This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0185
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL repealing Council Regulation (EC) No 827/2004 prohibiting imports of Atlantic bigeye tuna (Thunnus obesus) originating in Bolivia, Cambodia, Equatorial Guinea, Georgia and Sierra Leone and repealing Regulation (EC) No 1036/2001
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 827/2004 li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga mill-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja, l-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Ġeorġja u Sjerra Leone u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 827/2004 li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga mill-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja, l-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Ġeorġja u Sjerra Leone u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001
/* COM/2013/0185 final - 2013/0097 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 827/2004 li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga mill-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja, l-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, Ġeorġja u Sjerra Leone u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001 /* COM/2013/0185 final - 2013/0097 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA L-Unjoni ilha Parti Kontraenti
għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn
tal-Atlantiku (il-Konvenzjoni ICCAT) mill-14 ta’ Novembru 1997,
wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE[1]. Il-Konvenzjoni ICCAT tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni
reġjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni tat-tonn u
l-ispeċijiet li jixbħu t-tonn fl-Oċean Atlantiku u l-ibħra
li jmissu miegħu permezz tat-twaqqif ta’ Kummissjoni Internazzjonali
għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u l-adozzjoni ta’
miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni minn din il-Kummissjoni li
jorbtu lill-Partijiet Kontraenti. Fl-1998, l-ICCAT adottat
ir-Riżoluzzjoni 98-18 dwar il-qabdiet ta' tonn mhux rapportati u mhux
regolati minn bastimenti ta’ skala kbira li jużaw il-konzijiet
fiż-Żona ta’ Konservazzjoni. Dik ir-Riżoluzzjoni tistabbilixxi
proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi li l-bastimenti
tagħhom kienu stadu għat-tonn u għal speċijiet li
jixbħu t-tonn b’mod li naqqas l-effettività tal-miżuri ta’
konservazzjoni u ġestjoni tal-ICCAT. Speċifikat ukoll miżuri li
għandhom jittieħdu, li jinkludu, jekk meħtieġ, miżuri
restrittivi tal-kummerċ mhux diskriminatorji, biex ma jkunx permess li
l-bastimenti ta' dawk il-pajjiżi jkomplu dawn il-prattiki tas-sajd. Mill-adozzjoni
tar-Riżoluzzjoni 98-18, l-ICCAT identifikat il-Bolivja, il-Kambodja,
il-Ginea Ekwatorjali, il-Ġeorġja u Sjerra Leone bħala
pajjiżi li l-bastimenti tagħhom jistadu għat-tonn għajnu
kbira tal-Atlantiku (Thunnus obesus) b’mod li jnaqqas l-effettività
tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u ssostanzjat dawn
is-sejbiet b'dejta dwar il-qabdiet, il-kummerċ u l-attivitajiet
tal-bastimenti. B’konsegwenza ta’ dan, l-ICCAT irrakkomandat li l-Partijiet
Kontraenti jieħdu l-miżuri xierqa, konsistenti
mad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni tal-1998, li tiddikjara li
għandha tkun ipprojbita l-importazzjoni tat-tonn għajnu kbira
tal-Atlantiku u l-prodotti tiegħu fi kwalunkwe forma mill-pajjiżi
msemmija hawn fuq. B'konsegwenza ta' dan, ġew ipprojbiti
l-importazzjonijiet tat-tonn għajnu kbira tal-Atlantiku li joriġina
fil-Bolivja, il-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali, il-Ġeorġja u Sjerra
Leone fl-Unjoni Ewropea mir-Regolament (KE) Nru 827/2004[2] Fl-14-il Laqgħa Speċjali fl-2004,
l-ICCAT għarfet l-isforzi magħmula mill-Kambodja, il-Ginea
Ekwatorjali u Sjerra Leone biex jindirizzaw it-tħassib tagħha u
adottat rakkomandazzjonijiet biex tneħħi miżuri restrittivi
tal-kummerċ fil-konfront ta’ dawk it-tliet pajjiżi. B’konsegwenza ta’ dan, ir-Regolament (KE)
Nru 827/2004 ġie emendat bir-Regolament (KE) Nru 919/2005[3], sabiex ikompli jipprojbixxi
dawn l-importazzjonijiet biss mill-Bolivja u l-Ġeorġja, filwaqt li
l-importazzjonijiet mill-Kambodja, il-Ginea Ekwatorjali u Sjerra Leone ġew
awtorizzati mill-ġdid. Barra minn hekk, waqt it-22 laqgħa
annwali regolari, l-ICCAT għarfet l-isforzi magħmula u l-azzjonijiet
meħuda mill-Bolivja u l-Ġeorġja u adottat
ir-Rakkomandazzjoni 11-19 li tneħħi l-projbizzjonijiet fuq
l-importazzjoni tat-tonn għajnu kbira tal-Atlantiku u l-prodotti
tiegħu li kienu ġew imposti fuq dawk iż-żewġ
pajjiżi. Għalhekk jeħtieġ li
jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 827/2004 kif emendat mir-Regolament
(KE) Nru 919/2005. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Mhux applikabbli. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA L-ICCAT adottat it-tneħħija
