EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013AP0010

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunisll dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll Supplimentari ta' Nagoya – Kuala Lumpur dwar ir-Responsabbiltà u r-Rimedju għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza (13582/2012 – C7-0323/2012 – 2012/0120(NLE))

ĠU C 440, 30.12.2015, p. 192–193 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/192


P7_TA(2013)0010

Il-konklużjoni tal-Protokoll Supplimentari ta' Nagoya – Kuala Lumpur dwar ir-Responsabbiltà u r-Rimedju għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunisll dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll Supplimentari ta' Nagoya – Kuala Lumpur dwar ir-Responsabbiltà u r-Rimedju għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza (13582/2012 – C7-0323/2012 – 2012/0120(NLE))

(Approvazzjoni)

(2015/C 440/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13582/2012),

wara li kkunsidra l-Protokoll Supplimentari ta' Nagoya-Kuala Lumpur dwar ir-Responsabbiltà u r-Rimedju għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza adottat fil-15 ta' Ottubru 2010 fis-sessjoni plenarja finali tal-ħames laqgħa tal-Partijiet għall-Konferenza li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet (COP/MOP 5) f'Nagoya u ffirmata mill-Unjoni fil-11 ta' Mejju 2011 (13583/2012),

wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 192 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0323/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0429/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


Top