This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0276
Proposal for a COUNCIL DECISION on the position to be adopted, on behalf of the European Union, on the proposal to amend the Customs Convention on the International Transport of goods under cover of TIR carnets (TIR Convention 1975)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-proposta biex tiġi emendata l-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti koperti mill-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-proposta biex tiġi emendata l-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti koperti mill-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975)
/* COM/2013/0276 final - 2013/0148 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-proposta biex tiġi emendata l-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti koperti mill-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975) /* COM/2013/0276 final - 2013/0148 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA 1.1. Raġunijiet
għall-proposta u l-għanijiet tagħha Il-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport
Internazzjonali ta' oġġetti li jaqgħu taħt
il-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR)
tal-14 ta' Novembru 1975 ġiet approvata f’isem l-Unjoni
Ekonomika Ewropea permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78.
Il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ fl-Unjoni
fl-20 ta’ Ġunju 1983. L-għan tad-Deċiżjoni proposta
huwa li l-Unjoni tadotta l-aħħar emendi li saru fil-Konvenzjoni tat-TIR,
miftiehma mill-Grupp ta’ Ħidma dwar Kwistjonijiet Doganali li Jaffettwaw
it-Trasport tal-UNECE u adottati wkoll mill-Kumitat Amministrattiv
għall-Konvenzjoni tat-TIR tal-1975, suġġett għat-tlestija
tal-proċeduri interni tal-UE. Fil-5 ta’ Lulju 2012, il-Kumitat
Amministrattiv ittrażmetta lis-Segretarju Ġenerali, skont
id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59(1) u (2) tal-Konvenzjoni,
proposti ta’ emendi għall-Artikoli 6.2 bis u l-Anness 9 tat-test
tal-Konvenzjoni, adottati mit-tlieta u ħamsin sessjoni li saret
f’Ġinevra fid-9 ta’ Frar 2012. Fl-10 ta’ Lulju s-Segretarju Ġenerali
ħareġ in-Notifika Depożitarja C.N.358.2012.TREATIES, fejn
ikkomunika li jekk sal-10 ta’ Lulju 2013 ħadd mill-Partijiet Kontraenti ma
jkun innotifika xi oġġezzjoni għall-emendi proposti, dawn se
jidħlu fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2013. 1.2. Il-kuntest
ġenerali Il-Konvenzjoni TIR, li hija amministrata
mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE)
ibbażata f’Ġinevra, stabbiliet proċedura doganali ta’
tranżitu għall-moviment internazzjonali ta’ oġġetti
bit-triq. Permezz tal-Konvenzjoni, prodotti li huma taħt sospensjoni
tad-dwana jew tat-taxxa jistgħu jaqsmu l-fruntieri internazzjonali bi ftit
li xejn intervent min-naħa tal-awtoritajiet doganali, hekk kif ikunu għaddejjin
fi triqthom. Peress illi tħaffef l-impedimenti tradizzjonali
għall-moviment internazzjonali tal-oġġetti, is-sistema tat-TIR
tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-kummerċ internazzjonali.
Peress illi twassal għal tnaqqis fid-dewmien ta' tranżitu, l-ispejjeż
ta' trasport jonqsu wkoll b'mod sinifikanti. Il-vantaġġ l-aktar
importanti tas-sistema huwa l-fatt li l-Konvenzjoni TIR tipprovdi, permezz
tal-katina internazzjonali ta’ garanzija, aċċess relattivament
sempliċi għall-garanziji meħtieġa. Il-Grupp ta’ Ħidma dwar Kwistjonijiet
Doganali li Jolqtu t-Trasport, jaqbel li għandhom isiru xi
modifikazzjonijiet fil-Konvenzjoni TIR. Dawn il-modifiki jikkonċernaw
l-emenda tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni TIR sabiex tiġi introdotta
Parti III ġdida fl-Anness 9 tal-Konvenzjoni TIR li tistabbilixxi
l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li għandhom jiġu rispettati minn
organizzazzjoni internazzjonali li tkun awtorizzata tieħu r-responsabbiltà
għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi ta’ sistema
internazzjonali ta’ garanziji u li tistampa u tqassam Carnets TIR. Dik
l-organizzazzjoni internazzjonali attwalment hija l-Organizzazzjoni
Internazzjonali tat-Trasport bit-Triq (IRU). Din il-parti III ġdida tal-Anness 9, se
tikkumplimenta l-għan tal-Anness 9 li jindirizza l-aċċess
