Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DP0405

    Deċizjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati għall-kooperazzjoni parlamentari u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali (2013/2853(RSO))

    ĠU C 181, 19.5.2016, p. 96–97 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 181/96


    P7_TA(2013)0405

    Numru u kompożizzjoni numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, id-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u d-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari ta' kooperazzjoni u għall-Assemblej Parlamentari multilaterali

    Deċizjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2013 dwar is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tad-delegazzjonijiet għall-kumitati għall-kooperazzjoni parlamentari u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali (2013/2853(RSO))

    (2016/C 181/19)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

    wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 (1), tal-14 ta' Settembru 2009 (2), tal-15 ta' Ġunju 2010 (3) u tal-14 ta' Diċembru 2011 (4) dwar in-numru tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    1.

    Jiddeċiedi li, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, id-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn l-UE u l-Kroazja mhux se tibqa' jeżisti:

    2.

    Jiddeċiedi li jemenda kif ġej is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari li ġejjin:

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo: 30 membru

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Peniżola Għarbija 19 membru

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Istati Uniti: 57 membru

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kanada: 21 membru

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali: 16-il membru

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Ġappun: 26 membru

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina: 42 membru

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Indja: 29 membru

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN): 25 membru

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Awstralja u New Zealand 19-il membru

     

    Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel 21 membru;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni.


    (1)  ĠU C 212 E, 5.8.2010, p. 136.

    (2)  ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 36.

    (3)  ĠU C 236 E, 12.8.2011, p. 159.

    (4)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 132.


    Top