istruttura attwali tal-mandat
eżistenti b’taħlita ta’ emendi li jirrispondu għall-kuntest
il-ġdid ta’ politika. Ġew definiti tliet għażliet
sekondarji: –
Ġħażla subordinata nru 2.1
(QRIB) temenda l-ambitu ġeografiku tal-mandat sabiex il-garanzija tal-UE
tkun iffukata fuq l-eqreb reġjuni ġirien tal-Unjoni billi jiġu
esklużi l-Asja, l-Amerika Latina u l-Afrika t’isfel mill-ambitu
ġeografiku, tiġi estiża l-garanzija għal kull tip ta'
operazzjonijiet tal-mikrofinanzjament, jitkabbar b'mod sostanzjali l-pakkett
iddedikat għat-tibdil fil-klima, u jiġu abbozzati dokumenti ta’
strateġija nazzjonali annwali. –
Għażla subordinata nru 2.2 (MIKRO)
iż-żamma tal-ambitu ġeografiku attwali, il-ħolqien ta’
mandat ta’ mikrofinanzjament li jkun igawdi minn garanzija komprensiva tal-UE,
l-introduzzjoni ta’ miri għall-finanzjament b'rabta mat-tibdil fil-klima
f'pakketti reġjonali, u l-aġġornament ta' linji gwida operattivi
tekniċi reġjonali skont l-ipprogrammar indikattiv multiannwali ta’
strumenti finanzjarji esterni tal-UE. –
Għażla subordinata nru 2.3 (FOKUS)
tiffoka l-mandat fuq benefiċjarji b’inqas affidabbiltà kreditizja,
operazzjonijiet mikrofinanzjarji li jibqgħu ma jkunux espliċitament
eliġibbli, l-introduzzjoni ta’ mira kumplessiva ta' sottoskrizzjonijiet
akkumpanjata bl-introduzzjoni ta’ sistema ta’ traċċar li tippermetti
l-monitoraġġ ta' tnaqqis fl-emissjonijiet assoluti u relattivi
tal-gassijiet serra fil-proġetti kollha tal-BEI appoġġati
fil-mandat, u taġġorna l-linji gwida operattivi tekniċi
reġjonali skont l-ipprogrammar indikattiv multiannwali ta’ strumenti
finanzjarji esterni tal-UE. ·
Tipprovdi l-garanzija lil Istituzzjonijiet
Finanzjarji Ewropej oħra li huma eliġibbli fid-diversi
faċilitajiet ta’ taħlit (għażla nru 3). L-impatti ewlenin li ġejjin ġew
rikonoxxuti: L-għażla nru 0 twassal
għall-irtirar tal-BEI minn għadd ta’ pajjiżi u żieda
fl-ispejjeż tal-finanzjament għal proġetti ta’ investiment li
jinsabu f’dawn il-pajjiżi. Politikament, dan mhux mixtieq speċjalment
fil-kuntest tal-kriżi ekonomika globali li tenfasizza l-bżonnijiet
sinifikanti ta’ investiment. Jidher li huwa essenzjali li jibqa' jinżamm
fluss ta' investiment adegwat lejn il-pajjiżi barra l-Unjoni. L-għażla nru 1 mhux se tkun qed
tirrispondi għall-kuntest il-ġdid ta' politika. Ġie rikonoxxut li l-għażla
subordinata nru 2.3 (FOKUS) iġġib magħha aktar impatti
pożittivi u kklassifikat aħjar miż-żewġ
għażliet sussidjarji l-oħrajn MIKRO u QRIB analizzati, b’mod
partikolari f’termini ta’ impatt baġitarju u koerenza u komplementarjetà
mal-politiki u l-istrumenti tal-Unjoni. L-għażla nru 3 tiftaħ
il-garanzija tal-UE għal istituzzjonijiet oħra u għalhekk
tnaqqas is-sehem ta' self garantit tal-BEI, li jista’ jkollu impatt negattiv
fuq il-viżibilità tal-azzjoni tal-UE, minħabba r-rwol istituzzjonali
tal-BEI fl-UE. Barra minn hekk, il-baġit tal-UE kieku jassumi
responsabbiltajiet kontinġenti addizzjonali fuq operazzjonijiet ta’
finanzjament imwettqa minn istituzzjonijiet finanzjarji oħra li mhumiex
strettament parti mill-kostellazzjoni istituzzjonali tal-UE u li ma
għandhomx l-istess azzjonisti. Fl-aħħar nett, l-istituzzjonijiet
l-oħrajn għandhom qbil mal-entitajiet governattivi rispettivi
tagħhom fir-rigward tal-istrateġiji tagħhom li jista' jillimita
l-influwenza tal-Unjoni permezz tal-garanzija tagħha. L-għażla preferuta hija
għalhekk l-għażla subordinata nru 2.3 (FOKUS). Il-valutazzjoni tal-impatt kienet
ibbażata fuq skambji informali ta’ fehmiet mal-partijiet interessati
esterni ewlenin inklużi rappreżentanti tal-Istati Membri u
rappreżentanti tal-NGOs prinċipali relevanti, li kienu organizzati
permezz ta’ laqgħat u seminars f’Ġunju u Ottubru 2012 sabiex
jitqies l-istat attwali tar-riflessjonijiet rispettivi. B’mod partikolari, saru
skambji ta’ opinjonijiet dwar il-problemi identifikati f’dan ir-rapport kif
ukoll dwar l-għażliet maħsuba biex jindirizzawhom. Ir-Rapport
tal-VI kien ibbażat ukoll fuq il-konsultazzjonijiet wiegħsa ta’
partijiet interessati ewlenin (dawk milquta b’din id-Deċiżjoni, dawk
involuti fl-implimentazzjoni tagħha u tal-leġiżlaturi) li
seħħew fil-kuntest tar-reviżjoni tal-mandat 2007-2013 li ntemm
fl-aħħar tal-2011. Dawn il-konsultazzjonijiet kollha u l-iskambji
informali ta’ fehmiet kienu biżżejjed biex tiġi ffurmata
opinjoni dwar il-pożizzjoni ta’ partijiet interessati esterni. Id-dettalji dwar ir-riżultat
prinċipali ta’ dawn il-konsultazzjonijiet huma pprovduti f’dan ir-rapport
tal-Valutazzjoni tal-Impatt. Wara l-ewwel talba għal sottomissjoni
mill-ġdid, il-Bord tal-VI ta opinjoni pożittiva dwar l-abbozz
tar-rapport tal-VI fid-29 ta’ Jannar 2013. Il-BVI talab aktar
kjarifiki dwar l-istat tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet
tar-reviżjoni ta' nofs it-term u dwar il-funzjoni tal-BEI fi ħdan
l-iffinanzjar tal-UE għall-azzjoni esterna u b’kumplementarjetà
mal-attività ta' atturi oħra, titjib ulterjuri tal-valutazzjoni
tal-impatti u paragun tat-taqsimiet tal-għażla, kif ukoll aktar
dettalji dwar il-preżentazzjoni tal-opinjoni tal-partijiet interessati.
Ir-rapport kompla jiġi mtejjeb skont dan. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Il-propsota għal deċiżjoni
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill hija msejsa fuq il-bażi ġuridika
doppja tal-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea. B'mod partikolari l-Artikolu 209(3), flimkien
mal-Artikolu 208 tiegħu, jipprevedi li l-BEI jikkontribwixxi, skont
it-termini stipulati fl-Istatut tiegħu, fl-implimentazzjoni tal-miżuri
meħtieġa għall-promozzjoni tal-objettivi tal-politika ta'
kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni. Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza
esklużiva tal-Unjoni. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà
ma japplikax. Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità, billi l-garanzija tal-UE tat prova li hija mezz
effiċjenti biex jiġu koperti r-riskji politiċi u sovrani marbuta
mal-operazzjonijeit esterni tal-BEI mwettqa b’appoġġ
għall-politiki esterni tal-Unjoni. Il-mandat il-ġdid ta’ garanzija
tal-UE għall-2014-2020 se jippermetti li l-prattika eżistenti
effiċjenti u ekonomikament b’saħħitha tibqa' għaddejja. Fejn possibbli u rilevanti, l-abbozz
tal-proposta leġiżlattiva jinkorpora l-lingwa miftiehma matul
negozjati interistituzzjonali u riflessi fid-Deċiżjoni 1080/2011/UE. 4. L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet
esterni (“Fond ta’ Garanzija” jew "FG"), li ġie stabbilit
bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009
tal-25 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija
għall-azzjonijiet esterni[3],
jipprovdi riżerva ta’ likwidità għall-baġit tal-Unjoni kontra
t-telf imġarrab mill-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI u
azzjonijiet esterni oħra tal-UE, jiġifieri l-Assistenza Makro
Finanzjarja u s-self tal-Euratom. Il-mandat tal-EIB jirrappreżenta aktar
minn 90 % tal-portafoll kopert mill-FG. Il-FG huwa mogħni bi ħlas annwali
wieħed mill-baġit tal-UE. Il-mekkaniżmu ta' forniment tal-FG li
għandu l-għan li jżomm il-FG f’livell ta’ 9 % ta'
żborsamenti ta' self li għad irid jitħallas, joħloq
għalhekk de facto limitu fid-daqs tal-mandat estern tal-BEI kopert
mill-garanzija tal-baġit tal-UE. Fl-2010, evalwazzjoni esterna
tal-funzjonament tal-Fond ta’ garanzija kkonkludiet li r-rata ta’ forniment ta’
9 % kienet meqjusa bħala xierqa. Il-limitu propost huwa kompatibbli mal-ammonti
ta' forniment previsti fl-input tekniku tal-Kummissjoni Ewropea fin-negozjati
tal-programmi individwali li jimplimentaw il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li
jmiss mibgħut mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Marzu 2013
(EUR 1.193 biljun għall-qafas finanzjarju 2014-2020 fi
prezzijiet attwali) u huwa bbażat fuq ix-xejriet mistennija ta’
żborsamenti u ħlasijiet lura ta’ self iggarantit. Il-proposta tipprevedi limitu massimu ta'
operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI skont il-garanzija tal-UE tul
il-perjodu 2014-2020 kollu ta' EUR 28 biljun. Dan il-limitu massimu
jinqasam f'żewġ partijiet (i) limitu fiss ta' ammont massimu ta'
EUR 25 biljun; u (ii) ammont addizzjonali opzjonali ta'
EUR 3 biljun. L-attivazzjoni kollha jew parzjali ta' dan l-ammont
opzjonali u d-distribuzzjoni reġjonali se tiġi deċiża skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja wara r-reviżjoni ta'
nofs it-term. Id-daqs aktar limitat tal-limitu fiss imqabbel
mad-Deċiżjoni attwali huwa dovut għar-restrizzjoni
baġitarja fl-ammont tal-linja baġitarja ta' forniment tal-Fond ta'
Garanzija taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali u mhux marbut
mal-prestazzjoni attwali u l-effettività tal-iskema u l-kunsiderazzjonijiet
tal-kapaċità tal-assorbiment. L-implikazzjonijiet baġitarji fir-rigward
tal-forniment tal-Fond ta’ Garanzija, inklużi l-preżunzjonijiet
sottostanti, kif ukoll ir-riżorsi umani u amministrattivi involuti
fl-amministrazzjoni tal-garanzija tal-UE huma stipulati fl-istqarrija finanzjarja
li takkumpanja l-proposta. 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI Minn dak li ħareġ mill-valutazzjoni
tal-impatt, il-proposta għandha l-għan li tiżgura
l-kontinwazzjoni tal-garanzija tal-UE għall-finanzjament estern tal-BEI
għall-perspettivi finanzjarji li jmiss 2014-2020, filwaqt li jsirulha xi
bidliet: • L-ambitu ġeografiku
tal-mandat jiġi ffukat fuq benefiċjarji b'inqas affidabilità
kreditizja fejn l-użu tal-garanzija juri l-ogħla valur miżjud. • Tissaħħaħ
id-dimensjoni tat-tibdil fil-klima tal-mandat sabiex tinċentivizza
l-operazzjonijiet tal-BEI f’dan is-settur ewlieni tal-azzjoni esterna
tal-Unjoni permezz tal-introduzzjoni ta’ mira kumplessiva ta'
sottoskrizzjonijiet akkumpanjata mill-introduzzjoni ta’ sistema ta’
traċċar li tippermetti l-monitoraġġ ta' tnaqqis assolut u
relattiv tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-proġetti sinifikanti
kollha tal-BEI appoġġati mill-mandat. • Jiġi allinjat aħjar
il-finanzjament mill-BEI mal-politiki tal-Unjoni u tissaħħaħ
il-koerenza u l-komplementarjetà mal-istrumenti tal-UE biex dawn jirriflettu
b’mod aktar sodisfaċenti l-iżviluppi politiċi f’waqthom permezz
ta' dispożizzjoni għall-aġġornament ta' linji gwida
operattivi tekniċi reġjonali skont l-ipprogrammar indikattiv pluriennali
ta’ strumenti finanzjarji esterni tal-UE. Spjegazzjoni dettaljata
tad-dispożizzjonijiet tal-proposta L-Artikolu 1 jestendi l-garanzija tal-UE
għall-perspettiva finanzjarja li jmiss 2014-2020, bil-possibbiltà ta’
estensjoni ta' sitt xhur biex tkun żgurata l-kontinwità
tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Il-garanzija tal-UE hija
limitata għal 65 % tal-ammont aggregat tal-ammonti pendenti
mħallsa tal-BEI flimkien ma' ammonti relatati (jiġifieri
l-imgħaxijiet, il-kummissjonijiet, u ħlasijiet oħra possibbli li
jkunu dovuti lill-BEI minn obbligatur garantit skont ftehim ta’ self jew
garanzija), b’mod konformi mad-Deċiżjoni attwali. Din tenfasizza li
l-BEI juża r-regoli u l-proċeduri tiegħu stess meta jagħti
finanzjament kopert mill-garanzija tal-UE, iżda wkoll tikkondizzjonalizza
l-kopertura tal-garanzija fir-rigward tal-finanzjament mill-BEI li jitwettaq
b’appoġġ għall-għanijiet politiċi esterni tal-UE. Meta
mqabbla mad-Deċiżjoni attwali, il-proposta tagħmilha ċara
b’mod espliċitu li l-garanzija baġitarja tal-UE tkopri self,
garanzija tas-self u strumenti tas-suq kapitali tad-dejn maħruġa
għall-benefiċċju ta’ proġetti ta’ investiment. L-Artikolu 2 jiffissa l-limiti massimi
għall-finanzjament tal-UE skont il-garanzija tal-UE (limiti fissi jew
opzjonali). Il-limiti massimi reġjonali taħt il-limiti fissi huma
ddettaljati fl-Anness I tad-Deċiżjoni proposta. L-Artikolu 3 jiddetermina
l-għanijiet ġenerali li għandhom jiġu segwiti
mill-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI koperti bil-garanzija tal-UE.
