EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XX0121(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tal- 5 ta' Diċembru 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.692 – IBM Servizzi ta’ Manutenzjoni – Relatur: L-Estonja

ĠU C 18, 21.1.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 18/4


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tal-5 ta' Diċembru 2011 rigward abbozz ta' deċiżjoni dwar Każ COMP/39.692 – IBM Servizzi ta’ Manutenzjoni

Relatur: L-Estonja

2012/C 18/04

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqsam l-istess valutazzjoni tal-Kummissjoni espress fl-abbozz tad-Deċiżjoni tagħha hekk kif ikkomunikat lill-Kumitat Konsultattiv fl-21 ta’ Novembru 2011 dwar il-proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-proċedimenti jistgħu jiġu konklużi permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impenji offruti minn IBM huma adatti, meħtieġa u proporzjonati.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, fid-dawl tal-impenji offruti minn IBM, ma għadx hemm raġunijiet għal azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, bla ħsara għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top