This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013IP0402
European Parliament resolution of 8 October 2013 For a comprehensive EU fishery strategy in the Pacific Region (2012/2235(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar strateġija komprensiva tal-UE dwar is-sajd fir-reġjun tal-Paċifiku (2012/2235(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar strateġija komprensiva tal-UE dwar is-sajd fir-reġjun tal-Paċifiku (2012/2235(INI))
ĠU C 181, 19.5.2016, p. 35–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 181/35 |
P7_TA(2013)0402
Għal strateġija komprensiva tal-UE dwar is-sajd fir-reġjun tal-Paċifiku
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ottubru 2013 dwar strateġija komprensiva tal-UE dwar is-sajd fir-reġjun tal-Paċifiku (2012/2235(INI))
(2016/C 181/06)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar is-Sajd, u b’mod partikolari l-paragrafu 157 tar-riżoluzzjoni 66/68 rigward l-obbligi li għandhom l-istati żviluppati lejn l-istati l-inqas żviluppati u lejn l-istati gżejjer żghar li qed jiżviluppaw, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1995 għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Dritt tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 rigward il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkiijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna, |
— |
wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO għall-Ġestjoni tal-Kapaċità tas-Sajd, approvat mill-Kunsill tal-FAO f’Novembru 2000 (Kapaċità IPOA), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (minn hawn ’il quddiem IUU) (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim dwar Miżuri tal-Istat tal-Port li Jimpedixxu, Jiskoraġixxu u Jeliminaw is-Sajd Illegali, Mhux Rapportat u Mhux Regolat approvat mill-Konferenza tal-FAO fis-Sitta u Tlettin Seduta tagħha li nżammet fit-22 ta’ Novembru 2009, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-22 ta' Novembru 2012 dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (2), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni tal-21 ta' Marzu 2012 bit-titolu “Lejn sħubija għall-iżvilupp imġedda bejn l-UE u l-Paċifiku” (3), |
— |
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Migratorju tal-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent, li l-UE tagħmel parti kontraenti minnha b’effett mill-25 ta’ Jannar 2005 skont id-Deċiżjoni 2005/75/KE (4), |
— |
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/539/KE, tat-22 ta’ Mejju 2006, dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni għat-Tisħiħ tal-Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali (IATTC) stabbilita mill-Konvenzjoni tal-1949 bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u r-Repubblika ta’ Costa Rica (5), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (6), approvata f’isem l-UE taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/130/UE (7), u li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/144/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Istati tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmata f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (9) (minn hawn ’il quddiem il-Ftehim ta’ Cotonou), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (10), |
— |
