This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0519
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL Programming of human and financial resources for decentralised agencies 2014-2020
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL L-ipprogrammar ta’ riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL L-ipprogrammar ta’ riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020
/* COM/2013/0519 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL L-ipprogrammar ta’ riżorsi umani u finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020 /* COM/2013/0519 final */
WERREJ 1........... Introduzzjoni 3 2........... It-twettiq tal-ħidmiet
tal-aġenziji bir-riżorsi disponibbli 5 2.1........ QFP 2014-2020 restrizzjonijiet fuq
l-evoluzzjoni tar-riżorsi tal-aġenziji 5 2.2........ Kombinazzjoni tat-tnaqqis tal-persunal
mal-ħolqien ta' grupp ta' ridistribuzzjoni 6 2.3........ Valutazzjoni tal-bżonnijiet
tal-aġenziji individwali kontra d-disponibbiltajiet fil-
grupp ta' ridistribuzzjoni 6 2.4........ Distinzjoni bejn il-ħidmiet u
r-riżorsi tal-Aġenziji u tal-Kummissjoni 7 2.5........ Finanzjament tal-iskejjel Ewropej 7 3........... Programmazzjoni tar-riżorsi umani
u finanzjarji tal-aġenziji 2014-2020. 8 3.1........ Klassifikazzjoni tal-aġenziji: impatt
fuq ir-riżorsi tal-aġenziji 8 3.2........ Kontribuzzjonijiet għall-grupp ta'
ridistribuzzjoni: aġenziji li għaddejja b’ritmu
normali u l-parti tar-ritmu normali ta' aġenziji b’kompiti ġodda. 8 3.3........ Benefiċjarji tal-grupp ta' ridistribuzzjoni:
il-parti tal-fażi tal-bidu u kompiti ġodda
minn aġenziji b’kompiti ġodda. 8 4........... Ir-riżultati ewlenin
tal-eżerċizzju. 9 4.1........ Il-livelli tal-persunal: Tnaqqis
tal-persunal ta’ 5 % matul ħames snin miksuba. 9 4.2........ Il-grupp ta' ridistribuzzjoni 10 4.3........ Kontribut mill-baġit tal-UE: pakketti
indikattivi kompatibbli mal-limiti tal-QFP. 10 5........... Riżultati dettaljati
tal-eżerċizzju. 13 5.1........ Aġenziji fil-"fażi
tal-bidu" 13 5.2........ Aġenziji b’"kompiti
ġodda" 15 5.3........ Proposti tal-Kummissjoni
għall-ħolqien ta’ korpi ġodda fil-futur 19 6........... Il-passi li jmiss. 19 KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL L-ipprogrammar ta’ riżorsi umani u
finanzjarji għall-aġenziji deċentralizzati 2014-2020 1. Introduzzjoni L-aġenziji deċentralizzati huma element
inerenti fil-funzjonament tal-Unjoni. Huma jikkontribwixxu
għall-implimentazzjoni ta’ diversi politiki tal-Unjoni,
jappoġġaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet
billi jiġbru flimkien l-għarfien espert u jżidu wkoll
il-viżibbiltà tal-Unjoni madwar l-Istati Membri tal-UE. Matul perjodu ta’
35 sena, inħolqu 32 aġenzija deċentralizzata biex
iwettqu firxa wiesgħa ta’ ħidmiet. L-għadd kumplessiv ta’
persunal u sussidju tal-UE lill-aġenziji żdied konsiderevolment matul
iż-żmien, bħala riżultat tal-ħolqien ta’ aġenziji
ġodda u l-estensjoni tal-kompiti ta’ dawk eżistenti. L-aġenziji ġew stabbiliti fuq bażi
ta’ każ b’każ, u l-proċess ma kienx akkumpanjat b’viżjoni strateġika
ġenerali tar-rwol u l-post tagħhom fl-Unjoni. Wara r-riflessjoni
mnedija mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni L-Aġenziji Ewropej:
it-triq ’il quddiem[1],
saru diskussjonijiet interistituzzjonali bir-reqqa bejn il-Parlament Ewropew,
il-Kunsill u l-Kummissjoni. Dik ir-riflessjoni rriżultat fl-approvazzjoni
f'Lulju 2012 ta’ Approċċ Komuni dwar l-aġenziji
ddeċentralizzati, notevolment bil-għan li jiġu indirizzati
sensiela ta’ kwistjonijiet ta’ governanza madwar l-għadd dejjem jikber ta’
aġenziji, fi żmien meta qed jiġu organizzati aħjar
l-attivitajiet u meta huwa mistenni rendiment imtejjeb sabiex ikun hemm kisbiet
fl-effiċjenza. L-Approċċ Komuni ġie tradott fi Pjan ta' Direzzjoni
apposta, li fuqu l-Kummissjoni regolarment tinforma lill-Parlament Ewropew u
lill-Kunsill. Biex tkun kompluta din l-istrateġija
komprensiva lejn aġenziji deċentralizzati, din il-Komunikazzjoni qed
tistabbilixxi programmazzjoni tal-livell tal-persunal u ta’ sussidju ta’ kull
aġenzija deċentralizzata taħt il-qafas finanzjarju pluriennali ġdid
(QFP) 2014-2020. Dan l-ipprogrammar għandu jkun kompatibbli mal-limiti
tan-nefqa tal-QFP kif ukoll ma’ tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal matul
ħames snin applikabbli għall-istituzzjonijiet, il-korpi u
l-aġenziji kollha inklużi fl-abbozz ta’ Ftehim Interistituzzjonali
dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet
baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda[2], li fuqhom il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni laħqu ftehim. Fuq din il-bażi,
il-Kummissjoni beħsiebha tasal għal ftehim komuni mal-Parlament
Ewropew u l-Kunsill dwar il-bżonnijiet tar-riżorsi għal perjodu medju
ta’ żmien tal-aġenziji deċentralizzati. L-interess komuni li jinżamm kontroll xieraq
fuq l-evoluzzjoni tan-nefqa amministrattiva u l-livelli tal-persunal tal-istituzzjonijiet
u l-korpi kollha tal-UE jidhru fil-grafiċi hawn taħt. Huma juru
żieda kostanti fil-kontribuzzjoni totali tal-UE u tal-għadd globali
ta’ karigi fissi f’aġenziji deċentralizzati sa mis-sena 2000, li
parzjalment jirriżultaw mill-fatt li l-għadd ta’ aġenziji kiber
minn 12 fis-sena 2000 għal 32 issa. Il-kontribuzzjoni totali tal-UE li tkopri l-infiq
tal-aġenziji deċentralizzati żdiedet bi tmien darbiet, minn EUR 95
miljun fis-sena 2000 għal EUR 775 miljun fil-baġit tal-2013. Bl-istess mod,
l-għadd totali ta’ karigi fil-pjanijiet ta’ stabbiliment tal-aġenziji
deċentralizzati żdied b’erba’ darbiet minn 1 486 fis-sena 2000
għal 6 050 fl-2013[3]. Din il-Komunikazzjoni tfassal il-qafas għall-evoluzzjoni kemm tan-nefqa
kif ukoll tar-riżorsi umani tal-aġenziji deċentralizzati skont
l-QFP, filwaqt li jiġu indirizzati wkoll il-ħtiġijiet ta’
aġenziji maħluqa reċentement u dawk li jirriżultaw fuq
kompiti ġodda mogħtija lill-aġenziji mill-awtorità
leġiżlattiva. 2. It-twettiq tal-ħidmiet
tal-aġenziji bir-riżorsi disponibbli 2.1. QFP 2014-2020 restrizzjonijiet fuq l-evoluzzjoni
tar-riżorsi tal-aġenziji L-evoluzzjoni tal-persunal u l-approprjazzjonijiet
tal-aġenziji deċentralizzati matul is-snin 2014-2020 hija ggwidata
minn żewġ limitazzjonijiet globali: fuq naħa waħda,
il-pakkett indikattiv għal nefqa tal-aġenziji b'intestatura
inkorporata fil-QFP ġdid 2014-2020; min-naħa l-oħra, l-għan
ta’ tnaqqis fil-livell ta’ persunal fl-aġenziji b’5 % matul
ħames snin. Bħalma huwa l-każ għall-persunal l-ieħor
tal-UE, dan se jkun akkumpanjat minn żieda fis-sigħat tax-xogħol
għall-persunal mingħajr żieda korrispondenti fis-salarju. Sabiex jiġi żgurat li
l-ħtiġijiet huma indirizzati f’dawn il-limiti, il-Kummissjoni
rraggruppat l-aġenziji fi tliet kategoriji skont il-grad ta’ maturità u
l-evoluzzjoni mistennija tal-kompiti ta’ kull aġenzija sal-2020: –
agenziji "b'ritmu normali" huma
aġenziji stabbiliti tajjeb b'kompiti stabbli; –
aġenziji "b'kompiti ġodda"
għandhom parzjalment "ritmu normali" li għal dan ma jridu
jibdlu xejn mis-snin preċedenti, imma li għandhom ukoll kompiti
addizzjonali jew modifikati kif previst b’mod espliċitu b'emenda
fir-Regolament tat-twaqqif tagħhom, jew fil-każ ta' kompiti
addizzjonali, ħidmiet diġà previsti fir-Regolament inizjali huma
previsti li jidħlu fis-seħħ f’data aktar tard; kif ukoll –
l-aġenziji "fil-fażi tal-bidu",
li nħolqu reċentement u li għadhom ma laħqux status
stabbli. Din il-klassifikazzjoni tal-aġenziji
tippermetti l-insegwiment ta' strateġija differenzjata, billi
l-aġenziji huma f’punti ta’ tluq differenti u jiffaċċaw
ħtiġijiet differenti. Sakemm l-aġenziji ma jiddeċidux li
jnaqqsu mill-bidu 5 % tal-persunal, tnaqqis ta’ 1 % fis-sena se
jiġi applikat matul perjodu ta’ ħames snin għall-aġenziji
deċentralizzati kollha meħuda flimkien. Ir-rata ta' 1 %
ġiet inkluża fl-Abbozz tal-Baġit għall-2014[4]. Il-kalkolu ta’ tnaqqis ta' 5 %
huwa bbażat fuq il-livell ta’ karigi fl-2013 (inkluż l-abbozz ta’
baġit emendatorju Nru 4/2013), ħlief għal dawk
l-aġenziji li kienu diġà naqqsu l-persunal tagħhom fl-2013 meta
mqabbel mal-2012. It-tnaqqis tal-karigi b’5 % jkun ifisser
tnaqqis tan-numru totali ta’ postijiet ta' 303 postijiet. Madankollu, meta
wieħed iqis li xi aġenziji[5]
diġà naqqsu l-pjan ta’ stabbiliment b’27 kariga fl-2013, it-tnaqqis
nett huwa tnaqqis ta’ 276 kariga mis-6 050 postijiet awtorizzati
fl-2013. Dan iwassal għal-livell totali ta’ postijiet ta' 5 774,
mingħajr ma jiġu inklużi 30 kariga ttrasferiti
mill-Kummissjoni fil-qafas tad-delega tal-kompiti lill-Aġenzija Ewropea
GNSS (GSA) (ara t-Taqsima 2.4 hawn taħt). 2.2. Kombinazzjoni tat-tnaqqis tal-persunal mal-ħolqien ta'
grupp ta' ridistribuzzjoni Biex tasal għal tnaqqis totali ta’ 5 % fin-numru ta’ impjiegi
fl-istabbiliment tal-aġenziji fuq ħames snin, filwaqt li jiġu
ssodisfati l-ħtiġijiet għal aktar riżorsi umani
f’ċerti aġenziji, il-Kummissjoni tipproponi li toħloq "grupp
ta' ridistribuzzjoni" bl-applikazzjoni ta’ 1 % imposta annwali fuq
il-karigi tal-aġenziji kollha[6].