Dawn l-objettivi ġenerali huma l-iżvilupp tas-settur privat lokali
(b’mod partikolari l-SMEs), l-iżvilupp ta’ infrastruttura soċjali,
ambjentali u ekonomika, u l-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil
fil-klima. Matul il-perjodu kopert mid-deċiżjoni l-ġdida,
l-operazzjonijiet tat-tibdil fil-klima għandhom jirrappreżentaw medja
ta’ mill-inqas 25 % tat-total ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament
mill-BEI. Il-BEI għandu, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni u wara
konsultazzjoni pubblika, jaġġorna l-istrateġija tat-tibdil
fil-klima tiegħu f'dan ir-rigward L-integrazzjoni reġjonali se tkun
għan li fuqu tissejjes l-attività ta' finanzjament kollha tal-BEI. Barra
minn hekk, il-finanzjament mill-BEI għandu jikkontribwixxi indirettament
għall-għanijiet ta’ żvilupp tal-Unjoni. L-Artikolu 4 jittratta l-lista ta’
pajjiżi kkonċernati mill-propostà u l-potenzjal u l-eliġibilità
reali tagħhom. Peress li fid-Deċiżjoni attwali, il-Kummissjoni
għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tattiva jew
tissospendi l-eliġibbiltà reali għall-finanzjament mill-BEI taħt
il-garanzija tal-UE għall-pajjiżi elenkati bħala pajjiżi
potenzjalment eliġibbli, filwaqt li l-modifika tal-lista ta’ pajjiżi
potenzjalment eliġibbli tkun teħtieġ deċiżjoni
separata mil-leġiżlatur. L-Artikolu 4 jipprevedi wkoll
is-sospensjoni tal-iżborsamenti fuq operazzjonijiet ta’ finanzjament
eżistenti tal-BEI li jgawdu minn garanzija komprensiva f’każ ta’
sospensjoni tal-eliġibbiltà. Meta mqabbla mad-Deċiżjoni attwali,
l-eliġibbiltà tal-Mjanmar għal finanzjament mill-BEI kopert
mill-garanzija tal-UE hija stabbilita. Dan jirrifletti l-progress li sar
fir-relazzjonijiet tal-Unjoni ma’ dan il-pajjiż. Il-ġustifikazzjoni
iktar dettaljata għall-estensjoni tal-garanzija tal-UE
għall-finanzjament mill-BEI fil-Mjanmar hija stipulata fl-anness tal-Valutazzjoni
tal-Impatt li takkumpanja lil din il-proposta. Dan iqis il-qagħda politika
f'dan il-pajjiż u r-relazzjonijiet bilaterali mal-Unjoni, id-demokrazija,
il-jeddijiet tal-bniedem u s-sitwazzjoni tal-libertajiet fundamentali kif ukoll
il-qagħda makroekonomika u l-ħtiġijiet ta' investiment. L-Artikolu 8 jispjega n-natura
tal-garanzija tal-UE li se tkopri r-riskji ta’ natura politika jew ta’ natura
sovrana għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament li jkun daħal
għalihom il-BEI. Huwa jirrikjedi wkoll li l-garanzija tal-UE tkun iffukata,
permezz ta’ metodu xieraq, fuq l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fejn
il-garanzija tal-UE ġġib benefiċċji finanzjarji
sinifikanti. L-għan ta' metodu bħal dan ikun li jiżgura li
l-kopertura garantita mill-UE tiġi utilizzata
għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, p.eż.
fil-pajjiżi u għall-kumpaniji b’diffikultajiet biex jiksbu
finanzjament mis-suq kapitali b'kundizzjonijiet aċċettabbli, filwaqt
il-pajjiżi tal-grad ta' investiment, jew is-selliefa jistgħu jkollhom
aċċess għall-faċilitajiet b’riskju għall-BEI nnifsu. L-Artikolu 18 jipprevedi reviżjoni
ta' nofs it-term tal-implimentazzjoni tal-mandat
sal-31 ta’ Diċembru 2017, ibbażata fuq evalwazzjoni
esterna. L-Anness I jistabbilixxi l-limiti massimi
reġjonalitaħt il-limitu fiss. L-Anness II jistabbilixxi lista ta’
reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli. L-Anness III jistipula l-lista ta’
reġjuni u pajjiżi eliġibbli. L-Anness IV jippreżenta l-qafas
tal-politika reġjonali fejn il-BEI jopera barra mill-Unjoni. 2013/0152 (COD) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank
Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li
jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea. IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209 u
212 tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Flimkien mal-missjoni
ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni, il-Bank
Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra
l-Unjoni b'appoġġ għal-linji tal-politika esterna tal-Unjoni.
Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli
għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa
finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċevituri.
Meta jwettaq dawn l-operazzjonijiet ta’ finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi
għall-prinċipji ġenerali u l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni. (2) L-Artikolu 209(3)
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropew (TFUE), flimkien
mal-Artikolu 208 tiegħu, jipprevedi li l-BEI għandu
jikkontribwixxi, skont it-termini stipulati fl-Istatut tiegħu,
fl-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġu promossi
l-objettivi tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp. (3) Bil-ħsieb ta'
appoġġ għall-azzjoni esterna tal-UE, u biex il-BEI ikun jista’
jiffinanzja investimenti barra mill-Unjoni mingħajr ma jaffettwa
l-pożizzjonament kreditarju tiegħu, il-biċċa l-kbira
tal-operazzjonijiet tiegħu bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-UE
("garanzija tal-UE") amministrata mill-Kummissjoni. (4) L-aħħar garanzija
tal-UE għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ffirmata matul
il-perjodu bejn l-1 ta' Frar 2007 u
l-31 ta' Diċembru 2013 ġiet stabbilita permezz
tad-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-25 ta’ Ottubru 2011 li tagħti garanzija tal-UE
lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal
self għal proġetti 'l barra mill-Unjoni u li tħassar
id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE[4]
Għandha tiġi stabbilita garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet
ta’ finanzjament mill-BEI barra l-Unjoni b’appoġġ għall-politiki
tal-Unjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali tal-perjodu 2014-2020. (5) Għandha tiġi
stabbilita lista ta’ reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli
għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE. Huwa wkoll
essenzjali li tiġi stabbilita lista ta' reġjuni u pajjiżi
potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert
mill-garanzija tal-UE. (6) Il-Mjanmar għandu
jiżdied maż-żewġ listi wara l-iżviluppi reċenti
li ppermettew lill-Unjoni tiftaħ kapitlu ġdid fir-relazzjonijiet
tagħha mal-Mjanmar u sabiex jingħata appoġġ
għar-riformi politiċi u ekonomiċi kontinwu fil-pajjiż. (7) Sabiex jiġu riflessi
żviluppi ta’ politika sinifikanti, il-lista tal-pajjiżi attwalment
eliġibbli għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI taħt
il-garanzija tal-UE għandha tiġi riveduta kif xieraq u s-setgħa
li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun
iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi fl-Anness III ta' din
id-Deċiżjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni
twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha,
inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal
l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja,
f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill. (8) Sabiex tkun meqjusa
l-evoluzzjoni potenzjali tal-ħtiġijiet ta' forniment reali tal-Fond
ta' Garanzija skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009
tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija
għall-azzjonijiet esterni[5],
il-limitu massimu tal-garanzija tal-UE għandu jinqasam f'limitu fiss ta'
ammont massimu tal-EUR 25 biljun u ammont addizzjonali opzjonali ta'
EUR 3 biljun. (9) L-ammonti koperti
mill-garanzija tal-UE f’kull reġjun għandhom ikomplu
jirrappreżentaw limiti massimi għall-finanzjament mill-BEI skont
il-garanzija tal-UE u mhux il-miri li l-BEI jiġi rikjest li jissodisfa.
Il-limiti massimi għandhom jiġu evalwati bħala parti
mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta’ din id-Deċiżjoni. (10) Sabiex tiżdied
il-koerenza u l-attenzjoni fuq l-attività ta’ finanzjament estern tal-BEI ta'
appoġġ politiku tal-Unjoni, u għall-benefiċċju massimu
tal-benefiċjarji, id-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE stabbiliet
għanijiet ġenerali għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament
mill-BEI fir-reġjuni u pajjiżi eleġibbli kollha, jiġifieri
l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b’mod partikolari b’appoġġ
għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), l-infrastruttura
ekonomika u soċjali u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima,
biex b'hekk bniet fuq il-vantaġġi komparattivi tal-BEI f’oqsma fejn
għandu rekord tajjeb ferm. Dawn l-għanijiet għandhom
jinżammu f’din id-Deċiżjoni. (11) It-titjib tal-aċċess
għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li
jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista’
jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u
fil-ġlieda kontra l-qgħad. Biex jilħaq b’mod effikaċi
lill-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji
intermedjarji lokali fir-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli, b'mod
partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji
jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur
miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament. (12) Il-kopertura tal-garanzija
tal-UE, li hija limitata għal riskji ta’ natura sovrana u politika, mhix
biżżejjed fiha nnifisha biex tiżgura attività sinifikanti
tal-BEI bħala appoġġ għall-mikrofinanza. Għalhekk din
l-attività, fejn xieraq, għandha titwettaq b’rabta mar-riżorsi
baġitarji disponibbli taħt strumenti oħrajn. (13) Il-BEI għandu jkompli
jiffinanzja proġetti ta’ investiment fl-oqsma ta’ infrastruttura
soċjali, ambjentali u ekonomiċi, u għandu jikkunsidra żieda
fl-attività tiegħu b’appoġġ għas-saħħa u l-infrastruttura
tal-edukazzjoni fejn ikun hemm valur miżjud ċar dan isir dan. (14) Il-BEI għandu jkompli
wkoll jiffinanzja proġetti ta’ investiment b’appoġġ
għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex ikomplu
jippromwovi l-miri klimatiċi tal-Unjoni fuq skala globali. (15) Fl-oqsma koperti
mill-għanijiet ġenerali, l-integrazzjoni reġjonali fost
il-pajjiżi, b'mod partikolari l-integrazzjoni ekonomika bejn
il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-Unjoni,
għandha tkun għan bażiku għall-operazzjonijiet ta' finanzjament
mill-BEI. Fl-oqsma msemmija hawn fuq, il-BEI għandu jkun kapaċi
jappoġġa lill-pajjiżi msieħba permezz ta’ investimenti
diretti barranin minn kumpaniji fl-Unjoni li jikkontribwixxu
għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien,
dejjem jekk tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta matul id-diliġenza
xierqa tal-proġetti ta' investiment sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun
ir-riskji li l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI jwasslu għal
riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi fl-Unjoni. Il-BEI għandu wkoll
jiġi mħeġġeġ biex jagħti l-appoġġ
tiegħu għall-investiment dirett barrani fil-pajjiżi msieħba
minn kumpaniji tal-Unjoni għar-riskju tiegħu stess. (16) Il-miżuri prattiċi
għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni
tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi
tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu
konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji
gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti u
aġġornati ulterjurment wara r-reviżjoni ta’ din
id-Deċiżjoni sabiex isir adattament għall-iżviluppi
tal-politiki u l-prijoritajiet esterna tal-Unjoni. (17) F'konformità
mal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI, l-applikazzjonijiet li jsiru
direttament lill-BEI għal operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI
mwettqa taħt din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu
ppreżentati lill-Kummissjoni għall-opinjoni dwar il-konformità
mal-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti tal-UE. F’każ li
l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar operazzjoni ta’ finanzjament
mill-BEI fil-qafas tal-proċedura tal-Artikolu 19, l-operazzjoni
m’għandhiex tkun koperta bil-garanzija tal-UE. (18) Filwaqt li l-forza tal-BEI
tibqa d-distinzjoni tiegħu bħala bank tal-investiment,
l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu
għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE,
kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li
tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt,
id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u
għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li
l-Unjoni hija parti minnhom. B’mod partikolari, fir-rigward tal-pajjiżi li
qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom
jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u
ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk
l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla xkiel u
gradwali tal-ekonomiji tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar
kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest
tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti
oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) tat-Trattat, il-BEI għandu
jagħmel ħiltu biex jappoġġa indirettament il-kisba
tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 tan-NU
fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv, bħala miżura
meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni ta'
kooperazzjoni għall-iżvilupp. (19) L-attività tal-BEI taħt
din id-Deċiżjoni għandha tappoġġja l-Aġenda
għall-Bidla proposta mill-Kummissjoni u tkun koerenti mal-prinċipji
rilevanti tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-prinċipji
tal-effikaċja tal-għajnuna deskritta fid-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi
tal-2005, l-aġenda ta’ Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta’
sħubija ta’ Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun
koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar
id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta’ Ġunju 2012
u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità.
