This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012XP0242
Economic and budgetary surveillance of Member States with serious difficulties with respect to their financial stability in the euro area ***I Amendments adopted by the European Parliament on 13 June 2012 on the proposal for a regulation of the European Parliament and of the Council on the strengthening of economic and budgetary surveillance of Member States experiencing or threatened with serious difficulties with respect to their financial stability in the euro area (COM(2011)0819 – C7-0449/2011 – 2011/0385(COD))
It-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro ***I Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit- 13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro (COM(2011)0819 – C7-0449/2011 – 2011/0385(COD))
It-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro ***I Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit- 13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro (COM(2011)0819 – C7-0449/2011 – 2011/0385(COD))
ĠU C 332E, 15.11.2013, pp. 128–149
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
15.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 332/128 |
L-Erbgħa 13 ta’ Ġunju 2012
It-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro ***I
P7_TA(2012)0242
Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Ġunju 2012 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom fiż-żona tal-euro (COM(2011)0819 – C7-0449/2011 – 2011/0385(COD)) (1)
2013/C 332 E/31
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
|
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||||||
|
Emenda 1 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 1 |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 2 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 1a (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 2 |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 4 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 3 |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 5 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 4 |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 6 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 7 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 5 |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 8 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 9 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 5b (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 10 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 5c (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 11 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 12 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 7 |
|||||||||
|
imħassar |
||||||||
|
Emenda 13 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 14 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 7b (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 15 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Premessa 7c (ġdida) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 16 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 |
|||||||||
|
1. Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li jkunu qed jesperjenzaw jew mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom u/jew li talbu jew jirċievu assistenza finanzjarja minn wieħed jew bosta mill-Istati l-oħra, il-Faċilità Ewropew ta’ Stabilità Finanzjarja (FESF), il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilità Finanzjarja (MESF), il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilità (MES) jew Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFI) oħra, bħalma hu l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI). |
1. Dan ir-Regolament jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u li:
|
||||||||
|
Emenda 17 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid) |
|||||||||
|
|
1a. Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet għal regoli baġitarji nazzjonali u koordinazzjoni tal-politika ekonomika msaħħa. |
||||||||
|
Emenda 19 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid) |
|||||||||
|
|
2a. Matul l-applikazzjoni tar-Regolament, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom josservaw bis-sħiħ l-Artikolu 152 TFUE, u r-rakkomandazzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw l-istituzzjonijiet u l-prattiċi nazzjonali għall-formazzjoni tal-pagi. Meta japplikaw dan ir-Regolament u r-rakkomandazzjonijiet adottati skontu, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għaldaqstant,l-applikazzjoni tagħhom m'għandhiex taffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li tittieħed azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prattika nazzjonali. |
||||||||
|
Emenda 18 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 1a (ġdid) |
|||||||||
|
|
Artikolu 1a Regoli baġitarji u koordinazzjoni ekonomika msaħħa 1. Bl-għan li jkun ikkoordinat aħjar l-ippjanar tal-ħruġ tad-dejn nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jirrapurtaw minn qabel dwar il-pjanijiet ta' ħruġ tad-dejn pubbliku lill-Kummissjoni u lill-Kunsill. 2. Bl-għan tal-valutazzjoni komparattiva tal-aħjar prattiki u ħidma favur politika ekonomika koordinata aħjar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riformi ekonomiċi ewlenin kollha li biħsiebhom iwettqu jiġu diskussi minn qabel u, meta jkun xieraq, għandhom jikkoordinaw dawk ir-riformi mal-Istati Membri l-oħra. 3. Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1466/97, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pożizzjoni baġitarja tal-gvern ġenerali hija bbilanċjata jew għandha bilanċ favorevoli fuq medda ta' żmien medja. |
