This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013BP0109
European Parliament resolution of 16 April 2013 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund, in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (application EGF/2011/023 IT/Antonio Merloni SpA from Italy) (COM(2013)0090 — C7-0046/2013 — 2013/2032(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/023 IT/Antonio Merloni SpA mill-Italja) (COM(2013)0090 – C7-0046/2013 – 2013/2032(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/023 IT/Antonio Merloni SpA mill-Italja) (COM(2013)0090 – C7-0046/2013 – 2013/2032(BUD))
ĠU C 45, 5.2.2016, pp. 106–110
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
5.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/106 |
P7_TA(2013)0109
Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni: applikazzjoni EGF/2011/023 IT/Antonio Merloni SpA
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/023 IT/Antonio Merloni SpA mill-Italja) (COM(2013)0090 – C7-0046/2013 – 2013/2032(BUD))
(2016/C 045/23)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0090 – C7-0046/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1) (FII tas-17 ta' Mejju 2006), u b'mod partikulari l-punt 28 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' aġġustament għall-globalizzazzjoni (2) (ir-Regolament FEG), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 28 tal-FII tas-17 ta' Mejju 2006, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0111/2013), |
|
A. |
billi l-Unjoni Ewropea stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji xierqa biex jingħata appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji u biex jiġu megħjuna jerġgħu jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol; |
|
B. |
billi l-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twessa' għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta' Mejju 2009 sal-30 ta' Diċembru 2011 biex jinkludi sostenn għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali; |
|
C. |
billi l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u disponibbli kemm jista' jkun malajr u b'mod effiċjenti, skont id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-FII tas-17 ta' Mejju 2006 dwar l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-FEG; |
|
D. |
billi l-Italja ressqet applikazzjoni EGF/2011/023 IT/Antonio Merloni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, bħala r-riżultat ta' sensji fil-kumpanija Antonio Merloni SpA fl-Italja u talbet l-assistenza għal 1 517-il sensja, kollha mmirati għall-miżuri kofinanzjati mill-FEG, matul il-perjodu ta' referenza ta' erba' xhur mit-23 ta' Awwissu 2011 sat-23 ta' Diċembru 2011; |
|
E. |
billi l-applikazzjoni tissodisfa l-kriterji ta' eliġibilità stabbiliti mir-Regolament dwar il-FEG; |
|
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament FEG huma sodisfatti u li, għalhekk, l-Italja għandha dritt għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dak ir-Regolament; |
|
2. |
Jikkonstata b'dispjaċir li l-awtoritajiet Taljani ressqu l-applikazzjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja FEG fid-29 ta' Diċembru 2011, u li l-valutazzjoni tagħha saret disponibbli mill-Kummissjoni fl-20 ta' Frar 2013; jiddispjaċih għall-perjodu ta' valutazzjoni twil ta' 14-il xahar; jistieden lill-Kummissjoni tikkonkludi l-fażi ta' evalwazzjoni u fl-aħħar tippreżenta l-proposti għal deċiżjonijiet fir-rigward tal-erba' każi li għad fadal minn dawk mressqa fl-2011; |
|
3. |