Dan għandu jiġi implimentat permezz ta’ għadd ta’ mezzi
konkreti, b’mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità
tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp
tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet
tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ
il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà
ċivili. F’dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa
aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat
ta’ indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali,
soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament
tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment
sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata
bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta’ din
id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta
fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, meta jkun xieraq
u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni jobbliga
lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet
lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta'
finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom
jinkludu b’mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti
f’każ ta’ revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni
tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta’ investiment. (20) Fil-livelli kollha,
mill-ippjanar strateġiku 'l fuq (upstream) sal-iżvilupp
tal-proġetti ta' investiment 'l isfel (downstream), għandu jiġi
żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu
konformi ma' u jappoġġaw l-linji ta' politika esterni tal-UE u
l-għanijiet ġenerali stipulati f'din id-Deċiżjoni.
Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE,
għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u
l-istrateġija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, inkluż is-Servizz Ewropew
ta' Azzjoni Esternza(is-SEAE). Il-Memorandum ta’ Qbil li għandu jiġi
rivedut fl-2013 biex tittejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju reċiproku
bikri tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI u fil-livell operattiv
għandu jibqa' jiġi applikati. L-iskambju bikri tal-opinjonijiet bejn
il-BEI, u l-Kummisjoni, inkluż is-SEAE, skont kif ikun jixraq, għandu
importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti
tal-ipprogrammar sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn
l-attivitajiet tagħhom. Il-kooperazzjoni fir-rigward tar-rispett
tad-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet tal-prevenzjoni tal-kunflitti
għandhom ukoll jissaħħu. (21) Ir-relazzjonijiet esterni
tal-UE għandhom ikunu appoġġati bi strumenti ġodda
mill-2014, inkluż Regolament umbrella li jistabbilixxi regoli u
proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni
għal azzjoni esterna[6].
Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza tal-appoġġ kumplessiv
tal-Unjoni fir-reġjuni kkonċernati, l-opportunitajiet għandhom
jinħatfu sabiex ilaqqgħu l-finanzjament mill-BEI u r-riżorsi
baġitarji tal-Unjoni meta u fejn ikun xieraq, fil-forma ta' strumenti
finanzjarji pprovduti fit-Titlu VIII tar-Regolament (UE, Euratom)
Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli
għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament
tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[7]
u assistenza teknika għat-tħejjija u l-implimentazzjoni
tal-proġett, permezz ta' Strument għall-Assistenza
Preadeżjonali II (IPA II),[8],
l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (ENI)[9],
l-Istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI)[10], l-Istrument ta' Sħubija
għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi[11], l-Istrument
għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar
id-dinja [12],
l-Istrument għall-Istabbilità[13],
u l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari [14]. Wara d-Deċiżjoni
Nru 1080/2011/UE, il-Kummissjoni stabbiliet Pjattaforma tal-UE
għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna bil-ħsieb li ttejjeb
il-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit tal-għotjiet u
s-self barra l-Unjoni. (22) Fl-operazzjonijiet ta’
finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ din
id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb
aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji
Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b’mod partikolari
dawk li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-UE għat-Taħlit
fil-Kooperazzjoni Esterna. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq,
il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja
reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta’ kofinanzjament konġunt u
l-parteċipazzjoni f’inizjattivi globali, bħalma huma dawk li
jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali
koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw
il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn.
Il-Memorandum ta’ Qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp
tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ)
fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI
u l-BERŻ jaġixxu b’mod kumplimentari billi wieħed jistrieħu
fuq l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie
aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku
tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandhom jibqgħu
jiġu applikati. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni
għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjment tal-BEI jiġi implimentat
permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji
Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn. (23) Il-BEI għandu jiġi
mħeġġeġ sabiex iżid l-operazzjonijiet tiegħu u
jiddiversifika l-operazzjonijiet tiegħu 'l barra mill-Unjoni mingħajr
ma jirrikorri għall-garanzija tal-UE biex b'hekk l-użu tal-garanzija
tal-UE jkun jista' jiġu ffukat fuq pajjiżi u proġetti ta'
investiment b'aċċess fqir għas-suq, b'kunsiderazzjoni
tal-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tad-dejn, fejn il-garanzija
tal-UE għalhekk tipprovdi aktar valur miżjud. Konsegwentement, u
dejjem bil-għan li jappoġġa l-għanijiet tal-politiki
esterni tal-Unjoni, il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ
isellef għar-riskju proprju tiegħu, inkluż b’appoġġ
għall-interessi ekonomiċi tal-Unjoni, fil-pajjiżi u favur
proġetti ta’ investiment meqjusa bħala kreditizji biżżejjed
wara l-valutazzjoni tal-BEI u b’kunsiderazzjoni tar-riskju tiegħu stess
tal-kapaċità ta’ assorbiment. (24) Il-BEI għandu jespandi
l-firxa ta' strumenti ta' finanzjament ġodda u innovattivi li joffri, anke
permezz ta' aktar attenzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija.
Barra minn hekk, il-BEI għandu jfittex attivament li jipparteċipa fi
strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju u fl-iffinanzjar tas-suq kapitali
tad-dejn ta’ proġetti b'ħolqien stabbli u prevedibbli tal-fluss ta'
flus. B’mod partikolari, huwa għandu jikkunsidra l-appoġġ
għal strumenti tas-suq kapitali tad-dejn maħruġ jew mogħti
għall-benefiċċju ta' proġett ta’ investiment imwettaq
fil-pajjiżi eliġibbli. Barra minn hekk, il-BEI għandu jżid
il-forniment tiegħu ta' self fil-muniti lokali u joħroġ bonds
fis-swieq lokali, sakemm il-pajjiżi benefiċjarji jdaħħlu
fis-seħħ ir-riformi strutturali neċessarji, b'mod partikolari
fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw
l-attivitajiet tal-BEI. (25) L-operazzjonijiet ta’
finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni
għandhom jkomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattika
bankarja soda. Dawn għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont
ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta’
kontroll xierqa u u l-konformità mal-istqarrija tal-BEI dwar l-istandards soċjali
u ambjentali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li
jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi
(OLAF), Fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjament, il-BEI għandu
jimplimenta b'mod adegwat il-politiki tiegħu lejn ġurisdizzjonijiet
irregolati b’mod dgħajjef jew nonkooperattivi biex jikkontribwixxu
fil-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni
tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. (26) Il-BEI għandu jieħu
miżuri xierqa biex jiżgura li, meta l-operazzjonijiet ta'
finanzjament soġġetti għall-garanzija tal-UE, l-interessi
finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa mill-applikazzjoni ta'
miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività
illegali oħra u li l-OLAF ikollu l-jedd li jwettaq verifiki fuq il-post u
spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji. ADOTTAW DIN
ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1
Garanzija tal-UE 1. L-Unjoni Ewropea għandha
tagħti garanzija baġitarja tal-UE għall-operazzjonijiet ta'
finanzjament imwettqa 'l barra mill-Unjoni (“garanzija tal-UE”) lill-Bank tal-Investiment
Ewropew (BEI). Il-garanzija tal-UE għandha tingħata bħala
garanzija globali fir-rigward ta’ ħlasijiet li ma jaslux għand
il-BEI, minkejja li huma dovuti lilu, b'rabta ma' self u garanziji fuq self u
strumenti tas-suq kapitali tad-dejn mogħtija jew maħruġa
għall-benefiċċju tal-proġetti ta' investiment tal-BEI li
huma eliġibbli skont il-paragrafu 2. 2. Eliġibbli
għall-garanzija tal-UE għandhom ikunu s-self, il-garanziji ta’ self,
u l-istrumenti tas-suq kapitali tad-dejn tal-BEI mogħtija jew maħruġa
għall-benefiċċju ta’ proġetti ta’ investiment mwettqa
f’pajjiżi eliġibbli skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess
u b’appoġġ għall-għanijiet rilevanti tal-politika esterna
tal-Unjoni, fejn il-finanzjament mill-BEI jkun ingħata skont ftehim iffirmat
li la jkun skada u lanqas ikun ġie kkanċellati (l-“operazzjonijiet
ta’ finanzjament mill-BEI”). 3. Il-garanzija tal-UE
għandha tkun ristretta għal 65 % tal-ammont aggregat
imħallas jew garantit skont l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI,
bl-ammonti mnaqqsa rimborżati, flimkien mal-ammonti relatati kollha. 4. Il-garanzija tal-UE
għandha tkopri l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ffirmati
mill-1 ta’ Jannar 2014
sal-31 ta' Diċembru 2020. 5. Jekk, mal-iskadenza
tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE
ġdida lill-BEI kontra t-telf imġarrab mill-operazzjonijiet ta’
finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni, dan il-perjodu għandu
jiġġedded awtomatikament b’sitt xhur. Artikolu 2
Limiti fuq l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI koperti
mill-garanzija tal-UE 1. Il-limitu massimu
tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI koperti mill-garanzija tal-UE,
matul il-perjodu 2014-2020 ma għandux jaqbeż EUR 28 000 000 000,,
L-ammonti kanċellati ma jgħoddux mal-limitu. Dan il-limitu massimu jinqasam fi: (a) limitu fiss ta' ammont massimu ta' EUR 25
000 000 000; (b) ammont addizzjonali opzjonali ta' EU 3
000 000 000. L-attivazzjoni kollha jew parzjali tal-ammont
imsemmi fil-punt (b) u d-distribuzzjoni reġjonali tagħha tkun
deċiża wara r-reviżjoni ta' nofs it-term skont
l-Artikolu 18. 2. Il-limitu fiss imsemmi
fil-paragrafu 1(a) għandu jinqasam f’limiti massimi reġjonali u
sottolimiti massimi kif stipulat fl-Anness I. Fil-limiti massimi
reġjonali, il-BEI għandu jiżgura progressivament li jkun hemm
distribuzzjoni bilanċjata tal-pajjiżi fi ħdan ir-reġjuni koperti
mill-garanzija tal-UE. Artikolu 3
Għanijiet u prinċipji ġenerali 1. Il-garanzija tal-UE
għandha tingħata għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI
li jappoġġaw kwalunkwe mill-għanijiet ġenerali li
ġejjin: (a) l-iżvilupp tas-settur privat lokali,
b'mod partikolari l-appoġġ għall-SMEs. (b) l-iżvilupp ta’ infrastruttura
soċjali, ambjentali u ekonomiċi; (c) il-mitigazzjoni u l-adattament
għat-tibdil fil-klima 2. L-operazzjonijiet ta'
finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni, għandhom
jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni
esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 TUE u għandhom
jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali
internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom. 3. L-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi
inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi Preadeżjonali,
il-pajjiżi Ġirien u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku
tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi ħdan l-oqsma koperti
mill-għanijiet ġenerali kif imfissra fil-paragrafu 1. 4. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif definiti
fil-lista ta’ riċevituri tal-assistenza għall-iżvilupp
uffiċjali (ODA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u
l-Iżvilupp (OECD), l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI
għandhom jikkontribwixxu indirettament għall-għanijiet
tal-politika tal-Unjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif imsemmi
fl-Artikolu 208 TUE. 5. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI li
jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(a)
jistgħu jinkludi l-appoġġ għall-proġetti ta’
investiment min-naħa tal-SMEs tal-Unjoni. 6. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI li jappoġġaw
l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(b) għandhom
jappoġġjaw il-proġetti ta’ investiment fl-oqsma tat-trasport,
l-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, is-sistemi ta'
trasformazzjoni tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal
teknoloġiji u fjuwils b’livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà
tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija, inkluż
għall-produzzjoni u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija
tal-UE, l-infrastruttura ambjentali, inkluż l-ilma u s-sanità u
l-infrastruttura ekoloġika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u
l-komunikazzjoni, u anke it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk
tal-broadband, is-saħħa u l-edukazzjoni. 7. L-operazzjonijiet ta'
finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti
fil-paragrafu 1(c) għandhom jappoġġaw proġetti ta'
investiment fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima li
jikkontribwixxu għall-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni Qafas
tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi
jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-oqsma
tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport
sostenibbli, jew billi titqawwa r-reżiljenza għall-impatti negattivi
tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli.
