Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0052

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

/* COM/2013/052 final - 2013/0031 (NLE) */

52013PC0052

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja /* COM/2013/052 final - 2013/0031 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku hija meħtieġa minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fil-futur qrib.

It-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea[1] ġie ffirmat mill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja fi Brussell fid-9 ta' Diċembru 2011.

L-Artikolu Artikolu 3(3) tat-Trattat tal-Adeżjoni jipprevedi li jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2013 sakemm l-istrumenti ta' ratifika kollha jkunu ġew depożitati qabel dik id-data.

L-Artikolu 3(4) tat-Trattat tal-Adeżjoni jippermetti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex, qabel id-dħul, jadottaw miżuri li għalihom hemm referenza, inter alia, fl-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja[2]. Dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ biss soġġetti għal, u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni.

L-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni jipprovdi li fejn atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti f'dan l-Att jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, (jekk l-att oriġinali kien adottat mill-Kummissjoni) għandhom jadottaw l-atti meħtieġa.

Il-punt 2 tal-Att Finali[3] jirreferi għall-ftehim politiku fuq sett ta' adattamenti biex jiġu adottati mill-istituzzjonijiet li ntlaħaq bejn l-Istati Membri u l-Kroazja fil-kuntest tal-approvazzjoni tat-Trattat tal-Adeżjoni; Il-Partijiet Għolja Kontraenti tat-Trattat tal-Adeżjoni, stiednu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni, kompluti u aġġornati fejn meħtieġ sabiex titqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

Il-proposta preżenti għal Direttiva tal-Kunsill tkopri d-direttivi kollha tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jeħtieġu addattament tekniku minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja fil-qasam tal-akkwist pubbliku – tikkorrispondi għal Kapitolu 5 tan-negozjati.

Din il-proposta hija parti minn serje ta' proposti għal direttivi tal-Kunsill mill-Kummissjoni lill-Kunsill li jiġbru flimkien l-adattamenti tekniċi għad-direttivi tal-Kunsill kif ukoll għad-direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkorrispondu mal-kapitoli tan-negozjati fi proposti separati għal direttivi differenti tal-Kunsill. Din l-istruttura hija mfassla sabiex tkun iffaċilitata t-traspożizzjoni tad-direttivi kkonċernati mill-Istati Membri fl-ordnijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom. Il-pakkett ta’ proposti għal atti legali li l-Kummissjoni ttrażmettiet lill-Kunsill huwa kompost minn din is-serje ta' proposti għal direttivi tal-Kunsill fuq naħa waħda, kif ukoll proposta għal regolament wieħed tal-Kunsill li jkopri r-regolamenti u d-deċiżjonijiet relevanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-Kunsill fuq in-naħa l-oħra. Dan huwa f'konformità mal-approċċ li kien ittieħed fil-passat għall-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija[4].

Huwa previst li l-atti legali kollha inklużi f’dan il-pakkett se jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-istess data.

Il-proposta preżenti u l-proposti l-oħra inklużi f’dan il-pakkett se jqisu l-adattamenti tekniċi għall-acquis li kienu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-1 ta’ Settembru 2012. Ir-raġunijiet għal dan huma li jkun provdut biżżejjed żmien għall-proċessi leġiżlattivi involuti fuq naħa, u għat-twettiq tat-traspożizzjoni ta' wara u l-obbligi ta’ notifika mill-Istati Membri rigward direttivi min-naħa l-oħra. L-addattamenti li jistgħu jkunu meħtieġa mal-acquis ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-1 ta' Settembru 2012 se jkunu previsti fl-atti rilevanti nfushom jew magħmula fi stadju aktar tard permezz ta' proċedura xierqa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni bi ħsiebha informalment tipprovdi lista ta’ tali leġiżlazzjoni lill-Istati Membri fil-bidu ta' Lulju 2013.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Minħabba li din il-proposta hi ta' natura purament teknika u ma tinvolvix għażliet politiċi, konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati jew valutazzjonijiet tal-impatt ma jagħmlux sens.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-bażi legali għal din il-proposta hijaa l-Artikolu 50 tal-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

Il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità jiġu osservati b’mod sħiħ. L-azzjoni tal-UE hija meħtieġa skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà (l-Artikolu 5 (3) tat-TUE) għax tikkonċerna adattamenti tekniċi għal atti legali li kienu approvati mill-Unjoni. Il-proposta tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità (Artikolu 5(4) tat-TUE) għax ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet segwiti.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja tal-Unjoni.

