This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0849
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL in accordance with Article 16 of Council Directive 2007/74/EC on the exemption from value added tax and excise duty of goods imported by persons travelling from third countries
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi
/* COM/2013/0849 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi /* COM/2013/0849 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW U LILL-KUNSILL skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva
tal-Kunsill 2007/74/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u
d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw
minn pajjiżi terzi WERREJ RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW
U R-RAPPORT TAL-KUNSILL MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL.................................... 2 1........... Sommarju...................................................................................................................... 4 2........... Analiżi tar-riżultati ta’
konsultazzjoni........................................................................... 4 2.1........ Introduzzjoni................................................................................................................ 4 2.1.1..... Bażi ġuridika u elementi ewlenin
tad-Direttiva............................................................ 4 2.1.2..... Metodoloġija................................................................................................................. 4 2.2........ Diskussjoni tal-kummenti riċevuti................................................................................ 5 2.2.1..... Artikoli 3, 7 u 13 —
Definizzjonijiet............................................................................ 5 2.2.2..... Artikolu 6a — Interpretazzjoni
ta’ “importazzjonijiet okkażjonali”............................. 8 2.2.3..... Artikolu 8 — Trattament ta’
prodotti oħrajn tat-tabakk (hawnhekk: snus)................ 11 2.2.4..... Artikolu 8(2) — Distinzjoni bejn
vjaġġaturi bl-ajru u vjaġġaturi oħrajn..................... 11 2.2.5..... Artikoli 8, 9, 11 — Limiti
kwantitattivi..................................................................... 12 2.2.6..... Artikolu 10 — L-età
tal-vjaġġaturi............................................................................. 12 2.2.7..... Artikolu 11 — Fjuwil ġo
kontenitur li jinġarr............................................................. 13 2.2.8..... Artikolu 14 — Ammont minimu ta’
taxxa................................................................. 14 2.2.9..... Relazzjoni bejn limiti monetarji u
kwantitattivi.......................................................... 14 2.2.10... Navigazzjoni interna u trasport
tal-passiġġieri fuq ix-xmara Danubju........................ 14 3........... Evalwazzjoni ġenerali u konklużjoni.......................................................................... 14 4........... Anness........................................................................................................................ 15 1. Sommarju Dan ir-rapport huwa bbażat fuq
l-Artikolu 16 tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE dwar l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq
oġġetti importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi ("id-Direttiva") li skontu l-Kummissjoni tipprovdi rapport
lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva,
akkumpanjat bi proposta għal emendi fejn meħtieġ. Bħala tħejjija għal dan ir-rapport
il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-Istati Membri f’Ġunju 2012 fejn
talbithom jikkummentaw dwar kwalunkwe parti mid-Direttiva (il-Premessi u
l-Artikoli kollha) u jqajmu mistoqsijiet speċifiċi dwar l-użu ta’ eżenzjonijiet
stipulati fid-Direttiva. Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet mis-27 Stat Membru
kollha ta' dak iż-żmien.[1]
15-il Stat Membru ma raw l-ebda ħtieġa li jiġu emendati r-regoli preżenti. 5
Stati Membri ssuġġerew bidliet editorjali u 7 Stati Membri rrapportaw problemi
marbutin mal-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet. Filwaqt li tidentifika għadd ta’ problemi
relevanti, b'mod partikolari fir-rigward tad-definizzjoni u l-interpretazzjoni
ta' termini tekniċi bħal "importazzjonijiet okkażjonali”, il-Kummissjoni
ma tara l-ebda każ konvinċenti għal azzjoni leġiżlattiva f’dan l-istadju u pjuttost
se tipprova tindirizza dawn il-kwistjonijiet permezz ta’ proċeduri rilevanti
tal-Kumitat, skambju tal-aqwa prattiki u linji gwida u għodod amministrattivi
prattiċi. 2. Analiżi
tar-riżultati ta’ konsultazzjoni 2.1. Introduzzjoni 2.1.1. Bażi
ġuridika u elementi ewlenin tad-Direttiva Il-bażi ġuridika ta’ dan ir-rapport hija
l-Artikolu 16 tad-Direttiva: “Kull erba’ snin u
għall-ewwel darba fl-2012 il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport dwar
l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva lill-Kunsill, fejn xieraqflimkien ma'
proposta għal emenda.” Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli
b'rabta mal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (Value Added Tax - VAT) u
d-dazju tas-sisa fuq oġġetti importati fil-bagalji personali ta’ persuni li
jivvjaġġaw minn pajjiż terz jew minn territorju fejn id-dispożizzjonijiet
tal-Komunità dwar il-VAT jew dazju tas-sisa, jew it-tnejn, ma japplikawx. Fi
kliem ieħor din tiddefinixxi essenzjalment il-konċessjonijiet tal-UE
għall-eżenzjonijiet mit-taxxa fl-ivvjaġġar internazzjonali. L-Artikolu 41
tar-Regolament 1186/2009 huwa rilevanti f’dak li jirrigwarda d-dazji
tad-dwana. Dan mhuwiex kopert direttament mir-rapport preżenti ħlief għal
skopijiet ta’ analiżi konsistenti jew f’tentattiv biex jiġu indirizzati
s-sinerġiji (ara hawn taħt). L-għan ta’ evalwazzjoni regolari kif mitlub
permezz tal-obbligu tar-rappurtar huwa li jiġi vverifikat jekk
id-definizzjonijiet, il-valuri ta’ limitu, il-limiti kwantitattivi u
dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fid-Direttiva għadhomx jirriflettu
r-realtajiet ekonomici u jilħqux l-iskop tagħhom. 2.1.2. Metodoloġija Sabiex jiġi stabbilit dan ir-rapport
il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni mal-Istati Membri sabiex tikseb rispons
dwar l-implimentazzjoni, l-effettività u l-utilità tad-dispożizzjonijiet
rilevanti. B’mod partikolari, saru mistoqsijiet speċifiċi dwar l-użu ta’
eżenzjonijiet u limiti kwantitattivi stipulati fid-Direttiva[2]. Id-dejta
tal-kwestjonarju pprovdiet l-informazzjoni prinċipali għal dan ir-rapport.
Is-servizzi tal-Kummissjoni evalwaw ukoll ir- “Rapport
dwar id-dispożizzjonijiet għall-bagalji personali— Rappurtar dwar kwistjonijiet
relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1186/2009 li kien introdott mir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 274/2008” stabbilit mis-Segretarjat Ġenerali
fit-22 ta’ Novembru 2011 lill-Kunsill[3]. Filwaqt li r-Regolament
Nru 274/2008 jindirizza eżenzjonijiet minn dazji doganali u d-Direttiva
tal-Kunsill 2007/74/KE tindirizza eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-valur
miżjud u d-dazji tas-sisa, iż-żewġ settijiet ta’ regoli bażikament huma dwar
l-istess kwistjonijiet, jiġifieri l-importazzjoni ta’ oġġetti minn pajjiżi jew
territorji terzi fejn ir-regoli tal-Komunità ma japplikawx, li jinġarru
fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi. Barra minn hekk, iż-żewġ settijiet ta’
regoli huma applikati mill-istess awtoritajiet, l-awtoritajiet doganali fuq
l-importazzjoni. Għalhekk il-problemi identifikati mill-Istati Membri se jkunu
jew identiċi jew għall-inqas jikkoinċidu parzjalment. F'dan l-isfond
id-dimensjoni tal-oqsma problematiċi rrappurtati mill-Istati Membri
fil-kwestjonarju kif ukoll is-soluzzjonijiet possibbli jinftiehmu u jiġu
indirizzati aħjar jekk iż-żewġ settijiet ta’ regoli jiġu kkunsidrati f'kuntest
konsistenti. Minn hawn’ il quddiem, dan ir-rapport jiddiskuti
biss kwistjonijiet sostanzjali definiti b’dan il-mod. Talbiet għal bidliet
editorjali u lingwistiċi mhumiex koperti; madankollu, dawn ingħataw
l-attenzjoni fil-proċedimenti tal-Kumitat dwar id-dazji tas-sisa[4]. 2.2. Diskussjoni
tal-kummenti riċevuti 2.2.1. Artikoli 3,
7 u 13 — Definizzjonijiet Żewġ Stati Membri talbu għal definizzjoni aktar preċiża ta’ dawn
it-termini li ġejjin stipulati fid-Direttiva: Art. 3(1) u (2) - "Pajjiż terz" u "Territorju
fejn id-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar il-VAT jew id-dazju tas-sisa jew
it-tnejn ma japplikawx" Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ eżenzjoni
mill-VAT u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti impurtati minn persuni li jivvjaġġaw
minn pajjiżi terzi, ġie ssuġġerit li jiġu kkjarifikati d-definizzjonijiet għal
“pajjiż terz” u “territorji” skont id-Direttivi tal-Kunsill 2006/112/KE u
2008/118/KE, fid-dawl tal-konvenzjonijiet u t-trattati konklużi ma’ Franza,
ir-Renju Unit u Ċipru rispettivament, li l-Prinċipat ta’ Monako, il-Gżira ta'
Man u ż-Żoni tal-Bażi Sovrana tar-Renju Unit ta' Akrotiri u Dhekelia ma
jitqiesux, għall-iskopijiet ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva, bħala
pajjiżi terzi. Huwwa minnu li l-Art 3(1) u 3(2)
tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE jiddistingwu bejn "pajjiż
terz" u "territorju minbarra pajjiż terz fejn
id-Direttivi 2006/112/KE jew 92/12/KEE jew it-tnejn ma japplikawx".