Matul il-perjodu kopert mid-Deċiżjoni, il-volum ta' dawn
l-operazzjonijiet għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 25 %
tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament kollha tal-BEI. 8. F’konformità
mal-għanijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tat-tibdil fil-klima,
għal qabel l-aħħar tal-2016, il-BEI, f’kooperazzjoni
mal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni pubblika, għandu jaġġorna
l-istrateġija tiegħu għat-tibdil fil-klima fir-rigward
tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI. Artikolu 4
Pajjiżi koperti 1. Il-lista ta' reġjuni u
pajjiżi potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI
kopert mill-garanzija tal-UE hija stipulata fl-Anness II. Il-lista ta'
reġjuni u pajjiżi eliġibbli għal finanzjament mill-BEI
taħt il-garanzija tal-UE tinsab fl-Anness III u m'għandhiex tinkludi
pajjiżi oħrajn barra minn dawk elenkati fl-Anness II. 2. Il-Kummissjoni għandu
jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 17
rigward l-emendi għall-Anness III. Id-deċiżjonijiet
tal-Kummissjoni għandhom jissejsu fuq valutazzjoni ekonomika u politika
kumplessiva, inklużi aspetti relatati mad-demokrazija, id-drittijiet
tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet
tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet
tal-Kunsill rilevanti. 3. Atti delegati li jemendaw
l-Anness III m'għandhomx jaffettwaw il-kopertura tal-garanzija tal-UE
tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI ffirmati qabel id-dħul
fis-seħħ ta’ dawk l-atti delegati, soġġetti
għall-paragrafu 4. 4. L-iżborsamenti għal
operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI li jibbenefikaw minn Garanzija
Komprensiva kif imsemmi fl-Artikolu 8(1) m’għandhiex issir
f’pajjiżi mhux elenkati fl-Anness III. 5. Il-garanzija tal-UE
għandha tkopri biss operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mwettqa
f’pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta’ qafas mal-BEI li
jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali taħt liema għandhom jitwettqu
dawn l-operazzjonijiet. 6. Il-garanzija tal-UE ma
għandhiex tkopri l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI f’pajjiż
speċifiku li miegħu l-ftehim dwar tali operazzjonijiet ikun ġie
iffirmat wara l-adeżjoni ta' dak il-pajjiż fl-Unjoni. Artikolu 5
Il-kontribut tal-operazzjonijiet tal-BEI għal-linji ta' politika
tal-Unjoni 1. Il-Kummissjoni għandha
taġġorna, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi tekniċi
reġjonali attwali tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fi
żmien sena wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu
konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni stipulat
fl-anness għal din id-Deċiżjoni. B'mod partikolari, il-linji
gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiżguraw li
l-finanzjament mill-BEI taħt din id-Deċiżjoni jikkumplimenta
l-politiki, il-programmi u l-istrumenti korrispondenti tal-assistenza
tal-Unjoni fid-diversi reġjuni. Bl-aġġornament ta' dawn il-linji gwida,
il-Kummissjoni u l-BEI għandhom iqisu r-riżoluzzjonijiet
tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet
tal-Kunsill rilevanti. Is-SEAE għandu jiġi kkonsultat ukoll fir-rigward
ta’ kwistjonijiet politiċi, kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-linji
gwida aġġornati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malli jiġu
stabbiliti. Fil-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi
tekniċi reġjonali, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji
korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati. Il-linji gwida operazzjonali tekniċi
reġjonali għandhom jiġu riveduti wara r-reviżjoni imsemmija
fl-Artikolu 18. 2. Operazzjoni ta’ finanzjament
mill-BEI m'għandhiex tkun koperta mill-garanzija tal-UE fil-każ li
l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar operazzjoni bħal din fi
ħdan il-qafas tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19 tal-Istatut
tal-BEI. Artikolu 6
Il-kooperazzjoni mal-Kummissjoni u s-SEAE 1. Il-konsistenza
tal-azzjonijiet esterni tal-BEI mal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE
għandha tkompli tissaħħaħ, bil-ħsieb li jiġu
massimizzati s-sinerġiji bejn l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI
u r-riżorsi baġitarji tal-Unjoni, b'mod partikolari permezz
tal-aġġornament tal-linji gwida operattivi tekniċi
reġjonali msemmija fl-Artikolu 5, kif ukoll permezz ta' djalogu
regolari u sistematiku u l-iskambju bikri ta' informazzjoni dwar: (a) dokumenti strateġiċi ppreparati
mill-Kummissjoni u/jew is-SEAE kif xieraq, bħal dokumenti ta’
strateġija tal-pajjiż jew reġjonali, programmi indikattivi,
pjanijiet ta’ azzjoni u dokumenti ta’ qabel l-adeżjoni; (b) il-pjanijiet għall-proġettita'
investiment u d-dokumenti ta’ ppjanar strateġiku tal-BEI; (c) aspetti politiċi u operattivi
oħra. 2. Din il-kooperazzjoni se ssir
reġjun b'reġjun, anke fil-livell tad-Delega tal-UE, b'kunsiderazzjoni
tar-rwol tal-BEI kif ukoll il-linji ta' politika tal-Unjoni f'kull reġjun. Artikolu 7
Koperazzjoni ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej oħra u
Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali 1. L-operazzjonijiet ta'
finanzjament mill-BEI għandhom jitwettqu, fejn xieraq, b'kooperazzjoni ma'
Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji
Internazzjonali oħrajn, sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji,
il-kooperazzjoni u l-effiċjenza, sabiex jiġu żviluppati
strumenti konġunti finanzjarji innovattivi, sabiex tiġi żgurata
l-kondiviżjoni prudenti u raġonevoli tar-riskji u l-kondizzjonalità
koerenti tal-proġetti ta' investiment u tas-settur u biex tkun minimizzata
l-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn. 2. Il-koperazzjoni msemmija
fil-paragrafu 1 għandha tiġi ffaċilitata permezz ta’
koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni, il-BEI u Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej
u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali ewlenin li joperaw
fir-reġjuni differenti, imwettqa fejn xieraq fil-kuntest tal-memoranda ta’
qbil jew oqfsa ta’ kooperazzjoni reġjonali oħra tal-Unjoni. Artikolu 8
Il-kopertura u l-kundizzjonijiet tal-garanzija tal-UE 1. Għall-operazzjonijiet
ta’ finanzjament mill-BEI li jitwettqu ma’ Stat, jew li huma ggarantiti minn
Stat u għal operazzjonijiet oħra ta’ finanzjament mill-BEI li
jitwettqu ma’ awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew ma’ intrapriżi jew
istituzzjonijiet pubbliċi tal-gvern u/jew ikkontrollati mill-gvern, fejn
tali operazzjonijiet oħra ta’ finanzjament mill-BEI għandhom
valutazzjoni adegwata tar-riskju ta’ kreditu tal-BEI b'kunsiderazzjoni
tas-sitwazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-pajjiż ikkonċernat,
il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha dovuti
lill-BEI, iżda mhux irċevuti minnu (“Garanzija Komprensiva”). 2. Għall-għanijiet
tal-paragrafu 1, il-Palestina hija rappreżentata mill-Awtorità
Palestinjana u Kosovo[15]
mill-Gvern ta' Kosovo. 3. Għall-operazzjonijiet
ta’ finanzjament mill-BEI għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u
għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jikkonsistu fi
strumenti tas-suq kapitali tad-dejn, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet
kollha dovuti lill-BEI iżda mhux riċevuti minnu, meta dan ma jkunx
irċevihom minħabba r-realizzazzjoni ta’ wieħed mir-riskji
politiċi li ġejjin (“Garanzija għar-Riskju Politiku”): (a) nuqqas ta’ trasferiment tal-munita; (b) esproprjazzjoni; (c) gwerra jew irvellijiet ċivili; (d) ġustizzja miċħuda wara
ksur ta’ kuntratt. 4. L-operazzjonijiet ta’
finanzjament tal-BEI għandhom jiffokaw fuq proġetti ta’ investiment
fejn il-garanzija tal-UE ġġib magħha valur miżjud
finanzjarju siewi skont il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-BEI. 5. Il-Kummissjoni u l-BEI
għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu li
jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu,
l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni
u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju
tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà
kreditizja tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI kif ivvalutati
mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura
tal-kontroparti (jekk gvern/Stat, sottosovran kif imsemmi fil-paragrafu 1
jew privat), il-kapaċità ta’ assorbiment ta’ riskju tal-BEI u kriterji
rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE. 6. Meta tintalab il-garanzija
tal-UE, l-Unjoni għandha tkun surrogata għal kwalunkwe drittijiet
tal-Bank rilevanti fir-rigward ta’ kwalunkwe obbligu b'rabta
mal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu, skont il-Ftehim imsemmi
fl-Artikolu 13. Artikolu 9
Il-valutazzjoni tal-BEI u l-monitoraġġ ta’ proġetti ta’
investiment 1. Il-BEI għandu jwettaq
analiżi approfondita ("due diligence") u, fejn ikun xieraq u
f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni,
jirrikjedi konsultazzjoni pubblika lokali xierqa, tal-aspetti tal-proġetti
ta' investiment relatati mal-iżvilupp, koperti mill-garanzija tal-UE. Fejn xieraq, il-valutazzjoni skont l-ewwel
subparagrafu għandha tinkludi valutazzjoni dwar kif il-kapaċitajiet
tal-benefiċjarji tal-finanzjament mill-BEI jistgħu jiġu
msaħħa mill-ġdid tul iċ-ċiklu kollu tal-proġett b’għajnuna
teknika. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu
għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar
il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta'
investiment u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-kunflitt,
sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti ta' investiment li jkunu
sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment
biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni. 2. Barra l-valutazzjoni ex-ante
tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jissorvelja
l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament. B'mod partikolari,
għandu jesiġi li l-promoturi tal-proġett iwettqu
monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni tal-proġett
sat-tlestija tiegħu, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett
ta' investiment fuq l-iżvilupp, l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem.
Il-BEI għandu jivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi
tal-proġett. 3. Il-monitoraġġ
tal-BEI għandu jkopri wkoll, l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjati
u l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ
għall-SMEs. 4. Il-BEI għandu
jistabbilixxi sistema komprensiva ta’ traċċar ta'
monitoraġġ tat-tnaqqis relattiv u assolut tal-emissjonijiet
tal-gassijiet serra matul l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fejn
l-emissjonijiet huma sinifikanti u d-dejta hija disponibbli. Artikolu 10
Ir-rappurtaġġ annwali u l-kontabilità 1. Il-Kummissjoni għandha
tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar
l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI mwettqa skont din
id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu jinkludi: (a)
stima tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI
fil-livell ta’ proġett, settur, pajjiż u dak reġjonali; (b)
valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-metodu msemmi
fl-Artikolu 8(5); (c)
valutazzjoni tal-valur miżjud u l-impatt
tal-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI fuq bażi
aggregata u l-kontribut tagħhom fil-kisba tal-għanijiet
strateġiċi u tal-politika esterna tal-Unjoni, b’kunsiderazzjoni
tal-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali msemmija
fl-Artikolu 5; (d)
valutazzjoni tal-benefiċċju finanzjarju
trasferit lill-benefiċjarji tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI
fuq bażi aggregata; (e)
valutazzjoni tal-kwalità tal-operazzjonijiet ta’
finanzjament mill-BEI, b’mod partikolari, il-punt sa fejn il-BEI kkunsidra
s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali fl-analiżi approfondita u
l-monitoraġġ ta’ proġetti ta’ investiment finanzjati; (f)
jitlob Garanzija tal-UE; (g)
informazzjoni dwar il-volumi ta’ finanzjament
rigward il-bijodiversità u t-tibdil fil-klima skont din id-Deċiżjoni,
l-impatt fuq it-tnaqqis assolut u relattiv tal-gassijiet serra tal-investimenti
sinifikanti kollha kif definit fl-istrateġija tat-tibdil fil-klima
msemmija fl-Artikolu 3 fuq bażi aggregata kif ukoll in-numru ta’
proġetti vvalutati kontra r-riskju tal-klima; (h)
deskrizzjoni ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni u
Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej oħra u Istituzzjonijiet Finanzjarji
Internazzjonali, inkluż il-kofinanzjament. Ir-rapport għandu jinkludi
b’mod partikolari lista dettaljata tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni u
r-riżorsi ta’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet
Finanzjarji Internazzjonali oħrajn użati flimkien mal-finanzjament
mill-BEI, li b’hekk jagħti ħarsa ġenerali dwar l-investiment
totali appoġġat mill-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI
mwettqa taħt din id-Deċiżjoni. Ir-rapport għandu jsemmi
wkoll il-konklużjoni ta’ memoranda ta’ qbil bejn il-BEI u Istituzzjonijiet
Finanzjarji Ewropej jew Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali
oħrajn li għandhom effett fuq l-operazzjonijiet ta’ finanzjament
mill-BEI taħt din id-Deċiżjoni; (i)
informazzjoni dwar is-segwitu tal-funzjonament
tal-Memorandum ta’ qbil bejn il-BEI u l-Ombudsman Ewropew safejn il-Memorandum
jikkonċerna l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI koperti b'din
id-Deċiżjoni. 2. Għall-finijiet
tar-rappurtar tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-BEI għandu
jipprovdi lill-Kummissjoni b’rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta’
finanzjament mill-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni inklużi
l-elementi kollha meħtieġa li jippermettu lill-Kummissjoni
tirrapporta skont il-paragrafu 1. Il-BEI jista’ wkoll jipprovdi
lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-Kunsill u
l-Parlament Ewropew biex tingħata stampa komprensiva tal-attività esterna
tal-BEI. 3. Il-BEI għandu jipprovdi
lill-Kummissjoni b'dejta statistika, finanzjarja u kontabilistika dwar kull
waħda mill-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI, kif ukoll kwalunkwe
informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex jiġu ssodisfati
d-dmirijiet ta' rappurtaġġ tal-Kummissjoni jew it-talbiet mill-Qorti
tal-Awdituri u ċertifikat ta' awditur dwar l-ammonti pendenti
tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Il-BEI għandu wkoll
jipprovdi lill-Kummissjoni kwalunkwe dokumenti meħtieġa f'konformità
mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji
applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar
ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002[16]. 4. Għall-finijiet
tal-kontabilità u tar-rappurtaġġ tal-Kummissjoni tar-riskji koperti
mill-garanzija tal-UE, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni
b’valutazzjoni tar-riskju tal-BEI u b’informazzjoni dwar gradazzjoni li
tikkonċerna l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI. 5. Il-BEI għandu jipprovdi
lill-Kummissjoni, tal-inqas darba f'sena, bi programm multiannwali indikattiv
tal-volum ippjanat ta’ firem tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI,
sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà tat-tbassir tal-finanzjament tal-BEI
mal-livelli massimi stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u
għall-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju
xieraq għall-forniment tal-Fond ta’ garanzija[17]. Il-Kummissjoni għandha
tqis din il-previżjoni meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-baġit. 6. Il-BEI għandu jibqa'
jipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni r-rapporti
indipendenti ta' evalwazzjoni kollha tiegħu li jivvalutaw
ir-riżultati prattiċi miksuba mill-attivitajiet speċifiċi
tal-BEI skont din id-Deċiżjoni u mandati esterni oħrajn. 7. Il-BEI għandu jipprovdi
l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 6 għall-ispejjeż
tiegħu. Artikolu 11
L-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni 1. Skont il-politika ta’
trasparenza tiegħu stess, il-BEI għandu jagħmel disponibbli
għall-pubbliku fil-websajt tiegħu informazzjoni relatata ma’: (a)
l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI kollha
mwettqa taħt din id-Deċiżjoni u li b’mod partikolari tindika
jekk proġett ta’ investiment huwa kopert mill-garanzija tal-UE; (b)
sakemm ikunu applikati rekwiżiti ta’
kunfidenzjalità, kwalunkwe memoranda ta’ qbil bejn il-BEI u Istituzzjonijiet