2013/0031 (NLE)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u partikolarment l-Artikolu 3(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikulari l-Artikolu 50 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

BIlli:

(1)       Skont l-Artikolu 50 tal-Att tal-Adeżjoni, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrekjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux ġew previsti fl-Att tal-Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għal dan il-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma kienx adottat mill-Kummissjoni..

(2)       L-Att Finali tal-Konferenza li fasslet it-Trattat ta' Adeżjoni indika li l-Partijiet Kontraenti Għolja kienu laħqu qbil politiku dwar sett ta' adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet li kienu meħtieġa minħabba l-adeżjoni u stieden lil-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jadottaw dawn l-adattamenti qabel l-adeżjoni, ikkompletati u aġġornati kif meħtieġ biex titqies l-evoluzzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(3)       Id-Direttivi 2004/17/KE[5], 2004/18/KE[6] u 2009/81/KE[7] għandhom ikunu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

1.           L-Istati Membri jadottaw u jippubblikaw, mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Minnufih huma jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-data tal-adeżjoni Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.           L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ soġġetta għal u mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

                                                                      

ANNESS

AKKWIST PUBBLIKU

1.           32004 L 0017: Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1):

(a) Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness I 'Entitajiet kontraenti fis-setturi tat-trasport jew id-distribuzzjoni tal-gass jew tas-sħana' wara l-entrata għal Franza:

'Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11 (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività ta’ kostruzzjoni (il-provvediment) jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ gass u enerġija termali u l-provvista ta' gass jew enerġija termali lil netwerks fissi, bħall-entitajiet involuti fl-attivitajiet imsemmija ibbażati fuq il-Liċenzja għat-twettiq ta' attivitajiet tal-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija (il-Gazzetta Uffiċjali 120/12).'

(b) dan li ġej jiddaħħal fl-Anness II 'Entitajiet kontraenti fis-setturi tal-produzzjoni, tat-trasport jew tad-distribuzzjoni ta' elettriku' wara l-entrata għal Franza:

'Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11 (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività ta’ kostruzzjoni (il-provvediment) jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku u l-provvista tal-elettriku lil netwerks fissi, bħall-entitajiet involuti fl-attivitajiet imsemmija ibbażati fuq il-Liċenzja għat-twettiq ta' attivitajiet tal-enerġija skont l-Att dwar l-Enerġija (il-Gazzetta Uffiċjali 120/12).'

(c) dan li ġej jiddaħħal fl-Anness III 'Entitajiet kontraenti fis-setturi tal-produzzjoni, tat-trasport jew tad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb' wara l-entrata għal Franza:

'Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11 (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività ta’ kostruzzjoni (il-provvediment) jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb u l-provvista tal-ilma tax-xorb lil netwerks fissi, bħall-entitajiet stabbiliti mill-unitajiet tal-gvern lokali li jaġixxu bħala l-fornitur pubbliku tas-servizzi tal-ilma jew servizzi tad-dranaġġ skont l-Att dwar l-Ilma (il-Gazzetta Uffiċjali 153/09 u 130/11).'

(d) dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IV 'Entitajiet kontraenti fil-qasam ta' servizzi tal-ferrovija' wara l-entrata għal Franza:

'Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività tal-provvista jew it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lil pubbliku fil-qasam ta' trasport bil-ferrovija.'

(e) dan li ġej jiddaħħal fl-Anness V 'Entitajiet kontraenti fil-qasam ta' servizzi urbani tal-ferrovija, tat-trammijiet, tat-trolleybus jew tal-karrozza tal-linja' wara l-entrata għal Franza:

'Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jinvolvu rwieħhom fl-attività tal-provvista jew it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tal-ferrovija urbana, sistemi awtomatizzati, linji tat-tramm, trolleybus, karozzi tal-linja u tal-funikular, bħall-entitajiet li jaħdmu fl-attivitajiet imsemmija bħala servizz pubbliku skont l-Att dwar l-Utilitajiet (il-Gazzetta Uffiċjali 36/95, 70/97, 128/99, 57/00, 129/00, 59/01, 26/03, 82/04, 110/04, 178/04, 38/09, 79/09, 153/09, 49/11, 84/11, 90/11).'