Din id-distinzjoni teżisti minħabba s-sitwazzjoni li xi territorji huma parti
mit-territorju doganali tal-UE iżda ċerti regoli fiskali hemm ma japplikawx u
f’każijiet oħra ċerti territorji huma barra mit-territorju doganali iżda
minħabba ftehimiet ta’ assoċjazzjoni ċerti regoli fiskali Komunitarji hemm
japplikaw. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ir-raġunijiet għal dawn ir-regoli —
li bla ebda dubju xi kultant huma kumplessi — huma ta’ natura storika u ħafna
drabi solvew kunflitti li ilhom għaddejjin. Huwa għal dawn ir-raġunijiet
storiċi u sabiex jiġu rrispettati l-obbligi li ċerti Stati Membri huma involuti
fihom li jeżistu d-distinzjonijiet fl-Artikolu 3(1) u 3(2) u jridu jkomplu
jeżistu. Il-passiġġieri li jidħlu fil-Komunità mill-Gżira ta' Man ma jistgħux
jibbenefikaw mill-konċessjonijiet għall-vjaġġaturi skont l-Artikoli 1 u
3(1) għaliex it-territorju tal-Gżira ta' Man mhuwiex pajjiż terz u vjaġġaturi
minn Monako ma jistgħux jibbenefikaw minn konċessjonijiet għall-vjaġġaturi
skont l-Artikoli 1 u 3(2) minħabba li fit-territorji tagħhom
id-Direttivi 2006/112/KE jew 92/12/KEE, jew it-tnejn japplikaw. Għall-istess raġunijiet storiċi l-eżenzjonijiet
minn dawn id-definizzjonijiet jeżistu u jridu jkomplu japplikaw. It-tieni
subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jistipula li fid-dawl tal-Ftehim Fiskali
bejn Franza u l-Prinċipalità ta’ Monako tat-18 ta’ Mejju 1963 u
l-Ftehim ta’ ħbiberija u r-relazzjonijiet btal-viċinat bejn l-Italja u
r-Repubblika ta’ San Marino tal-31 ta’ Marzu 1939, Monako u San
Marino mhumiex se jitqiesu bħala pajjiżi terzi fir-rigward tad-dazju tas-sisa.
Il-fatt li Monako u San Marino (għal skopijiet ta’ sisa biss) mhumiex
ikkunsidrati bħala pajjiżi terzi (l-Artikolu 3(1)) jiżgura, flimkien
mad-definizzjoni fl-Artikolu 3(2), li l-passiġġieri li jidħlu fil-Komunità
minn Monako ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jibbenefikaw minn
konċessjonijiet għall-vjaġġaturi skont id-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE
u l-vjaġġaturi minn San Marino ma jistgħux jibbenefikaw minn konċessjonijiet
għall-vjaġġaturi għal skopijiet ta’ sisa. Fil-fatt,
l-Artikolu 1 ta’ dik l-istess Direttiva jillimita l-benefiċċji
fil-konċessjonijiet għall vjaġġaturi minn pajjiżi terzi u territorji minbarra
pajjiżi terzi fejn id-Direttivi 2006/112/KE jew 92/12/KEE, jew it-tnejn ma
japplikawx. Bl-istess mod, it-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 3(2) jistipula li fid-dawl tal-Ftehim bejn il-Gvernijiet
tar-Renju Unit u l-Gżira ta' Man dwar Dwana u Sisa u materji assoċjati tal-15 ta’ Ottubru 1979,
il-Gżira ta' Man mhix se titqies bħala territorju minbarra pajjiż terz fejn
id-Direttivi 2006/112/KE jew 92/12/KEE, jew it-tnejn ma japplikawx. Din l-eżenzjoni tiżgura mill-ġdid li passiġġieri li jidħlu fil-Komunità
minn dawn it-territorji ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn konċessjonijiet
għall-vjaġġaturi skont id-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE minħabba li
l-Artikolu 1 ta’ dik l-istess Direttiva jillimita l-kwoti lill-vjaġġaturi
minn territorju fejn id-dispożizzjonijiet tal-Komunità dwar il-VAT jew id-dazju
tas-sisa, jew it-tnejn ma japplikawx u lil vjaġġaturi minn pajjiżi terzi. Minħabba li dawn is-sitwazzjonijiet speċifiċi, li
evolvew storikament, jibqgħu jeżistu, il-Kummissjoni tkompli tara ħtieġa għal
regoli speċifiċi fl-Art. 3(1) u 3(2) tad-Direttiva
tal-Kunsill 2007/74/KE. Art. 3(3) —Vjaġġaturi bl-ajru u bil-baħar Dan l-Artikolu jiddistingwi, minn naħa, bejn
vjaġġaturi bl-ajru u bil-baħar, u jeskludi, min-naħa l-oħra, individwi li
jivvjaġġaw permezz ta’ titjir privat bħala delizzju jew navigazzjoni privata
bil-baħar bħala delizzju mill-konċessjonijiet tal-vjaġġaturi.
Is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 7 tad-Direttiva jistipula limitu
monetarju għall-vjaġġaturi bl-ajru u bil-baħar ta’ EUR 430 filwaqt li
l-limitu għall-vjaġġaturi l-oħra huwa EUR 300. Proposta li tressqet
waqt il-konsultazzjoni kienet li jiġi emendat l-Artikolu 3(3) biex
l-esklużjoni ta’ individwi li jivvjaġġaw permezz ta’ titjir privat bħala
delizzju jew navigazzjoni privata bil-baħar bħala delizzju issir fakultattiva
għall-Istati Membri, u b'hekk tippermettilhom japplikaw limitu monetarju wieħed
ta’ EUR 430 għall-vjaġġaturi kollha minflok EUR 430 għall-vjaġġaturi
bl-ajru u bil-baħar u EUR 300 għall-vjaġġaturi l-oħra kollha. L-idea wara
dan kienet li jiġu ffaċilitati l-proċeduri fl-Istati Membri mingħajr fruntiera
fuq l-art ma' pajjiżi terzi. Id-distinzjoni
bejn mezzi differenti ta’ trasport ġiet introdotta sabiex tirrifletti
s-sitwazzjoni fl-Istati Membri li jaqsmu fruntieri tal-art ma’ pajjiżi
tal-Ewropa tal-Lvant (pereżempju r-Russja, l-Ukraina) bi prezz u/jew livell
tat-taxxa/dazju tas-sisa ferm iktar baxx. Il-Kummissjoni ma taf bl-ebda
approssimazzjoni sinifikanti ta' dawn id-diskrepanzi fil-prezzijiet
mill-adozzjoni tad-Direttiva fl-2007 'l hawn. Għall-kuntrarju, rati ta'
inflazzjoni relattivament għoljin fil-parti l-kbira tal-Istati Membri fuq
il-fruntiera tal-Lvant tal-UE jidher li wasslu saħansitra għal diskrepanzi
ikbar fil-kapaċità tal-akkwist bejn dawn il-pajjiżi u pajjiżi terzi fuq
il-fruntiera tal-Lvant tal-UE. Barraminhekk, il-problemi rrappurtati
mill-Ungerija u l-Estonja fir-“Rapport
dwar id-dispożizzjonijiet għall-bagalji personali— Rappurtar dwar kwistjonijiet
relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1186/2009 li kien introdott mir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 274/2008” jidher li jikkonfermaw dik il-konklużjoni. F'dan l-isfond il-Kummissjoni ma tara l-ebda
sitwazzjoni reali biex l-esklużjoni lill individwi li jivvjaġġaw fil-privat
bħala delizzju jew li jinnavigaw fil-privat bil-baħar bħala delizzju ssir
fakultattiva għall-Istati Membri. Proposta oħra mressqa waqt il-konsultazzjoni
kienet li tiġi allinjata d-definizzjoni ta' "vjaġġatur" skont
l-Artikolu 236 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993
li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali
Komunitarju. L-Art. 236 Ittra A tar-Regolament
tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 jiddikjara li “[...] “vjaġġatur”