għall-proċedura tat-TIR mis-settur privat u li diġà jittratta
l-awtorizzazzjonijiet ta’ assoċjazzjonijiet nazzjonali biex
joħorġu carnets TIR kif ukoll biex persuni fiżiċi u
ġuridiċi jużaw il-carnets TIR. 1.3. Dispożizzjonijiet
eżistenti fil-qasam tal-proposta L-Artikolu 6 u n-noti ta’ Spjegazzjoni
għall-Artikolu 6, il-Paragrafu 2 bis tal-Konvenzjoni TIR. 1.4. Konsistenza
ma' politiki u l-għanijiet oħra tal-Unjoni Id-Deċiżjoni proposta hija
konsistenti mal-politika komuni dwar il-kummerċ u t-trasport. Permezz
tas-sistema tat-TIR, li tiffaċilta t-trasport bit-triq, diversi prodotti
jistgħu jivvjaġġaw bejn 68 Parti Kontraenti b'indħil
mill-inqas min-naħa tal-amministrazzjonijiet doganali u, permezz ta'
katina internazzjonali ta’ garanziji, tipprovdi aċċess relattivament
sempliċi għall-garanziji meħtieġa. Is-simplifikazzjonijiet
miksuba permezz tal-Konvenzjoni TIR huma konformi mal-Istrateġija riveduta
ta’ Lisbona. 2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET
INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT 2.1. Konsultazzjoni
mal-partijiet interessati Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi
ewlenin fil-mira u profil ġenerali tar-rispondenti L-Unjoni Internazzjonali tat-Trasport bit-Triq
ġiet ikkonsultata dwar il-proposta. Il-konsultazzjonijiet saru waqt
laqgħat u sessjonijiet tal-Kumitat tal-Leġiżlazzjoni Doganali
(Koordinazzjoni Ġinevra) tal-Grupp ta’ Ħidma dwar Kwistjonijiet
Doganali li Jaffettwaw it-Trasport tal-UNECE. Sommarju tat-tweġibiet u kif
ġew meqjusa Opinjoni favorevoli. 2.2. Ġbir
u użu ta' għarfien espert Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien
espert estern. 2.3. Valutazzjoni
tal-impatt L-emendi proposti ma jibdlux is-sostanza
tal-Anness 9 tal-Konvenzjoni TIR. Madankollu, l-introduzzjoni ta’ parti III
ġdida, se tikkomplimenta l-għan tagħha billi tiddefinixxi b’mod
ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ dawk kollha involuti fis-sistema
TIR, għall-finijiet ta’ trasparenza fl-immaniġġjar tagħha.
Barra minn hekk, peress li l-organizzazzjoni internazzjonali attwalment
għandha rwol vitali fis-sistema TIR, il-Konvenzjoni TIR għandha tiddefinixxi
din l-organizzazzjoni b’mod ċar u tispjega kif il-proċedura
għall-awtorizzazzjoni ta’ din l-organizzazzjoni għandha tiġi
applikata. L-introduzzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti
fit-test legali tal-Konvenzjoni TIR se tissimplifika wkoll it-test ta’ ftehim
bil-miktub bejn l-UNECE u l-organizzazzjoni internazzjonali skont in-Nota ta'
Spjegazzjoni 0.6.2 bis 2. 3. ELEMENTI ĠURIDIĊI
TAL-PROPOSTA 3.1. Sommarju
tal-azzjoni proposta Id-Deċiżjoni proposta tistabbilixxi
l-pożizzjoni li għandha tieħu l-Unjoni dwar il-proposta
għal emenda fil-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’
oġġetti koperti mill-carnets TIR. 3.2. Bażi
ġuridika L-Artikoli 207 u 218(9) tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 3.3. Prinċipju
tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ f'qasam ta’ kompetenza
esklussiva tal-Unjoni Ewropea (il-politika kummerċjali komuni) u
għalhekk ma għandhiex bżonn ta' eżami fir-rigward
tal-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea). L-emendi proposti ġew adottati b'mod
preliminari mill-Grupp ta’ Ħidma tal-UNECE dwar Kwistjonijiet Doganali li
Jaffettwaw it-Trasport u mill-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR. 3.4. Prinċipju
tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità. Hija tippermetti l-implimentazzjoni ta' emenda
għall-ftehim internazzjonali li fih innifsu jirrispetta l-prinċipju
tal-proporzjonalità. 3.5. Għażla
tal-istrumenti Strument propost: Deċiżjoni. Ftehimiet internazzjonali u emendi għal
dawn l-arranġamenti normalment jiġu introdotti fis-sistema
ġuridika tal-Unjoni permezz ta’ Deċiżjoni. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda
implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. 2013/0148 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha
tieħu l-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-proposta biex tiġi emendata
l-Konvenzjoni Doganali dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ oġġetti
