This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013IP0232
European Parliament resolution of 23 May 2013 on India: execution of Mohammad Afzal Guru and its implications (2013/2640(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar l-Indja: l-eżekuzzjoni ta’ Mohammad Afzal Guru u l-implikazzjoni tagħha (2013/2640(RSP))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar l-Indja: l-eżekuzzjoni ta’ Mohammad Afzal Guru u l-implikazzjoni tagħha (2013/2640(RSP))
ĠU C 55, 12.2.2016, pp. 125–126
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/125 |
P7_TA(2013)0232
Indja: l-eżekuzzjoni ta' Mohammad Afzal Guru u l-implikazzjonijiet tagħha
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013 dwar l-Indja: l-eżekuzzjoni ta’ Mohammad Afzal Guru u l-implikazzjoni tagħha (2013/2640(RSP))
(2016/C 055/21)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-18 ta’ Diċembru 2007, li titlob għal moratorju dwar l-użu tal-piena tal-mewt, u r-Riżoluzzjoni 63/168 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti li titlob għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 62/149 tal-Assemblea Ġenerali, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-18 ta' Diċembru 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni finali adottata mir-4 Kungress Dinji Kontra l-Piena tal-Mewt, li sar f'Ġinevra bejn l-24 u s-26 ta' Frar 2010, li titlob l-abolizzjoni universali tal-piena tal-mewt, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-11 ta' Awissu 2010 dwar il-moratorji rigward l-użu tal-piena tal-mewt, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti dwar l-abolizzjoni tal-piena kapitali, u b’mod partikolari dik tas-26 ta’ April 2007 dwar l-inizjattiva għal moratorju universali għall-piena kapitali (1), |
|
— |
wara li kkunsidra t-tressiq tar-rapport f'Lulju 2012 minn 14-il ex imħallef tal-Qorti Suprema u tal-Qorti Għolja tal-Indja lill-President tal-Indja, li jistiednu jikkommuta s-sentenzi għall-mewt ta' 13-il priġunier minħabba li dawk is-sentenzi ngħataw ħażin mill-Qorti Suprema matul id-disa' snin ta’ qabel, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Jum Dinji kontra l-Piena tal-Mewt u t-twaqqif tal-Jum Ewropew kontra l-Piena tal-Mewt fl-10 ta' Ottubru ta’ kull sena, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 122(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi fl-2002 Mohammad Afzal Guru ġie kkundannat għall-mewt wara li nstab ħati ta' konfoffa b’rabta mal-attakk fuq l-Parlament tal-Indja f’Diċembru 2001, u nqatel mill-awtoritajiet Indjani fid-9 ta' Frar 2013; |
|
B. |
billi l-piena tal-mewt hija l-iktar kastig krudili, inuman u degradanti u tmur kontra d-dritt għall-ħajja, kif iddikjarat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, |
|
C. |
billi de jure jew de facto 154 pajjiż fid-dinja neħħew il-piena tal-mewt; billi l-Indja, matul il-preżentazzjoni tal-kandidatura tagħha għal siġġu fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem qabel l-elezzjonijiet tal-20 ta' Mejju 2011, wiegħdet li tappoġġa l-għola standards ta' promozzjoni u protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; |
|
D. |
billi f'Novembru 2012, l-Indja temmet il-moratorju mhux uffiċjali ta’ tmien snin dwar l-eżekuzzjonijiet, meta qatlet lil Ajmal Kasab, ikkundannat għar-rwol tiegħu fl-attakki li saru f’Mumbai fl-2008; |
|
E. |
billi organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem qajmu dubji serji dwar il-korrettezza tal-proċess ta’ Afzal Guru; |
|
F. |
billi fl-Indja aktar minn 1 455 priġunier fil-preżent huma kkundannati għall-mewt; |
|
G. |
billi, minkejja l-kerfju impost f’ħafna partijiet tal-Kashmir amministrat mill-Indja, il-mewt ta’ Afzal Guru ġet segwita minn protesti; |
|
1. |
Itenni l-oppożizzjoni twila tiegħu kontra l-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha, u jistieden għal darb’oħra għal moratorju immedjat għall-eżekuzzjonijiet f’dawk il-pajjiżi fejn għad hemm il-piena tal-mewt; |
|
2. |
Jikkundanna lill-Gvern tal-Indja talli fid-9 ta’ Frar 2013, wettaq b’mod sigriet l-eżekuzzjoni ta’ Afzal Guru fil-Ħabs ta’ Tihar fi New Delhi, kontra ix-xejriet dinjija lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, u jesprimi d-dispjaċir tiegħu li l-mara ta’ Afzal Guru u l-membri tal-familja tiegħu ma ġewx infurmati bl-eżekuzzjoni u d-dfin imminenti tiegħu; |
|
3. |
Jistieden lill-Gvern tal-Indja biex jirritorna l-ġisem ta' Afzal Guru lill-familja tiegħu; |
|
4. |
Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Indja biex iżommu mill-qrib mal-ogħla standards ġudizzjarji nazzjonali u internazzjonali fil-proċessi u l-proċedimenti ġudizzjarji, u jipprovdu l-assistenza legali meħtieġa lill-priġunieri u l-persuni kollha li jridu jgħaddu minn proċess; |
|
5. |
Jiddispjaċih mill-mewt ta’ tliet żgħażagħ mill-Kashmir wara l-protesti kontra l-eżekuzzjoni ta’ Afzal Guru; jistieden lill-forzi tas-sigurtá biex irażżnu l-użu tal-forza kontra dimostranti paċifiċi; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-effetti negattivi possibbli fuq il-proċess ta’ paċi tal-Kashmir; |
|
6. |
Jistieden lill-Gvern tal-Indja, bħala kwistjoni ta’ urġenza, biex ma japprova ebda ordni ta’ eżekuzzjoni fil-futur; |
|
7. |
Jistieden lill-Gvern u lill-Parlament tal-Indja jadottaw leġiżlazzjoni li tintroduċi moratorju permanenti fuq l-eżekuzzjonijiet, bil-għan li jabolixxu l-piena tal-mewt fil-ġejjieni qarib; |
|
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Commonwealth, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-President tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, u lill-President, il-Gvern u l-Parlament tal-Indja. |
(1) ĠU C 74 E, 20.3.2008, p. 775.