ifisser: 1. kull persuna li tidħol temporanjament
fit-territorju doganali tal-Komunità, u li ma tkunx normalment residenti hemm,
u 2. kull persuna li terġa' lura lejn territorju
doganali tal-Komunità fejn hi tkun normalment residenti, wara li tkun għamlet
żmien temporanjament f'pajjiż terz." Kuntrarju għal dan, l-Artikolu 1
tad-Direttiva, madankollu, jistabbilixxi regoli għal “[...] persuni li jkunu
qed jivvjaġġaw minn pajjiż terz jew minn territorju fejn id-dispożizzjonijiet
Komunitarji dwar il-VAT jew id-dazju tas-sisa jew it-tnejn, kif definiti
fl-Artikolu 3, ma japplikawx”. L-Artikolu 3 jkompli jiddefinixxi dawn
it-territorji billi jipprovdi referenza għad-Direttivi 2006/112/KE u
2008/118/KE (li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE). Dawn id-Direttivi
jikkostitwixxu kunċett aktar differenzjat għar-raġunijiet li ġew spjegati aktar
’il fuq dwar l-emenda proposta tal-Artikolu 3 tad-Direttiva. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tara l-ebda lok
għall-allinjament tad-definizzjoni ta’ vjaġġatur fl-Artikolu 3 tad-Direttiva
skont dik fl-Artikolu 236 tar-Regolament 2454/93. Art. 7(4) — Bagalji personali Din
id-dispożizzjoni teżenta l-valur tal-bagalji personali ta’ vjaġġatur mil-limitu
monetarju.[5]
Wara interpretazzjoni usa’ ta’ din id-dispożizzjoni, “il-bagalji personali ta'
vjaġġatur” jistgħu jinkludu wkoll ix-xiri bla dazju magħmula fuq vjaġġ 'il
barra li jagħmel il-vjaġġatur. Din tista’ toħloq lakuna fejn vjaġġatur ikun
jista' jixtri prodotti waqt il-vjaġġ tiegħu 'il barra mingħajr ma jħallas
il-VAT u/jew dazju doganali u jerġa' jimporta lura l-oġġetti flimkien
mal-limitu monetarju. L-individwu jkun jista' jixtri numru kbir ta' oġġetti
ħielsa mill-VAT u madankollu xorta jużahom fl-UE. Għaldaqstant, kien issuġġerit
li tiddaħħal definizzjoni ta’ “bagalji personali” f’dan l-Artikolu biex
tagħmilha ċara li x-xiri bla dazju waqt il-vjaġġ ’il barra ma jikkwalifikax
bħala bagalji personali u huwa soġġett għal-limitu monetarju. Skont
l-Artikoli 5 u 7(4) tad-Direttiva u l-Artikoli 147(1) ittra a) u
146(1) ittra b) tad-Direttiva 2006/112/KE jista’ jkun hemm tabilħaqq
possibilità teoretika għal użu ħażin. Fil-prattika, madankollu, pajjiżi terzi
jew territorji 'l barra mill-UE normalment japplikaw ukoll limiti monetarji kif
ukoll limiti kwantitattivi għall-vjaġġaturi li jidħlu fit-territorju tagħhom.
Il-valur jew in-numru ta’ oġġetti ammessi bla dazju f’dawn il-pajjiżi ta’
destinazzjoni ġeneralment ma jkunx bla limitu iżda jeħtieġ li jissodisfa
r-rekwiżiti ġuridiċi nazzjonali/territorjali fiż-żewġ partijiet tal-vjaġġ waqt
l-importazzjoni. Il-Kummissjoni mhix konxja ta’ prattiċi abbużivi ta'
dimensjoni ekonomika li jeħtieġu inizjattiva leġislattiva u l-Istati Membri
lanqas ma rrappurtaw tali prattiki . Is-servizzi tal-Kummissjoni għalhekk ma
għandhomx l-intenzjoni li jiftħu diskussjoni dwar il-kwistjoni tal-inklużjoni
tax-xiri bla dazju li jsir waqt il-vjaġġ 'il barra tal-vjaġġatur
fid-dispożizzjoni dwar il-bagalji personali/ il-limiti monetarji. Art. 13
— Ekwipaġġ ta’ mezz ta’ trasport Waqt il-konsultazzjoni ġie propost ukoll l-allinjament
tad-definizzjoni ta’ "ekwipaġġ ta’ mezz ta’ trasport” fl-Artikolu 13
tad-Direttiva mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (KEE) Nru 918/83
tal-Kunsill tat-28 ta’ Marzu 1983 li jwaqqaf sistema Komunitarja
ta’ eżenzjoniiet mid-dazju doganali, mibdul bir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1186/2009 tas-16 ta’ Novembru 2009. Skont l-Anness VI tar-Regolament tal-Kunsill
(UE) Nru 1186/2009, l-Artikolu 49 tar-Regolament (KEE)
Nru 918/83 ġie abolit mingħajr ebda dispożizzjoni korrelatata (ġdida)
fir-Regolament li jħassar. Minflok, l-Artikolu 41 tar-Regolament
tal-Kunsill (UE) Nru 1186/2009 jindirizza eżenzjonijiet minn dazji
doganali għal oġġetti li jinsabu fil-bagalji personali tal-vjaġġjaturi billi
jirreferi għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE: "Merkanzija li tinstab fil-bagalji
personali ta’ vjaġġaturi li ġejjinminn pajjiż terz għandha tiddaħħal ħielsa
minn dazji ta’importazzjoni, sakemm dawn l-importazzjonijiet ikunu eżentati
mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi
nazzjonali adottata skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva
tal-Kunsill 2007/74/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar
l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sisa fuq oġġetti
importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi". Għalhekk il-Kummissjoni ma tarax il-ħtieġa jew xi
valur miżjud fl-allinjament tad-definizzjoni ta’ “ekwipaġġ ta’ mezz ta’
trasport” fl-Artikolu 13 tad-Direttiva ma' dik tal-Artikolu 49(1)
tar-Regolament (KEE) Nru 918/83. 2.2.2. Artikolu 6a
— Interpretazzjoni ta’ “importazzjonijiet okkażjonali” Erba’ Stati Membri enfasizzaw li huma jaraw
il-ħtieġa li tiġi ddeterminata aħjar il-frekwenza permessa ta’ importazzjonjiet
mhux kummerċjali lill-vjaġġaturi (jiġifieri billi jiġi ddeterminat l-għadd
massimu ta’ vjaġġi f’perjodu partikolari ta’ żmien). Jista' jidher li xi Stati
Membri li jaqsmu fruntieri bl-art ma’ pajjiżi terzi jiffaċċjaw diffikultajiet
partikolari ma’ individwi privati li jaqsmu fruntieri ta' pajjiżi terzi
għall-UE diversi drabi fil-ġimgħa jew — f’każijiet estremi — kuljum, li jġorru
prodotti soġġetti għas-sisa eżatt skont il-livell massimu awtorizzat ta’ limiti
kwantitattivi jew kemxejn taħtu u oġġetti oħra preċiżament skont il-limiti
monetarji permessi. Is-servizzi tal-Kummissjoni jifhmu t-tħassib ta'
dawn l-Istati Membri partikolarment għax dawn huma ġeneralment kompatibbli ma’
dawk deskritti fir-“Rapport dwar id-dispożizzjonijiet għall-bagalji personali —
Rappurtar dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 41
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li kienet introdotta
mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 274/2008”. Is-servizzi tal-Kummissjoni
jaqblu mal-fehma li dawn l-importazzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala
“importazzjonijiet okkażjonali”. Id-Direttiva, madankollu, ma tipprovdix punt ta'
referenza li jiddefinixxi frekwenza adattata ta' vjaġġi.
Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva, “l-importazzjoni għandha titqies
bħala ta’ natura mhux kummerċjali jekk tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin: (a) isseħħ kultant; (b) tikkonsisti esklussivament minn oġġetti
għall-użu personali jew għall-użu tal-familja tal-vjaġġaturi, jew minn oġġetti
maħsuba bħala rigali; In-natura jew il-kwantità ta’ l-oġġetti ma
tridx tkun tali li tindika li dawn qed jiġu importati għal raġunijiet
kummerċjali." Meta analizzaw in-numru kbir ta' xenarji ta'
importazzjoni għall-vjaġġaturi, is-servizzi tal-Kummissjoni ma setgħux ħlief
jikkonkludu li l-inizjattiva leġislattiva biex jiġu emendati
d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ma tapplikax bħala soluzzjoni xierqa li biha
jiġu indirizzati l-problemi rrappurtati hekk kif iktar tqassim tad-definizzjoni
ta’ importazzjonijiet okkażjonali bħala li jseħħu b’mod mhux frekwenti/minn
żmien għal żmien/mhux bħala drawwa iżid il-kumplessità tad-definizzjonijiet ġuridiċi
mingħajr ma jżid iċ-ċertezza ġuridika. Ma hemm l-ebda definizzjoni ċara ta’
“kultant” f’termini ta’ kwalunkwe ċifra dwar il-frekwenza; madankollu, u b’mod
partikolari meta huma involuti oġġetti soġġetti għas-sisa, l-ammonti trasferiti
mill-vjaġġatur ma' kull daħla tiegħu fl-UE għandhom ikun oġġetti li jiġu
kkunsmati, u titqies l-imġiba normali tal-konsumatur fil-każ ta' dak
l-individwu privat. Eżempju 1:
vjaġġatur li jaqsam il-fruntiera tal-UE/ ta’ pajjiż terz kull jumejn, u
għalhekk ikun qed iġorr grossa sigaretti (200 biċċa) ma' kull daħla tiegħu
fl-UE meta jiġi lura mill-pajjiż terz. L-ammont ta' 100 sigarett li jkun jeħtieġ li jiġi
kkonsumat minn dan individwu privat kuljum jaqbeż b'mod ċar l-imġiba normali
tal-konsumatur. Importazzjonijiet ta' dan it-tip ma jistgħux jitqiesu ta’
natura mhux kummerċjali. Eżempju 2:
vjaġġatur li jaqsam il-fruntiera tal-UE/ ta’ pajjiż terz darba f'ġimgħa, u
għalhekk ikun qed iġib ħames pakketti sigaretti u litru vodka ma' kull daħla
tiegħu fl-UE meta jiġi lura mill-pajjiż terz. F'każ li l-kundizzjonijiet l-oħra kollha jkunu
ntlaħqu, l-ammonti indikati f’dan l-eżempju ma għandhomx jagħtu lok biex
jinbdew proċeduri doganali. Eżempju 3:
vjaġġatur li jaqsam il-fruntiera tal-UE/ ta’ pajjiż terz kuljum u għalhekk ikun
qed jidħol fl-UE b'mutur ta' tank standard sħiħ ta’ petrol/diżil flimkien ma'
10 litri oħra f’kontenitur li jinġarr. Huwa improbabbli ħafna li individwu privat juża
tali ammonti kbar ta’ fjuwil għal skopijiet mhux kummerċjali. Eżempju 4:
vjaġġatur li jaqsam il-fruntiera tal-UE/ ta’ pajjiż terz darba fil-ġimgħa, u
għalhekk ikun qed iġorr 3 pakketti tabakk ta' qatgħa fina (total ta’
90 g), 4 litri nbid bla gass, litru wiski, 5 arloġġi tal-idejn, diversi
fliexken tal-fwieħa u 3 apparati tal-GPS ma' kull daħla tiegħu fl-UE. Għalkemm l-ammont ta’ prodotti soġġetti għas-sisa
importati jidher li għadu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva, l-importazzjoni
ta’ oġġetti oħra tagħti lok biex jiġu kkontrollati l-intenzjonijiet
tal-vjaġġatur, partikolarment l-użu għal skopijiet kummerċjali. Il-Kummissjoni hija konxja li hemm ħafna xenarji
differenti li ma jistgħux jiġu diskussi fid-dettall u b’mod xieraq fil-qafas
ta’ dan ir-rapport. Dan in-numru kbir jista’ jiġi indirizzat biss każ b'każ,
partikolarment meta jkun hemm indikazzjoni tal-evitar tat-taxxa, f'liema każ
jiġu kkunsidrati l-kondizzjonijiet kollha elenkati b’mod partikolari
fl-Artikoli 4 sa 6 tad-Direttiva. Il-Kummissjoni ma għandhiex
oġġezzjonijiet prinċipali għall-approċċ magħżul minn għadd ta’ Stati Membri fejn
jidħol il-monitoraġġ tan-numru ta’ vjaġġi minn vjaġġatur fuq perjodu
partikolari ta’ żmien, b’mod partikolari fil-fruntieri tal-art ma’ pajjiżi
terzi. Monitoraġġ ta' dan it-tip, madankollu, ma għandux iwassal għal xkiel
sproporzjonat ta’ libertà fl-ivvjaġġar taċ-ċittadini tal-UE u lanqas ma għandu
joħloq restrizzjonijiet fuq il-qsim normali tal-fruntieri għal persuni li ma
jkunux qed iġorru xi oġġetti akkwistati fl-esteru. Fir-rigward
tal-“arkitettura” ta’ dawn l-attivitajiet ta’ monitoraġġ, l-Istati Membri huma
ħielsa li jiddeterminaw liema miżuri jidhrilhom li jkunu l-iżjed xierqa u
fl-istess ħin tal-inqas piż. Ta' min iżomm f'moħħu wkoll li ħafna
mid-dispożizzjonijiet fid- Direttiva
tal-Kunsill 2007/74/KE għandhom l-oriġini tagħhom f’konvenzjonijiet
internazzjonali li l-Istati Membri u l-UE huma partijiet kontraenti tagħhom.
Għalhekk, il-konsistenza tad-dispożizzjonijiet tal-Komunità
mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-konvenzjonijiet trid tiġi ppreżervata. F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ma għandhiex l-intenzjoni
li tniedi inizjattiva leġislattiva f’dan l-istadju sabiex jiġu solvuti
l-problemi deskritti; madankollu, il-Kummissjoni hija lesta li tiżviluppa
għodod u prattiki amministrattivi flimkien mal-Istati Membri interessati, biex
jiġu indirizzati kif xieraq ix-xenarji ta' problemi deskritti u mbagħad li
taqsam dak it-tagħrif mal-Istati Membri l-oħra. Is-sitwazzjonijiet deskritti hawn fuq huma
saħansitra aktar kumplessi biex jiġu mmaniġġjati fil-każ ta’ persuni residenti
f’xi żona tal-fruntiera, ħaddiema taż-żona tal-fruntiera jew ekwipaġġ ta’ mezz
ta’ trasport (ara l-Artikolu 13 tad-Direttiva). Meta jevalwaw tali qsim
tal-fruntieri l-Istati Membri jeħtieġ li jqisu l-pożizzjoni ġeografika
tar-residenza tal-vjaġġaturi, is-sitwazzjoni tax-xogħol u/jew l-ambjent tax-xogħol
flimkien mar-rekwiżiti imposti mill-Artikoli 4 sa 6 tad-Direttiva. Sabiex jiġi ffaċilitat it-trattament ta’ tali
każijiet speċjali, il-paragrafi (5) u (6) tal-Artikolu 3
tad-Direttiva jipprovdu definizzjonijiet ta’ “żona tal-fruntiera” u “ħaddiem
taż-żona tal-fruntiera”. Skont dawn id-definizzjonijiet u f’korrelazzjoni
mal-Artikolu 13(2) vjaġġaturi li jmorru lil hinn minn żona ta’ 15-il
kilometru mill-fruntiera (“f’linja dritta”) ma jiffaċċjaw l-ebda
restrizzjonijiet oħra minn dawk applikabbli għall-vjaġġaturi l-oħra kollha.
Madankollu, xi individwi privati jużaw ħażin din id-dispożizzjoni billi jieqfu
saż-żona tal-fruntiera u jgħaddu l-oġġetti li xtraw fl-esteru lil persuni li
joqogħdu inqas minn 15 km bogħod mill-fruntiera. Minħabba li tali importazzjonijiet
normalment isiru biss fil-fruntieri tal-art id-Direttiva tistipula ċerti miżuri
li l-Istati Membri jistgħu japplikaw sabiex jiġi indirizzat/illimitat l-użu
ħażin ta’ eżenzjonijiet mogħtija. L-ewwel nett, vjaġġaturi apparti dawk bl-ajru u
bil-baħar, jistgħu idaħħlu biss sa valur ta’ EUR 300 f’oġġetti għal kull
persuna (għajr it-tabakk, l-alkoħol, il-fjuwil). Għall-vjaġġaturi bl-ajru u
bil-baħar, dan il-limitu jammonta għal EUR 430. It-tieni nett, u għall-promozzjoni ta' livell
għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu
l-kwantità massima permissibbli applikabbli għall-prodotti tat-tabakk għal 20
fil-mija tal-kwantitajiet regolari (jiġifieri 40 sigarett minflok 200). B’hekk,
l-Istati Membri huma ħielsa li jagħżlu jekk tali limiti iktar baxxi japplikawx
għall-vjaġġaturi kollha (Artikolu 8(1)) jew għall-vjaġġaturi bil-baħar u
bl-art biss (Artikolu 8(2)). It-tielet nett, l-Istati Membri jistgħu inaqqsu
t-tnejn li huma, kemm il-limitu monetarju kif ukoll il-limiti kwantitattivi
għar-residenti fiż-żona tal-fruntiera, għall-ħaddiema fiż-żona tal-fruntiera u
għall-ekwipaġġ ta’ mezz ta’ trasport użat fl-ivvjaġġar internazzjonali għal
livell magħżul minnhom fuq bażi nazzjonali, ara l-Artikolu 13(1)
f’korrelazzjoni mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva.