Il-karigi li jirriżultaw mill-imposta se jkunu allokati lill-aġenziji
fil-"fażi tal-bidu" u dawk b'"kompiti ġodda" li
għalihom żieda fin-numru ta’ karigi fil-pjan ta’ stabbiliment hija
meħtieġa. Huwa importanti li wieħed jinnota li l-grupp
ta' ridistribuzzjoni maħluq mill-imposta se jkun magħmul minn karigi
li għandhom isiru disponibbli u ma jimplikaw ebda trasferiment ta’ persuni
bejn l-aġenziji. Din il-miżura mhix maħsuba li tfixkel
il-funzjonament tal-aġenziji, iżda għall-kuntrarju, biex
jinġiebu aktar razzjonalizzazzjoni u tinħoloq ċerta flessibbiltà
fl-allokazzjoni ta’ karigi, filwaqt li jiġu rispettati l-limiti
baġitarji globali. 2.3. Valutazzjoni tal-bżonnijiet tal-aġenziji
individwali kontra d-disponibbiltajiet fil-grupp ta' ridistribuzzjoni Il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni bir-reqqa
tal-ħtiġijiet tal-persunal mistennija tagħha tal-aġenziji
matul il-perjodu 2014-2020, fosthom billi ħarset lejn il-possibilitajiet
għas-sinerġiji u r-razzjonalizzazzjoni. Dan ippermetta
lill-Kummissjoni biex tidentifika l-ħtiġijiet tal-persunal
tagħha għal aġenziji individwali li jistgħu jiġu milħuqa
matul is-seba’ snin li ġejjin b’mod kompatibbli mar-restrizzjonijiet
stabbiliti fil-QFP (“ħtiġijiet rikonoxxuti”, li jammontaw għal
346 post addizzjonali matul il-perjodu 2014-2020). Il-Kummissjoni
tipproponi li talloka postijiet disponibbli kull sena mill-grupp ta'
ridistribuzzjoni skont il-bżonnijiet rikonoxxuti ta’ aġenziji
individwali. B’hekk, il-kompiti l-ġodda huma allinjati kemm jista’ jkun
ma’ riżorsi korrispondenti. Għal kull aġenzija l-valutazzjoni
tal-ħtiġijiet tirrifletti kompiti ġodda u l-estensjoni ta’ dawk
eżistenti li jirriżultaw minn atti legali approvati mill-awtorità
leġiżlattiva, minn proposti diġà adottati mill-Kummissjoni, u
minn proposti mħabbra mill-Kummissjoni u li attwalment jinsabu
fil-fażi ta’ tħejjija. Kompiti addizzjonali assenjati
lill-aġenziji mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċess
leġiżlattiv kienu wkoll ikkunsidrati fil-valutazzjoni. Fil-qasam
tal-operat tal-aġenziji, in-natura ta’ kwalunkwe kompitu ġdid, u
l-livell ta’ għarfien espert meħtieġ għall-implimentazzjoni
tagħhom huma kollha elementi li ġew ikkunsidrati fil-valutazzjoni.
Barra minn hekk, l-evalwazzjoni kopriet il-kapaċità tal-aġenziji li
jassorbu obbligi ġodda fl-istabbiliment organizzattiv attwali, li tqis
il-potenzjal għal titjib fl-effiċjenza u s-sinerġiji
fl-allokazzjoni tax-xogħol eżistenti. Sa fejn ikun possibbli u
minħabba d-disponibbiltà ta’ karigi li għandhom jiġu riallokati
kull sena, l-allokazzjoni tal-persunal matul il-perjodu ta’ seba’ snin issegwi
l-pjan ta’ implimentazzjoni tal-attivitajiet kif previst fl-att/proposta legali
rilevanti, waqt li timmira lejn introduzzjoni gradwali ta' postijiet
addizzjonali. L-allokazzjonijiet proposti kkunsidraw ukoll il-kompiti
tal-aġenziji regolatorji ġodda li r-riżultati tagħhom huma
prerekwiżit għall-implimentazzjoni tal-politiki u tal-programmi
tal-Unjoni. Il-valutazzjoni ta’ ħtiġijiet
tal-persunal tal-aġenziji individwali jiġġustifikaw
tisħiħ tal-livell tal-persunal ta’ numru sostanzjali ta’
aġenziji fl-ewwel snin tal-perjodu 2014-2020, għall-kuntrarju ta’
introduzzjoni gradwali tal-postijiet addizzjonali matul il-perjodu kollu.
Madankollu, il-Kummissjoni tipproponi li jinżammu kundizzjonijiet stabbli tal-1 %
tal-imposta annwali għall-organizzazzjoni mill-ġdid matul il-perjodu
2014-2018, sabiex jippermettu aġenziji li huma kontributuri netti
fil-grupp biżżejjed żmien biex jadattaw għan-nuqqas ta’
karigi u biex jippermettu aġenziji oħra jintroduċu gradwalment
karigi addizzjonali. Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni tipproponi li
taġġusta l-allokazzjoni ta’ postijiet addizzjonali għal dawk
disponibbli fil-grupp ta' ridistribuzzjoni, billi tagħti prijorità lil
dawk l-aġenziji bi ħtiġijiet l-aktar urġenti għal
postijiet addizzjonali. Tali approċċ gradwali jippermetti li jiġu
sodisfatti l-bżonnijiet rikonoxxuti għal postijiet ġodda
sal-2018[7]. 2.4. Distinzjoni bejn il-ħidmiet u r-riżorsi
tal-Aġenziji u tal-Kummissjoni Il-ħidmiet tal-aġenziji
deċentralizzati tipikament jirriflettu r-raggruppar ta' attivitajiet u
riżorsi minn korpi nazzjonali għal korpi awtonomi fil-livell tal-UE
biex iwieġbu aħjar għall-isfidi b’dimensjoni ċara tal-UE.
Tali raggruppar jiġi deċiż mill-Parlament u mill-Kunsill fl-atti
leġiżlattivi rilevanti. Bħala kwistjoni ta’ prinċipju,
il-Kummissjoni ma tiddelegax karigi ta’ implimentazzjoni lil aġenziji
deċentralizzati, notevolment minħabba kwistjonijiet ta’ governanza
kumplessi li dawn jinvolvu, b’mod partikolari rigward ir-rwol tal-Bord ta’
Tmexxija, is-separazzjoni tal-kompiti u l-kontroll tagħhom permezz
tal-proċedura ta’ kwittanza tal-Kummissjoni. Għal dik ir-raġuni,
kwalunkwe delegazzjoni tal-kompiti trid tkun debitament ġustifikata
mill-karatteristiċi tal-kompiti u l-għarfien espert speċifiku
tad-delega filwaqt li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja tajba
u l-kosteffiċjenza. Kull trasferiment tal-kompiti mill-Kummissjoni lil
aġenzija permezz ta’ ftehim ta' delega għandu jkun akkumpanjat minn
tnaqqis ta’ persunal fis-servizzi tal-Kummissjoni biex ipatti għal
żieda fil-persunal fl-aġenzija, filwaqt li għandu jkun hemm
sinerġiji u żieda fl-effiċjenza. Każ speċifiku ta’ delega ta’ dmirijiet
jikkonċerna l-kompiti proposti biex jiġu assenjati lill-Aġenzija
Ewropea tal-GNSS (GSA) fil-fażi tal-esplojtazzjoni tal-programmi Galileo u
EGNOS, kif stipulat f’aktar dettall fit-Taqsima 5.2 hawn taħt. Il-Kummissjoni
hija tal-fehma li l-aġenzija qiegħda fl-aħjar pożizzjoni
sabiex twettaq dawn il-kompiti ta’ implimentazzjoni u pproponiet li
l-aġenzija tieħu f’idejha ħidmiet relatati matul il-perjodu
2014-2020. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ser tnaqqas il-pjan ta’
stabbiliment tagħha bi 30 kariga (apparti mira ta’ tnaqqis ta’ 5 %
tal-persunal għall-Kummissjoni) sabiex tiġi kkumpensata
ż-żieda fil-pjan tat-twaqqif tal-GSA. Billi huma kkumpensati bi
tnaqqis mal-Kummissjoni, dawn il-karigi huma lil hinn postijiet addizzjonali
riċevuti mill-grupp ta' ridistribuzzjoni deskritti fit-Taqsima 2.2
hawn fuq. 2.5. Finanzjament tal-iskejjel Ewropej Fil-bidu tal-perjodu tal-QFP ġdid,
il-Kummissjoni tipproponi li jiġu riveduti l-mekkaniżmi
għall-iffinanzjar tal-hekk imsejħa Skejjel Ewropej
tat-"Tip II"[8],
billi jiġu ċċarġjati l-baġits tal-aġenziji
għall-kostijiet tat-tagħlim tat-tfal tal-persunal tal-aġenziji
fl-iskejjel ta' "Tip II", sabiex l-aġenziji kollha
jiġu ttrattati b'mod konsistenti. Fil-preżent l-allokazzjonijiet tal-iskejjel
għat-tfal tal-persunal tal-aġenziji jinżammu fuq il-baġit
tal-aġenzija meta ma jkunx hemm skola tat-Tip II fil-viċinanza.