(f) dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VI 'Entitajiet kontraenti fis-settur tas-servizzi postali' wara l-entrata għal Franza:

'Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmijin fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11) li, f'konformità ma' regolamenti speċjali, jipprovdu servizzi postali u servizzi oħrajn li mhumiex ikkunsidrati bħala servizzi postali taħt l-Artikolu 112, il-paragrafu 4 tal-Att.'

(g) dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VII 'Entitajiet kontraenti fis-setturi ta' esplorazzjoni għal u estrazzjoni ta' żejt jew gass' wara l-entrata għal Franza:

'Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jagħmlu l-attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jesploraw jew iħaffru għaż-żejt u l-gass, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija skont l-Att tal-Minjieri (il-Gazzetta Uffiċjali 75/09 u 49/11).'

(h) dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VIII 'Entitajiet kontraenti fis-setturi ta' esplorazzjoni għal u estrazzjoni tal-faħam u karburanti solidi oħra' wara l-entrata għal Franza:

'Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jagħmlu l-attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jesploraw jew iħaffru għall-faħam u fjuwils solidi oħra, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija skont l-Att tal-Minjieri (il-Gazzetta Uffiċjali 75/09 u 49/11).'

(i) dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX 'Entitajiet kontraenti fil-qasam ta' port marittimu jew intern jew faċilitajiet ta' terminals oħra' wara l-entrata għal Franza:

'Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jingaġġaw fl-attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jagħmlu disponibbli portijiet tal-baħar, portijiet tax-xmajjar u terminals oħra tat-trasport għal operaturi tat-trasport fuq il-baħar jew fuq ix-xmajjar, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija skont l-Att dwar il-Portijiet tal-Baħar u l-Qasam Marittimu (il-Gazzetta Uffiċjali 158/03, 100/04, 141/06 u 38/09).'

(j) dan li ġej jiddaħħal fl-Anness X 'Entitajiet kontraenti fil-qasam ta' stallazzjonijiet tal-ajruporti' wara l-entrata għal Franza:

'Il-Kroazja

L-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 6 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru. 90/11) li, skont regolamenti speċjali, jagħmlu l-attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika bil-għan li jagħmlu disponibbli ajruporti u tagħmir tat-terminals ieħor lil operaturi tat-trasport bl-ajru, bħall-entitajiet involuti f’attivitajiet imsemmija skont l-Att dwar l-Ajruporti (il-Gazzetta Uffiċjali 19/98 u 14/11).'

2.           32004 L 0018: Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114):

(a) dan li ġej jiddaħħal fl-Anness III 'Lista ta' korpi u kategoriji ta' korpi governati mil-liġi pubblika kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(9)' wara l-entrata għal Franza:

'XI – IL-KROAZJA

L-awtoritajiet kontraenti msemmijin fl-Artikolu 5, paragrafu 1, punt 3 ta' Zakon o javnoj nabavi (Narodne novine broj 90/11) (l-Att dwar l-Akkwist Pubbliku, il-Gazzetta Uffiċjali Nru 90/11), jiġifieri persuni ġuridiċi stabbiliti għall-fini speċifiku li jissodisfaw ħtiġijiet fl-interess pubbliku, li m'għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali u li jissodisfaw waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

– huma ffinanzjati mill-Baġit Statali jew mill-baġit lokali jew mill-baġit tal-unita ta’ awtogvernanza reġjonali jpersuni oħra ġuridiċi f'iktar minn 50%, jew

– huma soġġetti għas-superviżjoni tal-ġestjoni minn korpi statali, unitajiet ta' awtogovernanza lokali u reġjonali jew persuni ġuridiċi oħra bħal dawn, jew

– għandhom bord ta’ sorveljanza, bord amministrattiv jew maniġerjali, li aktar minn nofs il-membri tiegħu huma appuntati minn korpi tal-istat, ta' awtogovernanza lokali u reġjonali jew persuni ġuridiċi oħra bħal dawn.