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikronesja dwar is-sajd fl-Istati Federali tal-Mikronesja (11), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika ta’ Kiribati, min-naħa l-oħra (12), |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-UE u l-Gżejjer Solomon (13), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Novembru 2012, li għaliha tiġi ppreżentata notifika lill-pajjiżi terzi li l-Kummissjoni temmen li għandhom jiġu meqjusa bħala pajjiżi terzi mhux kooperattivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li għalih jiġi stabbilit sistema komunitarja li tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (14), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0297/2013), |
A. |
billi biex tiġi implimentata l-koerenza politika għall-iżvilupp, politiki tal-UE li għandhom impatt fuq is-sajd tal-pajjiżi AKP tal-Paċifiku (AKPP) – jiġifieri l-politiki tas-sajd, il-kummerċ u l-iżvilupp – għandhom ikunu implimentati b’tali mod li jiżgura li jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ żvilupp sostenibbli tas-sajd kif stabbilit mill-pajjiżi tal-AKPP; billi dan l-approċċ għandu jiġi integrat fit-tiġdid li se jsir dalwaqt tal-Ftehim ta’ Cotonou jew fl-istrumenti li jistgħu jiġu wara dan il-Ftehim; |
B. |
billi l-UE trid timmira għall-koerenza tal-politika għall-iżvilupp abbażi tal-Artikolu 208(1) tat-TFUE li jgħid li “L-Unjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-objettivi ta’ koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x’aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw”; |
C. |
billi l-UE hija t-tieni donatur wara l-Awstralja f’dan ir-reġjun, fejn twassal l-għajnuna tagħha permezz tal Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u, minkejja li r-riżorsi tas-sajd huma s-sors ewlieni tal-ġid tal-pajjiżi AKP tal-Paċifiku, u l-unika wieħed komuni għalihom kollha, u minkejja li l-pajjiżi tal-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Centrali ripetutament esprimew l-intenzjoni tagħhom biex is-sajd tat-tonn isir il-magna tal-iżvilupp soċjoekonomiku tar-reġjun, 2,3 % biss tal-għajnuna tal-10 FEŻ huma ddedikati għall-attivitajiet relatati mas-sajd; |
D. |
billi l-ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali li jiġu negozjati mill-UE għandhom ikunu preċeduti minn valutazzjonijiet tal-impatt, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-konservazzjoni tar-riżorsi marini ħajjin u l-konsegwenzi tal-ftehimiet għall-popolazzjonijiet lokali; billi ftehimiet bilaterali u multilaterali bħal dawn għandhom jipu ggwidati mill-konklużjonijiet ta’ dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt; |
E. |
billi, fin-negozjati li għaddejjin bħalissa tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (FSE) bejn l-UE u l-Pajjiżi AKP immirati biex jadattaw is-sistema ta’ preferenzi ġeneralizzata derivata mill-Ftehim ta’ Cotonou għar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), il-prodotti tas-sajd għandhom rwol kruċjali kemm għall-aċċess għas-swieq Ewropej kif ukoll għall-aċċess għar-riżorsi u governanza tajba tas-sajd sabiex jintlaħaq żvilupp sostenibbli; |
F. |
filwaqt li wieħed jiftakar fin-natura perikoluża tad-deroga għar-regoli ta’ oriġini fl-Artikolu 6, il-paragrafu 6, tal-Protokoll II dwar ir-regoli ta’ oriġini anness mal-Ftehim Interim ta’ Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati tal-Paċifiku u r-riskji li jirriżultaw minnha ta’ kompetizzjoni inġusta fis-suq Ewropew tal-prodotti tas-sajd; |
G. |
billi huwa fl-interess tal-UE li tiżviluppa r-relazzjonijiet ma’ dan ir-reġjun tal-Paċifiku u li tikkoopera bil-għan li tilħaq il-għan ta’ żvilupp, filwaqt li żżomm bħala premessa l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli ta-sajd u l-promozzjoni tat-trasparenza fil-ġestjoni tas-sajd; |
H. |