koperti mill-carnets TIR (il-Konvenzjoni TIR tal-1975) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207,
flimkien mal-Artikolu 218 (9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Il-Konvenzjoni Doganali dwar
it-Trasport Internazzjonali ta' oġġetti koperti mill-carnets TIR
(il-Konvenzjoni TIR) tal-14 ta' Novembru 1975 ġiet approvata f’isem
l-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2112/78 tal-25 ta’
Lulju 1978[1]
u daħlet fis-seħħ fl-Unjoni fl-20 ta’ Ġunju 1983[2]. (2) Verżjoni
konsolidata tal-Konvenzjoni TIR ġiet ippubblikata bħala Anness
fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/477/KE tat-28 ta' Mejju 2009[3], skont liema
l-Kummissjoni għandha tippubblika emendi futuri tal-Konvenzjoni f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn tindika d-dħul
fis-seħħ tagħhom. (3) Wara deliberazzjonijiet twal,
f'Ottubru 2011, il-Grupp ta’ Ħidma dwar Kwistjonijiet Doganali li
Jaffettwaw it-Trasport iddeċieda li kien hemm bżonn isiru xi
modifikazzjonijiet għall-Konvenzjoni TIR. Dawn il-modifiki jikkonċernaw
l-Artikolu 6 u l-introduzzjoni ta' Parti III ġdida fl-Anness 9
tal-Konvenzjoni TIR li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li
għandhom jiġu rispettati minn organizzazzjoni internazzjonali li tkun
awtorizzata tieħu r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u
għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u
li tistampa u tqassam Carnets TIR. (4) L-emendi proposti
għall-Konvenzjoni TIR jintroduċu definizzjoni tal-organizzazzjoni
internazzjonali u jiddefinixxu b’mod ċar il-proċess ta’
awtorizzazzjoni ta’ din l-organizzazzjoni. L-introduzzjoni ta’ parti III
ġdida fl-Anness 9, se tikkomplimenta l-għan tiegħu billi
tiddefinixxi b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ta’ dawk kollha
involuti fis-sistema TIR u żżid it-trasparenza
fl-immaniġġjar tagħha. L-introduzzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet
u r-rekwiżiti fit-test ġuridiku għall-Konvenzjoni TIR ser
tissimplifika wkoll it-test tal-ftehim bil-miktub bejn l-UNECE u
l-organizzazzjoni internazzjonali skont in-Nota ta' Spjegazzjoni 0.6.2 bis 2. (5) Fi ħdan il-Kumitat
tal-Leġiżlazzjoni Doganali (Koordinazzjoni Ġinevra), id-delegati
tal-Istati Membri kollha esprimew opinjoni favorevoli dwar il-proposta
għall-emenda. (6) Fil-53 sessjoni tiegħu
fi Frar 2012, il-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR adotta l-emendi
proposti tal-Konvenzjoni TIR, soġġett għat-tlestija
tal-proċeduri interni tal-UE. (7) Fil-5 ta’ Lulju 2012,
il-Kumitat Amministrattiv ittrażmetta lis-Segretarju Ġenerali, skont
id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 59(1) u (2) tal-Konvenzjoni, proposti
ta’ emendi għall-Artikoli 6.2bis u l-Anness 9 tat-test tal-Konvenzjoni,
adottati fit-tlieta u ħamsin sessjoni tiegħu li saret f’Ġinevra
fid-9 ta’ Frar 2012. Fl-10 ta’ Lulju s-Segretarju Ġenerali ħareġ
in-Notifika Depożitarja C.N.358.2012.TREATIES, fejn ikkomunika li jekk
sal-10 ta’ Lulju 2013 ħadd mill-Partijiet Kontraenti ma jkun innotifika xi
oġġezzjoni għall-emendi proposti, dawn se jidħlu
fis-seħħ fl-10 ta’ Ottubru 2013. (8) Għalhekk, għandha
tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar l-emenda proposta, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni li għandha tittieħed
mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Amministrattiv tal-Konvenzjoni TIR għandha
tiġi bbażata fuq l-abbozz tal-emenda mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata
lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippubblika
l-emenda, meta tiġi adottata, f'Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea u tindika d-data tad-dħul fis-seħħ
tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS Fl-Artikolu 6, qiegħed
jiddaħħal paragrafu ġdid kif ġej: Artikolu 6, paragrafu 2 bis Modifika
tal-paragrafu 2 bis biex jiġi jinqara: 2 bis Organizzazzjoni internazzjonali tkun
awtorizzata mill-Kumitat Amministrattiv biex tieħu r-responsabbiltà
tal-organizzazzjoni u l-funzjonament effettivi ta' sistema internazzjonali ta'
garanziji. L-awtorizzazzjoni se tingħata jekk l-organizzazzjoni tissodisfa
l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-Anness 9, Taqsima III.