||||||||
|
Emenda 20 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 |
|||||||||
|
1. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tpoġġi taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru li jkun qed jesperjenza diffiklutajiet severi fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tiegħu . L-Istat Membru konċernat għandu jingħata l-possibilità li jesprimi l-opinjoni tiegħu qabel dan . Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien sitt xhur jekk ittawwalx is-sorveljanza msaħħa. |
1. Abbażi tal-aħħar reviżjoni fil-fond bi qbil mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, u filwaqt li jitqiesu l-kriterji addizzjonali oġġettivi, inklużi twissijiet tal-BERS, kif ukoll ir-rapporti msemmija fir-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … [dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro] , il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tpoġġi taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru. Il-Kunsill jista', fi żmien għaxart ijiem minn din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kkwalifikata. L-Istat Membru konċernat għandu jingħata l-possibilità li jesprimi l-opinjoni tiegħu qabel ma tittieħed id-deċiżjoni tal-Kummissjoni . Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fi żmien sitt xhur jekk ittawwalx is-sorveljanza msaħħa. |
||||||||
|
Emenda 21 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid) |
|||||||||
|
|
1a. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tpoġġi Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa skont l-ewwel paragrafu, għandha tinnotifika kif xieraq lill-BERS u, meta jkun relevanti, għandha tinfurma lill-Istat Membru dwar ir-riżultati tas-sorveljanza msaħħa. |
||||||||
|
Emenda 22 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 |
|||||||||
|
2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tpoġġix taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonarja minn wieħed jew aktar Stati oħra, il-FESF, il-MES jew kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali oħra, bħall-FMI. Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi lista tal-istrumenti ta’ assistenza finanzjarja prekawzjonarja konċernati u żżommha aġġornata sabiex tikkunsidra l-bidliet possibbli fil-politika tas-sostenn finanzjarju tal-FESF, il-MES jew ta' kwalunkwe Istituzzjoni Finanzjarja Internazzjonali rilevanti oħra . |
2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jekk tpoġġix taħt sorveljanza msaħħa Stat Membru li jitlob jew jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonarja minn wieħed jew aktar Stati oħra, il-FESF, il-MESF, il-MES jew kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra, bħall-FMI. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika kull deċiżjoni meħuda skont il-paragrafi 1 u 2 . |
||||||||
|
Emenda 23 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 |
|||||||||
|
3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għal Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonali fil-forma ta' linja ta' kreditu li ma tkunux soġġetta għall-adozzjoni ta’ provvedimenti ġodda ta' politika mill-Istat Membru konċernat, sakemm il-linja ta' kreditu ma tkunx ġiet prelevata. |
3. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-paragrafu 2 ma għandux japplika għal Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja fuq bażi prekawzjonali fil-forma ta' linja ta' kreditu li ma tkunux soġġetta għall-adozzjoni ta’ provvedimenti ġodda ta' politika mill-Istat Membru konċernat, sakemm il-linja ta' kreditu ma tkunx ġiet prelevata. |
||||||||
|
Emenda 24 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid) |
|||||||||
|
|
3a. Il-Kummissjoni għanda tistabbilixxi lista ta' strumenti għal għajnuna finanzjarja li jistgħu jwasslu għas-sorveljanza msaħħa skont il-paragrafu 2 u għanda żżomm din il-lista aġġornata. |
||||||||
|
Emenda 25 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 |
|||||||||
|
1. Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa għandu, b'konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-Kummissjoni, b'kordinament mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), jadotta miżuri mmirati lejn l-indirizzar tas-sorsi jew sorsi potenzjali tad-diffikultajiet. |
1. Stat Membru soġġett għal sorveljanza msaħħa għandu, b'konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-Kummissjoni, b'kordinament mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) (kollettivament imsejħa l-ASEs), il-BERS u, meta jkun xieraq, il-FMI, jadotta miżuri mmirati lejn l-indirizzar tas-sorsi jew sorsi potenzjali tad-diffikultajiet, filwaqt li titqies kwalunkwe rakkomandazzjoniji indirizzati lilhom skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1466/97, (KE) Nru 1467/97 u (KE) Nru 1176/2011 dwar il-programmi ta' riforma nazzjonali tagħhom u l-istabilità tagħhom jew il-programmi ta' konverġenza . Il-Grupp ta' Ħidma Ewrogrupp, il-KEF, il-kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew u l-parlament tal-Istat Membru kkonċernat għandhom ikunu infurmati dwar dawn il-miżuri. |