billi viċin in-nofs tal-qabdiet dinjija tat-tonn iseħħu fl-ibħra tal-Paċifiku tal-Punent u tal-Paċifiku Ċentrali, li 80 % minnhom jinsabu fiż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi (ŻEE) tal-istati gżejjer u 20 % biss minnhom f’ibħra internazzjonali; |
I. |
billi l-aktar valutazzjonijiet riċenti tal-istokkijiet li saru mill-Kumitat Xjentifiku tad-WCPFC fl-2012 jindikaw li mhu qed isir l-ebda sajd żejjed la tal-palamit (Katsuwonus pelamis) u l-anqas tat-tonna ta’ denbu safrani (Thunnus albacares) fiż-żona regolatorja tagħha, iżda jindikaw li qed isir sajd żejjed tat-tonn ta’ għajnejh kbar (Thunnus obesus); billi l-mortalità tat-tonn ta’ għajnejh kbar żgħir f’sajd bil-purse seiner, b’mod partikulari dawk assoċjati mal-irkapti biex jinġema’ l-ħut, hija inkwetanti ħafna; |
J. |
billi għalkemm kien hemm titjib żgħir fil-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd f’din iż-żona tal-Paċifiku, jinstab li ż-żieda kbira fin-numru ta’ bastimenti li jistadu bil-purse seiners (l-aktar dawk mil-Asja u mill-istati gżejjer), iż-żieda fl-isforz tas-sajd u s-sajd illegali qed jheddu s-sostenibbiltà tar-riżorsi tar-reġjun; |
K. |
billi l-approċċ tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sajd fil-baħar Paċifiku għandu jappoġġja b’mod attiv l-isforzi reġjonali attwali biex jindirizzaw il-kapacità żejda u jtejbu l-ġestjoni tas-sajd; |
L. |
billi fil-Paċifiku teżisti tradizzjoni ta’ aġenziji u strutturi reġjunali għall-ġestjoni tas-sajd tat-tonn, bħall-Aġenzija tal-Forum tas-Sajd tal-Gżejjer Paċifiċi (Pacific Islands Forum Fisheries Agency), magħrufa bħala l-FFA, u l-korp subreġjonali tal-Pajjiżi Firmatarji tal-Ftehim ta’ Nauru (Parties to the Nauru Agreement), minn hawn ’il quddiem PNA; |
M. |
billi l-iskema tal-jiem ta’ sajd (vessel day scheme – VDS) ġiet introdotta mill-Pajjiżi Firmatarji tal-Ftehim ta’ Nauru fl-2008 f’tentattiv biex jiġi ġestit l-aċċess għall-ibħra tal-PNA, biex jiġi llimitat l-isforz tas-sajd f’dawk l-ibħra u biex jiġu massimizzati l-benefiċċji mis-sajd għall-istati gżejjer żgħar tal-Paċifiku li qed jiżviluppaw; |
N. |
billi l-isforz eċċessiv tal-partijiet huwa realtà, id-diskussjonijiet qed isiru fi ħdan id-WCPFC dwar Miżura ġdida ta' Konservazzjoni u Ġestjoni għas-snin li jmiss, fejn qed jiġu indirizzati l-limiti fuq l-isforz; |
O. |
billi l-Istati Uniti ffirmat ftehim multilaterali mal-Istati tal-Paċifiku fl-1988, u dak il-Ftehim, li bħalissa qed jiġi nnegozjat mill-ġdid, jiżgura l-aċċess għal madwar 20 % tal-ġranet tas-sajd fir-reġjun; |
P. |
billi jeħtieġ li l-iskema tal-jiem ta’ sajd (VDS) tkun kompletament trasparenti u d-dispożizzjonijiet tagħha jeħtieġ li jiġu mtejba u implimentati mill-membri kollha tagħha, biex tkun tista’ twettaq l-objettivi tagħha u tiżgura kompatibilità sħiħa tal-miżuri meħuda kemm fiż-ŻEE kif ukoll fl-ibħra miftuħa; |
Q. |
billi l-ispejjeż tal-aċċess għall-flotot li jivvjaġġaw fuq distanzi twal mistennija jkomplu jogħlew b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin, minħabba l-fatt li huma għajn importanti ta’ dħul għall-pajjiżi f’din iż-żona; billi l-ispiża ta’ ġurnata tas-sajd kif deċiża fil-laqgħa annwali tal-PNA ġiet stabbilita għal minimu ta’ USD 6 000 għall-2014; |
R. |
billi l-ftehimiet ta’ sħubija tas-sajd konklużi mill-UE, inklużi dawk mal-pajjiżi tar-Reġjun tal-Paċifiku, ġew ibbażati tradizzjonalment fuq limitazzjoni fuq in-numru ta’ bastimenti b’riferenza indikattiva għat-tunnellaġġ, u dan wassal għal disparitajiet minħabba l-introduzzjoni tal-VDS mill-PNA u x-xewqa tagħhom li l-VDS tiġi applikata għall-ftehimiet ta’ sħubija mal-UE; |
S. |
billi skema tal-jiem ta’ sajd li tkun imfassla tajjeb u nfurzata kif suppost għandha l-potenzjal li tipprovdi l-mezzi biex jiġu pprevenuti aktar żidiet fl-isforz fir-reġjun; |