Il-Kumitat Amministrattiv jista' jirrevoka l-awtorizzazzjoni jekk dawn
il-kundizzjonjiet u r-rekwiżiti ma jibqgħux issodisfati. Fl-Anness 9, qiegħda
tiddaħħal Part III ġdida kif ġej: Anness 9, parti III ġdida Tidħol
il-parti III ġdida biex jiġi jinqara: Awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjoni
internazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 6, biex tieħu
r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u għall-funzjonament effettivi
ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u biex tistampa u tqassam Carnets TIR
Kondizzjonijiet u rekwiżiti 1. Il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti li
għandhom jiġu rrispettati minn organizzazzjoni internazzjonali sabiex
tkun awtorizzata, skont l-Artikolu 6.2bis tal-Konvenzjoni, mill-Kumitat
Amministrattiv biex tieħu r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni u
għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u
biex tistampa u tqassam Carnets TIR huma: (a) Prova ta’ kompetenza professjonali tajba u
l-pożizzjoni finanzjarja għall-organizzazzjoni u
għall-funzjonament effettivi ta’ sistema internazzjonali ta’ garanziji u
ta’ kapaċijiet organizzazzjonali biex tissodisfa l-obbligi tagħha skont
il-Konvenzjoni permezz ta’ sottomissjonijiet annwali ta' rapporti finanzjarji
konsolidati awditjati kif xieraq minn awdituri indipendenti rikonoxxuti
internazzjonalment; (b) Nuqqas ta’ reati serji jew ripetuti kontra
l-leġiżlazzjoni doganali jew fiskali. 2. Skont l-awtorizzazzjoni, l-organizzazzjoni
internazzjonali għandha: (a) tipprovdi lill-Partijiet Kontraenti
tal-Konvenzjoni TIR permezz tal-assoċjazzjonijiet nazzjonali affiljati
mal-organizzazzjoni internazzjonali b’kopji ċertifikati tal-kuntratt
tal-garanzija globali u bi prova tal-kopertura tal-garanzija; (b) tipprovdi lill-korpi kompetenti
tal-Konvenzjoni TIR b’informazzjoni dwar ir-regoli u l-proċeduri
stabbiliti għall-ħruġ tal-Carnets TIR
mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali; (c) tipprovdi lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni
TIR, fuq bażi annwali, b’dejta dwar il-pretensjonijiet ippreżentati,
pendenti, imħallsa jew saldati mingħajr pagamenti; (d) tipprovdi lill-korpi kompetenti
tal-Konvenzjoni TIR b’informazzjoni sħiħa u kompluta dwar
il-funzjonament tas-sistema TIR, b’mod partikolari, imma mhux limitata
għal, informazzjoni f’waqtha u fondata tajjeb dwar ix-xejriet
fl-għadd ta’ operazzjonijiet TIR mhux terminati, pretensjonijiet
ippreżentati, pendenti, imħallsa jew saldati mingħajr pagamenti
li jistgħu jagħtu lok għal tħassib rigward il-funzjonament
tajjeb tas-sistema TIR jew li jistgħu jwasslu għal diffikultajiet
fit-tkomplija tal-operat tas-sistema internazzjonali ta' garanziji; (e) tipprovdi lill-korpi kompetenti
tal-Konvenzjoni TIR b’dejta statistika dwar l-għadd ta’ Carnets TIR
imqassma lil kull Parti Kontraenti, kategorizzati skont it-tip; (f) tipprovdi lill-Bord Eżekuttiv tat-TIR
bid-dettalji tal-prezz tad-distribuzzjoni mill-organizzazzjoni internazzjonali
għal kull tip ta’ Carnet TIR; (g) tieħu l-passi kollha possibbli biex
tnaqqas ir-riskju tal-falsifikazzjoni tal-Carnets TIR; (h) tieħu azzjoni korrettiva xierqa
f’każijiet fejn jiġu identifikati difetti jew nuqqasijiet fil-Carnet
TIR u tirrapportahom lill-Bord Eżekuttiv tat-TIR; (j) tipparteċipa bis-sħiħ fil-każijiet