Finanzjarji Ewropej jew Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali
oħrajn li għandhom effett fuq l-operazzjonijiet ta’ finanzjament
mill-BEI taħt din id-Deċiżjoni. 2. Il-Kummissjoni għandha
tippubblika fuq il-websajt tagħha informazzjoni relatata mal-każi
kollha ta' rkupru skont il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 14 sakemm ikunu
japplikaw rekwiżiti tal-kunfidenzjalità. Artikolu 12
Ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu,
il-BEI ma għandux jittollera attivitajiet li jsiru għal finijiet
illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament
tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa,
il-korruzzjoni, u l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. B'mod partikolari
l-BEI ma għandu jipparteċipa fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament
implimentata f'pajjiż eliġibbli permezz ta' ġurisdizzjoni
barranija li ma tikkooperax identifikata bħala tali mill-OECD, mit-Task
Force ta' Azzjoni Finanzjarja jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali
rilevanti oħrajn. Artikolu 13
Ftehim ta' garanzija Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jiffirmaw
ftehim ta' garanzija li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u
l-proċeduri dettaljati dwar il-garanzija tal-UE kif stabbilita
fl-Artikolu 8 u għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill
kif meħtieġ. Artikolu 14
L-irkupru tal-ħlasijiet magħmula mill-Kummissjoni 1. Fejn il-Kummissjoni
tagħmel xi ħlas skont il-garanzija tal-UE, il-BEI, f’isem u
fl-interess tal-Kummissjoni, għandu jsegwi l-irkupru tal-klejms
għall-ammonti mħallsa. 2. Mhux aktar tard mill-iffirmar
tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom
jiffirmaw ftehim separat li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet u
l-proċeduri ddettaljati li jirrelataw mal-irkupru ta' pretensjonijiet. Artikolu 15
Awditjar estern mill-Qorti tal-Awdituri Il-garanzija tal-UE u l-ħlasijiet u
l-irkupri fl-ambitu tagħha li jkunu attribwibbli għall-baġit
ġenerali tal-Unjoni għandhom ikunu vverifikati mill-Qorti
tal-Awdituri. Artikolu 16
Miżuri ta' kontra l-frodi 1. L-EIB għandu jinforma
lill-OLAF immedjatament meta, fi kwalunkwe stadju tal-preparazzjoni,
l-implimentazzjoni jew l-għeluq tal-proġetti suġġett
għall-garanzija tal-UE, jindividwa każ potenzjali ta’ frodi,
korruzzjoni jew attività illegali oħra li jistgħu jaffettwaw
l-interessi finanzjarji tal-UE. 2. L-OLAF jista' jwettaq
investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont
id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE)
Nru 1073/1999, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament
(KE, Euratom) Nru 2988/95 sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji
tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm
frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa
l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ kwalunkwe operazzjonijiet ta’
finanzjament. Artikolu 17
Eżerċizzju tad-delegazzjoni 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni
ta’ atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett
għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Id-delega ta' setgħa
msemmija fl-Artikolu 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni
għal perjodu ta' żmien indeterminat. 3. Id-delega tas-setgħat
imsemmija fl-Artikolu 4 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument
mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm
id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din
għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni
tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa
l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat,
il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew
u lill-Kunsill. 5. Att iddelegat addottat skont
l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma
tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u
lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn mindu tkun saret in-notifika ta’
dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’
dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu informaw
lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu
għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament
Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 18
Reviżjoni ta' nofs it-term Sal-31 ta’ Diċembru 2017,
il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill b'rapport intermedju li jevalwa l-implimentazzjoni ta' din
id-Deċiżjoni fl-ewwel snin, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta
għal emenda tiegħu. Ir-rapport għandu jissejjes fuq evalwazzjoni
esterna u l-kontribuzzjoni mill-BEI. Artikolu 19
Rappurtaġġ finali Sal-31 ta’ Diċembru 2021,
il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill rapport finali dwar l-applikazzjoni ta' din
id-Deċiżjoni. Artikolu 20
Dħul fis-seħħ Din
id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet
jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President ANNESS I LIMITI
REĠJONALI A. Il-pajjiżi preadeżjonali:
EUR 8 400 000 000; B. Il-pajjiżi tal-Viċinat
u tas-Sħubija: EUR 12 400 000 000, imqassma
fis-sottolimiti indikattivi li ġejjin: (i) il-pajjiżi Mediterranji: EUR 8 400 000 000; (ii) l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t’Isfel u
r-Russja: EUR 4 000 000 000; C. l-Asja u l-Amerika Latina:
EUR 3 600 000 000, imqassma fis-sottolimiti indikattivi li
ġejjin: (i) l-Amerika Latina: EUR 2 150 000 000; (ii) l-Asja: EUR 1 200 000 000; (iii) l-Asja Ċentrali: EUR 250 000 000 D. l-Afrika t'Isfel: EUR 600 000 000. Fi ħdan il-limitu ġenerali fiss,
il-BEI għandu jitlob, fejn xieraq, lill-Kummissjoni biex taqbel li talloka
mill-ġdid ammont sa 20 % tal-limiti massimi sottoreġjonali fi
ħdan ir-reġjuni u sa 10 % tal-limiti massimi reġjonali bejn
ir-reġjuni. ANNESS II REĠJUNI
U PAJJIŻI POTENZJALMENT ELIĠIBBLI A. Il-pajjiżi
preadeżjonali 1. Kandidati l-Islanda, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava
tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, it-Turkija 2. Kandidati potenzjali l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kosovo B. Pajjiżi Ġirien u
Msieħba 1. Pajjiżi Mediterranji l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael,
il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina, is-Sirja,
it-Tuneżija 2. L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu
tan-Nofsinhar u r-Russja l-Ewropa tal-Lvant: il-Belarus, Il-Moldova,
l-Ukrajna il-Kawkasu t'Isfel: l-Armenja,
l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja Ir-Russja C. l-Asja u l-Amerika Latina: 1. L-Amerika Latina l-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil,
iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Kosta Rika, Kuba, l-Ekwador, El Salvador,
il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama,
il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj, il-Venezwela. 2. L-Asja l-Afganistan, il-Bangaladexx, il-Butan, il-Brunej,
il-Kambodja, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u r-Reġjuni
Amministrattivi Speċjali tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq,
il-Laos, il-Malasja, il-Maldive, il-Mongolja, il-Mjanmar, in-Nepal,
il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, is-Sri Lanka, it-Tajwan, it-Tajlandja,
il-Vjetnam, il-Jemen. 3. L-Asja Ċentrali il-Każakistan, il-Kirgisstan, it-Taġikistan,
it-Turkmenistan, l-Uzbekistan D. L-Afrika t’Isfel Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel ANNESS III REĠJUNI
U PAJJIŻI ELIĠIBBLI A. Il-pajjiżi
preadeżjonali 1. Kandidati l-Islanda, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava
tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, it-Turkija 2. Kandidati potenzjali l-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Kosovo B. Pajjiżi Ġirien u
Msieħba 1. Pajjiżi Mediterranji l-Alġerija, l-Eġittu, l-Iżrael,
il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, il-Palestina, it-Tuneżija 2. L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar
u r-Russja l-Ewropa tal-Lvant: Il-Moldova, l-Ukrajna il-Kawkasu t'Isfel: l-Armenja,
l-Ażerbajġan, il-Ġeorġja Ir-Russja C. l-Asja u l-Amerika Latina: 1. L-Amerika Latina L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil,
iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, El Salvador,
il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama,
il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj, il-Veneżwela 2. L-Asja Il-Bangaladexx, il-Brunej, il-Kambodja,
iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u r-Reġjuni Amministrattivi
Speċjali tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq, il-Laos,
il-Malasja, il-Maldive, il-Mongolja, il-Mjanmar, in-Nepal, il-Pakistan,
il-Filippini, Singapor, il-Korea t'Isfel, is-Sri Lanka, it-Tajlandja,
il-Vjetnam, il-Jemen 3. L-Asja Ċentrali il-Kazakistan, il-Kirgistan, it-Taġikistan,
it-Turkmenistan, l-Uzbekistan D. L-Afrika t’Isfel Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel ANNESS IV QAFAS
DWAR IL-POLITIKA REĠJONALI L-attività tal-BEI fil-pajjiżi sħab
li jipparteċipaw fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni
sseħħ fil-qafas stabbilit fis-Sħubijiet ta' Adeżjoni u dawk
Ewropej li ffissaw il-prijoritajiet għal pajjiżi kandidati u
pajjiżi kandidati potenzjali, bil-ħsieb li jiġi rreġistrat
progress fit-tqarrib lejn l-Unjoni, u li jipprovdu qafas għal għajnuna
mill-Unjoni. Il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assocjazzjoni huwa l-qafas
politiku tal-UE għall-Balkani tal-Punent. Dan huwa msejjes fuq
sħubija progressiva, li fiha l-Unjoni toffri konċessjonijiet
kummerċjali, għajnuna ekonomika u finanzjarja u relazzjonijiet
kuntrattwali permezz tal-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.
L-assistenza finanzjarja preadeżjonali tgħin lill-kanditati u
l-kanditati potenzjali jitħejjew għall-obbligi u l-isfidi
tal-isħubija fl- Unjoni. Din l-assistenza ssostni l-proċess ta’
riformi, inklużi t-tħejjijiet għall-eventwalità li dawn
il-pajjiżi jsiru membri. Hija tiffoka fuq it-tiswir istituzzjonali,
il-konformità mal-acquis tal-Unjoni, it-tħejjija għal-linji ta'
politika u l-istrumenti tal-Unjoni u l-promozzjoni ta' miżuri biex
tintlaħaq il-konverġenza ekonomika. L-attività tal-BEI fil-pajjiżi
tal-Viċinat isseħħ fil-qafas tal-Politika Ewropea
tal-Viċinat il-ġdida "Risposti ġodda għal Viċinat
fi trasformazzjoni", adottata fil-25 ta’ Mejju 2011 u
l-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati
fl-20 ta’ Ġunju 2011, li notevolment jitolbu
appoġġ akbar għall-imsieħba impenjati fil-bini ta’
soċjetajiet demokratiċi u fit-twettiq ta’ riformi, f’konformità
mal-prinċipji "aktar għal aktar" u "responsabbiltà
reċiproka" , u jipprovdi l-qafas ta’ politika strateġika
għar-relazzjonijiet tal-UE mal-ġirien. Fil-qafas ta' din
il-kooperazzjoni, il-finanzjament mill-BEI taħt din id-Deċiżjoni
se jkun immirat wkoll lejn linji ta' politika li jippromwovu tkabbir
inklużiv u ħolqien ta' impjiegi li jikkontribwixxu għall-istabbilità
soċjali f'konformità ma' approċċ ibbażat fuq
l-inċentivi li jappoġġa l-objettivi tal-politika esterna
tal-Unjoni, inkluż fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' migrazzjoni. Biex tikseb dawn l-għanijiet, l-Unjoni u
l-imsieħba tagħha jimplimentaw pjani ta' azzjoni bilaterali maqbula
b'mod konġunt li jiddefinixxu sett ta’ prijoritajiet li jinkludi
kwistjonijiet politiċi u ta' sigurtà, kwistjonijiet kummerċjali u
ekonomiċi, tħassib ambjentali u soċjali u l-integrazzjoni
tan-netwerks tat-trasport u tal-enerġija. L-Unjoni għall-Mediterran,
is-Sħubija tal-Lvant u s-Sinerġija tal-Baħar l-Iswed,
l-Istrateġija tal-Unjoni għar-Reġjun tad-Danubju u
l-Istrateġija tal-Unjoni għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku,
huma inizjattivi reġjonali u multilaterali bil-għan li jrawmu
l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-grupp rispettiv ta’ pajjiżi
ġirien imsieħba li jiffaċċjaw sfidi komuni jew jaqsmu
ambjent ġeografiku komuni. L-Unjoni għall-Mediterran għandha
l-għan li tniedi mill-ġdid il-proċess ta' integrazzjoni
Ewro-Mediterranja billi tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku,
soċjali u ambjentali konġunt fuq iż-żewġ naħat
tal-Mediterran u tappoġġa żvilupp soċjoekonomiku
aħjar, is-solidarjetà, l-integrazzjoni reġjonali, l-iżvilupp
sostenibbli u t-tiswir tal-għarfien, b’enfasi fuq il-ħtieġa li
tiżdied il-kooperazzjoni finanzjarja għall-appoġġ ta'
proġetti reġjonali u transnazzjonali. L-Unjoni għall-Mediterran
tappoġġja, b'mod partikolari, il-ħolqien ta' highways marittimi
u tal-art, it-tneħħija tat-tniġġis fil-Mediterran, il-pjan
għall-enerġija solari fil-Mediterran, l-Inizjattiva
għall-Iżvilupp tan-Negozju fil-Mediterran, il-protezzjoni ċivili
u l-università Ewro-Mediterranja. L-Istrateġija tal-Unjoni
għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku tappoġġa ambjent
sostenibbli u żvilupp ekonomiku u soċjali ottimali fir-reġjun
tal-Baħar Baltiku. L-Istrateġija tal-Unjoni għar-Reġjun
tad-Danubju tappoġġa, b'mod partikolari, l-iżvilupp
tat-trasport, il-konnessjonijiet u s-sigurtà marbutin mal-enerġija,
l-ambjent sostenibbli u l-iżvilupp soċjoekonomiku fir-Reġjun
tad-Danubju. L-Isħubija tal-Lvant għandha l-għan li toħloq
il-kondizzjonijiet neċessarji biex titħaffef l-assoċjazzjoni
politika u titkompla l-integrazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni u l-pajjiżi
msieħba tal-Lvant. Il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni għandhom
sħubija strateġika fuq firxa wiesgħa, distinta mill-Politika
Ewropea tal-Viċinat u espressa permezz tal-Ispazji u l-Pjani Direzzjonali
Komuni. Dawn huma kkumplementati fil-livell multilaterali mid-Dimensjoni
tat-Tramuntana li tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni,
ir-Russja, in-Norveġja u l-Islanda (il-Belarus. il-Kanada, l-Istati Uniti
huma osservaturi fid-Dimensjoni tat-Tramuntana). L-attività tal-BEI fl-Amerika Latina
sseħħ fil-qafas tas-Sħubija Strateġika tal-Unjoni,
l-Amerika Latina u l-Karibew. Kif enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
ta’ Settembru 2009 "L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina:
Parteċipanti Globali fi Sħubija", il-prijoritajiet tal-Unjoni
fil-qasam tal-kooperazzjoni lejn l-Amerika Latina huma t-tħeġġiġ
tal-integrazzjoni reġjonali u l-qirda tal-faqar u l-inugwaljanza
soċjali ħalli jitħeġġu s-sostenibbiltà ekonomika u
l-iżvilupp soċjali. Dawn l-għanijiet ta' politika ser jiġu
promossi b'kont meħud tal-livell differenti tal-iżvilupp tal-pajjiżi
Latini Amerikani. Id-djalogu bilaterali u l-kooperazzjoni ser jiġu segwiti
f’oqsma ta' interess komuni għaż-żewġ reġjuni,
inklużi l-ambjent, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tar-riskju
tad-diżastri u l-enerġija, ix-xjenza, ir-riċerka, l-edukazzjoni
għolja, it-teknoloġija u l-innovazzjoni. Il-BEI hu inkoraġġut ikun attiv
fl-Asja, b'mod partikolari f'pajjiżi inqas prosperi. F’dan ir-reġjun
divers, l- Unjoni qed tapprofondixxi s-sħubija strateġika tagħha
maċ-Ċina u l-Indja u qed isir progress fin-negozjati biex jissawru
ftehimiet ġodda ta' sħubija u kummerċ ħieles mal-pajjiżi
tax-Xlokk tal-Asja. Fl-istess waqt, il-kooperazzjoni fl-iżvilupp
għadha punt importanti fl-aġenda tal-Unjoni mal-Asja;
l-istrateġija għall-iżvilupp tal-UE għar-reġjun
Asjatiku għandha l-għan li teqred il-faqar billi tappoġġa
tkabbir ekonomiku sostenibbli fuq sisien wesgħin, tippromwovi ambjent u
kondizzjonijiet li jwasslu għal kummerċ u integrazzjoni
fir-reġjun, issaħħaħ il-governanza, iżżid
l-istabbiltà politika u soċjali, u tappoġġa l-kisba
tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju għall-2015. Qed
jiddaħħlu fis-seħħ b’mod konġunt politiki li
jindirizzaw sfidi komuni, bħat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp
sostenibbli, is-sigurtà u l-istabilità, il-governanza u d-drittijiet
tal-bniedem, kif ukoll il-prevenzjoni tad-diżastri naturali u umanitarji
u r-rispons għalihom. L-istrateġija tal-UE għal
sħubija ġdida mal-Asja Ċentrali adottata mill-Kunsill Ewropew
f’Ġunju 2007 saħħet id-djalogu reġjonali u bilaterali u
l-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali fir-rigward
ta’ kwistjonijiet ewlenin li jħabbat wiċċu magħhom dan
ir-reġjun, bħat-tnaqqis tal-faqar, l-iżvilupp sostenibbli u
l-istabbiltà. L-implimentazzjoni tal-istrateġija wasslet għal avvanzi
importanti fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt,
il-governanza tajba u d-demokrazija, l-edukazzjoni, l-iżvilupp ekonomiku,
il-kummerċ u l-investiment, l-enerġija u t-trasport u l-linji ta'
politika ambjentali. L-attività tal-BEI
fl-Afrika t'Isfel isseħħ fil-qafas tad-Dokument Konġunt ta'
Strateġija tal-Unjoni għal-Pajjiż għall-Afrika t'Isfel.