T. |
billi, fir-relazzjonijiet tagħha ma’ pajjiżi terzi, l-UE stabbiliet kooperazzjoni u konformità fil-qasam tas-sajd IUU bħala prerekwiżit għall-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ sħubija tas-sajd; billi l-Artikolu 38(9) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 dwar il-ġlieda kontra s-sajd IUU jiddikjara li l-Kummissjoni m’għandhiex tidħol f’negozjati biex tikkonkludi tali ftehimiet ta’ sħubija ma’ pajjiżi li ma jikkooperawx f’dan ir-rigward; |
U. |
billi l-FSE għandhom jinkludu riferenza speċifika għall-implimentazzjoni tar- regolament dwar is-sajd IUU, iktar milli sempliċement diċitura ġenerali dwar il-ħtieġa ta’ ġlieda kontra s-sajd IUU, u m’għandhomx jiġu konklużi ma' pajjiżi terzi identifikati bħala “li ma jikkooperawx”; |
V. |
billi l-Kummissjoni, fid-Deċiżjoni tagħha tal-15 ta’ Novembru 2012, notifikat lill-Fiġi u Vanuatu, fost oħrajn, bħala pajjiżi li possibilment mhumiex kooperattivi skont ir-Regolament IUU, minħabba n-nuqqas ta’ miżuri u penali ta’ deterrent kontra l-bastimenti li jtajru bandiera ta’ dawk il-pajjiżi li jipprattikaw sajd IUU kif ukoll minħabba li ma implimentawx ir-rakkomandazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet reġjunali tas-sajd; |
W. |
billi, storikament, l-operazzjonijiet tas-sajd tal-flotta tal-Ewropa li tistad bil-purse seiners kienu jseħħu prinċipalment fil-Paċifiku Ċentrali, kemm f’ibħra internazzjonali u kemm fiż-ŻEE ta’ Kiribati, kif ukoll dawk ta’ Tuvalu, Tokelau u Nauru, permezz ta’ ftehimiet tas-settur privat; |
X. |
billi, madankollu, minbarra l-Ftehim ta’ Sħubija tas-Sajd ma’ Kiribati, l-UE nnegozjat ftehim ta’ sħubija tas-sajd ukoll ma’ ċerti tal-Paċifiku tal-Punent, imma dawn ma’ daħlux fis-seħħ, peress li l-Ftehim mal-Istati Federali tal-Mironesja ma kienx ġie ratifikat mill-Parlament ta’ dak il-pajjiż u n-negozjati għat-tiġdid tal-Ftehim mal-Gżejjer Solomon ilhom imblukkati mill-2012; |
Y. |
billi l-Kummissjoni lestiet il-valutazzjonijiet preċedenti mal-Gżejjer Cook u Tuvalu sabiex jinbdew negozjati dwar ftehimiet tas-sajd ma’ dawk il-pajjiżi, u billi ġew iffirmati l-Memorandi ta’ Qbil korrispondenti bħala prerekwiżit biex jintalbu l-mandati tan-negozjar lill-Kunsill; |
Z. |
billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna s’issa huwa nieqes mill-persunal responsabbli mill-kwistjonijiet tas-sajd fid-delegazzjoni tiegħu f’Fiġi; |
Strateġija Ġenerali
1. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura koerenza fost il-politiki tal-Unjoni kollha li għandhom impatt f’dan ir-reġjun, kif meħtieġ mill-Artikolu 208 TFUE, u b'mod speċifiku dawk dwar tas-sajd, tal-kummerċ u tal-iżvilupp, filwaqt li ssaħħaħ is-sinerġiji potenzjali, bl-għan li jintlaħaq effett multiplikatur, li jimmassimizza l-effetti ta’ benefiċċju, kemm għall-Istati ta’ dan ir-reġjun tal-Paċifiku kif ukoll għall-Istati Membri tal-UE, filwaqt li tippromwovi wkoll id-dimensjoni internazzjonali, issaħħaħ il-preżenza strateġika tal-UE, iżżid il-viżibbiltà tal-UE tal-Paċifiku tal-Punent u l-Paċifiku Ċentrali, u tikkontribwixxi għall-isfruttament sostenibbli tar-rizorsi tal-Paċifiku; |
2. |
Iqis li fil-qafas futur tar-relazzjonijiet post-Cotonou mal-pajjiżi AKP tal-Paċifiku, l-istrateġija tas-sajd għandu jkollha approċċ li jikkonċentra fuq il-lat reġjonali li jsaħħaħ il-pożizzjoni u r-rwol tal-UE fir-reġjun tal-Paċifiku tal-Punent u l-Paċifiku Ċentrali; |
3. |
Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li fil-11-il FEŻ tieħu din l-istrateġija, kif ukoll il-possibilità li jiżdied il-perċentwal tal-għajnuna speċifika għas-settur għall-indirizzar tal-ħtiġijiet tal-komunitajiet tas-sajd (inkluż it-titjib fil-kontribuzzjoni tagħhom għas-sigurtà lokali tal-ikel), li tiġi żviluppata l-infrastruttura tas-sajd għall-iżbark u l-ipproċessar lokalment tal-qabdiet, peress li s-sajd huwa wieħed mir-riżorsi ekonomiċi ewlenin tar-reġjun; |
4. |
Jilqa’ b’mod pożittiv iż-żieda reċenti ta’ persunal mad-Delegazzjoni tal-UE f’Fiġi biex ikun responsabbli speċifikament mill-kwistjonijiet tas-sajd, u jittama li dan se jgħin biex tiġi stabbilita rabta permanenti u speċjalizzata mal-pajjiżi tar-reġjun fil-qasam tas-sajd; |
5. |
Jitlob, ukoll, li jkun hemm aktar koordinazzjoni u kumplementarjetà akbar ma' atturi oħra fir-reġjun f'rabta mal-għajnuna għall-iżvilupp, f'konformità mal-Patt ta' Cairns ta' Awwissu 2009; jilqa' l-fatt li fit-12 ta' Ġunju 2012 saret it-tieni laqgħa ministerjali tal-UE u l-Forum tal-Ġzejjer tal-Paċifiku (PIF), li saħħet id-djalogu politiku bejn l-UE u l-Paċifiku, b'mod partikolari fl-oqsma tas-sajd u l-iżvilupp, u b'hekk ġie żgurat li l-azzjonijiet meħuda f'dawn l-oqsma mill-UE u l-pajjiżi fir-reġjun se jkunu iktar effettivi; |
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-flotot tal-ilmijiet mbiegħda, f'kooperazzjoni mal-pajjiżi tal-Paċifiku, jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-pressjoni tas-sajd fuq l-istokkijiet tat-tonn tropikali, inkluż billi jitnaqqsu sostanzjalment il-livelli ta' mortalità tat-tonn ta’ għajnejh kbar żgħir, li huwa stokk ta' importanza ekonomika kbira għar-reġjun u wieħed li bħalissa qed jiġi mistad iżżejjed; |
Strateġija tas-Sajd
A. Għall-ġejjieni qrib:
7. |
Jenfasizza l-importanza li tiġi stabbilita strateġija tas-sajd għall-Paċifiku tal-Punent u għall-Paċifiku Ċentrali, minħabba r-relevanza ta’ dan ir-reġjun mill-aspett tas-sajd u l-valur tiegħu għall-flotta tal-UE u għas-suq u l-industrija tal-UE tal-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd, kif ukoll li tingħata ċertezza ġuridika għall-bastimenti li joperaw hemmhekk; |
8. |
Jinnota li l-istrateġija tal-UE ta’ aċċess għar-riżorsi fiż-ŻEE tal-pajjiżi tar-reġjun permezz ta’ ftehimiet ta’ sħubija tas-sajd ma ħadmitx kif suppost ħlief fil-każ ta’ Kiribati, u jemmen li għar-rivitalizzazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-ftehim hemm il-ħtieġa ta’ qafas ġdid għal relazzjonijiet vantaġġjużi u mill-qrib bejn id-diversi partijiet involuti; |
9. |
Iqis li parti mill-problema ġejja mill-fatt li l-UE għamlet negozjati mingħajr suċċess dwar ftehimiet ma’ pajjiżi tal-Paċifiku tal-Punent, fejn jinsabu ż-ŻEE tal-Gżejjer Solomon u l-Istati Federali tal-Mikronesja, minflok ma ggwidat l-isforzi tagħha lejn il-Paċifiku Ċentrali, fejn il-flotta tal-bastimenti purse-seiner tal-Unjoni tradizzjonalment iffukat l-operazzjonijiet tagħha; |
10. |
Jilqa’ b’mod pożittiv ħafna l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea lestiet il-valutazzjonijiet preċedenti mal-Gżejjer Cook u Tuvalu bil-ħsieb li tibda negozjati dwar ftehim ta’ sħubija tas-sajd, u li ġew iffirmati l-Memoranda ta’ Qbil rilevanti bħala prerekwiżit biex jintalbu l-mandati ta’ negozjar lill-Kunsill; |
11. |
Jemmen li dan l-approċċ ġdid għan-negozjar huwa aktar konformi mal-approċċ reġjonali ripetutament mitlub mill-Parlament, speċjalment b’referenza għas-sajd ta’ speċijiet li jpassu ħafna; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura konformità mad-dispożizzjonijiet tad-WCPFC fil-kaz ta’ negozjati ma’ partijiet firmatarji tal-PNA u pajjiżi oħra tal-AKP tal-Paċifiku; |
12. |