||||||||
|
Emenda 26 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid) |
|||||||||
|
|
1a. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-konsegwenzi negattivi ta' tixrid potenzjali ġġenerati minn Stati Membri oħrajn, inkluż fil-qasam tat-tassazzjoni. Meta l-Kummissjoni tidentifika tali konsegwenzi negattivi ta' tixrid, il-Kunsill, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, u bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 121(2) TFUE, għandu jindirizza r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa lill-Istati Membri li jiġġeneraw il-konsegwenzi negattivi ta' tixrid. |
||||||||
|
Emenda 27 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – parti tal-bidu |
|||||||||
|
3. Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Istat Membru taħt sorveljanza msaħħa għandu: |
3. Fuq talba mill-Kummissjoni, Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa , b'segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 2(1), għandu: |
||||||||
|
Emenda 28 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 29 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 30 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt c |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 31 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 32 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid) |
|||||||||
|
|
3a. Fuq talba mill-Kummissjoni, Stat Membru taħt sorveljanza msaħħa, b'segwitu għal deċiżjoni skont l-Artikolu 2(2), għandu:
Barra minn hekk, l-Istati Membri li jkunu qed jirċievu appoġġ finanzjarju għar-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom jirrapportaw dwar il-kondizzjonalità imposta fuq dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji, inkluż fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-eżekuttiv u l-kondizzjonijiet ta’ kreditu applikabbli għall-ekonomija reali. |
||||||||
|
Emenda 33 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 4 |
|||||||||
|
4. Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinazzjoni mal-BĊE, missjonijiet regolari ta’ rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza biex tivverifika l-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 . Hi għandha tikkomunika kull trimestru s-sejbiet tagħha lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF) - jew lil kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak il-għan - u tivvaluta notevolment jekk jeħtieġx miżuri ulterjuri. Dawn il-missjonijiet ta’ rieżami għandhom jissostitwixxu l-monitoraġġ fuq il-post previst fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. |
4. Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinazzjoni mal-BĊE u l-ESAs relevanti u, meta jkun xieraq, mal-FMI, missjonijiet regolari ta’ rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza msaħħa biex tivverifika l-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 3a . Hi għandha tikkomunika kull trimestru s-sejbiet tagħha lill-KEF u lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u tivvaluta b'mod partikolari jekk jeħtieġx miżuri ulterjuri. Dawn il-missjonijiet ta’ rieżami għandhom jissostitwixxu l-monitoraġġ fuq il-post previst fl-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97. |
||||||||
|
Emenda 34 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 5 |
|||||||||
|
5. Fejn ikun konkluż - abbażi tal-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 4 - li jeħtieġ aktar miżuri u li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Stat Membru konċernat ikollha effetti avversi sinifikanti fuq l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda lill-Istat Membru konċernat li jfittex assistenza finanzjarja u jħejji programm ta’ aġġustament makroekonomiku. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jippubblika din ir-rakkomandazzjoni. |
5. Fejn ikun valutat - abbażi tal-missjonijiet ta' reviżjoni previsti fil-paragrafu 4 - li jeħtieġ aktar miżuri u li s-sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ Stat Membru konċernat tippreżenta riskju għall-istabilità finanzjarja jew għat-tħaddim mingħajr ostakli taż-żona tal-euro, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' b'mod simultanju:
Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li jippubblika r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. |
||||||||
|
Emenda 35 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid) |
|||||||||
|
|
Fejn Stat Membru jfittex assistenza finanzjarja mill-MES skont il-paragrafu 3a, l-Istati Membri l-oħra għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-MES jipprovdi assistenza lil dak l-Istat Membru, u li dan isir f'waqtu. |
||||||||
|
Emenda 36 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt a |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 37 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 6 – punt ba (ġdid) |
|||||||||
|
|
|
||||||||
|
Emenda 38 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 6a (ġdid) |
|||||||||
|
|
6a. Matul il-proċess kollu, il-kumitat rilevanti tal-Parlament Ewropew u l-parlament tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jistiednu rappreżentanti mill-FMI, mill-BĊE u mill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi djalogu ekonomiku dwar kwestjonijiet importanti b'rabta mat-tħaddim kif xieraq tal-ekonomija. |
||||||||
|