L-oqsma ewlenin identifikati f’dak id-Dokument ta' Strateġija huma
l-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċità biex jitwasslu
s-servizzi u l-koeżjoni soċjali. L-attivitajiet tal-BEI fl-Afrika
t’Isfel seħħew f’kumplementarjetà għolja mal-programm ta’
kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE jiġifieri permezz
tal-attenzjoni li l-BEI ta lill-appoġġ għas-settur privat u
l-investimenti fl-espansjoni tal-infrastruttura u s-servizzi soċjali
(id-djar, il-ġenerazzjoni tal-elettriku, il-purifikazzjoni tal-ilma
għax-xorb u l-infrastruttura muniċipali). L-analiżi ta’ nofs
it-terminu tad-Dokument ta' Strateġija tal-Unjoni għal-Pajjiż
fir-rigward tal-Afrika t'Isfel li twettqt fl-2009-2010 pproponiet
it-tisħiħ tal-azzjonijiet fil-qasam tat-tibdil fil-klima permezz ta'
attivitajiet li jappoġġaw il-ħolqien ta' impjiegi
ekoloġiċi. Għall-perjodu 2014-2020, l-attività tal-BEI hija
mistennija tappoġġja b’manjiera kumplimentari il-politiki,
il-programmi u l-istrumenti ta' kooperazzjoni esterna tal-UE billi tkompli
tiffoka fuq il-prijoritajiet ewlenin bejn l-UE u l-Afrika t’isfel sabiex
jiġi promoss żvilupp ekwu u sostenibbli, isir kontribut
fil-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp tal-kapaċità, u
tappoġġja l-għoti sostenibbli u l-aċċess ġust
għall-infrastruttura u s-servizzi bażiċi DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Qasam/Oqsma
ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB 1.3. Natura
tal-proposta/inizjattiva 1.4. Għan(ijiet)
1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.6. Tul
ta' żmien u impatt finanzjarju 1.7. Metodu/i
ta’ ġestjoni previst(i) 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit affettwata/i
3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju tal-impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 3.2.5. Parteċipazzjoni
minn partijiet terzi fil-finanzjament 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. It-titolu
tal-proposta/inizjattiva Proposta
għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li
tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra
telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament b'appoġġ għal
proġetti ta' investiment barra l-UE. 1.2. Il-qasam/l-oqsma
ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[18] Qasam
tal-politika: It-Titolu 01 – L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Attività
tal-ABB: L-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’
azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma'
azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[19] X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' estensjoni
ta' azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni
indirizzata mill-ġdid għal azzjoni ġdida 1.4. L-għanijiet 1.4.1. L-għan(ijiet)
strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva L-għan
ġenerali tal-attività tal-BEI barra l-Unjoni taħt il-mandat estern
huwa li jingħata appoġġ għall-politiki esterni tal-Unjoni
billi jiġu ffinanzjati proġetti ta’ investiment rilevanti
fil-pajjiżi msieħba permezz ta’ kombinazzjoni tat-tlaqqigħ
tal-baġit tal-UE mar-riżorsi proprji tal-BEI. Permezz
tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra l-Unjoni koperti
mill-garanzija tal-UE, il-BEI għandu jappoġġja l-iżvilupp
sostenibbli ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-Unjoni fil-pajjiżi
msieħba, u s-sħubija tagħhom mal-Unjoni. L-għanijiet
ġenerali li l-operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI għandhom
ifittxu taħt il-mandat huma dawn: (a) l-iżvilupp
tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-SMEs. (b) l-iżvilupp
ta’ infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomiċi; (c) il-mitigazzjoni
u l-adattament għat-tibdil fil-klima 1.4.2. Għan(ijiet)
speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB konċernata/i Għan
speċifiku ABM Nru 2: “It-titjib
tal-profil tal-UE, ir-rappreżentazzjoni u l-kooperazzjoni esterna
tagħha mal-BEI u mal-BERŻ, istituzzjonijiet finanzjarji
internazzjonali oħrajn u l-fora ekonomiċi rilevanti maħsuba biex
tissaħħaħ il-konverġenza bejn l-istrateġiji u
l-ħidmiet tagħhom u l-prijoritajiet esterni tal-UE”. Attività/attivitajiet ABM/ABB konċernata/i It-Titolu 01.03
– L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji Internazzjonali 1.4.3. Ir-riżultat(i)
mistenni(ja) u l-impatt Twettqet
valutazzjoni tal-impatt flimkien ma’ din il-proposta. L-impatti prinċipali
tal-proposta ġew ivvalutati fir-Rapport VI. 1.4.4. Indikaturi
tar-riżultati u l-impatt Il-BEI
żviluppa qafas biex jitkejlu r-riżultati u l-impatti
tal-operazzjonijiet tal-BEI permezz ta' monitoraġġ operazzjonali ta’
sett ta’ indikaturi. Il-“Qafas ta' Kejl tar-Riżultati (REM)[20] itejjeb il-valutazzjoni
ex-ante tar-riżultati tal-proġett mistennija u jsaħħaħ
il-ħila tal-BEI li tirrapporta dwar ir-riżultati reali miksuba.
Il-qafas tar-REM iservi biex juri kif is-self mill-BEI jiġġenera
outputs, li jippermettu r-riżultati u maż-żmien iwasslu
għal impatti, li jkunu skont l-għanijiet tal-mandat tal-Bank. Barra
minn hekk, il-progress lejn għanijiet speċifiċi u operazzjonali
tal-proposta se jkunu mmonitorjati permezz ta’ indikaturi ewlenin kif indikat
f’2.1. Fir-rigward
tal-finanzjament għal proġetti li jippromwovu azzjoni klimatika,
l-eliġibbiltà għal operazzjonijiet tat-tibdil fil-klima jkunu
kkjarifikati kontra kriterji maqbula li jibnu fuq - u, jekk meħtieġ,
l-issikkar - ta' definizzjonijiet eżistenti tal-BEI biex tkun
immonitorjata n-nefqa relatata mat-tibdil fil-klima (eż. l-introduzzjoni
ta’ parametri referenzjarji relatati ma’ tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet
serra, titjib jekk xieraq fid-definizzjonijiet għall-effiċjenza
tal-enerġija u l-adattament), li mbagħad jistgħu jintużaw
ukoll fil-fażi ta’ monitoraġġ
għall-“operazzjonalizzazzjoni” tar-Rio marker jew sistema ekwivalenti kif
proposta mill-Kummissjoni biex tittraċċa l-baġit tal-UE skont
il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss. Fl-istess
ħin, il-BEI għandu jibqa' jiżviluppa metodoloġiji
għall-valutazzjoni tar-riskju marbut mal-klima sabiex
tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-klima
għall-operazzjonijiet rilevanti kollha, u l-ipprezzar tal-karbonju
jiġi integrat f'analiżi ekonomika tal-benefiċċju
tal-ispiża. L-eliġibbiltà u l-kriterji ristrettivi
għall-proġetti li għandhom livell għoli ħafna ta’
karbonju għandha wkoll tittejjeb f’politiki settorjali relevanti. 1.5. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i)
li jrid(u) jintlaħqu fuq medda qasira jew twila ta' żmien L-Artikolu 16
tad-Deċiżjoni 1080/2011/UE jistqarr li l-Kummissjoni għandha
tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill
għall-istabbiliment tal-garanzija tal-UE skont il-qafas finanzjarju
pluriennali li jmiss (2014-2020). Skont
it-termini tad-Deċiżjoni 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill, il-garanzija tal-UE tkopri l-operazzjonijiet ta' finanzjament
mill-BEI iffirmati bejn l-1 ta' Frar 2007 u
l-31 ta' Diċembru 2013. Għalhekk, għandha
tiġi adottata deċiżjoni ġdida taħt il-proċedura
leġiżlattiva ordinarja qabel ma jiskadi l-mandat attwali[21]. 1.5.2. Valur
miżjud tal-involviment tal-UE L-operazzjonijiet
ta’ finanzjament tal-BEI barra l-Unjoni jirrappreżentaw għodda ferm
viżibbli u effettiva b'appoġġ għall-azzjoni esterna
tal-Unjoni. Il-benefiċċji prinċipali tal-intervent tal-BEI
f’pajjiżi bħal dawn, lilhinn mill-kontribuzzjoni finanzjarja,
tinkludi li l-għoti tal-għarfien espert lill-promoturi
tal-proġetti u l-applikazzjoni tal-istandards ambjentali, soċjali u
ta’ akkwist tal-UE għall-proġetti ffinanzjati. Flimkien
mal-benefiċċji li jissemmew aktar ’il fuq, il-BEI jgħaddi b’mod
sħiħ il-vantaġġi finanzjarji li jirriżultaw
mill-garanzija tal-UE u l-ispejjeż attraenti tal-finanzjament tal-BEI
lill-benefiċjarji finali fil-forma ta’ rati ta’ interessi kompetittivi. Il-mandat
taħt il-kopertura tal-garanzija tal-UE jipprovdi s-sostenn politiku u
finanzjarju neċessarju tal-Unjoni għal pajjiżi u għal
proġetti ta' investiment li normalment ma joqogħdux fil-linji gwida u
fil-kriterji standard tal-BEI minħabba r-riskju ogħla. 1.5.3. It-tagħlimiet
minn esperjenzi simili fl-imgħoddi Il-Valutazzjoni
tal-Impatt (VI) ippreparat għal din id-Deċiżjoni jieħu
mil-lezzjonijiet miksuba bl-implimentazzjoni tal-mandati preċedenti.