F’xi każijiet, l-Istati Membri naqqsu l-kwantitajiet/l-ammonti saħansitra għal
rata żero. Il-Kummissjoni
tirrikonoxxi bis-sħiħ is-sitwazzjoni diffiċli f’għadd ta’ Stati Membri li
jiffaċċjaw fl-implimentazzjoni tal-każijiet speċjali u l-eżenzjonijiet mogħtija
mid-Direttiva. Hi tqis, madankollu, li l-leġislazzjoni attwali tipprovdi bilanċ
bejn l-obbligu tal-Istati Membri li jevitaw it-taxxa doppja għal
importazzjonjiet li mhumiex kummerċjali u d-dritt sovran tal-Istati Membri biex
jipproteġu l-ekonomija domestika tagħhom u d-dħul nazzjonali. Għal darb’oħra l-Kummissjoni hija tal-opinjoni li
l-inizjattiva leġiżlattiva li tieħu ħsieb il-każijiet taż-żona tal-fruntiera
sempliċiment mhix metodu fattibbli biex jiġu indirizzati l-problemi
rrapportati. Madankollu, il-Kummissjoni hija lesta li tiżviluppa għodod
amministrattivi u l-aħjar prattiki flimkien mal-Istati Membri interessati
sabiex jiġu indirizzati kif xieraq ix-xenarji ta' problemi deskritti u mbagħad
taqsam dak it-tagħrif mal-Istati Membri l-oħra. 2.2.3. Artikolu 8
— Trattament ta’ prodotti oħrajn tat-tabakk (hawnhekk: snus) Stat Membru (l-Isvezja) jirrapporta li l-eżenzjoni
mit-taxxa stipulata f’din id-Direttiva qed tiġi abbużata għal prodott
tat-tabakk imsejjaħ “snus”. L-isnus huwa prodott tat-tabakk soġġett għad-dazju
tas-sisa taħt il-liġi Svediża. Huwa pprojbit fis-swieq l-oħra kollha tal-UE
ħlief l-Isvezja. Peress li l-importazzjoni tal-isnus b'taxxa eżentata hija
limitata biss bil-limitu ta’ EUR 430/300 fl-Artikolu 7 (u mhux
bil-limiti kwantitattivi tal-Artikolu 8), hemm il-possibilità li jinġiebu
kwantitajiet kbar ta’ snus mhux intaxxat fl-Isvezja bl-istqarrija li dan ikun
għall-użu personali. Il-miżuri ta’ kontroll doganali jidhru li jikkonfermaw li
l-isnus jiddaħħal illegalment fl-Isvezja minn vjaġġaturi (kurrieri) permezz ta'
vapuri-laneċ fil-Baħar Baltiku b’mod organizzat u fuq skala kbira. L-isnus mhux
intaxxat jerġa' jinbiegħ bil-livell tal-bejgħ bl-imnut fl-Isvezja u jidher li
jikkawża distorsjonijiet fis-suq. L-Isvezja tissuġġerixxi li jiġi introdott
limitu kwantitattiv għall-isnus bħala deroga għall-Artikoli 7 u 8. Barra
minn hekk, l-Isvezja tipproponi wkoll li għandu jkun hemm limiti kwantitattivi
għall-prodotti kollha intaxxati tat-tabakk, inkluż prodotti tat-tabakk li ma
jdaħħanx. Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva, il-limiti
kwantitattivi huma stipulati għal ċerti prodotti tat-tabakk li l-Istati Membri
jeżentaw mill-VAT u d-dazju tas-sisa. Oġġetti oħra, bħal prodotti tat-tabakk li
mhumiex elenkati fl-Artikolu 8, jeħtieġ li jirrispettaw il-limitu ta'
EUR 300/430 biss. (Artikolu 7) Jista' jidher li l-prattika
amministrattiva Svediża tal-applikazzjoni ta' eżenzjoni fuq medda ta' snin
b'limitu ta' SEK 4 300 u SEK 3000 għall-vjaġġaturi li jaslu
bid-dgħajsa jew vapur minn pajjiżi terzi li jikkorrispondi għal EUR 507,49
(bl-ajru u bil-baħar) rispettivament EUR 354,06 (vjaġġaturi
oħrajn), aggravat dik is-sitwazzjoni b’mod konsiderevoli. F'dan l-isfond jidher li miżuri nazzjonali huma
prijorità; tali miżuri nazzjonali jistgħu jallinjaw il-limiti Svediżi ta'
eżenzjoni mal-ammonti f'Ewro stipulati fl-Artikolu 7 tad-Direttiva iżda
wkoll ikollhom l-għan li jirrestrinġu l-importazzjonijiet tal-isnus. Jeżistu xi
eżempji għal drogi, mediċini, armi, materjali splużivi, materjali pornografiċi,
fejn l-Istati Membri jeżaminaw id-dritt sovran tagħhom li jipprojbixxu jew
jirrestrinġu l-importazzjoni u/jew id-distribuzzjoni ta’ tali prodotti. Bħalissa l-Kummissjoni ma għandhiex l-intenzjoni li
tipproponi emenda tad-Direttiva fejn jidħol it-trattament ta’ “snus”. 2.2.4. Artikolu 8(2)
— distinzjoni bejn vjaġġaturi bl-ajru u vjaġġaturi oħrajn Stat Membru qed jipproponi li titneħħa
d-distinzjoni bejn vjaġġaturi bl-ajru u vjaġġaturi oħrajn (bl-applikazzjoni ta’
limiti kwantitattivi aktar baxxi għal prodotti tat-tabakk li japplikaw biss
għall-vjaġġaturi li mhumiex vjaġġaturi bl-ajru). Skont l-Artikolu 8(2) “L-Istati Membri
jistgħu jagħżlu li jiddistingwu bejn vjaġġaturi bl-ajru u vjaġġaturi oħra billi
japplikaw il-limiti kwantitattivi iktar baxxi speċifikati f'paragrafu 1
għal vjaġġaturi oħrajn għajr vjaġġaturi bl-ajru.” It-tneħħija ta' din
id-distinzjoni tista’ twassal biex l-Istati Membri jkunu obbligati japplikaw
il-limiti kwantitattivi iktar baxxi għall-prodotti tat-tabakk (jiġifieri 40
minflok 200 sigarett) jew lil dawk kollha li jivvjaġġaw jew lil ħadd. Id-dispożizzjoni attwali tal-Artikolu 8(2)
tippermetti lill-Istati Membri li jiddeċiedu b'mod awtonomu jekk jixtiqux li
ssir distinzjoni bejn tipi differenti ta’ vjaġġar jew le. Din id-dispożizzjoni
hija meħtieġa biex titqies is-sitwazzjoni f’ċerti Stati Membri li jaqsmu
l-fruntiera tal-art jew tal-baħar ma’ pajjiżi terzi b’livelli ta’ prezzijiet
konsiderevolment aktar baxxi. Madankollu, l-Istati Membri huma ħielsa li
jiddeċiedu japplikawx l-istess limitu għall-vjaġġaturi kollha jew le. Għalhekk il-Kummissjoni ma tarax lok għalfejn tneħħi
l-għażla fl-Artikolu 8(2). 2.2.5. Artikoli 8,
9, 11 — Limiti kwantitattivi Stat Membru ssuġġerixxa l-allinjament tal-limiti
kwantitattivi mal-limiti indikattivi (konsiderevolment ogħla) applikabbli
għall-vjaġġaturi fi ħdan l-UE (Art. 32(3) tad-Direttiva
tal-Kunsill 2008/118/KE), u b’hekk jiġi evitat trattament differenti
għall-vjaġġaturi li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi. Skont l-Artikoli 8, 9 u 11 tad-Direttiva,
l-Istati Membri jeżentaw mill-VAT u d-dazju tas-sisa ċerti kwantitajiet ta’
prodotti tat-tabakk u tal-alkoħol kif ukoll fjuwil f'tank standard u kontenitur
li jinġarr. Bħala prinċipju bażiku tas-Suq Intern tal-UE, ma
hemmx limiti fuq dak li persuni privati jistgħu jixtru u jġorru magħhom meta
jivvjaġġaw bejn il-pajjiżi tal-UE, sakemm il-prodotti jkunu għall-użu personali
u mhux biex jerġgħu jinbiegħu. It-taxxi (il-VAT u s-sisa) huma inklużi
fil-prezz tal-prodotti fl-Istat Membru fejn jinxtara l-oġġett u l-ebda ħlas
ieħor ta’ taxxi ma huwa dovut f'xi Stat Membru ieħor. Madankollu, sabiex jiġi
stabbilit jekk l-oġġetti soġġetti għat-taxxa tas-sisa jkunux intenzjonati
għall-użu proprju tal-individwu privat, l-Istati Membri jistabbilixxu livelli
ta’ gwida, unikament bħala forma ta’ evidenza. Dawn il-livelli ta’ gwida huma
konsiderevolment ogħla mil-limiti kwantitattivi ta' importazzjonijiet eżentati
mit-taxxa skont id-Direttiva. Għalhekk ma tantx jagħmel sens li jiżdiedu
l-limiti kwantitattivi għal importazzjonijiet eżentati mit-taxxa skont
il-livelli ta’ gwida indikattivi għal oġġetti ntaxxati fl-UE; għall-kuntrarju
dan joħloq diskriminazzjoni negattiva fuq iċ-ċittadini tal-Komunità u fl-istess
ħin iżid ir-riskju ta’ distorsjonijiet kompetittivi. Il-limiti kwantitattivi
tal-Artikoli 8, 9 u 11 tad-Direttiva jgħinu biex jitħarsu l-politiki
soċjoekonomiċi, dawk tal-baġit, u tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri billi
jiġu stabbiliti punti ċari ta’ riferiment infurzabbli mill-awtoritajiet
nazzjonali fi kwalunkwe ħin. Il-Kummissjoni ma tappoġġjax żieda fil-limiti
kwantitattivi fl-Artikolu 8, 9 u 11 tad-Direttiva għal-livelli ta’ gwida
stipulati fl-Artikolu 32(3-4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE. 2.2.6. Artikolu 10
— L-età tal-vjaġġaturi Stat Membru jipproponi s-sostituzzjoni
tal-indikazzjoni tal-età ta’ “17” bi “18”, fir-rigward ta’ miżuri tas-saħħa
pubblika għall-minuri fl-Istati Membri varji. Skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva,
l-eżenzjonijiet fuq prodotti tat-tabakk u tal-alkoħol ma japplikawx għal
adoloxxenti taħt is-17-il sena. L-età legali tax-xorb fl-Istati Membri tal-UE
timxi mal-politiki soċjoekonomiċi nazzjonali/reġjonali dwar is-saħħa pubblika.