Pereżempju:

– Agency Alan d.o.o.;

– APIS IT d.o.o – Aġenzija tal-Appoġġ għas-Sistemi tal-Informazzjoni u għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni;

- Grupp taż-Żfin Folkloristiku Nazzjonali tal-Kroazja “Lado”;

– Autocesta Rijeka – Zagreb d.d. (awtostrada Rijeka – Zagreb);

- CARnet (Netwerk Akkademiku u ta' Riċerka Kroat);

- Ċentri ta’ għajnuna u kura;

- Ċentri ta‘ benessri soċjali;

- Djar ta’ kura soċjali;

- Ċentri ta‘ kura tas-saħħa;

- L-arkivji tal-Istat;

- L-Istitut Statali għall-Ħarsien tan-Natura;

- Fondi għall-Finanzjament tad-Dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Krško u għar-Rimi tal-Iskart Radjoattiv ta' NEK u Fjuwil Nukleari Użat;

Il-Fond għall-Imdemnifikazzjoni ta' Proprjetà Maqbuda;

- Il-Fond għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ta' Vukovar;

- Fond għar-Riabilitazzjoni Professjonali u l-Impjieg ta' Nies b'Diżabilità;

- Fond għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Effiċjenza tal-Enerġija;

- L-Akkademja tax-Xjenza u l-Arti Kroata;

- Il-Bank Kroat għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp

– Hrvatska kontrola zračne plovidbe d.o.o. (Kontroll Kroat Ltd.);

– Hrvatska lutrija d.o.o. (Lotterija Kroata);

- Fondazzjoni tal-Wirt Kroat;

- Kamra tal-Agrikoltura Kroata

- Radju Televixin Kroati;

- Assoċjazzjoni Kroata tal-Kultura Teknoloġika;

– Hrvatske autoceste d.o.o. (Awtostradi Kroati Ltd.);

– Hrvatske ceste d.o.o. (Toroq Kroati Ltd.);

– Hrvatske šume d.o.o. (Foresti Kroati);

- Hrvatske vode (Kumpannija Kroata għall-Ġestjoni tal-Ilma);

- Ċentru Awdjoviżiv Kroat;

- Iċ-Ċentru Kroati għat-tgħammir taż-żwiemel – Irziezet tal-Istat taż-żwiemel ta' Đakovo u Lipik;

- Iċ-Ċentru Kroat għall-Agrikoltura, l-Ikel u l-Affarijiet Rurali;

- Ċentru Kroat għall-Azzjoni fil-Minjieri;

- Ċentru Kroat għad-Dokumentazzjoni tal-Memorji tal-Gwerra Interna;

- Il-Kumitat Olimpiku Kroat;

- L-Operatur tas-Suq tal-Enerġija Kroat;

- Il-Kumitat Paraolimpiku Kroat;

-Ir-Reġistru tat-Tbaħħir Kroat;

- L-Istitut Kroat għall-Konservazzjoni;

- Il-Federazzjoni Sportiva Kroata għall-Persuni neqsin mis-Smigħ;

- L-Istitut Kroat għall-Mediċina ta' Emerġenza;   

- L-Istitut Nazzjonali Kroat għas-Saħħa Pubblika;

- L-Istitut Kroat għas-Saħħa Mentali;

- L-Istitut Kroat tal-Assigurazzjoni tal-Pensjoni;

- L-Istitut Kroat għall-Istandards;

- L-Istitut Kroat għat-Telemediċina;

- L-Istitut Kroat għat-Tossikoloġija u għal kontra d-Doping;

L-Istitut Nazzjonali Kroat għall-Mediċini tat-Trasfużjoni;

Is-Servizz Kroat għall-Impjiegi ;

L-Istitut Kroat għall-Protezzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol;

- L-Istitut Kroat għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa;

- L-Istitut Kroat għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa tas-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol;

– Jadrolinija (kumpanija tat-tbaħħir);

- Istituzzjoni Pubblika Kroata taċ-Ċentru Olimpiku;

- Istituzzjonijiet pubbliċi għall-edukazzjoni għolja;

- L-istituzzjonijiet tal-parks nazzjonali pubbliċi;

- L-istituzzjonijiet tal-parks nazzjonali naturali;

- L-Istituti xjentifiċi pubbliċi;

- Teatri, mużewijiet, galleriji, libreriji u istituzzjonijiet oħra fil-qasam tal-kultura imwaqqfa mir-Repubblika tal-Kroazja jew unitajiet tal-awtogovernanza lokali u reġjonali;