Emenda 39 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 4 |
|||||||||
|
Stat Membru li jkun jixtieq jikseb assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FESF, il-MES, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew istituzzjoni oħra barra l-qafas tal-Unjoni għandu immedjatament jinforma lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BĊE bl-intenzjoni tiegħu. Il-KEF , jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dawk il-finijiet, għandu jorganizza diskussjoni dwar din it-talba prevista, wara li jkun irċieva valutazzjoni mill-Kummissjoni. |
Stat Membru li għandu l-ħsieb jitlob assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FESF, il-MES, il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) jew istituzzjoni oħra barra l-qafas tal-Unjoni għandu immedjatament jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, il-Kummissjoni u l-BĊE bl-intenzjoni tiegħu. Il-KEF għandu jorganizza diskussjoni dwar din it-talba prevista, wara li jkun irċieva valutazzjoni mill-Kummissjoni bil-ħsieb li jeżamina - fost affarijiet oħra - il-possibbiltajiet disponibbli skont strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni jew taż-żona tal-euro qabel ma l-Istat Membru konċernat jindirizza lil selliefa potenzjali . |
||||||||
|
Emenda 40 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 5 |
|||||||||
|
Fejn tintalab assistenza finanzjarja mill-FESF jew il-MES, il-Kummissjoni għandha tipprepara – b'kordinazzjoni mal-BĊE u kull fejn possibbli , l-IMF - analiżi tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern tal-Istat Membru konċernati, inkluż l-abilita tal-Istat Membru li jħallas lura l-assistenza finanzjarja prevista, u tgħaddiha lill-KEF jew lil kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop . |
Fejn tintalab assistenza finanzjarja mill-FESF , l-MEFS jew il-MES, il-Kummissjoni għandha tipprepara – b'kordinazzjoni mal-BĊE u kull fejn xieraq u adegwat , l-IMF - analiżi tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern kif ukoll il-ħtiġijiet attwali jew potenzjali ta' finanzjament tal-Istat Membru konċernati, inkluż l-impatt ta' kwalunkwe programm ta' aġġustament makroprudenzjali fuq l-abilità tal-Istat Membru li jħallas lura l-assistenza finanzjarja prevista, u tgħaddiha lill-KEF. Il-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern għandha tkun ibbażata fuq previżjonijiet makroekonimiċi u baġitarji prudenti bl-użu tal-informazzjoni l-aktar aġġornata u filwaqt li jitqies kif dovut l-eżitu tar-rapport imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(3) kif ukoll kwalunkwe kompitu superviżorju eżerċitat skont il-punt (b) tal-Artikolu 3(3). Il-previżjonijiet għandhom jevalwaw l-impatt tax-xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji varji u l-iżviluppi negattivi fuq is-sostenibilità tad-dejn tal-gvern. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-metodoloġija, is-suppożizzjonijiet u l-mudelli ekonomiċi u ekonometriċi sottostanti, inkluża stima tal-prodott potenzjali u tal-effetti multiplikaturi makroekonomiċi, kif ukoll kwalunkwe parametru relevanti ieħor li fuqu tkun imsejsa l-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern. |
||||||||
|
Emenda 41 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 |
|||||||||
|
1. Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FMI, il-FESF jew il-MES għandu jipprepara bi qbil mal-Kummissjoni - li taġixxi b'kordinament mal-BĊE - abbozz ta' programm ta' aġġustament mmirati sabiex tiġi ristabilita sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tajba u sostenibbli u tiġi restawrata l-kapaċità tiegħu li jiffinanzja lilu nnifsu fis-swieq finanzjarji bis-sħiħ. L-abbozz ta' programm ta' aġġustament għandu jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet kurrenti indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikoli 121, 126 u/jew 148 tat-Trattat - u l-azzjonijiet tiegħu biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet - filwaqt li jimmira lejn it-twessigħ, it-tisħiħ u l-approfondiment tal-miżuri ta' politika meħtieġa. |
1. Stat Membru li jitlob jew jirċievi assistenza finanzjarja minn wieħed jew aktar mill-Istati l-oħra, il-FMI, il-FESF , il-MEFS jew il-MES għandu jipprepara bi qbil mal-Kummissjoni - li taġixxi b'kordinament mal-BĊE u, meta jkun xieraq, mal-FMI- abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku li għandu jibni fuq u jissostitwixxi kwalunkwe programm ta' sħubija ekonomika skont ir-Regolament (UE) Nru …/2012 [dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni ta' abbozzi ta' pjani baġitarji u li jiżgura l-korrezzjoni ta' defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-Zona tal-ewro, li għandu wkoll jinkludi mira baġitarja annwali. Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jindirizza r-riskji speċifiċi li joħorġu minn dak l-Istat Membru għall-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro u għandu jimmira li jirristabbilixxi malajr sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tajba u sostenibbli u tiġi restawrata l-kapaċità tiegħu li jiffinanzja lilu nnifsu fis-swieq finanzjarji bis-sħiħ. L-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jkun ibbażat fuq il-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern u għandu jqis kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istat Membru konċernat skont l-Artikoli 121, 126 , 136 u/jew 148 TFUE - u l-azzjonijiet tiegħu biex jikkonforma mar-rakkomandazzjonijiet - filwaqt li jimmira lejn it-twessigħ, it-tisħiħ u l-approfondiment tal-miżuri ta' politika meħtieġa. Il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku għandu, fejn ikun possibbli, jirrispetta l-prattiki u l-istituzzjonijiet għall-formazzjoni tal-pagi u s-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali fl-Unjoni u, fejn possibbli, għandu jqis il-programm ta' riforma nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat fil-kuntest tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u tal-impjiegi. L-abbozz ta' programm ta’ aġġustament makroekonomiku għandu josserva bis-sħiħ l-Artikolu 151 TFUE u l-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||