fejn il-Bord Eżekuttiv tat-TIR jintalab jiffaċilita soluzzjoni
għal tilwim; (k) tiżgura li kwalunkwe problema li
tinvolvi attivitajiet ta' frodi jew diffikultajiet oħra fir-rigward
tal-applikazzjoni tal-Konvenzjoni TIR tinġieb immedjatament għall-attenzjoni
tal-Bord Eżekuttiv tat-TIR; (l) timmaniġġja s-sistema ta’
kontroll tal-Carnets TIR, prevista fl-Anness 10 tal-Konvenzjoni, flimkien
mal-assoċjazzjonijiet nazzjonali garanti affiljati mal-organizzazzjoni
internazzjonali u l-awtoritajiet Doganali u tinforma lill-Partijiet Kontraenti
u lill-korpi kompetenti tal-Konvenzjoni dwar il-problemi li jinqalgħu
fis-sistema; (m) tipprovdi lill-korpi kompetenti
tal-Konvenzjoni TIR bl-istatistika u d-dejta dwar il-prestazzjoni tal-Partijiet
Kontraenti fir-rigward tas-sistema ta’ kontroll kif previst fl-Anness 10; (n) tikkonkludi, mhux inqas minn xahrejn qabel
id-data proviżorja tad-dħul fis-seħħ jew it-tiġdid
tal-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6.2bis tal-Konvenzjoni,
ftehim bil-miktub mas-segretarjat tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa
tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mandat minn u f’aġir għan-nom tal-Kumitat
Amministrattiv, li għandu jinkludi l-aċċettazzjoni
mill-organizzazzjoni internazzjonali tad-dmirijiet tagħha stabbiliti f’dan
il-paragrafu. 3. Meta l-organizzazzjoni internazzjonali tkun
infurmata minn assoċjazzjoni garanti dwar pretensjoni għal pagament,
hija għandha, fi żmien perjodu ta’ tliet (3) xhur tinforma
lill-assoċjazzjoni garanti dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward
tal-pretensjoni. 4. L-informazzjoni kollha miksuba, direttament
jew indirettament, mill-organizzazzjoni internazzjonali skont il-Konvenzjoni,
li min-natura tagħha tkun kunfidenzjali jew li tiġi pprovduta fuq
bażi kunfidenzjali, għandha tkun koperta bl-obbligu ta’ segretezza
professjonali u ma għandhiex tintuża jew tiġi pproċessata
la għal xi għan kummerċjali u lanqas għal kwalunkwe skop
ieħor ħlief dak li għalih tkun ġiet ipprovduta jew
żvelata lil kwalunkwe parti terza mingħajr il-permess espliċitu
tal-persuna jew l-awtorità li provdietha. Tali informazzjoni tista’,
madankollu, tiġi żvelata mingħajr permess lill-awtoritajiet
kompetenti tal-Partijiet Kontraenti għal din il-Konvenzjoni, fejn ikun
hemm awtorizzazzjoni jew obbligu li tagħmel hekk skont
id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali jew internazzjonali jew
b’konnessjoni ma’ proċeduri legali. L-iżvelar jew il-komunikazzjoni
ta’ informazzjoni għandhom isiru b’konformità sħiħa
mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta fis-seħħ. 5. Il-Kumitat Amministrattiv għandu jkollu
d-dritt jirrevoka l-awtorizzazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 6.2bis
f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dawn il-kundizzjonijiet u
r-rekwiżiti. Jekk il-Kumitat Amministrattiv jiddeċiedi li jirrevoka
l-awtorizzazzjoni, id-deċiżjoni ssir effettiva l-aktar kmieni sitt
(6) xhur wara d-data tar-revoka. 6. L-awtorizzazzjoni ta’ organizzazzjoni
internazzjonali skont it-termini stabbiliti hawn fuq għandha tkun
mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet u l-obbligi
tal-organizzazzjoni skont il-Konvenzjoni. [1] ĠU L 252, 14.09.1978, p. 1. [2] ĠU L 31, 2.2.1983, p. 13. [3] ĠU L 165, 26.6.2009, p. 1.