Madankollu, in-nefqa tiġi imposta taħt l-Intestatura 5 (Amministrazzjoni)
meta tinħoloq Skola tat-Tip II. Il-Kummissjoni tipproponi
t-tpaċija tan-nefqa addizzjonali tal-baġits tal-aġenziji li
tirriżulta mill-finanzjament rivedut tal-iskejjel tat-"Tip II"
(stmat li hu xi EUR 28,4 miljun fil-perjodu 2014-2020) billi jiżdied
il-kontribut tal-UE għall-10 aġenziji kkonċernati skont
il-bżonn[9]. 3. Programmazzjoni
tar-riżorsi umani u finanzjarji tal-aġenziji 2014-2020 3.1. Klassifikazzjoni tal-aġenziji: impatt fuq
ir-riżorsi tal-aġenziji B’mod ġenerali, kif deskritt hawn fuq, il-livell propost
tal-kontribuzzjoni tal-UE, u l-għadd ta’ persunal li jkollhom
aġenziji individwali matul il-perjodu jirrifletti l-istadju ta’
żvilupp tagħhom. Il-klassifikazzjoni ta’ aġenziji bħala "b'ritmu
normali", "kompiti ġodda" u "fażi tal-bidu"
tipprovdi qafas għall-valutazzjoni tal-bżonnijiet tal-aġenzija
fuq bażi individwali: normalment, dawk l-aġenziji li jkunu
nħolqu reċentement jew li jkunu reċentement ingħataw
kompiti ġodda jinħtieġu approprjazzjonijiet addizzjonali u
persunal addizzjonali biex iwettqu l-kompiti marbuta mal-mandati l-ġodda
tagħhom, jew mandati li jkunu għadhom kif ġew estiżi,
filwaqt li aġenziji li jkunu għaddejjin b’ritmu tajjeb ikollhom
baġits u livelli ta' persunal stabbli. Il-konsegwenzi tal-klassifikazzjoni ta’
aġenziji individwali fuq ir-riżorsi umani u finanzjarji matul
il-perjodu 2014-2020 huma stabbiliti f’aktar dettall hawn taħt. 3.2. Kontribuzzjonijiet għall-grupp ta' ridistribuzzjoni:
aġenziji li għaddejja b’ritmu normali u l-parti tar-ritmu normali ta'
aġenziji b’kompiti ġodda Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni
tipproponi l-evoluzzjoni segwenti ta' riżorsi umani u finanzjarji ta’
aġenziji li għaddejja b’ritmu normali: –
Karigi tal-pjan ta’ stabbiliment it-tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal matul ħames snin ikun
ikkombinat b’imposta annwali ta' 1 % għall-grupp ta' ridistribuzzjoni
matul is-snin 2014-2018, kif stabbilit hawn fuq; –
Persunal ieħor:
in-numru tal-persunal għall-persunal estern (espress f’unitajiet
ekwivalenti għal full-time — EFT) huwa mistenni li jsegwi t-tnaqqis
ġenerali fl-għadd ta’ karigi tal-pjan ta’ stabbiliment, b’mod
partikolari matul is-snin meta n-numru ta’ postijiet huwa mnaqqas, permezz ta’
approċċ strett għall-kontribuzzjoni globali tal-UE
lill-aġenziji, kif jidher hawn taħt; –
Kontribut mill-baġit tal-UE: anki bil-ħsieb ta' tnaqqis annwali fl-impjegati u l-imposta
għall-grupp ta' ridistribuzzjoni, il-kontribuzzjoni tal-UE
lill-aġenziji f'ritmu normali se tinżamm kostanti f’termini nominali
fil-livell tal-kontribuzzjoni tal-UE tas-sena ta’ qabel. Malli l-aġenzija
tkun laħqet il-mira tagħha fil-livell ta’ persunal, jiġi
applikat deflatur standard għall-kontribuzzjoni tal-UE. 3.3. Benefiċjarji tal-grupp ta' ridistribuzzjoni: il-parti
tal-fażi tal-bidu u kompiti ġodda minn aġenziji b’kompiti
ġodda It-Taqsima 5 hawn taħt tagħti
ħarsa ġenerali lejn aġenziji li ġew maħluqin dan
l-aħħar jew li kellhom kompiti ġodda, u li se jkunu
jeħtieġu riżorsi addizzjonali matul iż-żmien, kif
imqabbla ma’ regoli ġenerali għal riżorsi umani u finanzjarji
applikati għal aġenziji li għaddejja b’ritmu normali (jew
il-parti tan-normalità ta' aġenziji b’kompiti ġodda) kif deskritt
fit-Taqsima 3.2 ta’ hawn fuq. F’termini ta’ livell ta’ persunal għal
aġenziji f’fażi tal-bidu, il-kontribuzzjoni lejn tnaqqis ta’ 5 %
tal-persunal u l-kontribuzzjoni għall-grupp ta' ridistribuzzjoni
meħuda minn dawn l-aġenziji hija sistematikament ibbilanċjata
permezz ta’ allokazzjoni korrispondenti mill-grupp għas-snin meta
l-aġenzija tkun għadha f’fażi tal-bidu, mill-anqas sal-2015:
mill-2016 ’il quddiem, l-aġenziji kollha huma klassifikati bħala jew għaddejja
"b’ritmu normali" jew bħala "b'kompiti ġodda". Bħala punt ta’ tluq, ir-regoli ġenerali
għal aġenziji li għaddejja b’ritmu normali kif spjegat fit-Taqsima 3.2
hawn fuq (jiġifieri tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal matul ħames
snin, kontribut annwali ta' 1 % għall-grupp ta' ridistribuzzjoni
matul is-snin 2014-2018, kif ukoll livell kostanti nominali tal-kontribuzzjoni
tal-UE għal attivitajiet ta' ritmu normali) huma wkoll applikati għal
aġenziji fil-fażi tal-bidu u b'kompiti ġodda. Il-kontribuzzjoni
tal-UE hija mbagħad aġġustata biex tqis karigi addizzjonali li
jingħataw, fuq il-bażi tal-ispejjeż medji u l-koeffiċjent
ta' korrezzjoni applikabbli għall-post tal-aġenzija. Fejn rilevanti, in-nefqa hija wkoll
aġġustata biex tqis oġġetti speċifiċi ppjanati
marbuta mal-ħidmiet ġodda (pereżempju għal sistemi
tal-informatika), jew minn nefqa għall-bini “ta’ darba”, skont
il-proċedura prevista għal proġetti tal-bini fl-Artikolu 203
tar-Regolament Finanzjarju[10]. 4. Ir-riżultati
ewlenin tal-eżerċizzju Din it-taqsima tippreżenta r-riżultati
ewlenin tal-eżerċizzju biex tistabbilixxi l-ipprogrammar
tar-riżorsi għall-aġenziji deċentralizzati matul il-perjodu
2014-2020, kemm għall-persunal kif ukoll għal-livell ta’ sussidju. 4.1. Il-livelli tal-persunal: Tnaqqis tal-persunal ta’ 5 %
matul ħames snin miksuba It-tabella ta’ hawn taħt turi l-evoluzzjoni
tan-numru ta’ postijiet matul il-perjodu, imqassma skont l-intestatura tal-QFP
mingħajr ma tinkludi karigi ttrasferiti mill-Kummissjoni. B’mod
partikolari, it-tabella turi li l-analiżi tal-bżonnijiet ta'
aġenzija individwali, kif stabbilit fit-Taqsima 5 hawn taħt,
tirriżulta f’żieda netta sostanzjali ta’ karigi
għall-aġenziji taħt l-Intestatura 1a, fil-mira
ġenerali ta’ tnaqqis tal-persunal ta’ 5 % matul ħames snin. Kif
imsemmi fit-Taqsima 2.1 hawn fuq, għadd ta’ aġenziji
deċentralizzati diġà naqqsu l-għadd ta’ karigi fil-pjan ta'
stabbiliment tagħhom fil-Baġit 2013; tali tnaqqis huwa
kkunsidrat biex tintlaħaq il-mira ta' 5 % ta' tnaqqis sal-2018 l-aktar
tard. Għadd ta’ karigi fil-pjanijiet ta’ stabbiliment tal-aġenziji
deċentralizzati (mingħajr it-trasferiment) Intestatura || Għadd ta’ karigi fl-2013 || Tnaqqis totali bbażat fuq mira ta’ 5 % || Numru totali ta’ karigi wara l-mira ta' tnaqqis ta' 5% || Numru programmat ta' karigi fl-2018-2020 || Differenza mqabbla mal-mira fl-2018-2020 wara l-programmazzjoni Intestatura 1a || 2 227 || 111[11] || 2 128 || 2 237 || 109 Intestatura 2 || 244 || 12 || 232 || 226 || -6 Intestatura 3 || 2 368 || 119[12] || 2 255 || 2 214 || -41 Intestatura 4 || 96 || 5 || 91 || 86 || -5 Intestatura 5 || 206 || 10[13] || 205 || 193 || -12 Awtofinanzjament || 909 || 46 || 863 || 818 || -45 Total || 6 050 || 303 || 5 774[14] || 5 774 || 0 Id-differenza bejn 5 % tal-mira
għat-tnaqqis skont l-intestatura u n-numru programmat korrispondenti ta'
karigi skont l-intestatura fi tmiem tal-perijodu jirrifletti r-ridistribuzzjoni
magħmula permezz tal-użu tal-grupp għar-ridistribuzzjoni. 4.2. Il-grupp ta' ridistribuzzjoni Matul il-perjodu 2014-2020, il-grupp
għar-ridistribuzzjoni li jirriżulta minn imposta annwali ta’ 1 %
applikata għall-aġenziji kollha jippermetti r-ridistribuzzjoni ta' xi
193 kariga mill-aġenziji "b’ritmu normali" għal
aġenziji f'"fażi tal-bidu" u "b'kompiti ġodda".
Barra minn hekk, "kompiti ġodda" u "fażi tal-bidu"
jikkontribwixxu numru totali ta’ 123 kariga lill-grupp. Ikkombinat mat-trasferiment ta' 30 kariga mill-Kummissjoni
għall-GSA, dan jippermetti l-allokazzjoni ta' 346
kariga addizzjonali biex ikunu koperti l-ħteġijiet fuq il-perjodu ta'
żmien. L-effett nett tal-karigi reallokati
lill-aġenziji f'"fażi tal-bidu" u "b'kompiti
ġodda" permezz tal-grupp ta' ridistribuzzjoni fuq l-għadd
tagħhom ta' karigi jiriżulta mit-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal, l-imposta
annwali 1 % għall-grupp ta' ridistribuzzjoni u l-allokazzjoni ta'
karigi addizjonali mill-grupp. It-tabella mehmuża fl-Anness II turi kif
it-tnaqqis ta' 5 % tal-persunal, l-imposta annwali ta' 1 %
għall-grupp ta' ridistribuzzjoni u l-allokazzjoni ta' karigi addizzjonali
mill-grupp fuq l-għadd ta' karigi previst għal kull aġenzija
individwalment fl-2020. 4.3. Kontribut mill-baġit tal-UE: pakketti indikattivi
kompatibbli mal-limiti tal-QFP It-tabella ta’ hawn taħt turi l-evoluzzjoni
tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-aġenziji deċentralizzati kif previst
f’din il-Komunikazzjoni, kemm fl-2011 u bil-prezzijiet ta’ bħalissa.
Għal kull intestatura f’kull sena, il-livell ta’ nefqa programmata
tirrispetta l-pakketti indikattivi għan-nefqa tal-aġenziji skont
l-intestatura inkluż fit-tqassim tal-limiti tal-QFP
tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta’ Frar 2013. Il-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE
għall-aġenziji (f’miljuni ta’ EUR,
ċifri mqarrba fi prezzijiet tal-2011 u fi prezzijiet attwali) L-Intestatura tal-QFP || Il-prezzijiet || Livell programmat tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-UE għall-aġenziji skont l-intestatura tal-QFP 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total Intestatura 1a || 2011 || 224,2 || 292,0 || 299,9 || 294,4 || 251,5 || 287,2 || 286,4 || 1 935,6 Preżenti || 237,9 || 316,0 || 331,1 || 331,6 || 288,9 || 336,5 || 342,2 || 2 184,3 Intestatura 2 || 2011 || 48,9 || 48,5 || 44,9 || 44,1 || 43,0 || 41,0 || 41,0 || 311,5 Preżenti || 51,9 || 52,5 || 49,6 || 49,6 || 49,4 || 48,1 || 49,0 || 350,2 Intestatura 3[15] || 2011 || 466,3 || 506,7 || 498,6 || 484,3 || 476,8 || 476,8 || 476,8 || 3.386,4 Preżenti || 494,8 || 548,5 || 550,5 || 545,4 || 547,7 || 558,7 || 569,9 || 3.815,5 Intestatura 4 || 2011 || 19,0 || 18,6 || 18,2 || 17,9 || 17,5 || 17,5 || 17,5 || 126,3 Preżenti || 20,1 || 20,1 || 20,1 || 20,1 || 20,1 || 20,5 || 21,0 || 142,2 Total || 2011 || 758,4 || 865,8 || 861,6 || 840,7 || 788,9 || 822,6 || 821,8 || 5.759,8 Preżenti || 804,8 || 937,2 || 951,3 || 946,8 || 906,2 || 963,8 || 982,1 || 6.492,2 Il-flattwazzjoni fil-livell tal-infiq
għall-Intestatura 1a tirriżulta l-aktar mill-varjazzjoni
fil-previżjoni tad-dħul li jridu jiġu rċevuti
mill-industrija għall-attivitajiet dwar il-kimiċi tal-ECHA, li
min-naħa tagħhom għandhom effett fuq il-kontribuzzjoni tal-UE
biex tibbilianċja, lil din l-aġenzija. L-ECHA se tkun kompletament
awtoffinanzjata għall-attivitajiet tagħha fejn jidħlu
l-kimiċi fl-2014. Madankollu, fl-2015 il-kontribuzzjoni ta'
bbilanċjar hija prevista li tilħaq EUR 68 miljun (fi prezzijiet
attwali) u se tibqa' bejn dan il-livell u EUR 77 miljun tul il-perjodu
tal-QFP, bl-eċċezzjoni tal-2018 meta l-ħtieġa għal