Jikkonstata li l-istabbilimenti produttivi ta' Antonio Merloni SpA, industrija li tipproduċi apparat elettroniku domestiku, kienu jinsabu fir-reġjuni Taljani tal-Marche u l-Umbria, partikolarment fil-provinċji ta' Ancona u Perugia; josserva li fl-2002, Antonio Merloni SpA, il-ħames l-akbar produttur ta' apparat elettriku domestiku fl-Unjoni, biddel l-istrateġija ta' bejgħ tiegħu u beda jbigħ il-prodotti tiegħu direttament permezz tal-marki tiegħu stess fl-2006; jikkonstata li, bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika globali, il-kumpanija għaddiet minn diffikultajiet finanzjarji, li komplew jiħraxu mill-fatt li l-kundizzjonijiet biex jingħata aċċess għall-kreditu finanzjarju saru aktar stretti f'daqqa; jikkonstata li t-tnaqqis fil-produzzjoni, li segwa l-andament negattiv f'livell Ewropew, flimkien mar-restrizzjonijiet finanzjarji, ikkawża l-għeluq tal-attivitajiet kummerċjali ta' Antonio Merloni SpA; jikkonstata li total ta' 2 217-il ħaddiema ngħataw s-sensja, li minnhom 700 ġew impjegati minn QA Group SpA; josserva li din l-applikazzjoni, għalhekk, tkopri l-1 517-il ħaddiem li sfaw qiegħda minħabba l-għeluq ta' Antonio Merloni SpA; |
|
4. |
Jikkonsata li, f'Ottubru 2008, diġà kien ġie ddikjarat li Antonio Merloni SpA hi insolventi, u li l-bejgħ tal-assi tagħha u r-reintegrazzjoni ta' 700 ħaddiem ġew konklużi biss f'Diċembru 2011; jinnota li preċedentement l-awtoritajiet Taljani ressqu t-talba oriġinali tagħhom għal assistenza mill-FEG fl-2009; jikkonstata, madankollu, li l-applikazzjoni kellha titressaq mill-ġdid lejn l-aħħar tal-2011 peress li l-ħaddiema ngħataw is-sensja formalment biss wara li l-assi nbiegħu u l-proċedimenti amministrattivi ġew konklużi; |
|
5. |
Ifakkar li l-FEG diġà ta appoġġ lil ħaddiema mogħtija s-sensja fis-settur tal-manifattura ta' apparat elettroniku domestiku (każ EGF/2009/010 LT/Snaigė) (3); |
|
6. |
Jenfasizza l-fatt li fis-snin ta' qabel il-kriżi, il-provinċji ta' Ancona u Perugia kienu jirreġistraw rata ta' qgħad iktar baxxa mill-medja nazzjonali; jikkonstata li fl-2009, il-qgħad żdied b'40 % meta mqabbel mas-sena preċedenti filwaqt li fl-2010, ir-rata ta' qgħad baqgħet stabbli f'Perugia u niżlet f'Ancona, speċjalment minħabba t-tnaqqis fir-rata ta' attività, pjuttost milli żieda fl-impjieg; josserva li fl-2009, il-PDG reġjonali naqas bi kważi 3 % u l-fatturat tal-industrija ċkien b'14,6 % fil-Marche u b'16,4 % fl-Umbria, meta mqabbel mas-snin preċedenti; jikkonstata li dan it-tiċkin wassal għal żieda fis-sigħat tal-Cassa Integrazione Guadagni (4) fis-setturi tal-manifattura bi 368 % fil-Marche u b'444 % fl-Umbria; josserva li l-1 517-il sensja ta' Antonio Merloni SpA koperti minn din l-applikazzjoni komplew jaggravaw is-sitwazzjoni; |
|
7. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li, biex il-ħaddiema jingħataw assistenza ta' malajr, l-awtoritajiet Taljani ddeċidew li jniedu l-implimentazzjoni tal-miżuri fid-29 ta' Marzu 2012, ferm qabel id-deċiżjoni finali dwar l-għoti tal-appoġġ tal-FEG għall-pakkett koordinat propost; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-FEG seta jintervjeni biss kważi tliet snin u nofs wara li ġiet ddikjarata l-insolvenza tal-kumpanija; |
|
8. |
Jikkonstata li l-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għall-kofinanzjament jinkludi l-miżuri għar-reintegrazzjoni tal-1 517-il ħaddiem fl-impjieg bħal gwida professjonali, l-għajnuna biex jinstab impjieg, il-promozzjoni tal-imprenditorija, it-taħriġ vokazzjonali u aġġronament tal-ħiliet, gwida għal dawk li għandhom iktar minn 50 sena, konċessjoni biex jinstab impjieg, benefiċċju għal min jingħata xogħol, kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar u kontribuzzjoni għall-ispejjeż għat-tibdil tar-residenza; |
|
9. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-saħb soċjali ġew kkonsultati dwar it-tfassil tal-miżuri tal-pakkett EGF ikkoordinat u li tali miżuri saru parti mill-pjan soċjali “Accordo di Programma” ffirmat mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku u mir-reġjuni kkonċernati u li l-implimentazzjoni tas-sostenn mill-FEG se tkun sorveljata minn grupp ta' koordinament; |
|
10. |