|
Emenda 42 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid) |
|||||||||
|
|
1a. Stat Membru li jkun qed iħejji abbozz ta' programm ta’ aġġustament makroekonomiku skont l-ewwel paragrafu għandu jistabbilixxi, bi ftehim mal-Kummissjoni, programm ta’ sħubija ta' rkupru sostenibbli aġġornat li jkollu l-għan li joħloq il-kondizzjonijiet neċessarji biex jinkisbu finanzi pubbliċi sostenibbli. |
||||||||
|
Emenda 43 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 - paragrafu 2 |
|||||||||
|
2. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu japprova l-programm ta' aġġustament. |
2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku fi żmien ġimgħa mit-tressiq ta' dak il-programm. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku jkun biżżejjed, għandha tapprovah. Il-Kunsill jista', fi żmien għaxart ijiem minn dik id-deċiżjoni, jirrevoka din id-deċiżjoni permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku ma jkunx biżżejjed, għandha tadotta rakkomandazzjoni indirizzata lill-Istat Membru biex, fi żmien ġimgħa, iressaq abbozz ġdid ta' programm ta' aġġustament filwaqt li ssemmi r-raġunijiet għaliex tkun qieset li l-programm oriġinali ma kienx biżżejjed. L-abbozz tal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku għandu, minbarra f'każ ta' emerġenza, jiġi bbażat fuq Memorandum ta’ Qbil, programm jew ftehim tekniku konkluż mal-partijiet rilevanti li jipprovdu assistenza finanzjarja. Il-konsistenza bejn id-dokumenti rilevanti differenti relatati mal-assistenza finanzjarja u l-verżjonijiet aġġornati tal-abbozz ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku kif ukoll il-konsistenza mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u tal-impjiegi għandhom jiġu ġustifikati kif xieraq. Il-Kunsill jista', fi żmien għaxart ijiem mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jirrevokaha permezz ta' maġġoranza kwalifikata. |
||||||||
|
Emenda 44 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid) |
|||||||||
|
|
2a. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament u l-pjanijiet baġitarji annwali marbuta miegħu. Fil-proċess ta’ sorveljanza ekonomika u fiskali għandu jkun hemm konsistenza fir-rigward ta’ Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro li jkun għaddej minn programm ta’ aġġustament mekroekonomiku sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar. |
||||||||
|
Emenda 45 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 3 |
|||||||||
|
3. Il-Kummissjoni, b'kordinament mal-BĊE, għandha timmonitorja l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament u tinforma kull tliet xhur lill-KEF jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop . L-Istat Membru konċernat għandu jikkopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni. Partikolarment hu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li din tqis neċessarja għall-monitoraġġ tal-programm. L-Artikolu 3(3) għandu japplika. |
3. Il-Kummissjoni, b'kordinament mal-BĊE, għandha timmonitorja l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament u tinforma kull tliet xhur lill-KEF. L-Istat Membru konċernat għandu jikkopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni u mal-BĊE . Partikolarment hu għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u l-BĊE l-informazzjoni kollha li din tqis neċessarja għall-monitoraġġ tal-programm. L-Artikolu 3(3) għandu japplika. F’każ ta’ kooperazzjoni insuffiċjenti, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jindirizza rakkomandazzjoni pubblika lill-Istat Membru kkonċernat fejn jistipula l-azzjoni li għandha tittieħed minn dak l-Istat Membru. |
||||||||
|
Emenda 46 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4 |
|||||||||
|
4. Il-Kummissjoni - b'kordinazzjoni mal-BĊE - għandha teżamina mal-Istat Membru konċernat il-bidliet li jistgħu jkunu meħtieġa fil-programm ta' aġġustament tiegħu. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe bidla li trid ssir fil-programm ta’ aġġustament. |
4. Il-Kummissjoni - b'kordinazzjoni mal-BĊE u kull meta jkun xieraq mal-IMF, - għandha teżamina mal-Istat Membru konċernat il-bidliet u l-aġġornamenti li jistgħu jkunu meħtieġa fil-programm ta' aġġustament tiegħu sabiex tikkunsidra sew inter alia kull nuqqas sinifikanti bejn il-previżjonijiet makroekonomiċi u ċ-ċifri realizzati, inklużi konsegwenzi possibbli li jirriżultaw mill-programm ta' aġġustament, effetti ta' riperkussjonijiet negattivi kif ukoll xokkijiet makroekonomiċi u finanzjarji . Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar kwalunkwe bidla li trid issir fil-programm ta’ aġġustament makroekonomiku . Il-Kunsill jista', fi żmien għaxart ijiem minn dik id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata. |