Filwaqt li xi Stati Membri jippermettu x-xiri u l-konsum ta’ kwalunkwe
alkoħol/xorb alkoħoliku biss lill-persuni bl-età minima ta’ 18-il sena, jew
saħansitra 20, Stati Membri oħrajn japplikaw età minima iżgħar ta’ 16 li tkun
jew applikabbli għal birra biss jew għal kwalunkwe alkoħol/xorb alkoħoliku,
inklużi spirti. Rigward il-limiti ta’ età għax-xiri u l-konsum ta’ prodotti
tat-tabakk, is-sitwazzjoni fl-Istati Membri hija simili għal dik tal-alkoħol.
Madankollu, maġġoranza ta' Stati Membri tapplika l-limitu ogħla tal-età ta’ 18
għax-xiri ta’ prodotti tat-tabakk, filwaqt li numru iżgħar ta’ Stati Membri
jippermettih dan għal adolexxenti mill-età ta' 16-il sena. Barra minn hekk, xi
Stati Membri implimentaw leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ li
taqa’ taħt kompetenza reġjonali. Dan iwassal għall-fatt li d-dispożizzjonijiet
dwar it-tipjip u x-xorb ivarjaw ħafna anke fi ħdan pajjiż wieħed. Qabel l-adozzjoni tal-Artikolu 10 attwali
tad-Direttiva dawn l-aspetti ġew diskussi fid-dettall u l-limitu tal-età ta’ 17
li jinsab fl-Artikolu 10 tad-Direttiva jirrifletti kompromess ġust bejn
il-ġuriżdizzjonijiet differenti u l-politiki soċjoekonomiċi tas-saħħa pubblika
nazzjonali/reġjonali fl-Istati Membri. M'hemmx elementi ġodda li jistħoqqilhom
diskussjoni li twassal għal riżultat differenti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma għandhiex il-ħsieb
li temenda din id-dispożizzjoni dwar l-età ta’ vjaġġaturi f’dan l-istadju. 2.2.7. Artikolu 11
— fjuwil f'kontenitur li jinġarr Stat Membru esprima l-fehma li ma hemmx bżonn li
tiġi pprovduta l-eżenzjoni għall-fjuwil f’kontenitur li jinġarr, l-aktar
minħabba raġunijiet prattiċi. Barra minn hekk, dan l-Istat Membru jissuġġerixxi
l-allinjament tal-Artikolu 11 tad-Direttiva mad-dispożizzjonijiet
stabbiliti fl-Artikoli 84 u 87 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/132/KE
li tiddetermina l-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 143(b) u (c)
tad-Direttiva 2006/112/KE dwar l-eżenzjoni mill-VAT fuq l-importazzjoni
finali ta’ ċerti oġġetti għall-finijiet ta’ VAT, u fl-Artikoli 107 u 110
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li jistabbilixxi sistema
Komunitarja ta’ eżenzjonijiet mid-dazju doganali sabiex tiġi żgurata
applikazzjoni aktar ċara u aktar koerenti ta' eżenzjonijiet mit-taxxa fuq
fjuwil f'tank standard. Skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva, il-fjuwil
f'tank standard u kwantità addizzjonali ta’ 10 litri f'kontenitur li
jinġarr jistgħu jiġu eżentati mill-VAT u d-dazju tas-sisa. Dawn
id-dispożizzjonijiet għandhom l-oriġini tagħhom f’bosta Konvenzjonijiet
Internazzjonali bħall-Konvenzjoni ta’ Kyoto u l-Konvenzjoni ta’ Istanbul dwar
l-importazzjoni temporanja li l-Istati Membri u/jew l-Unjoni Ewropea huma
partijiet kontraenti tagħhom. Din il-konsistenza bejn ir-regoli tal-Komunità u
l-obbligu internazzjonali trid tinżamm. Barra minn hekk, l-aspetti ta'
sikurezza stradali ma għandhomx jiġu injorati bl-adozzjoni ta’ viżjoni purament
fiskali. Min-naħa l-oħra l-Kummissjoni tifhem it-tħassib
ta' dawn l-Istati Membri dwar l-użu ħażin ta' dawn l-eżenzjonijiet, speċjalment
ladarba dawn huma kkonfermati u deskritti f'dettall fir-“Rapport dwar id-dispożizzjonijiet għall-bagalji personali — Rappurtar
dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 41
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 li ġie introdott
mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 274/2008”.
Iżda għal darb’oħra ma jidhirx li inizjattiva leġiżlattiva hija l-istrument
adattat biex jiġu indirizzati dawn ix-xenarji ta’ użu ħażin. Ikun iktar xieraq
li jiġu żviluppati prattiki amministrattivi u strumenti fil-ġlieda kontra l-użu
ħażin. Id-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 84 u 87 tad-Direttiva
tal-Kunsill 2009/132/KE u fl-Artikoli 107 u 110 tar-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1186/2009 jistgħu jservu bħala bażi għall-iżvilupp ta' tali
strumenti u prattiki. Għalhekk, l-eżenzjoni għal fjuwil f’tankijiet
standard ta’ vetturi kif ukoll l-eżenzjoni għal fjuwil f’kontenitur li jinġarr
u li ma jaqbiżx l-10 litri se tinżamm. Madankollu, il-Kummissjoni hija
lesta li tiżviluppa għodod amministrattivi u l-aħjar prattiki flimkien
mal-Istati Membri interessati sabiex jiġu indirizzati kif xieraq ix-xenarji ta'
problemi deskritti u mbagħad taqsam dak it-tagħrif mal-Istati Membri l-oħra. 2.2.8. Artikolu 14
— Ammont minimu ta’ taxxa Stat Membru staqsa jekk l-ammont imsemmi
fl-Artikolu 14 (EUR 10) japplikax kemm għall-VAT kif ukoll għad-dazju
tas-sisa (total ta’ EUR 10) jew japplikax għal kull taxxa separata
(EUR 10 + EUR 10). Skont l-Artikolu 14 "L-Istati Membri
jistgħu jagħżlu li ma jimponux VAT jew dazju tas-sisa fuq l-importazzjoni ta’
oġġetti minn vjaġġatur meta l-ammonttat-taxxa li għandha tkun imposta huwa
daqs, jew inqas minn, EUR 10". Il-Kummissjoni tixtieq tiċċara li dan l-ammont minimu
ta’ taxxa jirreferi għat-total ta' taxxa kkalkulata (kemm il-VAT kif ukoll
id-dazju tas-sisa). 2.2.9. Relazzjoni bejn limiti monetarji u kwantitattivi Fir-“Rapport dwar
id-dispożizzjonijiet għall-bagalji personali — Rappurtar dwar kwistjonijiet
relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1186/2009 li ġie introdott mar-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 274/2008” l-Istati Membri kkritikaw li l-possibbiltajiet li jagħżlu
bejn limiti monetarji u limiti kwantitattivi jistgħu jkunu wisq liberali u jafu
jwasslu għal distorsjonijiet kompetittivi bejn l-Istati Membri. L-Istati Membri
ma rrappurtaw l-ebda tali distorsjonijiet kompetittivi u ma pprovdewx dejta
ekonomika li tappoġġja suppożizzjoni korrispondenti rigward id-dazji tas-sisa. F’dan l-istadju, il-Kummissjoni, għalhekk, ma
għandhiex l-intenzjoni li terġa’ tiftaħ diskussjonijiet dwar dan is-suġġett
tar-relazzjoni bejn il-limiti monetarji u l-limiti kwantitattivi. 2.2.10. Navigazzjoni interna u trasport tal-passiġġieri fuq ix-xmara
Danubju Operatur ekonomiku staqsa għaliex il-vjaġġaturi li
jidħlu fl-UE permezz tax-xmara Danubju fuq bastimenti li mhumiex se jispiċċaw
fl-ibħra ma jistgħux jibbenefikaw mill-konċessjonijiet għall-vjaġġaturi.