kontribuzzjoni ta’ bbilanċjar se tkun f’livell ħafna iktar baxx (EUR 24
miljun), minħabba ż-żieda antiċipata fid-dħul
mill-ħlasijiet konnessi mad-data ta’ reġistrazzjoni. Il-grafika ta’ hawn taħt turi varjazzjoni
fil-livell globali tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-aġenziji matul
il-perjodu tal-QFP ġdid. Il-varjazzjoni fil-livell tal-kontribuzzjoni
tal-UE hija dovuta l-aktar minħabba l-kontribuzzjoni ta’ bilanċ
għall-attivitajiet kimiċi tal-ECHA taħt l-Intestatura 1a. Il-grafika ta’ hawn taħt turi l-impatt
tar-riduzzjoni tal-persunal ta’ 5 % fuq l-għadd totali ta’ postijiet
tal-aġenzija matul il-perjodu, b’kont meħud tat-trasferiment ta’
karigi mill-Kummissjoni. 5. Riżultati
dettaljati tal-eżerċizzju It-tabella li tinsab fl-Anness I tagħti ħarsa
ġenerali kwantifikata tal-livelli ta' persunal u ta’ sussidju għal
kull aġenzija matul il-perjodu 2014-2020 kif jirriżulta
mill-eżerċizzju. It-Taqsimiet 5.1 u 5.2 hawn isfel jipprovdu deskrizzjoni qasira
tar-riżorsi programmati għas-sitt aġenziji li għadhom fil-"fażi
tal-bidu" tal-perjodu 2014-2020, segwit minn 12-il aġenzija li se
jkollhom "kompiti ġodda". Il-proposti tal-Kummissjoni għall-ħolqien futur ta' Bord
tar-Riżoluzzjoni Ewropew u Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
Ewropew huma ppreżentati fit-Taqsima 5.3. 5.1. Aġenziji fil-"fażi tal-bidu" 5.1.1. L-Awtorità
Bankarja Ewropea (ABE) Il-fażi tal-bidu tal-ABE se tintemm fl-2014,
wara li l-aġenzija se teħtieġ riżorsi addizzjonali biex
twettaq kompiti ġodda fil-qasam tal-Irkupru u r-Riżoluzzjoni
tal-Banek (COM(2012) 280), il-Mekkaniżmu ta’ Superviżjoni Uniku
(COM(2012) 511) u r-Regolament dwar regoli prudenzjali għall-banek
(CRDIV/CCR, COM(2011) 452). Filwaqt li persunal addizzjonali
meħtieġ għall-irkupru tal-banek huwa kopert bis-sħiħ
mid-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża mal-proposta inizjali
tal-Kummissjoni, il-bżonnijiet tal-persunal marbuta mal-Mekkaniżmu
ta’ Superviżjoni Uniku u l-ħidmiet CRDIV/CCR ġew evalwati
mill-ġdid biex iqisu r-rwol imsaħħaħ mogħti
lill-aġenzija mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Fid-dawl tal-fażi tal-bidu li tinsab fiha u
l-kompiti ġodda, matul il-perjodu 2014-2017 l-aġenzija tista’ tirċievi
62 kariga ġdida (inklużi karigi addizzjonali li jikkumpensaw
għal tnaqqis fil-persunal matul il-fażi tal-bidu), kif ukoll
baġit korrispondenti. L-għadd totali ta’ karigi huwa stmat li se
jiżdied minn 93 fl-2013 għal 145 fl-2020. Ir-ritmu normali huwa
mistenni li jintlaħaq fl-2019. Il-kontribuzzjoni tal-UE se tiżdied
matul il-perjodu minħabba persunal addizzjonali meħtieġ biex
iwettaq kompiti ġodda u ż-żieda korrispondenti f’nefqa relatata
bħall-bini u sistemi tal-IT. Is-sehem ta’ din it-tip ta’ nefqa matul
il-perjodu huwa mbassar li jibqa’ ta' 40 % tal-kontribuzzjoni
ġenerali tal-UE. 5.1.2. L-Awtorità
Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet (EIOPA) Il-fażi tal-bidu tal-EIOPA se tintemm
fl-2014, wara dan l-aġenzija se teħtieġ riżorsi
addizzjonali biex twettaq kompiti ġodda, notevolment relatati mal-proposta
għal programm ġdid tad-Direttiva dwar il-medjazzjoni
tal-Assigurazzjoni (COM(2012) 360), l-iżvilupp ta’ kompiti
superviżorji ewlenin (inklużi spezzjonijiet konġunti fuq
il-post), il-ħarsien tal-konsumatur u l-istabbiltà finanzjarja
(jiġifieri r-rappurtar skont id-Direttiva Solvenza II). Fid-dawl tal-fażi tal-bidu li tinsab fiha u
l-kompiti ġodda, matul il-perjodu 2014-2017 l-aġenzija tista’
tirċievi 40 kariga ġdida (inklużi karigi addizzjonali li
jikkumpensaw għal tnaqqis fil-persunal matul il-fażi tal-bidu), kif
ukoll approprjazzjonijiet korrispondenti. L-għadd totali ta’ karigi huwa
stmat li se jiżdied minn 80 fl-2013 għal 112 fl-2020. Ir-ritmu
normali huwa mistenni li jintlaħaq fl-2019 u l-2020. Iż-żieda
fil-kontribuzzjoni tal-UE matul il-perjodu prinċipalment tirrifletti
żieda fil-persunal marbuta ma’ dawn il-kompiti addizzjonali. 5.1.3. L-Awtorità
Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) Il-fażi tal-bidu tal-ESMA se tintemm fl-2014,
wara li l-aġenzija se teħtieġ riżorsi addizzjonali biex
twettaq kompiti ġodda li huma relatati ma’ diversi regolamenti ġodda
meta aġenzija tiġi fdata b’responsabbiltajiet addizzjonali, b’mod
partikolari fil-qasam tas-superviżjoni, ir-reġistrazzjoni,
iċ-ċertifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta’ azzjonijiet
superviżorji nazzjonali (inklużi dawk previsti minn mir-Regolament
dwar l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu, ir-Regolament dwar
il-bejgħ bin-nieqes, ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta’ Fondi ta’
Investiment fit-tul u r-Regolament dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Ewropej). Fid-dawl tal-fażi tal-bidu li tinsab fiha u
l-kompiti ġodda, matul il-perjodu 2014-2017 l-aġenzija tista’
tirċievi 54 kariga ġdida (inklużi karigi addizzjonali li
jikkumpensaw għal tnaqqis fil-persunal matul il-fażi tal-bidu), kif
ukoll approprjazzjonijiet korrispondenti għas-salarji. L-għadd totali
ta’ karigi huwa stmat li se jiżdied minn 121 fl-2013 għal 163
fl-2020. Ir-ritmu normali huwa mistenni li jintlaħaq fl-2019 u l-2020.
Iż-żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE matul il-perjodu
prinċipalment tirrifletti żieda fil-persunal marbuta ma’ dawn
il-kompiti addizzjonali. 5.1.4. L-Aġenzija
Ewropea għall-prodotti Kimiċi (ECHA) Tliet Regolamenti separati b’mod ċar iqassmu
l-kompiti lill-ECHA, kif ġej: –
Attivitajiet kimiċi: Matul il-perjodu 2014-2020, l-ECHA hija kklassifikata bħala
aġenzija b'ritmu normali għall-attivitajiet tagħha fejn
jidħlu kimiċi fuq il-bażi tar-Regolament li fuqu hi stabbilita
(KE) Nru 1907/2006. F’termini ta’ livelli ta’ persunal, l-ebda
riżorsi umani addizzjonali ma huma previsti; l-ottimizzazzjoni
tal-allokazzjoni tal-ħidmiet kurrenti tal-aġenzija se tirriżulta
fi tnaqqis ta’ karigi tal-pjan ta’ stabbiliment tagħha mill-451 fl-2013
għal 404 fl-2020. Il-kontribuzzjoni ta' bilanċ tal-UE matul
il-perjodu hija stmata li tlaħħaq EUR 381,7 miljun,
ibbażata fuq iż-żmien tat-tnaqqis fil-karigi u l-istimi ta’
miżati li jiġu mis-settur tal-industrija. Varjazzjonijiet bejn sena u
oħra fil-livell mistenni ta’ miżati mill-industrija jwasslu għal
ċaqliq korrispondenti fil-ħtieġa għall-UE li
tibbilanċja l-kontribuzzjoni. –
Attivitajiet tal-bijoċidi: Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 jestendi l-mandat tal-ECHA,
mill-1 ta’ Settembru 2013, għat-tqegħid fis-suq u
l-użu tal-prodotti bijoċidali. Għal din ir-raġuni,
għall-attivitajiet tagħha marbuta mal-bijoċidi l-ECHA hija klassifikata
bħala "fil-fażi tal-bidu" għas-snin 2014 u 2015, li
matulhom issir gradwalment operattiva u wkoll parzjalment finanzjata minnha
nnifisha fuq il-bażi tal-miżati li jinġabru mill-industrija.
L-Artikolu 42 tar-Regolament 528/2012 jestendi l-ambitu tal-attività
fl-2017, meta tliet tipi ta’ prodotti se jsiru eliġibbli, kif ukoll
fl-2020, meta t-tipi ta’ prodotti kollha li jifdal se jsiru eliġibbli.
Għalhekk, l-Aġenzija hija klassifikata bħala "b'kompiti
ġodda" fl-2017 u l-2020. L-Aġenzija tirċievi kontribuzzjoni
ta’ bbilanċjar li tonqos matul il-perjodu konformi mat-tbassir li jkun
hemm żieda fid-dħul mill-ħlasijiet. L-aġenzija se ssir
kompletament awtoffinanzjata sa mill-2019. Fid-dawl tal-fażi tal-bidu li
tinsab fiha u l-kompiti ġodda, matul il-perjodu 2014-2015 l-aġenzija
tista’ tirċievi tliet karigi ġodda (inklużi żewġ karigi
addizzjonali li jikkumpensaw għal tnaqqis fil-persunal matul il-fażi
tal-bidu), kif ukoll approprjazzjonijiet korrispondenti għas-salarji,
segwiti minn ewġ karigi fl-2017-2018 u seba' karigi addizzjonali (awtoffinanzjati)
fl-2019-2010. L-għadd totali ta’ karigi direttament mehmuża
mal-attivitajiet tal-bijoċidi huwa stmat li se jiżdied minn 47
fl-2013 għal 54 fl-2020. Iż-żieda fil-persunal
meħtieġa għal kompiti addizzjonali fl-2017 se jkollha tiġi
milħuqa mill-aġenzija permezz tal-grupp ta' ridistribuzzjoni
minħabba li l-karigi l-ġodda jiġu paċuti
mill-kontribuzzjoni għall-grupp ta' ridistribuzzjoni. –
Attivitajiet PIC:
Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 estenda l-mandat tal-ECHA, mill-1 ta’ Marzu 2014,
għall-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi
perikolużi (PIC). Għal din ir-raġuni, għall-attivitajiet
tagħha marbuta mal-PIC, l-ECHA hija klassifikata bħala "fil-fażi
tal-bidu" għas-snin 2014 u 2015, li matulhom issir gradwalment
operattiva. L-għadd ta’ notifiki tal-esportazzjoni biex jiġu
pproċessati mill-Aġenzija huwa previst li jiżdied b’10 %
kull sena, liema effett kumulattiv huwa rikonoxxut mill-klassifikazzjoni
tal-aġenzija bħala b'"kompiti ġodda" fl-2017.
Il-kontribuzzjoni tal-UE turi l-profil li qed jonqos matul il-perjodu, billi
ż-żieda fin-nefqa tal-persunal hija bbilanċjata minn tnaqqis
fin-nefqa operattiva marbuta mal-istabbiliment inizjali ta’ databases u
għodod tas-softwer. Fid-dawl tal-fażi tal-bidu li tinsab fiha, u
tal-kompiti ġodda, fl-2014 l-Aġenzija tista’ tirċievi kariga waħda
addizzjonali, b’approprjazzjonijiet korrispondenti, segwita minn kariga waħda
addizzjonali ulterjuri fl-2018. Bħala riżultat, in-numru totali
tal-karigi direttament marbuta ma’ attivitajiet tal-PIC jiżdied minn ħamsa
fl-2013 għal sebgħa fl-2020. 5.1.5. L-Uffiċċju
ta’ Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil ( EASO) Il-fażi
tal-bidu tal-EASO se tintemm fl-2014, u warajha din se tkun topera b'ritmu
normali. Fid-dawl tal-fażi tal-bidu li tinsab fiha u t-tranżizzjoni
għal status ta' "kompiti ġodda" matul il-perjodu
2014-2017 l-aġenzija tista’ tirċievi 10 karigi addizzjonali
(inklużi karigi addizzjonali li jikkumpensaw għal tnaqqis fil-persunal
matul il-fażi tal-bidu), kif ukoll approprjazzjonijiet korrispondenti
għas-salarji. L-għadd totali ta’ karigi huwa stmat li se jiżdied
minn 45 fl-2013 għal 51 fl-2020. Iż-żieda fil-kontribuzzjoni
tal-UE bejn l-2014-2015 prinċipalment tirrifletti żieda fil-persunal
marbuta mat-tlestija tal-fażi tal-bidu tal-EASO. 5.1.6. L-Aġenzija
għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT (eu.LISA) eu.LISA hija aġenzija mwaqqfa ġdida li
hija mistennija li tilħaq livell ta’ ritmu normali fl-2015. Mill-2016 ’il
quddiem, il-kompiti tal-aġenzija se jiġu estiżi
għall-iżvilupp u l-ġestjoni taż-żewġ sistemi
tal-IT ġodda li jikkostitwixxu l-Pakkett tal-Fruntieri Intelliġenti
(COM(2013) 95,96 u 97), jiġifieri s-Sistema ta’
Dħul/Ħruġ u l-Programm ta' Vvjaġġar Irreġistrat.