||||||||
|
Emenda 47 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid) |
|||||||||
|
|
4a. L-Istat Membru kkonċernat għandu, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, iħeġġeġ investituri privati biex iżommu l-iskopertura totali tagħhom fuq bażi volontarja. |
||||||||
|
Emenda 48 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 5 |
|||||||||
|
5. Jekk il-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 3 jiżvela devjazzjonijiet sinifikanti mill-programm ta’ aġġustament makroekonomiku, il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni , jista' jiddeċiedi li l-Istat Membru konċernat ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' politika inklużi fil-programm ta’ aġġustament. |
5. Jekk il-monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 3 jiżvela devjazzjonijiet sinifikanti mill-programm ta’ aġġustament makroekonomiku, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-Istat Membru konċernat ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' politika inklużi fil-programm ta’ aġġustament. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis b'mod ċar jekk id-devjazzjoni sinifikanti tkunx dovuta għal raġunijiet li ma jkunux fil-kontroll tal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kunsill jista', fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità u n-neċċessità u l-proporzjonalità tal-bidliet li jkunu saru fil-programm ta’ aġġustament makroekonomiku msemmija fil-paragrafu 4. Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu b'mod partikolari jenfasizza miżuri prekawzjonarji u pjanijiet ta' kontinġenza li għandhom jiġu adottati f'każ ta' żviluppi mhux previsti bħal pereżempju xokkijiet eżoġeni. L-isforzi ta' konsolidazzjoni fiskali stabbiliti fil-programm ta' aġġustament makroekonomiku għandhom iqisu l-bżonnijiet għall-iżgurar ta' mezzi suffiċjenti għal politiki fundamentali bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa. Meta l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni skont l-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-BĊE, jieħu miżuri bl-għan li jevita t-taqlib fis-suq u jżomm il-funzjonament tajjeb tas-settur finanzjarju tiegħu. |
||||||||
|
Emenda 49 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6 |
|||||||||
|
6. Stat Membru soġġett għal programm ta’ aġġustament li jesperjenzja kapaċità amministrattiva insuffiċjenti jew problemi sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament tiegħu għandu jfittex assistenza teknika mill-Kummissjoni. |
6. Stat Membru soġġett għal programm ta’ aġġustament makroekonomiku li jesperjenzja kapaċità amministrattiva insuffiċjenti jew problemi sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament tiegħu għandu jfittex assistenza teknika mill-Kummissjoni , li għal dan l-għan tista' tikkostitwixxi gruppi ta' esperti ma' Stati Membri u istituzzjonijiet Ewropej u/jew internazzjonali relevanti oħra . L-objettivi u l-mezzi tal-assistenza teknika għandhom jiġu enfasizzati b'mod espliċitu fil-verżjonijiet aġġornati tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku. Barra minn hekk,għandha tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali tal-proċess ta' implimentazzjoni tal-assistenza teknika. L-assistenza teknika għandha tkun iffukata fuq osma bħal: it-titjib tal-akkwist pubbliku, il-promozzjoni tal-kompetizzjoni, il-ġlieda tal-korruzzjoni u ż-żieda fl-effiċjenza tad-dħul mit-taxxa biex tiġi promossa s-sostenibilità finanzjarja. Il-programm ta' aġġustament makroekonomiku u l-valutazzjoni tal-impatt soċjali għandhom isiru pubbliċi. Il-valutazzjoni tas-sostenibilità tad-dejn tal-gvern għandha tkun annessa mal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku. |
||||||||
|
Emenda 50 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 6a (ġdid) |
|||||||||
|
|
6a. Stat Membru li jkun soġġett għal programm ta' aġġustament makroekonomiku għandu jwettaq awditjar komprensiv tal-ħażna tad-dejn pendenti tiegħu sabiex inter alia jwettaq valutazzjoni tar-raġunijiet li wasslu għall-bini ta' livelli eċċessivi ta' dejn kif ukoll kull irregolarità involuta fil-proċess tal-ħruġ tad-dejn. |
||||||||
|
Emenda 51 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 7 |
|||||||||
|
7. Il-Kumitat relevanti tal-Parlament Ewropew jista' jistieden rappreżentanti mill-Istat Membru konċernat biex jipparteċipaw fi skambju ta’ fehmiet dwar il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ aġġustament. |
7. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat u lill-Kummissjoni biex jipparteċipaw fi skambju ta’ fehmiet dwar il-progress li jsir fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ aġġustament. |
||||||||
|
Emenda 52 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 8a (ġdid) |
|||||||||
|
|
8a. Dan l-Artikolu ma japplikax għal assistenza finanzjarja mogħtija fuq bażi ta' prekawzjoni u għal self magħmul għar-rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji. |
||||||||
|
Emenda 53 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6a (ġdid) |
|||||||||
|
|