Ifakkar fl-importanza tat-titjib fl-impjegabilità tal-ħaddiema kollha permezz ta' taħriġ adattat u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba tul il-karriera professjonali tal-ħaddiem u l-aċċess indaqs għall-FEG indipendentement mit-tip ta' kuntratt ta' impjieg u relazzjoni ta' impjieg li jista' jkollu; jistenna li t-taħriġ offrut fil-pakkett koordinat jiġi adattat mhux biss għal-livell u għall-bżonnijiet tal-ħaddiema ssensjati iżda wkoll għall-ambjent kummerċjali reali; |
|
11. |
Jitlob lill-Kummissjoni tkompli tispeċifika fil-proposti futuri t-tipi ta' taħriġ li għandhom jingħataw permezz ta' vawċer, f'liema setturi hu probabbli li l-ħaddiema jsibu impjieg u jekk it-taħriġ offrut hux allinjat mal-prospetti ekonomiċi u l-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol fil-ġejjieni fir-reġjuni milqutin mis-sensji; jilqa' pożittivament, madankollu, ir-rabta stretta bejn il-vawċer u t-triq miftiehma ta' kull ħaddiem lejn ir-reintegrazzjoni; |
|
12. |
Jistieden lill-awtoritajiet Taljani jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-appoġġ mill-FEG u jinkoraġġixxu lill-ammont massimu ta' ħaddiema jieħdu sehem fil-miżuri; ifakkar li l-interventi bikrin mill-FEG fl-Italja batew minn rata relattivament baxxa ta' implimentazzjoni baġitarja prinċipalment minħabba r-rati baxxi ta' parteċipazzjoni; |
|
13. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li, fil-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati, hemm modulu “Gwida għal dawk li għandhom iktar minn 50 sena” maħsub għall-impjegati anzjani, li jirrappreżentaw 12 % tal-forza tax-xogħol fil-mira; |
|
14. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li l-kontribuzzjoni għall-ispejjeż ta' residenza għandhom jitħallsu biss bħala kontribuzzjoni ta' darba malli tiġi ppreżentata l-prova tan-nefqa mġarrba; |
|
15. |
Jieħu nota tal-fatt li EUR 5 684 000 mill-valur totali tal-pakkett tas-servizzi li jammonta għal EUR 7 451 972 huma ddedikati għal diversi inċentivi finanzjarji u allowances, inkluża l-faċilitazzjoni tal-mobilità tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja; jirrakkomanda li jiġi ddedikat ammont proporzjonat għall-miżuri relatati mat-taħriġ fil-mobilizzazzjonijiet tal-futur; |
|
16. |
Jindika li l-akbar parti mill-ispejjeż tas-servizzi personalizzati għandha tiġi impenjata għall-“Konċessjoni biex jinstab impjieg” (EUR 2 000 għal kull ħaddiem għall-ġranet ta' parteċipazzjoni fil-miżuri tal-FEG), li hi ekwivalenti għall-allowance għall-għajxien Taljana “CIGS” għal finijiet ta' semplifikazzjoni; itenni, għalhekk, li l-appoġġ mill-FEG għandu l-ewwel nett jingħata għal programmi ta' taħriġ minflok ma jikkontribwixxi direttament għal allowances finanzjarji li jkunu r-responsabilità tal-Istati Membri bis-saħħa tad-dritt nazzjonali; jirrakkomanda li, fil-każijiet futuri ta' mobilizzazzjoni ta' dak il-Fond, miżuri ta' dan it-tip għandhom jiġu skoraġġuti; |
|
17. |
Jinnota li l-“Benefiċċju għal min jingħata xogħol” hu relattivament għoli (EUR 5 000 għal kull ħaddiem); jilqa' pożittivament il-fatt li l-miżuri ta' dan it-tip se jitħallsu biss lil dawk l-impjegaturi li jiggarantixxu kuntratti permanenti għall-ħaddiema fil-mira, u jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi l-informazzjoni rilevanti dettaljata rigward il-kundizzjonijiet kuntrattwali għal dawn il-ħaddiema; |
|
18. |
Jikkonstata li l-informazzjoni mogħtija dwar il-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati għall-finanzjament mill-FEG tinkludi informazzjoni dwar il-komplementarjetà ma' azzjonijiet finanzjati mill-Fondi Strutturali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta evalwazzjoni komparattiva ta' dik id-data fir-rapporti annwali tagħha sabiex ikun żgurat ir-rispett sħiħ tar-regolamenti eżistenti u li ma jkunx hemm duplikazzjoni tas-servizzi ffinanzjati mill-Unjoni; |
|
19. |