Barra minn hekk, mill-2016, is-sistemi eżistenti SIS, VIS u Eurodac se
jkollhom jiġu aġġornati biex jissodisfaw ir-rekwiżiti
l-ġodda li jirriżultaw mill-bidla għall-bijometriċi.
In-nefqa operattiva addizzjonali marbuta mal-Pakkett dwar Funtieri Intelliġenti
u t-titjib tal-bijometriċi se jeħtieġu żieda
fil-kontribuzzjoni tal-UE lil eu.LISA b’EUR 4,67 miljun fl-2015, li
tiżdied għal EUR 20,6 miljun fl-2016. Fl-aħħar nett,
l-ispejjeż ta’ darba għal proġett ta’ bini (EUR 19-il
miljun) huma inklużi fl-2015. Fid-dawl tal-fażi tal-bidu li tinsab fiha u
l-kompiti ġodda, matul il-perjodu 2014-2017 l-aġenzija tista’
tirċievi ħames karigi ġodda biex jikkumpensaw għal tnaqqis
fil-persunal matul il-fażi tal-bidu. Flimkien ma’ tnaqqis ta’ 5 %
tal-persunal u tal-imposta annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni,
l-għadd totali ta’ postijiet jonqos minn 120 fl-2013 għal 113
fl-2020. 5.2. Aġenziji b’"kompiti ġodda" 5.2.1. L-Aġenzija
Ewropea GNSS (GSA) Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament
ġdid tal-GNSS (COM(2011) 814) li jipproponi struttura ġdida ta’
governanza għall-programmi EGNOS u Galileo u l-finanzjament tagħhom
għall-perjodu 2014-2020, jassenja "kompiti ġodda" lill-GSA
matul il-perjodu 2014-2018. Bil-ħsieb li jipprovdi lill-Parlament Ewropew
u lill-Kunsill bi stampa sħiħa tal-kundizzjonijiet li taħthom
il-GSA se twettaq il-kompiti fdati lilha skont il-mudell tal-governanza
ġdida, fis-6 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni adottat proposta
biex timmodifika r-Regolament GSA (UE) Nru 912/2010 (COM(2013) 40). Fid-dawl tal-kompiti ġodda tagħha, matul
il-perjodu 2014-2018 l-aġenzija tista’ tirċievi 48 kariga
addizzjonali, kif ukoll l-approprjazzjonijiet korrispondenti. Dawn jinkludu tliet
karigi li jikkumpensaw għal tnaqqis tal-persunal li kienu diġà
previsti bħala parti mill-kontribut tal-GSA għal tnaqqis ta’ 5 %
tal-persunal. Meta dan l-element jiġi kkunsidrat flimkien mal-imposta
annwali għall-organizzazzjoni mill-ġdid, dan jirriżulta
f’għadd totali ta’ karigi li jiżdied minn 77 fl-2013 għal 120
fl-2020. Barra minn hekk, il-kontribuzzjoni tal-UE
lill-aġenzija żdiedet biex tkopri l-ispejjeż ta’ darba għal
xogħlijiet ta’ bini ġdid fi Praga (li jammonta għal EUR 2,9
miljun fl-2015 u EUR 0,6 miljun fl-2016). Dawn l-ispejjeż tal-bini
huma segwiti minn żieda fil-livell ta’ spejjeż rikorrenti kull sena
sa minn nofs l-2016 ta’ EUR 0,5 miljun, u kif ukoll EUR 1,3 miljun fi
spejjeż ta’ kiri annwali. Barra minn hekk, l-ispejjeż
tal-infrastruttura għaċ-Ċentri ta’ Monitoraġġ
tas-Sigurtà Galileo (GSMC) fir-Renju Unit u Franza huma previsti, li jammontaw
għal EUR 1,2 miljun għal finalizzazzjoni tas-sistemi tal-IT
fl-2014 u EUR 1 miljun għas-sostituzzjoni ta’ servers fl-2018.
Iż-żieda fil-kontribut lil GSA se tiġi imposta fuq il-pakkett
finanzjarju tal-programm Galileo. 5.2.2. L-Aġenzija
Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) L-EASA hija
kkunsidrata bħala aġenzija b'“kompiti ġodda” matul il-perjodu
2015-2018, notevolment minħabba dmirijiet ġodda relatati ma’
Operaturi minn Pajjiżi Terzi (TCO), kif previst fir-Regolament
tat-twaqqif, u Sistemi ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod
(RPAS). Fid-dawl tal-kompiti ġodda tagħha, matul il-perjodu 2014-2017
l-aġenzija tista’ tirċievi 16-il kariga addizzjonali, kif ukoll
l-approprjazzjonijiet korrispondenti. Flimkien ma’ tnaqqis ta’ 5 %
tal-persunal u tal-imposta annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni,
l-għadd totali ta’ postijiet jonqos minn 692 fl-2013 għal 639
fl-2020. Fl-aħħar nett, huma meħtieġa approprjazzjonijiet
addizzjonali biex ikopru l-ispejjeż konnessi ma’ proġett ta' bini
tal-EASA, li jammonta għal EUR 1,5 miljun kemm fl-2015 kif ukoll
fl-2016. 5.2.3. L-Aġenzija
Ewropea għas-Sigurtа Marittima (EMSA) Ir-Regolament (UE) Nru 100/2013 jestendi
l-kompiti tal-EMSA, notevolment bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat
l-istabbiliment ta’ żona Ewropea tat-trasport marittimu mingħajr fruntieri.
Għal din ir-raġuni, l-EMSA għandha l-istatus ta’
aġenzija b'"kompiti ġodda" sal-2015. Fid-dawl tal-kompiti
ġodda tagħha, matul il-perjodu 2014-2015 l-aġenzija tista’
tirċievi żewġ karigi addizzjonali, kif ukoll l-approprjazzjonijiet
korrispondenti. Flimkien ma’ tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal u tal-imposta
annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni, l-għadd totali ta’
postijiet jonqos minn 213 fl-2013 għal 195 fl-2020. Il-kontribuzzjoni tal-UE għall-EMSA turi
żieda matul il-perjodu. Din hija dovuta għall-finanzjament ta’
programm ta’ Miżuri ta’ kontra t-Tniġġis imwettaq mill-EMSA, li
juri l-profil li qed jiżdied gradwalment sal-2020, skont l-abbozz
tar-Regolament COM(2013) 174. Fl-aħħar nett, l-ispejjeż ta’
tliet aġenti kontrattwali addizzjonali biex jiġu reklutati mill-2016
’il quddiem fil-qafas tal-programm Copernicus huma inklużi wkoll. 5.2.4. L-Aġenzija
Ferrovjarja Ewropea (ERA) Id-dħul fis-seħħ mistenni fl-2015
tar-Regolament abbozz COM(2013) 27 jiġġustifika l-istatus
b'kompiti ġodda tal-ERA. Fid-dawl tal-kompiti ġodda tagħha,
matul il-perjodu 2014-2018 l-aġenzija tista’ tirċievi 48 kariga
addizzjonali; il-karigi addizzjonali li jingħataw huma previsti li
jiġu ffinanzjati permezz tal-miżati u l-ħlasijiet skont l-abbozz
tar-Regolament. Flimkien ma’ tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal u tal-imposta
annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni, l-għadd totali ta’
postijiet jonqos minn 143 fl-2013 għal 148 fl-2020. Il-profil
tal-kontribuzzjoni tal-UE jirrifletti l-impatt baġitarju previst
fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-abbozz
tar-Regolament. 5.2.5. L-Aġenzija
Ewropea għan-Netwerks u s-Sigurtà tal-Informazzjoni (ENISA) Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 adottat
fil-21 ta’ Mejju 2013 jestendi l-mandat tal-aġenzija u
jespandi l-kompiti tagħha. Dawn il-kompiti l-ġodda jirrigwardaw b’mod
partikolari l-iżvilupp ta’ politika tas-sigurtà ċibernetika (studji,
riċerka u analiżi), bini tal-kapaċità favur l-Istati Membri u
l-istituzzjonijiet tal-UE (UE CERT), offerta ta' taħriġ ta’ sigurtà
tan-netwerks u l-informazzjoni lil korpi pubbliċi relevanti, u
l-appoġġ tal-iżvilupp ta’ mekkaniżmu ta’ twissija bikrija
Ewropew. Din hija r-raġuni għaliex ENISA hija klassifikata bħala
aġenzija b'kompiti ġodda' sal-2016, u wara dan issir aġenzija
b'ritmu normali fl-2017. Fid-dawl tal-kompiti ġodda tagħha, matul
il-perjodu 2014-2017 l-aġenzija tista’ tirċievi ħames karigi
addizzjonali. Flimkien ma’ tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal u tal-imposta
annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni, dan jirriżulta f'li n-numru
totali ta’ postijiet jonqos b'wieħed matul il-perjodu 2014-2017 u
mbagħad jirritorna għal-livell tal-2013 ta' 47 kariga.
Il-kontribuzzjoni tal-UE se tirrifletti l-evoluzzjoni tal-pjan ta’
stabbiliment, l-użu ppjanat ta’ persunal estern u l-kisbiet
fl-effiċjenza minħabba riorganizzazzjoni interna ta’ din
l-aġenzija. 5.2.6. L-Aġenzija
għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) Matul il-perjodu 2014-2016 ACER hija meqjusa bħala aġenzija
b'"kompiti ġodda" minħabba l-introduzzjoni gradwali ta’
kompiti ġodda assenjati lilha skont ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011
(REMIT) u r-Regolament (UE) Nru 347/2013 (linjigwida TEN-E).
Il-kontribuzzjoni tal-UE lill-aġenzija tiżdied mill-2014 ’il quddiem
biex tkopri spejjeż ta’ manutenzjoni rikorrenti tal-infrastruttura tal-IT
meħtieġa taħt ir-Regolament REMIT (li jammontaw għal EUR 1,5
miljun fis-sena), kif ukoll l-evoluzzjoni fil-livelli tal-persunal. Fid-dawl tal-kompiti ġodda tiegħu li
joħorġu mill-linji gwida tat-TEN-E (li jikkonsistu l-aktar fl-identifikazzjoni
u l-monitoraġġ ta’ proġetti ta’ interess komuni fil-qasam
tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku), matul il-perjodu 2014-2017 l-ACER
tista' tirċievi tmien karigi addizzjonali, kif ukoll l-approprjazzjonijiet
korrispondenti. Flimkien ma’ tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal u tal-imposta
annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni, l-għadd totali ta’
postijiet jiżdied minn 49 fl-2013 għal 52 fl-2020. 5.2.7. L-Aġenzija
Ewropea għall-Ambjent (EEA) L-EEA kienet identifikata bħala koordinatur
potenzjali għall-implimentazzjoni ta’ servizz tal-art Copernicus, li jibni
fuq l-esperjenzi twal fal-EEA f'Corine Land Cover u attivitajiet oħrajn
ta' operazzjonijiet inizjali tal-GMES (servizz tal-prekursuri tal-art).
Modifika tal-bażi legali tal-aġenzija hija prevista sabiex tinkludi
dan ix-xogħol il-ġdid u għalhekk l-aġenzija hija
kklassifikata bħala b'“kompiti ġodda” fl-2016. Din il-ħidma
l-ġdida se tintlaħaq esklussivament b’reklutaġġ ta’
ħames aġenti kontrattwali addizzjonali. Minħabba tnaqqis ta’ 5%
tal-persunal u tal-imposta annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni,
l-għadd totali ta’ postijiet jonqos minn 1 380 fl-2013 għal 124
fl-2018. 5.2.8. L-Aġenzija
Ewropea għall-Mediċini (EMA) L-EMA hija aġenzija b'“kompiti
ġodda" fid-dawl tad-dħul f’fażijiet ta’ attivitajiet
addizzjonali assenjati lill-aġenzija taħt reviżjoni ewlenija
tal-qafas legali tal-farmakoviġilanza fl-2010, li huwa applikabbli minn
Lulju 2012 (ir-Regolament (UE) Nru 1235/2010 u d-Direttiva
2010/84/UE). Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill żiedu kompiti li
jeżiġu riżorsi addizzjonali meta mqabbla mad-dikjarazzjoni
finanzjarja tal-bidu, notevolment f’termini ta’ kompetenzi għal
mediċini awtorizzati nazzjonalment u kompetenzi msaħħa għal
mediċini awtorizzati ċentralment. Fid-dawl tal-kompiti ġodda tagħha,
matul il-perjodu 2015-2018 l-aġenzija tista’ tirċievi 38 kariga
addizzjonali. Flimkien ma’ tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal u tal-imposta
annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni, l-għadd totali ta’
postijiet jonqos minn 611 fl-2013 għal 588 fl-2020. Bħalissa, madwar 80 % tal-baġit
tal-EMA huwa kopert minn miżati u dan is-sehem huwa mistenni jiżdied
matul 2014-2020. Minħabba li l-attivitajiet ta’ farmakoviġilanza
ġodda kollha se jkunu ffinanzjati b'tariffi addizzjonali, il-kontribut
tal-UE se jibqa' ġeneralment stabbli f’termini reali matul dan il-perjodu,
b’kunsiderazzjoni tal-impatt tal-previżjonijiet mill-miżati li jaslu
mill-industrija dwar il-ħtieġa għal kontribuzzjoni
mill-baġit tal-UE. 5.2.9. L-Aġenzija
Ewropea għat-Tmexxija ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri
Esterni (FRONTEX) Matul il-perjodu 2014-2018, Frontex hija
mniżżla taħt aġenzija b'"kompiti ġodda",
bl-għan ta' estensjoni mistennija tal-ħidmiet tagħha fir-rigward
tas-Sistema Ewropea tas-Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR, (COM(2011) 873).