tal-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni tat-tonn għajnu kbira
tal-Atlantiku u l-prodotti tiegħu li kienu imposti fuq il-Bolivja u
l-Ġeorġja, il-korp internazzjonali li tiegħu l-Unjoni Ewropea
hija Parti Kontraenti. Sabiex tirrispetta l-impenji internazzjonali
tagħha, l-Unjoni Ewropea għandha ddaħħal fis-seħħ
deċiżjoni bħal din fil-liġi tal-Unjoni u għalhekk tħassar
r-Regolament (KE) Nru 827/2004. Minħabba li din il-proposta tittratta
l-politika kummerċjali komuni, il-bażi legali tagħha
għandha tkun l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
Mhux applikabbli 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI Mhux applikabbli 2013/0097 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 827/2004 li jipprojbixxi l-importazzjoni tat-tonn alalunga
mill-Atlantiku (Thunnus obesus) li joriġina fil-Bolivja, l-Kambodja,
il-Ginea Ekwatorjali, Ġeorġja u Sjerra Leone u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1036/2001 IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li l-att leġiżlattiv
intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) L-Unjoni Ewropea ilha Parti
Kontraenti għall-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni
tat-Tonn tal-Atlantiku (il-Konvenzjoni ICCAT)
mill-14 ta’ Novembru 1997, wara l-adozzjoni
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 86/238/KEE[4]. (2) Il-Konvenzjoni ICCAT
tipprovdi qafas għall-kooperazzjoni reġjonali fil-konservazzjoni u
l-ġestjoni tat-tonn u l-ispeċijiet li jixbħu t-tonn
fl-Oċean Atlantiku u l-ibħra li jmissu miegħu permezz
tal-istabbiliment ta’ Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni
tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni
u ġestjoni minn din il-Kummissjoni li jorbtu lill-Partijiet Kontraenti. (3) Fl-1998, l-ICCAT adottat
ir-Riżoluzzjoni 98-18 dwar il-qabdiet ta' tonn mhux rapportati u mhux
regolati minn bastimenti ta’ skala kbira li jużaw il-konzijiet
fiż-żona ta’ Konservazzjoni. Dik ir-Riżoluzzjoni tistabbilixxi
proċeduri għall-identifikazzjoni ta’ pajjiżi li l-bastimenti tagħhom
kienu stadu għat-tonn u għal speċijiet li jixbħu t-tonn
b’mod li naqqas l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u
ġestjoni tal-ICCAT. Din speċifikat ukoll miżuri li għandhom
jittieħdu, li jinkludu, jekk meħtieġ, miżuri restrittivi
tal-kummerċ mhux diskriminatorji, biex ma jkunx permess li l-bastimenti
ta' dawk il-pajjiżi jkomplu prattiki bħal dawn ta' sajd. (4) Wara l-adozzjoni
tar-Riżoluzzjoni 98-18, l-ICCAT identifikat il-Bolivja, il-Kambodja,
il-Ginea Ekwatorjali, il-Ġeorġja u Sjerra Leone bħala
pajjiżi li l-bastimenti tagħhom jistadu għat-tonn għajnu
kbira tal-Atlantiku (Thunnus obesus) b’mod li jnaqqsu l-effettività
tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni u ssostanzjat dawn
is-sejbiet b'dejta dwar il-qabdiet, il-kummerċ u l-attivitajiet
tal-bastimenti. (5) B’konsegwenza ta’ dan, l-ICCAT
irrakkomandat li l-Partijiet Kontraenti jieħdu l-miżuri xierqa,
konsistenti mad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni tal-1998, li
tgħid li l-importazzjoni tat-tonn għajnu kbira tal-Atlantiku u
l-prodotti tiegħu fi kwalunkwe forma mill-pajjiżi msemmija hawn fuq
ikunu pprojbiti. (6) L-importazzjonijiet tat-tonn
għajnu kbira tal-Atlantiku li joriġina fil-Bolivja, il-Kambodja,
il-Ginea Ekwatorjali, il-Ġeorġja u Sjerra Leone fl-Unjoni Ewropea
ġew ipprojbiti mir-Regolament (KE) Nru 827/2004[5] (7) Fl-14-il Laqgħa Speċjali
fl-2004, l-ICCAT għarfet l-isforzi magħmula mill-Kambodja, il-Ginea
Ekwatorjali u Sjerra Leone biex jindirizzaw it-tħassib tagħha u
adottat rakkomandazzjonijiet biex tneħħi miżuri restrittivi
tal-kummerċ fil-konfront ta’ dawk it-tliet pajjiżi. (8) B’konsegwenza ta’ dan,
ir-Regolament (KE) Nru 827/2004 ġie emendat bir-Regolament (KE)
Nru 919/2005[6],
sabiex ikompli jipprojbixxi dawn l-importazzjonijiet biss mill-Bolivja u
l-Ġeorġja, filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Kambodja, il-Ginea
Ekwatorjali u Sjerra Leone ġew permessi mill-ġdid. (9) Waqt it-22 laqgħa
annwali regolari tagħha, l-ICCAT għarfet l-azzjonijiet meħuda
mill-Bolivja u l-Ġeorġja u adottat ir-Rakkomandazzjoni 11-19 u
neħħiet il-projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni tat-tonn għajnu
kbira tal-Atlantiku u l-prodotti tiegħu li kienu imposti fuq dawk
iż-żewġ pajjiżi li kien fadal. (10) Għalhekk, ir-Regolament
(KE) Nru 827/2004 għandu jiġi mħassar. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 827/2004 huwa mħassar. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fis-seba' jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU L 162, 18.6.1986, p. 33. [2] ĠU L 127, 29.4.2004, p. 21. [3] ĠU L 156, 18.6.2005, p. 1. [4] ĠU L 162, 18.6.1986, p. 33. [5] ĠU L 127, 29.4.2004, p. 21. [6] ĠU L 156, 18.6.2005, p. 1.