Jitlob lill-istituzzjonijiet involuti jagħmlu l-isforzi neċessarji biex itejbu l-arranġamenti proċedurali u baġitarji sabiex jaċċeleraw il-mobilizzazzjoni tal-FEG; japprezza l-proċedura mtejba li ddaħħlet fis-seħħ mill-Kummissjoni, wara t-talba tal-Parlament biex jitħaffef ir-rilaxx tal-għotjiet, bl-għan li tiġi ppreżentata lill-awtorità baġitarja l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eliġibilità ta' applikazzjoni FEG flimkien mal-proposta biex jiġi mobilizzat il-FEG; jittama li jiġi integrat aktar titjib proċedurali fir-Regolament dwar il-FEG (2014-2020) il-ġdid u li jinkisbu effiċjenza, trasparenza u viżibilità akbar tal-FEG; |
|
20. |
Jisħaq dwar l-importanza ta' kooperazzjoni tajba u rapida bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri fit-tħejjija ta' applikazzjonijiet skont ir-regolament ġdid dwar il-FEG li daqt jidħol fis-seħħ; |
|
21. |
Ifakkar fl-impenn min-naħa tal-istituzzjonijiet biex jiżguraw proċedura rapida u bla xkiel għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG, biex jingħata appoġġ individwali ta' darba u limitat fiż-żmien, orjentat lejn l-għajnuna favur il-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-globalizzazzjoni u l-kriżi ekonomika; jenfasizza r-rwol li jista' jiżvolġi l-FEG fir-reintegrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja; |
|
22. |
Jenfasizza li, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament dwar il-FEG, għandu jkun żgurat li l-FEG jappoġġa r-reintegrazzjoni fl-impjieg ta' ħaddiema individwali li jkunu ngħataw is-sensja; jenfasizza, barra minn hekk, li l-assistenza FEG tista' tikkofinanzja biss miżuri attivi għas-suq tax-xogħol li jwasslu għal impjieg sostenibbli u fit-tul; itenni li l-assistenza mill-FEG ma għandhiex tieħu post azzjonijiet li huma l-kompetenza tal-kumpaniji skont id-dritt nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, u lanqas ma għandha tissostitwixxi miżuri għar-ristrutturar ta' kumpaniji jew setturi; |
|
23. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li wara talbiet mill-Parlament, il-baġit tal-2013 juri approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 50 000 000 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG; ifakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat, bl-objettivi u bl-iskadenzi tiegħu stess u, għalhekk, jistħoqqlu allokazzjoni speċifika, li tevita kemm jista' jkun trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi politiċi tal-FEG; |
|
24. |
Jiddispjaċih bid-deċiżjoni tal-Kunsill li jimblokka l-proroga tad-“deroga marbuta mal-kriżi” li tippermetti l-għoti ta' assistenza finanzjarja lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kriżi ekonomika attwali u mhux biss lil dawk li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba bidliet fl-andament kummerċjali globali u li tippermetti żieda fir-rata tal-kofinanzjament tal-Unjoni ta' 65 % tal-kostijiet tal-programm, għall-applikazzjonijiet imressqa wara l-iskadenza tal-30 ta' Diċembru 2011; jitlob lill-Kunsill jerġa' jintroduċi din il-miżura mingħajr dewmien; |
|
25. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
|
26. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
|
27. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(2) ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.
(3) Direttiva 2010/202/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 88, 8.4.2010, p. 15).
(4) Il-CIG hija skema tad-dritt Taljan li tikkonsisti minn benefiċċji finanzjarji mħallsa mill-Istituto Nazionale della Previdenza Sociale (INPS – Istitut Nazzjonali tas-Sigurtà Soċjali) favur il-ħaddiema sospiżi mill-iżvolġiment ta' xogħolhom jew b'sigħat imnaqqsa ta' xogħol.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b'konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (applikazzjoni EGF/2011/023 IT/Antonio Merloni SpA mill-Italja)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni 2013/278/UE.)