Fid-dawl tal-kompiti ġodda tagħha, matul il-perjodu 2014-2018 l-aġenzija
tista’ tirċievi tmien karigi addizzjonali, kif ukoll l-approprjazzjonijiet
korrispondenti. Flimkien ma’ tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal u tal-imposta
annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni, l-għadd totali ta’
postijiet jonqos minn 153 fl-2013 għal 144 fl-2020. Ir-ritmu normali huwa
mistenni li jintlaħaq fl-2019 u l-2020. Bil-ħsieb tar-rekwiżiti tan-nefqa operattiva għal
EUROSUR, il-kontribuzzjoni tal-UE għall-Frontex se tiżdied bi EUR 3
miljun fl-2014, li tiżdied gradwalment għal EUR 5 miljun
fl-2015, EUR 7,5 miljun fl-2016 u mbagħad għal EUR 10
miljun mill-2017 ’il quddiem. Barra minn hekk, mill-2015 tisħiħ
ulterjuri ta’ EUR 3 miljun huma previsti biex tissaħħaħ
il-kapaċità operattiva regolari tal-Frontex, minħabba pressjoni
migratorja kostanti fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni. 5.2.10. L-Uffiċċju
Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) Il-Europol hija
meqjusa bħala aġenzija b‘kompiti ġodda’ wara l-proposta biex
jiġi emendat ir-Regolament tat-twaqqif tagħha (COM(2013) 172 u
173). Din se tkun l-opportunità li tgħaqqad l-attivitajiet attwalment
assenjati għas-CEPOL u tiġġenera sinerġiji u l-iffrankar
stmat għal EUR 17-il miljun sal-2020. Min-naħa l-oħra,
ir-reviżjoni tal-mandat tal-Europol hija proposta sabiex tintuża biex
tinkludi żewġ kompiti ġodda: Skemi għat-Taħriġ
fl-Infurzar tal-Liġi u l-iżvilupp ta’ Ċentru
taċ-Ċiberkriminalità. Fid-dawl
tal-kompiti ġodda tagħha, matul il-perjodu 2014-2018 l-aġenzija
tista’ tirċievi 15-il kariga addizzjonali, kif ukoll l-approprjazzjonijiet
korrispondenti. Flimkien ma’ tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal u tal-imposta
annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni, l-għadd totali ta’
postijiet jonqos minn 457 fl-2013 għal 427 fl-2020. Fl-aħħar
nett, il-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija se tiżdied b’EUR 12,5
miljun fl-2015 biex tkompli tiżviluppa għodod tal-IT
meħtieġa sabiex hi twettaq il-mandat estiż, kemm
għall-ġbir tad-dejta kif ukoll għat-trattament u għodod
tal-ICT relatati maċ-ċiberkriminalità. 5.2.11. Il-Kulleġġ
Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) Is-CEPOL huwa ppreżentat bħala
aġenzija b'“ritmu normali", għalkemm il-persunal tagħha,
ladarba integrat fil-Europol (COM(2013) 172 u 173), se jkun assenjat
fl-Iskemi għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi li għandhom
ikunu implimentati fl-2015 u l-2016. Il-kisbiet fl-effiċjenza miksuba
permezz tal-fużjoni prevista mal-Europol ukoll kellhom impatt fuq
il-livell tal-persunal tas-CEPOL. Bħala konsegwenza l-għadd totali
tal-karigi tal-aġenzija baqa' stabbli matul il-perjodu fil-livell tal-2013
b'28 kariga u tnaqqis temporanju ta' kariga waħda fil-perjodu 2014-2017. 5.2.12. L-Unità
għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (EUROJUST) Il-Eurojust se tilħaq ritmu normali fl-2014,
u se żżomm dan l-istatus matul il-perjodu. Il-proposta
għar-riforma tal-att li jwaqqaf il-Eurojust, li l-Kummissjoni hija
mistennija li tadotta flimkien ma’ proposta biex jiġi stabbilit l-Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ara hawn taħt), jiffoka fuq
l-istruttura ta’ governanza tal-Eurojust. Minħabba tnaqqis ta’ 5 %
tal-persunal u tal-imposta annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni,
l-għadd totali ta’ postijiet jonqos minn 213 fl-2013 għal 191
fl-2020. Il-kontribuzzjoni tal-UE lill-Eurojust tul il-perjodu 2014-2020
tirrifletti l-istatus tagħha ta’ “ritmu normali”. Madankollu,
il-kofinanzjament tal-Eurojust għall-proġett ta' bini ġdid se
jeħtieġ approprjazzjonijiet addizzjonali, li jammontaw għal EUR 10,9
miljun fl-2015 u EUR 7,25 miljuni fl-2016. 5.3. Proposti tal-Kummissjoni għall-ħolqien ta’ korpi
ġodda fil-futur Korpi futuri tal-UE ma jaqgħux fl-ambitu ta’
din il-Komunikazzjoni, li tippreżenta l-prospetti għal riżorsi
eżistenti stabbiliti għal aġenziji ddeċentralizzati.
Madankollu, f’termini ta’ programmar finanzjarju, jekk korpi ġodda
jesiġu finanzjament mill-baġit tal-UE, il-finanzjament tagħhom
se jkollu jikkonforma ma’ pakketti indikattivi għan-nefqa
tal-aġenziji skont l-intestatura tal-QFP. Din it-taqsima tiddeskrivi
żewġ inizjattivi leġiżlattivi u tipproponi l-istabbiliment
ta’ korpi ġodda tal-UE, li bħalissa qed jiġu kkunsidrati
mill-Kummissjoni: Bord tar-Riżoluzzjoni Ewropew u Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. 5.3.1. Il-Bord
tar-Riżoluzzjoni Ewropew Il-Kummissjoni adottat proposta
għall-istabbiliment ta' Bord tar-Riżoluzzjoni Ewropew[16]. Il-ħolqien ta’ dan
il-korp huwa probabbli li jseħħ fl-2014, biex jippermetti li jkun
operattiv kompletament sa tmiem l-2014. Il-Bord huwa mistenni li jkun
kompletament iffinanzjat b’kontribuzzjonijiet mis-settur bankarju, li jfisser
imbagħad li l-ħolqien tiegħu mhux se jeħtieġ kontribut
mill-baġit tal-UE. Il-ħolqien tal-Bord għalhekk mhu se jkollu
l-ebda impatt fuq pakkett indikattiv għal nefqa tal-aġenzija
taħt l-Intestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u
l-Impjiegi). F’termini ta’ riżorsi umani, il-Bord huwa mistenni li
jeħtieġ 309 ekwivalenti għal full time fil-karigi tal-pjan ta'
stabbiliment fil-forma ta’ aġenti b’kuntratt u esperti nazzjonali
sekondati. Il-karigi meħtieġa għal din l-entità l-ġdida jaqgħu
fl-ambitu ta’ mira ta’ tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal.] 5.3.2. L-Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew Il-Kummissjoni biħsiebha tadotta proposta
għat-twaqqif fil-futur ta' Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
Ewropew f’Lulju 2013. Il-proposta għandha tipprovdi għal
introduzzjoni gradwali tal-ħidmiet u r-riżorsi għal dan il-korp
il-ġdid li jmur lil hinn mill-2020. It-twaqqif ta’ Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew futur għandu jimplika l-qsim ta’
riżorsi amministrattivi u ta’ sostenn mal-Eurojust — li huwa mistenni li
jkollu rwol fil-ħolqien tiegħu skont l-Artikolu 86 TFUE — kif
ukoll tqassim mill-ġdid tal-persunal tal-OLAF għall-implimentazzjoni
tal-funzjonijiet operazzjonali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku
Ewropew. Huwa previst li l-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Prosekutur
Pubbliku Ewropew se jkun kompletament iffinanzjat minn kontribuzzjoni
mill-baġit tal-UE taħt l-Intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza).
L-introduzzjoni gradwali tal-kontribuzzjoni tal-UE lejn l-Uffiċċju
tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se tkun kompatibbli ma’ pakkett indikattiv
2014-2020 għan-nefqa tal-aġenziji taħt dik l-intestatura.