Il-proposta leġiżlattiva l-ġdida timmira li tindirizza
l-problemi identifikati fir-rapport tal-VI. 1.5.4. Il-koerenza
u s-sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħra L-operazzjonijiet
ta’ finanzjament mill-BEI se jikkomplementaw l-attivitajiet imwettqa taħt
l-istrumenti ta’ għajnuna esterna. Sabiex jiżdied aktar is-sostenn
għall-politiki esterni tal-Unjoni f’kull reġjun speċifiku,
il-konnessjoni bejn il-prijoritajiet tal-BEI u l-politiki tal-Unjoni se
tissaħħaħ. Dan se jinkiseb billi jiġu stabbiliti u
aġġornati f'nofs terminu l-linji gwida operattivi tekniċi
reġjonali li se jipprovdu qafas aktar b’saħħtu għad-djalogu
u l-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-Kummissjoni. Fejn xieraq, l-operazzjonijiet
ta’ finanzjament mill-BEI jistgħu jkunu kkombinati b’mod utli
mar-riżorsi baġitarji tal-UE fil-forma ta’ appoġġ
għotjiet ta' finanzjament, kapital ta’ riskju, kondiviżjoni
tar-riskju jew għajnuna teknika għall-preparazzjoni ta' proġetti
u għall-implimentazzjoni jew it-titjib tal-qafas legali u regolatorju. 1.6. Tul ta'
żmien u impatt finanzjarju x Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien
limitat –
x Proposta/inizjattiva fis-seħħ
mill-01/01/2014 sal-31/12/2020 L-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI
jistgħu jiġu ffirmati mill-BEI mill-2014 sal-2020. Hija prevista
estensjoni ta' sitt xhur jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jadottawx
deċiżjoni li tagħti garanzija ġdida tal-UE lill-BEI
għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni sa
tmiem l-2020. –
x Impatt finanzjarju minn 2014 sa mhux definit It-tul ta’ żmien totali tal-azzjoni u
tal-impatt finanzjarju tagħha se jiġu ddeterminati mill-maturità
tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI ffirmati. L-impatt finali se jkun
jiddependi fuq l-ammont ta’ talbiet potenzjali u l-irkupru (ara wkoll
il-punt 3.2.2 hawn taħt). ¨ (Proposta/inizjattiva ta’ tul ta'
żmien illimitat –
Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa
SSSS, –
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa. 1.7. Il-metodu(i)
ta’ ġestjoni previst(i)[22] X Ġestjoni diretta
mill-Kummissjoni Kummenti B’konformità
mad-dispożizzjonijiet eżistenti, il-proposta tipprevedi li l-BEI
jiffinanzja l-proġetti tal-investiment skont ir-regoli u l-proċeduri
tiegħu. Il-Kummissjoni hija responsabbli mill-ġestjoni tal-garanzija
tal-UE. Il-BEI u l-Kummissjoni jidħlu fi ftehim ta' garanzija u rkupru li
jistabilixxi dispożizzjonijiet u proċeduri dettaljati rigward
l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni proposta. 2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI 2.1. Regoli
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar L-operazzjonijiet
ta’ finanzjament mill-BEI koperti mill-garanzija tal-UE se jkunu ġestiti
bir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi miżuri xierqa
ta’ verifika, kontroll u monitoraġġ. Barra
minn hekk, il-Bord tad-Diretturi tal-BEI, fejn il-Kummissjoni hija rrapreżentata
minn Direttur u minn Direttur li jalterna, japprova kull operazzjoni ta’
finanzjament tal-BEI u jimmonitorja li l-BEI huwa ġestit skont l-Istatut
tiegħu u skont id-direttivi ġenerali stabbiliti mill-Bord
tal-Gvernaturi. Il-ftehim
bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri u l-BEI ta’
Ottubru 2003, (li fuqu kien hemm qbil li jiġġedded għal
perjodu ieħor ta' erba' snin fl-2007 u għal darb'oħra fl-2011,
jagħti d-dettalji dwar ir-regoli, li skonthom ol-Qorti tal-Awdituri
għandha twettaq il-verifiki tagħha fuq l-operazzjonijiet ta’
finanzjament tal-BEI taħt ġaranzija tal-UE. Huma
previsti rapporti regolari fil-proposta bħal fid-Deċiżjoni
Nru 1080/2011/UE. Il-Kummissjoni se tirrapporta kull sena dwar
l-implimentazzjoni tal-mandat mill-BEI lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rappurtaġġ
dwar ir-riżultati se jkun ibbażat fuq aggregazzjoni xierqa ta’
indikaturi madwar il-portafoll kollu fejn dan ikun possibbli, jew madwar settur
partikolari. Dawn l-indikaturi se jitkejlu matul iċ-ċiklu
tal-proġett fil-livell tal-valutazzjoni u matul il-monitoraġġ
sakemm il-proġett ikun implimentat bis-sħiħ malli l-ewwel
riżultati fl-iżvilupp ikunu jistgħu jitkejlu - tipikament sa
tliet snin wara t-tlestija tal-proġett. Dawn għandhom, sa fejn ikun
possibbli, jintużaw ukoll għall-valutazzjoni ex-post. Dawn
l-indikaturi għandhom ikopru l-oqsma li ġejjin: i) l-ammont iffirmat
skont ir-reġjun, ii) l-ammont imħallas skont ir-reġjun, III)
il-progress għall-kisba ta’ distribuzzjoni bilanċjata ta’ attività
skont il-pajjiż, iv) id-disaggregazzjoni tal-attività fid-diversi
għanijiet, v) il-volum ta’ self marbut mat-tibdil fil-klima kontra
l-finanzjament fil-mira u l-impatt fuq it-tnaqqis fl-emissjonijiet assoluti u
relattivi tal-gassijiet serra , vi) in-numru ta’ proġetti vvalutati kontra
r-riskju marbut mal-klima, VII) in-numru u l-ammont ta’ operazzjonijiet
imħallta ma’ għotjiet tal-UE, u VIII) in-numru u l-ammont ta’
operazzjonijiet kofinanzjati ma’ Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali
oħra. Barra
minn hekk, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’dejta statistika,
finanzjarja u kontabilistika dwar kull waħda mill-operazzjonijiet ta’
finanzjament koperti mill-garanzija tal-UE skont kif ikun neċessarju biex
iwettaq id-doveri ta’ rapportar tiegħu jew sabiex jissodisfa t-talbiet
mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u għandu jipprovdi wkoll ċertifikat
tal-awditur dwar l-ammonti pendenti tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament
koperti. Se
ssir analiżi ta' nofs it-terminu wara tliet snin mill-bidu tal-mandat. 2.2. Sistema
ta’ ġestjoni u kontroll 2.2.1. Riskju/i
identifikat(i) Ir-riskju
għall-baġit tal-UE huwa marbut mal-garanzija tal-baġit
mogħtija mill-Unjoni lill-BEI għall-operazzjonijiet tiegħu
f’pajjiżi terzi. Il-garanzija tipprovdi kopertura komprensiva
għall-ħlasijiet kollha li ma jaslux għand il-BEI taħt
operazzjonijiet sovrani u subsovrani u biss kopertura għar-riskju politiku
għal operazzjonijiet oħra permezz ta’ kondiviżjoni tar-riskju
bejn l-Unjoni u l-BEI. Fi kwalunkwe każ, il-garanzija tal-UE hija
ristretta għal 65 % tal-ammont aggregat tal-krediti li
jinħarġu u tiggarantixxi r-rimborż ta' ammonti mnaqqsa, u
l-kwantitajiet relatati l-oħra kollha. Ir-reġistrazzjoni
baġitarja (“p.m.”) li tirrifletti l-garanzija baġitarja
għas-self mill-BEI lil pajjiżi terzi se tiġi attivata biss
fil-każ ta' sejħa effettiva fuq il-garanzija mill-BEI li ma tkunx
tista' tiġi koperta b'mod sħiħ mill-Fond ta' Garanzija.
Għalkemm tali rikors għall-baġit (jiġifieri lilhinn
mill-Fond ta’ Garanzija tammonta għal EUR 2,002 mn
fil-31 ta’ Diċembru 2012) huwa meqjus bħala
improbabbli ħafna, il-kummenti assoċjati mal-linja baġitarja
jirriflettu l-ħtiġijiet finanzjarji li jistgħu jirriżultaw
f’każ ta’ talba għall-ħlas mill-BEI dwar inadempjenza koperta
mill-garanzija tal-UE. Fl-2012
u fil-bidu tal-2013, il-Fond ta’ Garanzija ntalab ikopri inadempjenzi fuq
is-self fis-Sirja. Fir-rapporti annwali mill-Kummissjoni lill-PE u lill-Kunsill
dwar il-garanziji koperti mill-baġit ġenerali, l-indikaturi
tar-riskju tal-pajjiżi huma analizzati u juru l-evoluzzjoni tar-riskju ta’
inadempjenzi. Ir-rapport jipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti kwantitattivi
tar-riskju mittieħed mill-baġit tal-UE. Minkejja dan, il-kwalità
tar-riskji, li tiddependi mit-tip ta’ operazzjoni u mill-qagħda ta’ min
qed jissellef. Il-valutazzjoni tar-riskju fir-rapport hija bbażata fuq
l-informazzjoni dwar il-qagħda ekonomika u finanzjarja, il-klassifika u
fatti oħra magħrufin tal-pajjiżi li rċevew self iggarantit.
2.2.2. Metodu/i
ta’ kontroll previst(i) Il-Kummissjoni
hija responsabbli mill-ġestjoni tal-garanzija tal-UE. L-operazzjonijiet
ta’ finanzjament tal-EIB fil-kuntest tad-Deċiżjoni proposta se
jitwettqu skont ir-regoli ta’ proċedura standard u l-prattika bankarja
soda tal-BEI Il-BEI u l-Kummissjoni jidħlu fi ftehim li jistabilixxi
dispożizzjonijiet u proċeduri dettaljati rigward l-implimentazzjoni
tad-Deċiżjoni proposta. Ara wkoll it-taqsima 2.1. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet Il-BEI
għandu r-responsabbiltà ewlenija li jadotta l-miżuri ta' prevenzjoni
tal-frodi permezz tal-applikazzjoni għall-operazzjonijiet ta' finanzjament
tal-"Politika tal-BEI dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment
tal-Korruzzjoni, il-Frodi, il-Kollużjoni, il-Ġegħil,
il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu fl-attivitajiet
tal-Bank Ewropew tal-Investiment" li qiegħed jiġi rivedut
bħalissa. F’Diċembru 2010, il-BEI adotta politika lejn
ġurisdizzjonijiet mhux trasparenti, mhux kooperattivi u rregolati b’mod
dgħajjef. Barra
minn hekk, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni jipprevedi
l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontra l-frodi. 3. L-IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i
tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestatura/i tal-baġit affettwata/i
· Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-intestaturi
tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || Diff./non-diff. ([23]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[24] || mill-pajjiżi kandidati[25] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 4. || 01.0305 Il-garanzija tal-UE għas-self u l-garanziji għal self tal-BEI għall-operazzjonijiet f’pajjiżi terzi 01.0306 Il-forniment tal-Fond ta’ Garanzija || Differenzjat Mhux diff. || LE LE || LE LE || LE LE || LE LE 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sommarju
tal-impatt stmat fuq in-nefqa EUR miljun Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || Numru || Intestatura 4 DĠ: ECFIN || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || 2018-2020 || TOTAL Approprjazzjonijiet operazzjonali || || || || || || || || In-numru tal-linja baġitarja 01 0305 || Impenji || (1) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. Pagamenti || (2) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. In-numru tal-linja baġitarja 01 0306 || Impenji || (1a) || 58.482 || 239.759 || 272.664 || 199.039 || 178.055 || 159.750 || 84.820 || 1192.569 Pagamenti || (2 a) || 58.482 || 239.759 || 272.664 || 199.039 || 178.055 || 159.750 || 84.820 || 1192.569 Appropriations of an administrative nature financed mill-pakkett għal programmi speċifiċi[26] || || || || || || || || In-numru tal-linja baġitarja 01 0306 || || (3) || 0 || 0 || 0.5 || 0. || 0 || 0 || 0 || 0.5 TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ ECFIN || Impenji || =1+1a +3 || 58.482 || 239.759 || 273.164 || 199.039 || 178.055 || 159.750 || 84.820 || 1193.069 || Pagamenti || =2+2a +3 || 58.482 || 239.759 || 273.164 || 199.039 || 178.055 || 159.750 || 84.820 || 1193.069 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || 58.482 || 239.759 || 272.664399 || 199.039 || 178.055 || 159.750 || 84.820 || 1192.569 Pagamenti || (5) || 58.482 || 239.759 || 272.664 || 199.039 || 178.055 || 159.750 || 84.820 || 1192.569 TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-qafas finanzjarju għal programmi speċifiċi || (6) || 0 || 0 || 0.5 || 0 || 0 || 0 || 0 || 0.5 TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 58.482 || 239.759 || 273.164 || 199.039 || 178.055 || 159.750 || 84.820 || 1193.069 Pagamenti || =5+ 6 || 58.482 || 239.759 || 273.164 || 199.039 || 178.055 || 159.750 || 84.820 || 1193.069 Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || “ Nefqa amministrattiva ” EUR miljun || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || 2018-2020 || TOTAL DĠ: ECFIN || Riżorsi umani || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 6.419 Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || || TOTAL DĠ ECFIN || Approprjazzjonijiet || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 6.419 TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (impenji totali = pagamenti totali) || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 6.419 EUR miljun || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || 2018-2020 || TOTAL TOTAL ta' approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 59.399 || 240.676 || 274.081 || 199.956 || 178.972 || 160.667 || 85.737 || 1199.488 Pagamenti || 59.399 || 240.676 || 274.081 || 199.956 || 178.972 || 160.667 || 85.737 || 1199.488 3.2.2. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt: Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’
EUR (sa 3 punti deċimali) Indika objettivi u riżultati ò || || || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || 2018-2020 || TOTAL RIŻULTATI Tip ta’ output[27] || Spiża medja tal-output || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru ta' outputs || Spiża || Numru totali ta’ outputs || Spiża totali OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[28]... || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || || Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || || GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2"It-titjib tal-profil tal-UE, ir-rappreżentazzjoni u l-kooperazzjoni esterna tagħha mal-BEI u mal-BERŻ, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn u l-fora ekonomiċi rilevanti maħsuba biex tissaħħaħ il-konverġenza bejn l-istrateġiji u l-ħidmiet tagħhom u l-prijoritajiet esterni tal-UE”. || || || || || || || || || || || || || || || || - Output || || || 1 || 58.482 || 1 || 239.759 || 1 || 272.664 || 1 || 199.039 || 1 || 178.055 || 1 || 159.750 || 1 || 84.820 || 7 || 1192.569 Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || || SPIŻA TOTALI || || 58.482 || || 239.759 || || 272.664 || || 199.039 || || 178.055 || || 159.750 || || 84.820 || || 1192.569 L-impatt stmat fuq
approprjazzjonijiet operattivi jista' jitqassar kif ġej: • 01 0305 - "Garanzija
tal-KE għal-self tal-BEI u garanziji fuq self għal operazzjonijiet
f’pajjiżi terzi" Ir-reġistrazzjoni baġitarja (“p.m.”)
li tirrifletti l-garanzija baġitarja għas-self mill-BEI lil
pajjiżi terzi se tiġi attivata biss fil-każ ta' sejħa
effettiva fuq il-garanzija li ma tkunx tista' tiġi koperta b'mod
sħiħ mill-Fond ta' Garanzija. • 01 0306 - "il-Forniment
tal-Fond ta’ Garanzija" Il-Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet
esterni għandu jiġi fornit skont ir-Regolament tal-Fond ta’
Garanzija. (Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009). B'mod
konformi ma’ dan ir-Regolament, is-self jiġi fornut abbażi tal-ammont
pendenti fl-aħħar tas-sena. L-ammont ta' forniment huwa kkalkolat
fil-bidu tas-sena "n" bħala d-differenza bejn l-ammont fil-mira
(9 % tal-ammont pendenti) u l-assi netti tal-Fond fi tmiem is-sena “n-1”.