- Penitenzjarji;

- Sptarijiet kliniċi;

- Ċentri ta' sptarijiet kliniċi;

- Kliniċi;

– “Miroslav Krleža” Istitut tal-Lessikografija;

- Awtoritajiet tal-Port

- Sanatorji;

- Spiżeriji mwaqqfa mill-unitajiet tal-awtogovernanza reġjonali;

– Matica hrvatska (Matriċi Kroat);

- Ċentru Internazzjonali għall-Arkeoloġija taħt l-Ilma;

- Il-Librerija Nazzjonali u tal-Università;

- Il-Fondazzjoni Nazzjonali għall-Appoġġ tal-Istandard tal-Għixien għall-Istudenti u t-Tfal tal-Iskola;

- Fondazzjoni nazzjonali għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili;

- Fondazzjoni Nazzjonali għax-Xjenza, l-Edukazzjoni Ogħla u l-Iżvilupp Teknoloġiku tar-Repubblika tal-Kroazja;

Iċ-Ċentru Nazzjonali għall-Evalwazzjoni Esterna tal-Edukazzjoni;

- L-Aġenzija Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ogħla;

- Il-Kunsill Nazzjonali għax-Xjenza;

- Il-Gazzetta Uffiċjali – (Narodne novine d.d.);

- L-istituti edukattivi/korrettivi;

- L-Istituzzjonijiet edukattivi imwaqqfa mir-Repubblika tal-Kroazja jew unitajiet lokali u reġjonali

tal-awtogovernanza;

- Sptarijiet ġenerali;

– Plovput d.o.o. (kumpanija tal-Istat inkarigata mis-sikurezza tan-navigazzjoni);

- Polikliniċi;

- Sptarijiet speċjali;

- Ir-Reġistru Ċentrali ta’ Persuni Assigurati;

- Iċ-Ċentru tal-Università għall-Kompjuters;

- Assoċjazzjonijiet sportivi;

- Federazzjonijiet sportivi;

- Istituzzjonijiet tat-trattament mediku ta' emerġenza;

- Istituzzjonijiet tal-kura palljattiva;

- Istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa;

- Il-Fondazzjoni ta' Solidarjetà tal-Pulizija;

- Ħabsijiet;

- Istitut għar-Restawr ta' Dubrovnik;

-Istitut għaż-Żerriegħa u Nebbieta;

- Istituti tas-saħħa pubblika;

- Iċ-ċentru Tekniku tal-Ajrunawtika (Zrakoplovno – tehnički centar d.d.);

- L-amministrazzjonijiet tat-toroq tal-kampanja.

(b) Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IV "Awtoritajiet tal-Gvern Ċentrali" wara l-entrata għal Franza:

'IL-KROAZJA

1. Korpi statali tar-Repubblika tal-Kroazja:

- Il-Parlament Kroat;

- il-President tar-Repubblika tal-Kroazja;

- L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja;

- L-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika tal-Kroazja wara l-iskadenza tat-terminu tal-uffiċċju;

- Il-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja;

- Uffiċċji tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja

- Il-Ministeri;

- l-uffiċċji tal-istat;

- l-organizzazzjonijiet amministrattivi tal-istat;

- L-Uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-istat tal-kontea;

- Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja;

- Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja;

- Qrati;

- Il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat;

- L-Uffiċċji tal-avukat tal-Istat;

- Il-Kunsill tal-Prosekutur tal-Istat;

- L-uffiċċji tal-Ombudsman;

- Il-Kummissjoni tal-Istat għas-Superviżjoni ta' Proċeduri ta' Akkwist Pubbliku;

Il-Bank Nazzjonali Kroat;

- L-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat;

2. Aġenziji u uffiċċji tal-istat:

Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili Kroata;

- L-Aġenzija tal-Midja Elettronika;

L-Aġenzija għall-Investigazzjoni tal-Aċċidenti u l-Inċidenti tal-Inġenji tal-Ajru;

- L-Aġenzija għal Sħubija Pubblika-Privata;

- L-Aġenzija għall-Kwalità u l-Akkreditazzjoni fil-Kura tas-Saħħa;