Madankollu, l-impatt baġitarju ġenerali se jkun limitat minħabba
riallokazzjonijiet magħmula mill-Intestatura 5 (Amministrazzjoni). 6. Il-passi
li jmiss Din il-Komunikazzjoni tipprovdi l-ipprogrammar
finanzjarju tar-riżorsi umani u baġitarji għall-aġenziji
deċentralizzati sal-2020. Din il-programmazzjoni ma teskludix li
ċerti kompiti għandhom jitwettqu b’inqas riżorsi minn dawk
ipprogrammati bis-saħħa tal-kisbiet addizzjonali fl-effiċjenza
miksuba mill-aġenziji. Min-naħa l-oħra, l-iżvilupp kontinwu
tal-politiki tal-UE jista' jeħtieġ li l-aġenziji eżistenti jkunu
mitluba jikkontribwixxu b’esperjenza addizzjonali. Proposti
leġiżlattivi speċifiċi li jimmodifikaw l-ambitu ta’
aġenziji eżistenti se jikkonformaw mar-riżorsi finanzjarji u
umani tal-ipprogrammar pprovduti f’din il-Komunikazzjoni. Kwalunkwe proposti
leġiżlattivi ġodda, li jeħtieġu riżorsi umani
addizzjonali għal aġenziji individwali eżistenti, għandhom
simultanjament jeħtieġu tnaqqis korrispondenti fil-pjanijiet ta’
stabbiliment ta’ aġenziji oħra, u/jew lill-Kummissjoni jekk jiġu
ddelegati l-kompiti mill-Kummissjoni lill-aġenziji. F’dan ir-rigward, bħall-istituzzjonijiet u
l-korpi l-oħra tal-UE, jeħtieġ li tittejjeb l-effiċjenza
tagħhom, u l-forzi tax-xogħol tagħhom jeħtieġ li
jiġu allokati mill-ġdid, fejn ikun xieraq, b’mod partikolari minn
koordinazzjoni u l-funzjonijiet ta’ appoġġ għal attivitajiet
operattivi. Sinerġiji bejn l-aġenziji se jkunu mfittxija sabiex
jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli u
l-immaniġġar effiċjenti u effettiv ta’ aġenziji li jfittxu
sinerġiji jista’ jwassal ukoll għal proposti biex jingħaqdu
l-aġenziji eżistenti, bħall-proposta reċenti li
tgħaqqad il-EUROPOL u CEPOL. Kif previst fil-pjan ta' direzzjoni tal-Kummissjoni
dwar is-segwitu tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji
deċentralizzati, il-Kummissjoni tħares ukoll lejn modi biex tespandi
l-livell u l-ambitu ta’ attivitajiet ta’ appoġġ li attwalment
tipprovdi lill-aġenziji, bħal fl-oqsma ta’ ġestjoni tal-persunal,
kontabbiltà u finanzjament, sabiex tnaqqas l-ispejjeż amministrattivi
tagħhom u sabiex l-aġenziji msemmija jkunu jistgħu
jipproduċu riżultati li huma mistennija minnhom bir-riżorsi
disponibbli. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha wkoll tirrevedi r-Regolament
Finanzjarju ta’ qafas applikabbli għall-Aġenziji deċentralizzati
biex ikunu mgħammra aħjar b’għodod ta’ rappurtar razzjonalizzat
u ta' ġestjoni finanzjarja. Abbażi ta’ din il-Komunikazzjoni,
il-Kummissjoni biħsiebha tibda l-proċedura stipulata fil-Punt 47
tal-Ftehim attwali Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-amministrazzjoni finanzjarja soda[17]. Anness I Ħarsa
Ġenerali 2014-2020: Korpi deċentralizzati taħt l-Intestatura 1a
– Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi (f’miljuni ta’ EUR) Isem tal-aġenzija deċentralizzata || Linja tal-baġit || Lokalità || Sena ta' ħolqien || Snin b'ritmu normali fil-perjodu 2014-2020 || Kontribuzzjoni totali mill-UE/pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || Kontribuzzjoni totali mill-UE 2014-2020 || Tagħrif ieħor 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) — Leġilazzjoni dwar il-bijoċidi || 02 03 03 || Ħelsinki || 2006 || 2014 -2020 || 0 || 0 || 67,879 || 76,805 || 75,533 || 24,517 || 67,224 || 67,682 || 379,640 || Parzjalment finanzjata minnha nnifisha Pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || || || || || 451 || 441 || 431 || 420 || 410 || 404 || 404 || 404 || L-Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) || 02 05 11 || Praga || 2004 || 2019 -2020 || 14 159 || 24 651 || 26 840 || 28 350 || 27 847 || 30,848 || 30 722 || 30 964 || 200 222 || Trasferiment ta’ karigi mill-Kummissjoni Pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || (02 05 02) || (Brussell) || || || 77 || 96 || 102 || 113 || 116 || 118 || 119 || 120 || || Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND) || 04 03 11 || Dublin || 1975 || 2014 -2020 || 20,371 || 20,371 || 20,371 || 20,371 || 20,371 || 20,371 || 20,779 || 21,195 || 143,829 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (04 04 03) || || || || 101 || 99 || 97 || 95 || 93 || 91 || 91 || 91 || || L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OSHA) || 04 03 12 || Bilbao || 1994 || 2014 -2020 || 14,678 || 14,095 || 14,679 || 14,679 || 14,679 || 14,973 || 15,273 || 15,579 || 103,957 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (04 04 04) || || || || 44 || 43 || 42 || 41 || 40 || 40 || 40 || 40 || || L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) || 06 02 02 || Köln || 2002 || 2014, 2019-2020 || 34,862 || 34,174 || 36,370 || 36,370 || 34,870 || 34,870 || 35,568 || 36,279 || 248,501 || Parzjalment finanzjata minnha nnifisha Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (06 02 01) || || || || 692 || 678 || 672 || 662 || 650 || 639 || 639 || 639 || L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtа Marittima (EMSA) || 06 02 03 || Liżbona || 2002 || 2016 -2020 || 55,892 || 50,453 || 52,656 || 53,879 || 55,083 || 56,963 || 57,984 || 59,692 || 386,710 || Li minnhom miżuri ta’ kontra t-tniġġiż || 06 02 03 02 || || || || 22,663 || 19,675 || 20,600 || 21,600 || 22,800 || 24,675 || 25,050 || 26,100 || 160,500 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (06 02 02) || || || || 213 || 210 || 207 || 202 || 198 || 195 || 195 || 195 || || L-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA) || 06 02 04 || Lille || 2004 || 2015-2020 || 25,007 || 25,007 || 25,613 || 26,000 || 26,000 || 26,250 || 26,500 || 26,750 || 182,120 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (06 02 08) || Valenciennes || || || 143 || 140 || 137 || 134 || 139 || 148 || 148 || 148 || || L-Aġenzija Ewropea għan-Netwerks u s-Sigurtà tal-Informazzjoni (ENISA) || 09 02 03 || Heraklion || 2004 || 2017-2020 || 8,335 || 8,822 || 9,372 || 10,120 || 10,322 || 10,529 || 10,739 || 10,954 || 70,859 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 47 || 48 || 48 || 48 || 48 || 47 || 47 || 47 || || Entità ta’ Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC — Uffiċċju) || 09 02 04 || Riga || 2009 || 2014-2020 || 4,191 || 4,163 || 4,163 || 4,246 || 4,246 || 4,331 || 4,418 || 4,506 || 30,073 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 16 || 16 || 15 || 15 || 14 || 14 || 14 || 14 || || Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) || 12 03 02 || Londra || 2010 || 2019-2020 || 10,387 || 11,304 || 12,021 || 13,104 || 14,115 || 15,123 || 15,683 || 15,997 || 97,349 || Kofinanzjament nazzjonali Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (12 04 02) || || || || 93 || 103 || 111 || 125 || 134 || 145 || 145 || 145 || Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) || 12 03 03 || Frankfurt || 2010 || 2019-2020 || 7,507 || 7,514 || 7,763 || 8,134 || 8,676 || 9,365 || 9,734 || 9,929 || 61,117 || Kofinanzjament nazzjonali Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (12 04 03) || || || || 80 || 84 || 87 || 92 || 101 || 112 || 112 || 112 || Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) || 12 03 04 || Pariġi || 2010 || 2019-2020 || 8,697 || 9,077 || 9,603 || 10,099 || 10,888 || 11,876 || 12,377 || 12,624 || 76,543 || Kofinanzjament nazzjonali Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (12 04 04) || || || || 121 || 128 || 133 || 138 || 150 || 163 || 163 || 163 || Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) || 15 02 11 || Tessaloniki || 1975 || 2014-2020 || 17,434 || 17,434 || 17,434 || 17,434 || 17,434 || 17,434 || 17,783 || 18,138 || 123,091 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (15 02 25) || || || || 100 || 98 || 96 || 94 || 92 || 91 || 91 || 91 || || L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) || 32 02 10 || Ljubljana || 2009 || 2017-2020 || 8,941 || 10,880 || 11,266 || 11,492 || 11,492 || 11,492 || 11,722 || 11,957 || 80,301 || In-nefqa fl-IT Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (32 04 10) || || || || 49 || 54 || 54 || 54 || 53 || 52 || 52 || 52 || Total tal-aġenziji deċentralizzati ta' intestatura 1a || || || || || 230,462 || 237,944 || 316,031 || 331,083 || 331,559 || 288,942 || 336,506 || 342,246 || 2 184,310 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 2 227 || 2 238 || 2 232 || 2 233 || 2 238 || 2 259 || 2 260 || 2 261 || || Ħarsa
Ġenerali 2014-2020: Aġenziji deċentralizzati taħt l-Intestatura 2
- Tkabbir Sostenibbli: Riżorsi Naturali (f’miljuni ta’ EUR) Isem tal-aġenzija deċentralizzata || Linja tal-baġit || Lokalità || Sena ta' ħolqien || Snin b'ritmu normali fil-perjodu 2014-2020 || Kontribuzzjoni totali mill-UE/pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || Kontribuzzjoni totali mill-UE 2014-2020 || Tagħrif ieħor 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) — Attivitajiet dwar il-bijoċidi || 07 02 05 01 || Ħelsinki || 2012 || 2016, 2018-2020 || 6,071 || 5,064 || 5,789 || 2,435 || 2,435 || 2,226 || 0,000 || 0,000 || 17,948 || Parzjalment finanzjata minnha nnifisha Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (07 03 60) || || || || 47 || 48 || 48 || 47 || 47 || 47 || 53 || 54 || L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) — Attivitajiet PIC || 07 02 05 02 || Ħelsinki || 2012 || 2016, 2018-2020 || 1,562 || 1,297 || 1,222 || 1,151 || 1,183 || 1,142 || 1,142 || 1,142 || 8,279 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (07 03 70) || || || || 5 || 6 || 6 || 6 || 6 || 7 || 7 || 7 || || L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) || 07 02 06 || Kopenħagen || 1990 || 2014-2015, 2017-2020 || 36,309 || 36,309 || 36,309 || 36,809 || 36,809 || 36,809 || 37,545 || 38,296 || 258,888 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (07 03 09) || || || || 138 || 135 || 132 || 129 || 126 || 124 || 124 || 124 || || Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) || 11 06 64 || Vigo || 2005 || 2014-2020 || 9,217 || 9,217 || 9,217 || 9,217 || 9,217 || 9,217 || 9,401 || 9,590 || 65,077 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (11 08 05) || || || || 54 || 53 || 52 || 51 || 49 || 48 || 48 || 48 || || Total aġenziji deċenralizzati tal-Intestatura 2 || || || || || 53,159 || 51,888 || 52,537 || 49,612 || 49,644 || 49,394 || 48,089 || 49,028 || 350,192 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 244 || 242 || 238 || 233 || 228 || 226 || 232 || 233 || || Ħarsa Ġenerali 2014-2020:
Aġenziji deċentralizzati taħt l-Intestatura 3 - Sigurtà u