Dan l-ammont ta’ forniment jiġi introdott fis-sena “n” fil-baġit
preliminari “n+1” u effettivament imħallas fi tranżazzjoni waħda
fil-bidu tas-sena “n+1” mil-linja baġitarja 01 0306). Il-Fond ta’ Garanzija jkopri wkoll
Għajnuna Makrofinanzjarja u self tal-Euratom li ma jaqgħux fl-ambitu
tad-Deċiżjoni proposta. Għaldaqstant, il-ħtiġijiet
baġitarji stmati jqisu l-operazzjonijiet iffirmati eżistenti kif
ukoll operazzjonijiet potenzjali ġodda skont dawn iż-żewġ
attivitajiet. Il-ħtiġijiet annwali effettivi għall-forniment
tal-Fond ta’ Garanzija fl-2014-2020 jiddependi fl-aħħar
mill-aħħar mir-ritmu attwali tal-firem, l-iżborsamenti u
r-rimborżi tas-self fuq it-tliet attivitajiet, kif ukoll l-evoluzzjoni
tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija. It-tabella ta’ hawn taħt turi
l-attivitajiet ta' azzjoni esterna mistennija koperti mill-Fond ta’ Garanzija
għall-perjodu bejn l-2012 u l-2020 (volum ta’ firem u żborsamenti
tas-self). Attivitajiet ta' azzjoni esterna koperti mill-Fond ta’ Garanzija u l-assi tal-Fond ta' Garanzjia 2012-2020 (EUR ml) || || || || || || || || || || || || || || 2012 || 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || || || || || || || || || || || (A) Volum indikattiv ta’ operazzjonijiet ta’ finanzjament mill-BEI ffirmati (Id-Deċiżjoni l-Ġdida 2014-2020 – Total tal-limitu fiss = EUR 25 000 miljun) || 3 959 || 4 450 || 3 600 || 3 600 || 3 600 || 3 550 || 3 500 || 3 550 || 3 550 (B) L-ammont żborsati pendenti tal-operazzjonijiet tal-BEI bbażati fuq l-iżborsamenti u l-ammortizzazzjonijiet stmati (Deċiżjonijiet antiki u ġodda) || 22 526 || 25 826 || 29 098 || 31 685 || 34 024 || 35 600 || 37 187 || 38 274 || 39 533 (C) L-ammont żborsat pendenti ta' operazzjonijiet oħrajn bbażati fuq l-iżborsamenti u l-ammortizzazzjonijiet stmati (MFA+Euratom) || 573 || 1 310 || 2 187 || 2 266 || 2 336 || 2 204 || 1 725 || 1 230 || 907 (D) = (B) + (C) || Ammont pendenti żborsat totali bbażat fuq l-iżborsamenti u l-ammortizzazzjonijiet || 23 099 || 27 136 || 31 285 || 33 951 || 36 360 || 37 804 || 38 912 || 38 504 || 40 440 || || || || || || || || || || || Noti: || (C) Dawn iċ-ċifri jinkludu self tal-MFA u tal-Euratom ġodda possibbli. || || || || || || || Filwaqt li l-volumi ta’ self għandhom
ikunu kompatibbli mal-forniment kumplessiv previst għall-Qafas
Finanzjarju, il-ħtiġijiet annwali għall-forniment tal-Fond ta’
Garanzija jista’ jvarja minħabba li dawn eventwalment jiġu kkalkulati
fuq il-bażi ta’ ammont żborsati pendenti totali fl-aħħar tas-sena
n-2. Jekk il-ħtiġijiet annwali f'xi sena fil-ġejjieni
jaqbżu l-ammont ta' forniment previst għat-tali sena,
il-kontribuzzjoni addizzjonali se tiġi prinċipalment minn
riallokazzjoni mill-istrumenti finanzjarji li jinkorporaw l-ipprogrammar
ġeografiku, speċjalment fil-każ tal-attivazzjoni tal-limitu addizzjonali
opzjonali. L-impatt baġitarju tal-attivazzjoni possibbli tal-limitu
addizzjonali opzjonali se jkollu jiġi kkalkulat skont it-tbassir
aġġornat dwar il-ħtiġijiet ta' forniment fil-mument
tar-reviżjoni ta' nofs it-term. Il-ħtiġijiet mistennija għal
2014-2020 jqisu l-impatt tas-sejħiet eżistenti dwar self mhux
irkuprat Sirjan li seħħew fl-2012 u fil-bidu tal-2013, kif ukoll
sejħiet mistennija ulterjuri matul is-sentejn wara l-adozzjoni ta' din
il-proposta, jekk is-sitwazzjoni ta' inadempjenza tippersisti matul dawn
is-snin. Madankollu, dawn ma jikkunsidrawx il-ħtiġijiet
baġitarji eċċezzjonali bħal inadempjenzi possibbli
ulterjuri fuq ħlasijiet minn benefiċjarji ta’ self oħrajn li
jistgħu jseħħu, jew l-aġġustamenti tal-istima tal-assi
tal-Fond. Huwa diffiċli li wieħed jistima n-nuqqasijiet potenzjali
tal-ħlasijiet. Għandu jitfakkar li skont ir-Regolament tal-Fond ta'
Garanzija, ir-rikostituzzjoni tal-Fond hija nefqa obbligatorja li f'każ
ta' inadempjenzi mhux mistennija, tkun tirrikjedi r-rikors għal riżorsi
oħrajn tal-Intestatura Nru 4. Madankollu, ir-rapporti semiannwali
tal-Kummissjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-garanziji koperti
mill-baġit ġenerali jippermettu li jiġu meqjusa r-riskji massimi
koperti mill-baġit (cf. ir-rapport [COM(2013)211 u d-dokumenti ta'
ħidma tal-persunal li jakkumpanjah SWD(2013)130 - Is-sitwazzjoni
fit-30 ta' Ġunju 2012]). 3.2.3. Impatt
stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.3.1. Sommarju –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
approprjazzjonijiet amministrattivi –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt: EUR miljun (sa 3
punti deċimali) || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || 2018-2020 || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 6.419 Infiq amministrattiv ieħor || || || || || || || || Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 6.419 Barra l-INTESTATURA 5[29] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || || Riżorsi umani || || || || || || || || Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || 0.500 || || || || || Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0.917 || 0.917 || 1.417 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 6.919 TOTAL || 0.917 || 0.917 || 1.417 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 0.917 || 6.917 3.2.3.2. Rekwiżiti stmati ta’
riżorsi umani –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta'
riżorsi umani –
X Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ
l-użu ta’ riżorsi umani addizzjonali, kif spjegat hawn taħt: L-istima għandha tiġi espressa
f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara
l-punt deċimali || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2016 || 2018-2020 Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 7 || 7 || 7 || 7 || 7 || 7 || 7 XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || || Persunal estern (Ekwivalenti tal-Unità Full Time: FTE)[30] XX 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"qafas finanzjarju globali") || || || || || || || XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u ENS fid-delegazzjonijiet) || || || || || || || XX 01 04 ss [31] || - fil-Kwartieri Ġenerali[32] || || || || || || || - fid-delegazzjonijiet || || || || || || || XX 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || || || || 10 01 05 02 (CA, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || || || || Intestaturi tal-baġit oħrajn (speċifika) || || || || || || || TOTAL || 7 || 7 || 7 || 7 || 7 || 7 || 7 Titolu 01.03 – Affarijiet
Ekonomiċi u Finanzjarji Internazzjonali huwa l-qasam ta’ politika jew
it-titolu tal-baġit ikkonċernat. Ir-riżorsi umani
meħtieġa se jagħmel tajjeb għalihom il-persunal
mid-DĠ, li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni
u/jew li ntbagħat jaħdem mad-DĠ, flimkien, jekk ikun
neċessarju, ma' allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata
lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali
u fid-dawl ta' restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni
tal-kompiti li jridu jitwettqu: Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-kompiti ewlenin li jirriżultaw mill-proposta huma dawn li ġejjin: - It-tħejjija tal-proposta leġiżlattiva; - Is-segwitu tal-proċedura leġiżlattiva mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill, - Ir-relazzjonijiet u l-komunikazzjonijiet mal-BEI, notevolment għat-tħejjija tar-rappurtar, il-preparazzjoni u s-segwitu ta’ garanzija u l-ftehimiet ta’ rkupru, il-linji gwida reġjonali, it-talbiet possibbli għall-garanzija tal-UE, - Segwitu għall-proġetti ta’ investiment tal-BEI fil-kuntest tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI, - L-amministrazzjoni tal-proċedura baġitarja annwali u l-ġestjoni tal-Fond ta’ Garanzija, - Il-preparazzjoni tar-rappurtar meħtieġ mil-leġiżlazzjoni Persunal estern || 3.2.4. Kompatibbiltà
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali –
X Il-proposta/l-inizjattiva hija kumpatibbli
mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali. –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni
tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju
pluriennali[33]. 3.2.5. Kontribuzzjonijiet
minn partijiet terzi –
X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix
kofinanzjament minn partijiet terzi –
Il-proposta/l-inizjattiva tipprovdi
għall-kofinanzjament stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f'EUR miljun (sa 3 punti
deċimali) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi it-tul ta' żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 3.3. Impatt
stmat fuq id-dħul –
¨ Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju
fuq id-dħul. –
X Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt
finanzjarju li ġej: –
¨ fuq
ir-riżorsi proprji –
X fuq dħul mixxellanju EUR miljun (sa 3 punti deċimali) Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva[34] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu …………. || || || || || || || || Għad-dħul
mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa
affettwata/i. Jekk
il-Fond ta’ Garanzija jisboq l-ammont fil-mira, l-ammont eċċessiv
jitreġġa’ lura fil-baġit ġenerali. Il-metodu
għall-kalkolu tal-impatt possibbli fuq id-dħul hija deskritta
fid-dettall f’parti 3.2.2 hawn fuq dwar il-mekkaniżmu
tal-funzjonament tal-Fond ta’ Garanzija. [1] Id-Deċiżjoni
li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf
minn self u garanziji għal self għal proġetti 'l barra
mill-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE (ĠU
L 280, 27.10.2011, p. 1). [2] SWD(2013)XX [3] ĠU
L 145, 10.6.2009, p. 10. [4] ĠU
L 280, 27.10.2011, p. 1. [5] ĠU
L 145, 10.6.2009, p. 10 [6] COM(2011)842 finali [7] ĠU
L 298, 26.10.2012, p. 1. [8] COM(2011)838 finali [9] COM(2011)839 finali
[10] COM(2011)840 finali
[11] COM(2011)843 finali [12] COM(2011)844 finali [13] COM(2011)845 finali [14] COM(2011)841 finali [15] Din
id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju
għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi ma'
UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni
tal-indipendenza tal-Kosovo. [16] ĠU
L 298, 26.10.2012, p. 1. [17] Ir-Regolament
tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 li
jistabbilixxi Fond ta’ Garanzija għal azzjonijiet esterni (ĠU
L 145, 10.6.2009, p. 10). [18] ABM:
Maniġment Ibbażat fuq l-Attività – ABB: Ibbaġitjar Ibbażat
fuq l-Attività. [19] Kif
imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju. [20] http://www.eib.org/projects/cycle/monitoring/rem.htm [21] Ta' min jinnota li jekk mal-iskadenza tal-mandat
tal-31 ta' Diċembru 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill
ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija ġdida
tal-UE lill-BEI għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament tiegħu barra
l-Unjoni, id-Deċiżjoni 1080/2011/UE tipprevedi li dak il-perjodu
għandu awtomatikament jiġġedded b’sitt xhur. [22] Id-dettalji
tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju
jinsabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [23] Diff.
= Approprjazzjonijiet differenzjati/ = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati. [24] EFTA:
Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [25] Il-pajjiżi
kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent
tal-Balkani. [26] L-għajnuna
u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ
għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (il-linji
"BA" preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta. [27] L-outputs
huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu fornuti (e.g.: in-numru ta'
skambji ta' studenti ffinanzjati, numru ta' km ta' toroq mibnija,
eċċ.). [28] Kif
ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. "Għan(ijiet)
speċifiku/speċifiċi...” [29] L-għajnuna
u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ
għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (il-linji
"BA" preċedenti), riċerka indiretta, riċerka diretta. [30] AK=
Aġent Kuntrattwali; INT= persunal tal-aġenzija (“Intérimaire”);
JED= “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ
f’Delegazzjonijiet); AL= Aġent Lokali; ENS = Esperti Nazzjonali Sekondati;
[31] Taħt
il-limitu ta’ persunal estern minn approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li
kienu linji “BA”). [32] Essenzjalment
għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp
Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [33] Ara
l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [34] Fir-rigward
tar-riżorsi proprji tradizzjonali (imposti tad-dwana, dazji taz-zokkor),
l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti
gross wara t-tnaqqis ta’ 25% għall-ispejjeż tal-ġbir.