Artikolu 6a L-involviment tas-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili. Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-sħab soċjali kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar l-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet pubbliċi tal-Kummissjoni previsti f'dan ir-Regolament kif ukoll dwar ir-rapporti u l-abbozzi ta' rapporti tal-Istati Membri previsti fl-Artikoli 2 sa 7 ta' dan ir-Regolament. Dawn il-fehmiet għandhom ikunu pubbliċi. |
||||||||
|
Emenda 54 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 6b (ġdid) |
|||||||||
|
|
Artikolu 6b Miżuri biex jissalvagwardjaw id-dħul mit-taxxi 1. L-Istat Membru kkonċernat għandu, skont l-Artikolu 65 tat-TFUE u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u mal-BĊE, jieħu miżuri maħsuba biex jipprevjenu l-ksur tal-liġi u tar-regolamenti nazzjonali b'mod partikolari fil-qasam tat-tassazzjoni. 2. L-Istat Membru konċernat għandu jitlob lill-Kummissjoni tagħmel proposta lill-Kunsill, skont l-Artikolu tat-TFUE, sabiex jiġu salvagwardjati miżuri rigward movimenti ta' kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jikkawżaw jew jheddu li jikkawżaw diffikultajiet serji għall-operazzjoni tal-unjoni monetarja u ekonomika. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-BĊE qabel ma tagħmel il-proposta tagħha. |
||||||||
|
Emenda 55 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 7 – titolu |
|||||||||
|
Emenda 56 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 |
|||||||||
|
1. Il-programm ta’ aġġustament u l-bidliet fih kif previst fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament għandhom jitqiesu li jissostitwixxu s-sottomissjoni ta' programmi ta' stabilità previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97. |
1. Il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku u l-bidliet fih kif previst fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament għandhom jissostitwixxu s-sottomissjoni ta' programmi ta' stabilità previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97. |
||||||||
|
Emenda 57 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 58 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 59 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c |
|||||||||
|
|
||||||||
|
Emenda 60 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 8 |
|||||||||
|
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru° XXX dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi għandu jkun sospiż għall-Istati Membri li jkunu suġġetti għal programm ta’ aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament. Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku. |
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru° 1176/2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni ta' żbilanċi makroekonomiċi għandu jkun sospiż għall-Istati Membri li jkunu suġġetti għal programm ta’ aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament bl-eċċessjoni tal-miżuri pprovduti fl-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 dwar it-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji, il-mekkaniżmu ta' twissija u r-reviżjoni fil-fond . Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku. |
||||||||
|
Emenda 61 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 9 |
|||||||||
|
Il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies li jissostitwixxi l-monitoraġġ u valutazzjoni tas-Simestru Ewropew għall-kordinazzjoni tal-politika ekonomika previsti fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika. |
Il-monitoraġġ previst fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi l-monitoraġġ u valutazzjoni tas-Simestru Ewropew għall-kordinazzjoni tal-politika ekonomika previsti fl-Artikolu 2a tar-Regolament (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika. Is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku. |
||||||||
|
Emenda 62 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 10 |
|||||||||
|
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru°XXX dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro għandha tkun sospiża għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal programm ta’ aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament. Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku. |
L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru°XXX dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro għandha tkun sospiża għall-Istati Membri li jkunu soġġetti għal programm ta’ aġġustament makroekonomiku approvat mill-Kunsill skont l-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-Regolament , bl-eċċezzjoni tal-Artikoli minn 1 sa 4 tar-Regolament (UE) Nru …/2012 . Din is-sospensjoni għandha tkun applikabbli matul il-programm ta’ aġġustament makroekonomiku. |
||||||||
|
Emenda 63 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 10a (ġdid) |
|||||||||
|
|
Artikolu 10a It-tqegħid ta' Stat Membru taħt protezzjoni legali 1. Fejn il-miżuri previsti fl-Artikolu 3(5) ma jistabbilixxux mill-ġdid is-sitwazzjoni finanzjarja ta' Stat Membru u fejn dak l-Istat Membru jkun f'riskju li jaqa' fi stat kontinwu ta’ inadempjenzajew sospensjoni tal-ħlasijiet, il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta mal-Kunsill, tadotta deċiżjoni li tqiegħed lil dak l-Istat Membru taħt protezzjoni legali. Il-Kunsill jista', fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza sempliċi. 2. L-għan ta' dan l-Artikolu huwa li l-Istat Membru konċernat jitħalla jistabilizza s-sitwazzjoni ekonomika tiegħu u jkun kapaċi jħallas id-dejn tiegħu. Deċiżjoni li tqiegħed Stat Membru taħt protezzjoni legali jkollha l-implikazzjonijiet li ġejjin:
3. Dan l-Artikolu għandu japplika mill-2017. |
||||||||
|
Emenda 64 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 |
|||||||||
|
1. Stat Membru għandu jkun taħt sorveljanza ta’ wara l-programm sakemm minimu ta' 75 % tal-assistenza finanzjarja mogħtija minn wieħed jew bosta mill-Istat Membri l-oħra, il-MESF, il-FESF jew il-MES ma tkunx tħallset lura. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jestendi t-tul tas-sorveljanza ta’ wara l-programm. |
1. Stat Membru għandu jkun taħt sorveljanza ta’ wara l-programm sakemm minimu ta' 75 % tal-assistenza finanzjarja mogħtija minn wieħed jew bosta mill-Istat Membri l-oħra, il-MESF, il-FESF jew il-MES ma tkunx tħallset lura. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li testendi t-tul tas-sorveljanza ta’ wara l-programm. Il-Kunsill jista', fi żmien għaxart ijiem minn din id-deċiżjoni, jneħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata. |
||||||||
|
Emenda 65 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3 |
|||||||||
|
3. Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinament mal-BĊE, missjonijiet regolari ta’ rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza ta’ wara l-programm biex tivvaluta l-qagħda finanzjarja, ekonomika u fiskali tiegħu. Hi għandha tikkomunika kull semestru s-sejbiet tagħha lill-KEF jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop, u tivvaluta notevolment jekk jeħtiġux miżuri korrettivi. |
3. Il-Kummissjoni għandha twettaq, b'kordinament mal-BĊE, missjonijiet regolari ta’ rieżami fl-Istat Membru taħt sorveljanza ta’ wara l-programm biex tivvaluta l-qagħda finanzjarja, ekonomika u fiskali tiegħu. Hi għandha tikkomunika kull semestru s-sejbiet tagħha lill-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew, lill-KEF jew kwalunkwe sottokumitat li l-KEF jista' jaħtar għal dak l-iskop u lill-parlament tal-Istat Membru konċernat , u tivvaluta notevolment jekk jeħtiġux miżuri korrettivi. Il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew jista' joffri l-opportunità lill-Istat Membru konċernat biex jipparteċipa fi skambju ta’ fehmiet dwar il-progress li jkun sar taħt is-sorveljanza ta’ wara l-programm. |
||||||||
|
Emenda 66 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 |
|||||||||
|
4. Il-Kunsill, b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jirrakkomanda lill-Istat Membru taħt sorveljanza ta’ wara l-programm biex jadotta miżuri korrettivi. |
4. Il-Kummissjoni tista tirrakkomanda li l-Istat Membru taħt sorveljanza ta’ wara l-programm jadotta miżuri korrettivi. Il-Kunsill jista', fi żmien għaxart ijiem minn din ir-rakkomandazzjoni, ineħħiha permezz ta' maġġoranza kwalifikata. |
||||||||
|
Emenda 67 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid) |
|||||||||
|
|
4a. Il-parlament tal-Istat Membru kkonċernat jista' jistieden lill-Kummissjoni biex tipparteċipa fi skambju ta' fehmiet dwar il-monitoraġġ ta' wara l-programm. |
||||||||
|
Emenda 68 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1 |
|||||||||
|
Għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 2(1), 3, 6(2), 6(4) u 11(4) , jivvotaw biss il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru konċernat. |
Għall-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament , għandhom jivvotaw biss il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro u l-Kunsill għandu jaġixxi mingħajr ma jqis il-vot tal-membru tal-Kunsill li jirrappreżenta l-Istat Membru konċernat. |
||||||||
|
Emenda 69 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13 |
|||||||||
|
Artikolu 13 Tipi ta’ assistenza u selfiet esklużi mill-applikazzjoni tal-Artikoli 5 u 6 Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 u 6 ma japplikawx għal assistenza finanzjarja mogħtija fuq bażi prekawzjonali u għal selfiet magħmula għar-rikapitalizzazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji. |
imħassar |
||||||||
|
Emenda 70 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13a (ġdid) |
|||||||||
|
|
Artikolu 13a Notifikazzjoni lill-Parlament Ewropew Il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw b’mod regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
||||||||
|
Emenda 71 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13b (ġdid) |
|||||||||
|
|
Artikolu 13b Dispożizzjonijiet tranżizzjonali Dan ir-Regolament għandu japplika għall-Istati Membri li jkunu diġà soġġetti għall-programm ta' assistenza fi [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
||||||||
|
Emenda 72 |
|||||||||
|
Proposta għal regolament Artikolu 13c (ġdid) |
|||||||||
|
|
Artikolu 13c Rapport Sal-1 ta’ Jannar 2014 u kull ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa, inter alia:
|
||||||||
|
|
2. Fejn xieraq, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament. 3. Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
||||||||
(1) Il-każ kien riferut lura lill-kumitat skont it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 57(2) (A7-0172/2012).
(2) Ara l-Kawżi C-463/00 u C-174/04.
(3) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12
(4) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.
(5) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.