Is-servizzi tal-Kummissjoni ma kellhom l-ebda tweġiba immedjata għal dik
il-mistoqsija u se tiddiskuti dik il-mistoqsija mal-Istati Membri għaliex
jidher li hemm involuti kwistjonijiet ta’ trattament fiskali ugwali. Il-Kummissjoni se tiddiskuti s-suġġett ta’
navigazzjoni interna u t-trasport tal-passiġġieri fuq ix-xmara Danubju
mal-Istati Membri fil-Kumitat tad-dazji tas-sisa. 3. Evalwazzjoni
ġenerali u konklużjoni Il-konsultazzjoni tal-Istati Membri tat
informazzjoni aġġornata dwar l-applikazzjoni attwali tal-liġi Komunitarja
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-maġġoranza kbira tal-Istati Membri hija
kuntenta bid-dispożizzjonijiet u ma jaraw l-ebda bżonn li d-Direttiva attwali
tiġi riveduta. Għadd konsiderevoli ta’ kummenti riċevuti jirreferu għal bidliet
editorjali/lingwistiċi biss. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tipproponi
li f’dan l-istadju ma tniedi ebda inizjattiva leġiżlattiva bil-għan li
tiġi emendata d-Direttiva dwar il-kwoti tal-vjaġġaturi. Madankollu,
il-Kummissjoni hija lesta li tiżviluppa għodod amministrattivi u l-aħjar prattiki
flimkien mal-Istati Membri interessati sabiex jiġu indirizzati kif xieraq
ix-xenarji ta' problemi deskritti u mbagħad taqsam dak it-tagħrif mal-Istati
Membri l-oħra. Il-kummenti sostanzjali kollha riċevuti huma
riflessi fil-qafas ta’ dan ir-rapport. L-Istati Membri għandhom isibu gwida
dwar mistoqsijiet partikolari, l-aktar b’referenza għad-definizzjoni u
l-interpretazzjoni tat-termini tekniċi użati għall-applikazzjoni ta’ din
id-Direttiva. Xi wħud mill-kummenti jolqtu kwistjonijiet usa' trattati minn leġiżlazzjoni
oħra dwar is-sisa (b’mod partikolari l-arranġamenti ġenerali dwar id-dazju
tas-sisa stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE). Dawn
il-kummenti se jiġu kkunsidrati meta tkun proposta r-reviżjoni ta’ din
il-leġiżlazzjoni. 4. Anness
Ħarsa
ġenerali lejn kif l-Istati Membri qed japplikaw eżenzjonijiet u limiti
kwantitattivi ogħla/iktar baxxi skont l-Artikoli 7, 8, 13, 14 u 15
tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/KE
Skont l-Artikoli 7, 8, 13, 14 u 15 tad-Direttiva
tal-Kunsill 2007/74/KE, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu ta’
eżenzjonijiet u limiti kwantitattivi ogħla/iktar baxxi meta jimplimentaw
id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Dawn id-dispożizzjonijiet huma
applikati fuq livell nazzjonali. It-tabelli ta’ hawn taħt jipprovdu ħarsa
ġenerali lejn kif l-Istati Membri qed japplikaw dawn l-eżenzjonijiet. L-implimentazzjoni ta’ kwantitajiet
imnaqqsa/limitu monetarju skont l-Art. 7(2) u Art. 8(1-2) SM || Limitu monetarju mnaqqas skont l-Art. 7(2)) f’EUR || Kwantitajiet imnaqqsa għall-vjaġġaturi kollha skont l-Art. 8(1) || Kwantitajiet imnaqqsa għall-vjaġġaturi li mhumiex vjaġġaturi bl-ajru, Art. 8(2) 1 || 2 || 3 || 4 AT* || 150 || le || le BE || 175 || le || le BG || le || Parzjalment iva || iva CY || 175 || le || le CZ || 200 || le || le DE || 175 || le || le DK || le || le || le EE || le || għall-Art. 8(1) a u d biss || mhux applikabbli EL || 150 || le || iva ES || 150 || le || le FI || le || le || le FR || 150 || le || le HU || 150 || le || iva IE || 215 || le || le IT || 150 || le || le LT || 147,70 || le || iva LU || 175 || le || le LV || 282,01 || le || iva MT || le || le || le NL || le || le || le PL || le || VAT: le. Sisa: it-tnejn || iva PT || 150 || le || le RO || le || għall-Art. 8(1)a biss || le SE || le || le || iva (sa ċertu punt biss) SI || 150 || le || le SK || le || Parzjalment iva || iva UK || le || le || le * l-Awstrija tapplika l-Art. 8(3) għal vjaġġaturi
li jaslu minn Samnauntal L-implimentazzjoni
ta’ kwantitajiet imnaqqsa/limitu monetarju skont l-Art. 13(1)a SM || Tabakk (a) sigaretti (b) cigarillos (c) sigarri (d) tabakk għat-tipjip || Alkoħol u xorb alkoħoliku (a) iktar minn 22 % vol. jew alkoħol etiliku mhux żnaturat b'vol. ta' 80 % jew iktar (b) 22 % vol. jew inqas (c) inbid bla gass (d) birra || Fjuwil (a) tank standard (b) kontenitur li jinġarr || Limitu monetarju (ammont massimu f’EUR) AT || a) 25 b) 10 c) 5 d) 25g || a) 0,25 litru b) 0,75 litru c) litru (1) d) 2 litri || mhux applikabbli || EUR 20 inkl. EUR 4 għal ikel u xorb mhux alkoħoliku BE || le || le || le || le BG || le || le || le || le CY || le || le || le || le CZ || le || le || le || le DE || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || a) 0 litri b) 0 litri c) 0 litri d) 0 litri || mhux applikabbli || EUR 90 DK || le || le || le || le EE || le || le || le || le EL || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || (a): litru (1) (b): 2 litri (c): 4 litri (d): 16-il litru || a) fjuwil f’tank standard b) 10 litri fjuwil f’kontenitur li jinġarr || EUR 175 ES || a) 200 fix-xahar || le || le || le FI || le || le || le || le FR || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || (a): 0,25 litru (b): 0,50 litru (c): 0,50 litru (d): 4 litri || a) fjuwil f’tank standard 200 litru b) 10 litri fjuwil f’kontenitur li jinġarr || Mass.: EUR 175 (vjaġġaturi li għandhom 15-il sena jew iktar). Dawk li għandhom inqas minn 15-il sena: EUR 40 HU || le || le || le || le IE || le || le || le || le IT || a) 20 b) 10 c) 5 d) 25 g || a) 0,125 litru b) 0,250 litri c) litru (1) d) 2 litri || tank standard biss || EUR 50 LT || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || a) 0,5 litri b) 0,75 litri c) 0,75 litri d) 4 litri || a) fjuwil f’tank standard b) l-ebda eżenzjoni għal kontenitur li jinġarr || EUR 147,70 LU || le || le || le || le LV || le || le || le || le MT || le || le || le || le NL || le || le || le || le PL || le || a) 0,5 litru (għall-VAT biss) b) 0,5 litru (għall-VAT biss) c) 0,5 litru (għall-VAT biss) d) 2 litri (għall-VAT biss) || le || le PT || le || le || le || le RO || le || le || le || le SE || le || le || le || le SI || a) 25 b) 10 c) 5 d) 250 g || a) 0,25 litri c) litru (1) || mhux applikabbli || EUR 40 SK || le || le || le || le UK || le || le || le || le L-implimentazzjoni ta’ kwantitajiet