- L-Aġenzija għal Prodotti Mediċinali u Apparati Mediċi;

- L-Aġenzija għall-Mobilità u l-Programmi tal-UE;

- L-Aġenzija tal-Linji Kostali u t-Traffiku Marittimu;

- L-Aġenzija għar-Rikostruzzjoni tal-Forti Tvrđa f'Osijek;

- L-Aġenzija għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-Għalliema;

- L-Aġenzija għat-Tagħmirta' Pressjoni;

- L-Aġenzija għall-Assigurazzjoni tal-Pretensjonijiet tal-Ħaddiema f'Każ ta' Falliment ta' Min Iħaddimhom;

L-Aġenzija tal-Pagamenti għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Iżvilupp Rurali;

L-Aġenzija tal-Art Agrikola;

- L-Aġenzija għat-Tranżazzjonijiet u l-Medjazzjoni fi Propjetajiet Immobbli;

- L-Aġenzija għal Zoni ta' Perikolu ta' Atmosfera Esplożiva;

- L-Aġenzija għall-Iżvilupp Reġjonali tar-Repubblika tal-Kroazja;

- L-Aġenzija Regolatorja tas-Suq Ferrovjarju;

- L-Aġenzija għall-Awditjar tas-Sistema ta' Implimentazzjoni tal-Programmi tal-Unjoni Ewropea;

- L-Aġenzija tas-Sigurtà tat-Trasport bil-Ferrovija;

- L-Aġenzija għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali u l-Edukazzjoni għall-Adulti;

- L-Aġenzija għall-Ġestjoni tal-Propjetà tal-Istat;

- L-Aġenzija għall-Passaġġi tal-Ilma Interni;

- L-Aġenzija Ambjentali Kroata;

- L-Aġenzija dwar il-Protezzjoni tad-Dejta Personali;

- L-Aġenzija Kroata għall-Kompetizzjoni;

- L-Aġenzija għax-Xjenza u l-Edukazzjoni Ogħla

- L-Aġenzija Statali għall-Assigurazzjoni tad-Depożiti u r-Rijabilitazzjoni tal-Banek;

- L-Aġenzija Finanzjarja;

- L-Aġenzija Kroata għall-Ikel;

- L-Aġenzija Kroata għan-Negozji Żgħar;

- L-Aġenzija Superviżorja Kroata tas-Servizzi Finanzjarji;

- L-Aġenzija Kroata għall-Ħażniet taż-Żejt Obbligatorji;

- L-Aġenzija Kroata tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u tal-Posta;

- L-Aġenzija ta' Akkreditazzjoni Kroata;

- L-Aġenzija Regolatorja tal-Enerġija Kroata;

- L-Aġenzija tal-Aħbarijiet Kroata;

- L-Aġenzija Agrikola Kroata;

- L-Aġenzija Ċentrali tal-Finanzi u tal-Kuntratti.

(c) Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX A "Kuntratti għal Xogħlijiet Pubbliċi' wara l-entrata għal Franza:

'- fil-Kroazja, "Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar Republike Hrvatske"; ".

(d) Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX B 'Kuntratti għal provvisti Pubbliċi' wara l-entrata għal Franza:

'- fil-Kroazja, "Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar Republike Hrvatske"; ".

(e) Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness IX C 'Kuntratti għal SERVIZZi Pubbliċi' wara l-entrata għal Franza:

'- fil-Kroazja, "Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar Republike Hrvatske"; ".

3.           32009 L 0081: Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76):

(a) Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VII Parti A "Kuntratti taX-Xogħlijiet' wara l-entrata għal Franza:

'- fil-Kroazja, "Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar Republike Hrvatske"; ".

(b) Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VII Parti B "Kuntratti tal-provvisti' wara l-entrata għal Franza:

'- fil-Kroazja, "Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar Republike Hrvatske"; ".

(c) Dan li ġej jiddaħħal fl-Anness VII Parti C 'Kuntratti tas-SERVIZZi' wara l-entrata għal Franza:

'- fil-Kroazja, "Sudski registar trgovačkih društava u Republici Hrvatskoj or Obrtni registar Republike Hrvatske"; ".

[1]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 10.

[2]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.

[3]               ĠU L 112, 24.4.2012, p. 95.

[4]               ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1.

[5]               ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

[6]               ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

[7]               ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

Top