Jinnota li l-approċċ tal-UE għall-Paċifiku għandu jgħin lill-istati li qed jiżviluppaw, u b’mod partikolari l-istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw sehem akbar mill-benefiċċji li jiġu mill-esplojtazzjoni sostenibbli ta' stokkijiet ta' ħut transżonali u stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna u għandu jgħin ukoll biex jissaħħu l-isforzi reġjonali biex jikkonservaw b’mod sostenibbli u jimmaniġġjaw is-sajd għal dawn l-stokkijiet, kif mitlub mill-Konferenza ta’ Rieżami tal-UNFSA; |
13. |
Juri t-tħassib tiegħu dwar l-eżistenza tas-sajd IUU fiż-żona, u, filwaqt li jirrikonoxxi li saru ċerti titjibiet fil-governanza tas-sajd, iqis li dawn l-avvanzi għadhom inadegwati, speċjalment fir-rigward tal-introduzzjoni tal-istrumenti bażiċi li jikkumbattu s-sajd IUU; |
14. |
Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi referenza espliċita għar-Regolament IUU (KE) Nru 1005/2008 fid-dispożizzjonijiet tal-FSE negozjati mal-pajjiżi tal-Paċifiku; |
15. |
Jistieden lill-istati tal-AKP jkomplu jwettqu parti attiva fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO), u jżommu infurmati b'mod regolari lis-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet soċjoprofessjonali tagħhom bid-deċiżjonijiet meħuda rigward is-sajd. |
B. Għall-ġejjieni fuq żmien medju sa ġejjieni fit-tul
16. |
Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi l-possibbiltà li tiġi stabbilita strateġija fit-tul għall-aċċess tal-flotta tal-UE għaż-ŻEE tal-pajjiżi ta’ dan ir-reġjun, ibbażata fuq ftehim ta’ qafas reġjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Paċifiku tal-Punent u l-Paċifiku Ċentrali, negozjat mal-FFA u ċċentrat fuq l-aspetti li ġejjin:
|
17. |
Jenfasizza li fl-aħħar stadju ta’ dan il-proċess għandu jieħu approċċ purament reġjonali, jiġifieri, għanu jieħu s-sura ta’ ftehim multilaterali ta’ kooperazzjoni fis-settur tas-sajd mal-pajjiżi li ffirmaw l-FSE li jagħti aċċess għar-riżorsi taż-ŻEE ta’ dawk il-pajjiżi għall-flotta tal-Unjoni; |
18. |
Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis din l-istrateġija tas-sajd għar-reġjun tal-Paċifiku kif ukoll il-karatteristiċi speċifiċi tal-istati gżejjer meta tiġi biex tirrevedi l-Ftehim ta’ Cotonou; |
19. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament ikun involut b’mod adegwat fil-proċess tat-tħejjija u tan-negozjar u fil-monitoraġġ fit-tul u l-valutazzjoni tal-funzjonament tal-ftehimiet bilaterali skont id-dispożizzjonijiet tat-TFUE; jinsisti li l-Parlament jiġi infurmat immedjatament u kompletament, fuq l-istess livell tal-Kunsill, fl-istadji kollha tal-proċedura relatati mal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd, skont l-Artikoli 13(2) u 218(10) TFUE; ifakkar fil-konvinzjoni tiegħu li l-Parlament għandu jkun irrappreżentat minn osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt ikkontemplat fil-ftehimiet tas-sajd; jinsisti li l-osservaturi tas-soċjetà ċivili, inklużi kemm rappreżentanti tas-sajd tal-UE u kemm tal-pajjiżi terzi, ukoll għandhom jattendu għal dawk il-laqgħat; |
o
o o
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi dan ir-Rapport lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. |
(1) ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.
(2) Testi adottati, P7_TA(2012)0461
(3) JOIN(2012)0006.
(4) ĠU L 32, 4.2.2005, p. 1, Edizzjoni Speċjali bil-Malti: il-Kapitolu 11, il-Volum 27, p. 52-54.
(5) ĠU L 224, 16.8.2006, p. 22.
(9) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(10) ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.
(11) ĠU L 151, 6.6.2006, p. 3.
(12) ĠU L 205, 7.8.2007, p. 3.
(13) ĠU L 190, 22.7.2010, p. 3.
(14) ĠU C 354, 17.11.2012, p. 1.