imnaqqsa/limitu monetarju skont l-Art. 13(1)b SM || Prodotti tat-tabakk (a) sigaretti (b) cigarillos (c) sigarri (d) tabakk għat-tipjip || Alkoħol u xorb alkoħoliku (a) iktar minn 22 % vol. jew alkoħol etiliku mhux żnaturat b'vol. ta' 80 % jew iktar (b) 22 % vol. jew inqas (c) inbid bla gass (d) birra || Fjuwil (a) tank standard (b) kontenitur li jinġarr || Limitu monetarju (ammont massimu f’EUR) AT || a) 25 b) 10 c) 5 d) 25g || a) 0,25 litri b) 0,75 litri c) litru (1) d) 2 litri || mhux applikabbli || EUR 20 inkl. EUR 4 għal ikel u xorb mhux alkoħoliku BE || le || le || le || le BG || le || le || le || le CY || le || le || le || le CZ || le || le || le || le DE || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || a) 0 litri b) 0 litri c) 0 litri d) 0 litri || mhux applikabbli || EUR 90 DK || le || le || le || le EE || le || le || le || le EL || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || (a): litru (1) (b): 2 litri (c): 4 litri (d): 16-il litru || a) fjuwil f’tank standard b) 10 litri fjuwil f’kontenitur li jinġarr || EUR 175 ES || a) 200 fix-xahar || le || le || le FI || le || le || le || le FR || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || (a): 0,25 litru (b): 0,50 litru (c): 0,50 litru (d): 4 litri || a) fjuwil f’tank standard 200 litru b) 10 litri fjuwil f’kontenitur li jinġarr || Mass.: EUR 175 (vjaġġaturi li għandhom 15-il sena jew iktar). Dawk li għandhom inqas minn 15-il sena: EUR 40 HU || le || le || le || le IE || le || le || le || le IT || a) 20 b) 10 c) 5 d) 25g || a) 0,125 litri b) 0,250 litri c) litru (1) d) 2 litri || tank standard biss || EUR 50 LT || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || a) 0,5 litri b) 0,75 litri c) 0,75 litri d) 4 litri || a) fjuwil f’tank standard b) l-ebda eżenzjoni għal kontenitur li jinġarr || EUR 147,70 LU || le || le || le || le LV || le || le || le || le MT || le || le || le || le NL || le || le || le || le PL || le || a) 0,5 litru (għall-VAT biss) b) 0,5 litru (għall-VAT biss) c) 0,5 litru (għall-VAT biss) d) 2 litri (għall-VAT biss) || le || le PT || le || le || le || le RO || le || le || le || le SE || le || le || le || le SI || a) 25 b) 10 c) 5 d) 250 g || a) 0,25 litri c) litru (1) || mhux applikabbli || EUR 40 SK || le || le || le || le UK || le || le || le || le L-implimentazzjoni ta’ kwantitajiet
imnaqqsa/limitu monetarju skont l-Art. 13(1)c SM || Prodotti tat-tabakk (a) sigaretti (b) cigarillos (c) sigarri (d) tabakk għat-tipjip || Alkoħol u xorb alkoħoliku (a) iktar minn 22% vol. jew alkoħol etiliku mhux żnaturat b'vol. ta' 80 % jew iktar (b) 22 % vol. jew inqas (c) inbid bla gass (d) birra || Fjuwil (a) tank standard (b) kontenitur li jinġarr || Limitu monetarju (ammont massimu f’EUR) AT || a) 25 b) 10 c) 5 d) 25 g || a) 0,25 litru b) 0,75 litri c) litru (1) d) 2 litri || mhux applikabbli || EUR 20 inkl. EUR 4 għal ikel u xorb mhux alkoħoliku BE || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || a) 0,25 litri b) 0,50 litri c) 2 litri d) 8 litri || (a) tank standard xejn. (b) kontenitur li jinġarr xejn || Ammont mass. EUR 175 BG || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || (a): litru (1) (b): litru (1) (c): 2 litri (d): 4 litri || a) fjuwil f’tank standard b) 10 litri fjuwil f’kontenitur li jinġarr || EUR 150 CY || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || a) 0,25 litri b) 0,50 litru c) litru (1) d) 3 litri || mhux applikabbli || EUR 35 CZ || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || EUR 300 DE || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || a) 0 litri b) 0 litri c) 0 litri d) 0 litri || mhux applikabbli || EUR 90 DK || le || le || le || le EE || le || le || le || le EL || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || (a): litru (1) (b): 2 litri (c): 4 litri (d): 16-il litru || a) fjuwil f’tank standard b) 10 litri fjuwil f’kontenitur li jinġarr || EUR 175 ES || le || le || le || EUR 30 jew 43 FI || Kull xahar a) 200 b) 100 c) 50 d) 250 g || Kull xahar a) litru (1) b) 2 litri c) 4 litri d) 16-il litru || Kull xahar a) fjuwil f’tank standard b) 10 litri fjuwil f’kontenitur li jinġarr || EUR 430 fix-xahar (vjaġġar bl-ajru jew bil-baħar). Traffiku fuq l-art: Limitu monetarju ta’ oġġetti importati f'darba mass. EUR 300 FR || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || (a): 0,25 litru (b): 0,50 litru (c): 0,50 litru (d): 4 litri || a) fjuwil f’tank standard 200 litri b) 10 litri fjuwil f’kontenitur li jinġarr || Mass.: EUR 175 (vjaġġaturi li għandhom 15-il sena jew iktar). Dawk li għandhom inqas minn 15-il sena: EUR 40 HU || le || le || le || le IE || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || a) 0,35 litru b) 0,50 litru c) 0,75 litru d) 4 litri || a) fjuwil f’tank standard b) 10 litri fjuwil f’kontenitur li jinġarr || EUR 430 IT || a) 20 b) 10 c) 5 d) 25 g || a) 0,125 litri b) 0,250 litri c) litru (1) d) 2 litri || tank standard biss || EUR 50 LT || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || a) 0,5 litri b) 0,75 litri c) 0,75 litri d) 4 litri || a) fjuwil f’tank standard b) l-ebda eżenzjoni għal kontenitur li jinġarr || EUR 147,70 LU || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || a) 0,25 litri b) 0,5 litri c) 2 litri d) 8 litri || mhux applikabbli || EUR 175 LV || le || le || le || le MT || le || le || le || le NL || a) 40 b) 20 c) 10 d) 50 g || (a): litru (1) (b): litru (1) (c): 2 litri (d): 8 litri || L-ebda kwantità iktar baxxa || L-ebda limitu iktar baxx PL || le || a) 0,5 litru (għall-VAT biss) b) 0,5 litru (għall-VAT biss) c) 0,5 litru (għall-VAT biss) d) 2,0 litri (għall-VAT biss) || le || le PT || a) 80 b) 20 c) 10 d) 50 g || mhux applikabbli || mhux applikabbli || EUR 200 RO || le || le || le || le SE || a) 100 b) 20 c) 20 d) 100 g || a) 0 litri b) 0 litri c) 0 litri d) 0 litri || mhux applikabbli || EUR 0 SI || a) 25 b) 10 c) 5 d) 250 g || a) 0,25 litru c) litru (1) || mhux applikabbli || EUR 40 SK || le || le || le || le UK || le || le || le || le L-implimentazzjoni tal-eċċezzjonijiet
skont l-Art. 14 u Art. 15 SM || Eċċezzjonijiet tal-Art. 14 (l-ebda VAT jew taxxa tas-sisa jekk it-taxxa tkun EUR 10 jew inqas) || Eċċezzjonijiet tal-Art. 15 (aġġustament/tqarrib tal-munita nazzjonali għall-Euro) * AT || iva || le BE || le || le BG || le || le CY || iva || le CZ || iva || Iva (għall-Art. 15(2)a biss) DE || le || le DK || le || le EE || le || le EL || le || le ES || le || le FI || le || le FR || le || le HU || le || iva (għall-Art. 15(2)a biss) IE || le || le IT || iva || le LT || le || iva (għall-Art. 15(2)a biss) LU || iva || le LV || le || iva (għal Art. 15(2)a biss) MT || iva || le NL || le || le PL || iva || le PT || iva || le RO || iva || le SE || iva || iva SI || le || le SK || le || le UK || le || iva [1] Il-Kroazja ssieħbet mal-UE
fl-1 ta’ Lulju 2013 biss u mhix inkluża f’dan l-eżerċizzju. [2] Il-kwestjonarju ġie ppreżentat
f’laqgħa tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa u miftuħ għall-kummenti
mis-26 ta’ Ġunju 2012 sas-27 ta’ Lulju 2012. [3] Dokument 16879/2011 —
UD 335 — Anness [4] Ara d-dokument tal-Kummissjoni dwar ir-“Riżultat
tal-kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva
tal-Kunsill 2007/74/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar
l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazju tas-sia fuq oġġetti
importati minn persuni li jkunu qed jivvjaġġaw minn pajjiżi terzi”
(CED 798). [5] "Il-valur tal-bagalji personali ta’ vjaġġatur, li
jkunu importati temporanjament jew importati mill-ġdid wara l-esportazzjoni
temporanja tagħhom, u l-valur tal-prodotti mediċinali meħtieġa biex jintlaħqu
l-ħtiġijiet personali tal-vjaġġatur m'għandhomx jiġu kkunsidrati
għall-għanijiet ta’ l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet imsemmija
fil-paragrafi 1 u 2."