ċittadinanza (f’miljuni ta’ EUR) Isem tal-aġenzija deċentralizzata || Linja tal-baġit || Lokalità || Sena ta' ħolqien || Snin b'ritmu normali fil-perjodu 2014-2020 || Kontribuzzjoni totali mill-UE/pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || Kontribuzzjoni totali mill-UE 2014-2020 || Tagħrif ieħor 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) || 17 03 10 || Stokkolma || 2004 || 2014-2020 || 56,727 || 56,766 || 56,766 || 56,766 || 56,766 || 56,766 || 57,901 || 59,059 || 400,791 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (17 03 03) || || || || 198 || 194 || 190 || 186 || 182 || 180 || 180 || 180 || || L-Awtoritа Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) || 17 03 11 || Parma || 2002 || 2014-2020 || 76,000 || 77,333 || 77,333 || 77,333 || 77,333 || 77,333 || 77,880 || 80,457 || 546,003 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (17 03 07) || || || || 351 || 344 || 337 || 330 || 323 || 319 || 319 || 319 || || L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) || 17 03 12 || Londra || 1993 || 2019-2020 || 39,230 || 39,230 || 40,015 || 40,815 || 40,029 || 40,174 || 40,978 || 41,798 || 283,038 || Parzjalment finanzjata minnha nnifisha Li minnhom kontribuzzjoni speċjali għal prodotti mediċinali 'orfni'. || 17 03 12 02 || || || || 6,000 || 6,000 || 6,000 || 6,000 || 6,000 || 6,000 || 6,000 || 6,000 || 42,000 Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (17 03 10) || || || || 611 || 599 || 599 || 599 || 593 || 588 || 588 || 588 || L-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (FRONTEX) || 18 02 03 || Varsavja || 2004 || 2019-2020 || 79,500 || 80,910 || 86,112 || 88,774 || 91,274 || 91,274 || 93,099 || 94,961 || 626,405 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 153 || 152 || 151 || 149 || 146 || 145 || 145 || 145 || || L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL) || 18 02 04 || L-Aja || 1995 || 2014, 2019-2020 || 82,562 || 82,212 || 94,714 || 94,716 || 94,718 || 94,720 || 96,614 || 98,546 || 656,589 || Fużjoni ma’ CEPOL Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (18 05 02) || || || || 457 || 448 || 443 || 439 || 432 || 427 || 427 || 427 || || Il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) || 18 02 05 || Bramshill || 2005 || 2014, 2017-2020 || 8 450 || 8 305 || 8 471 || 8 641 || 8 813 || 9 126 || 9 308 || 9 495 || 62 159 || Fużjoni ma’ Europol Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (18 05 05) || || || || 28 || 27 || 27 || 27 || 27 || 28 || 28 || 28 || || Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) || 18 02 06 || Liżbona || 1993 || 2014-2020 || 15,550 || 14,794 || 14,794 || 14,794 || 14,794 || 14,794 || 15,090 || 15,392 || 104,452 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (18 05 11) || || || || 84 || 82 || 80 || 79 || 77 || 76 || 76 || 76 || || L-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-informatika fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (eu.LISA) || 18 02 07 || Tallinn-Strasbourg || 2011 || 2017-2020 || 41,000 || 59,380 || 83,064 || 84,727 || 84,742 || 85,700 || 87,414 || 89,163 || 574,190 || In-nefqa fuq il-bini Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (18 02 11) || || || || 120 || 120 || 120 || 118 || 115 || 113 || 113 || 113 || || L-Uffiċċju ta’ Appoġġ Ewropew fil-qasam tal-Ażil ( EASO) || 18 03 02 || Valletta || 2010 || 2016-2020 || 12,000 || 14,526 || 15,032 || 15,333 || 15,639 || 15,952 || 16,271 || 16,596 || 109,349 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (18 03 14) || || || || 45 || 49 || 51 || 51 || 51 || 51 || 51 || 51 || || L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) || 33 02 06 || Vjenna || 2007 || 2014-2020 || 21, 246 || 21,229 || 21,229 || 21,229 || 21,229 || 21,654 || 22,088 || 22,530 || 151,188 || Pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || (33 02 03) || || || || 78 || 75 || 73 || 72 || 70 || 70 || 70 || 70 || || L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) || 33 02 07 || Vilnius || 2006 || 2014-2020 || 7,478 || 7,340 || 7,628 || 7,628 || 7,628 || 7,781 || 7,937 || 8,096 || 54,038 || Pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || (33 06 03) || || || || 30 || 29 || 28 || 27 || 26 || 26 || 26 || 26 || || L-Unità għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (EUROJUST) || 33 03 04 || L-Aja || 2002 || 2014-2020 || 32,359 || 32,450 || 43,350 || 39,700 || 32,450 || 32,450 || 33,099 || 33,761 || 247,260 || In-nefqa fuq il-bini Pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || (33 03 02) || || || || 213 || 209 || 205 || 200 || 195 || 191 || 191 || 191 || Total tal-aġenziji deċentralizzati ta' intestatura 3 || || || || || 471,661 || 494,825 || 548,507 || 550,455 || 545,415 || 547,724 || 558,680 || 569,854 || 3 815, 460 || Pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || || || || || 2 368 || 2 328 || 2 304 || 2 277 || 2 237 || 2 214 || 2 214 || 2 214 || || Ħarsa Ġenerali 2014-2020:
Aġenziji deċentralizzati taħt l-Intestatura 4 - Ewropea
Globali (f’miljuni ta’ EUR) Isem tal-aġenzija deċentralizzata || Linja tal-baġit || Lokalità || Sena ta' ħolqien || Snin b'ritmu normali fil-perjodu 2014-2020 || Kontribuzzjoni totali mill-UE/pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || Kontribuzzjoni totali mill-UE 2014-2020 || Tagħrif ieħor 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) || 15 02 12 || Turin || 1990 || 2014-2020 || 20,144 || 20,144 || 20,144 || 20,144 || 20,144 || 20,144 || 20,546 || 20,957 || 142,222 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (15 02 27) || || || || 96 || 94 || 92 || 90 || 88 || 86 || 86 || 86 || Total aġenziji deċentralizzati ta' intestatura 4 || || || || || 20,144 || 20,144 || 20,144 || 20,144 || 20,144 || 20,144 || 20,546 || 20,957 || 142,222 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 96 || 94 || 92 || 90 || 88 || 86 || 86 || 86 || || Ħarsa Ġenerali 2014-2020:
Aġenzija deċentralizzata taħt l-Intestatura 5 -
Amministrazzjoni (f’miljuni ta’ EUR) Isem tal-aġenzija deċentralizzata || Linja tal-baġit || Lokalità || Sena ta' ħolqien || Snin b'ritmu normali fil-perjodu 2014-2020 || Kontribuzzjoni totali mill-UE/pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || Kontribuzzjoni totali mill-UE 2014-2020 || Tagħrif ieħor 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea || 31 01 10 || Il-Lussemburgu || 1994 || 2014-2020 || || || || || || || || || || Awtofinanzjament Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || (31 01 09) || || || || 206 || 203 || 200 || 197 || 195 || 193 || 193 || 193 || Total aġenziji deċentralizzati ta' intestatura 5 || || || || || || || || || || || || || || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 206 || 203 || 200 || 197 || 195 || 193 || 193 || 193 || || Ħarsa
Ġenerali 2014-2020: Aġenziji deċentralizzati awtoffinanzjati (f’miljuni ta’ EUR) Isem tal-aġenzija deċentralizzata || Linja tal-baġit || Lokalità || Sena ta' ħolqien || Snin b'ritmu normali fil-perjodu 2014-2020 || Kontribuzzjoni totali mill-UE/pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || Kontribuzzjoni totali mill-UE 2014-2020 || Tagħrif ieħor 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (OHIM) || || Alicante || 1993 || 2014-2020 || || || || || || || || || || Awtofinanzjament Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 861 || 844 || 827 || 810 || 792 || 775 || 775 || 774 || L-Uffiċju Komunitarju dwar il-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) || || Angers || 1994 || 2014-2020 || || || || || || || || || || Awtofinanzjament Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 48 || 47 || 46 || 45 || 44 || 43 || 43 || 43 || Total ta' aġenziji deċentralizzati awtoffinanzjati || || || || || || || || || || || || || || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 909 || 891 || 873 || 855 || 836 || 818 || 818 || 817 || || Ħarsa Ġenerali 2014-2020:
Total tal-aġenziji deċentralizzati (f’miljuni ta’ EUR) Isem tal-aġenzija deċentralizzata || Linja tal-baġit || Lokalità || Sena ta' ħolqien || Snin b'ritmu normali fil-perjodu 2014-2020 || Kontribuzzjoni totali mill-UE/pjan ta’ stabbiliment awtorizzat || Kontribuzzjoni totali mill-UE 2014-2020 || Tagħrif ieħor 2013 || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 Total tal-aġenziji deċentralizzati || || || || || 775,426 || 804,801 || 937,218 || 951,293 || 946,760 || 906,204 || 963,821 || 982,085 || 6 492,184 || Pjan ta' stabbiliment awtorizzat || || || || || 6 050 || 5 996 || 5 939 || 5 885 || 5 822 || 5 796 || 5 803 || 5 804 || || Anness II Aġenzija || Kalkoli tal-għadd ta’ karigi fl-2020 Għadd ta’ karigi fl-2013 (1) || Tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal (2) || 1% imposta annwali għall-grupp ta' ridistribuzzjoni (3) || Allokazzjoni mill-grupp (4) || L-evoluzzjoni totali 2014-2020 (5 = 4 - 2 - 3) || Għadd ta’ karigi fl-2020 (6 = 1 + 5) ECHA — L-attivitajiet kimiċi || 451 || - 18,0 || - 29,0 || - || - 47 || 404 GSA || 77 || - 1,0 || - 4,0 || + 48 || + 43 || 120 EUROFOUND || 101 || - 5,0 || - 5,0 || - || - 10 || 91 UE-OSHA || 44 || - 2,0 || - 2,0 || - || - 4 || 40 EASA || 692 || - 34,5 || - 34,5 || + 16 || - 53 || 639 EMSA || 213 || - 8,5 || - 11,5 || + 2 || - 18 || 195 ERA || 143 || - 6,0 || - 7,0 || + 18 || + 5 || 148 ENISA || 47 || - 2,5 || - 2,5 || + 5 || - || 47 BEREC - Office || 16 || - 1,0 || - 1,0 || - || - 2 || 14 EBA || 93 || - 4,5 || - 5,5 || + 62 || + 52 || 145 EIOPA || 80 || - 4,0 || - 4,0 || + 40 || + 32 || 112 ESMA || 121 || - 6,0 || - 6,0 || + 54 || + 42 || 163 CEDEFOP || 100 || - 4,0 || - 5,0 || - || - 9 || 91 ACER || 49 || - 2,5 || - 2,5 || + 8 || + 3 || 52 ECHA – Attivitajiet ta' bijoċidi || 47 || - 2,5 || - 2,5 || + 12 || + 7 || 54 ECHA – attivitajiet PIC || 5 || - || - || + 2 || + 2 || 7 EEA || 138 || - 7,0 || - 7,0 || - || - 14 || 124 EFCA || 54 || - 2,5 || - 3,5 || - || - 6 || 48 ECDC || 198 || - 8,0 || - 10,0 || - || - 18 || 180 EFSA || 351 || - 13,5 || - 18,5 || - || - 32 || 319 EMA || 611 || - 30,5 || - 30,5 || + 38 || - 23 || 588 FRONTEX || 153 || - 7,5 || - 8,5 || + 8 || - 8 || 145 EUROPOL || 457 || - 23,0 || - 22,0 || + 15 || - 30 || 427 CEPOL || 28 || - 1,5 || - 1,5 || + 3 || - || 28 EMCDDA || 84 || - 4,0 || - 4,0 || - || - 8 || 76 eu.LISA || 120 || - 6,0 || - 6,0 || + 5 || - 7 || 113 EASO || 45 || - 2,0 || - 2,0 || + 10 || + 6 || 51 FRA || 78 || - 4,0 || - 4,0 || - || - 8 || 70 EIGE || 30 || - 1,5 || - 2,5 || - || - 4 || 26 EUROJUST || 213 || - 10,5 || - 11,5 || - || - 22 || 191 ETF || 96 || - 5,0 || - 5,0 || - || - 10 || 86 CdT || 206 || - 1,5 || - 11,5 || - || - 13 || 193 OHIM || 861 || - 43,5 || - 43,5 || - || - 87 || 774 CPVO || 48 || - 2,5 || - 2,5 || - || - 5 || 43 Total || 6 050 || - 276 || - 316 || + 346 || - 246 || 5 804 Karigi mnaqqsa qabel l-2014 || || - 27 || || || || Tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal totali || || - 303 || || || || Karigi ttrasferiti mill-Kummissjoni || || || 30 || || || Karigi totali disponibbli fil-grupp || || || 346 || || || [1] COM(2008) 135, 11.3.2008. [2] Il-punt [23] tal-abbozz tal-Ftehim Interistituzzjonali. [3] Inkluż abbozz tal-baġit emendatorju
Nru 4/2013. [4] COM(2013) 450, 28,6.2013. [5] ECHA — l-attivitajiet kimiċi, l-EMSA, l-ERA,
l-ECDC, l-EFSA u CdT. [6] Inkluż iż-żewġ aġenziji, l-OHIM
u s-CVPO, li l-pjan ta’ stabbiliment tagħhom mhuwiex inkluż
fil-baġit tal-UE. [7] L-għadd limitat tal-ħtiġijiet li
għad baqa’ għal postijiet addizzjonali wara l-2018 se jiġu
koperti permezz ta’ trasferiment ta’ karigi mill-Kummissjoni lill-GSA, kif
stipulat fid-dikjarazzjoni leġiżlattiva finanzjarja
(COM(2013) 40), kif ukoll permezz tal-allokazzjoni ta’ post wieħed
finali fl-2020 biex jiġu koperti l-ħtiġijiet għal
attivitajiet dwar il-bijoċidi tal-ECHA. [8] L-iskejjel Ewropej tat-Tip II huma skejjel
nazzjonali li joffru kurrikulu ekwivalenti għall-iskejjel Ewropej. [9] ECHA, EASA, ENISA, EEA, ECDC, EFSA, CEPOL, EUROPOL,
EUROJUST u eu.LISA. [10] ĠU L 298, 26.10.2012. [11] Li minnhom tnaqqis ta’ 12-il kariga diġà nkisbu
fil-Baġit 2013. [12] Li minnhom tnaqqis ta’ sitt karigi diġà nkisbu
fil-Baġit 2013. [13] Li minnhom tnaqqis ta’ disa' karigi diġà nkisbu
fil-Baġit 2013. [14] B’kont meħud li 27 kariga diġà tnaqqsu
qabel dan l-eżerċizzju, it-tnaqqis li għandu jiġi applikat
għal 6 050 kariga huwa 303-27 = 276 kariga. B’kont meħud
tat-30 kariga ttrasferiti mill-Kummissjoni, in-numru finali ta’ karigi
jammonta għal 5 804 kariga. [15] Matul din il-Komunikazzjoni, l-Istitut Ewropew
għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) huwa inkluż taħt
l-Intestatura 3. [16] COM(2013) 520, 10.7.2013. [17] ĠU C 139, 14.6.2006. L-istess
dispożizzjonijiet huma inklużi fil-punt [25] tal-abbozz tal-Ftehim
Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja, il-kooperazzjoni fi
kwistjonijiet baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja
b’saħħitha għall-perjodu 2014-2020, li fuqhom intlaħaq
ftehim politiku.