Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XP0096

    L-istabbiliment ta’ limitu massimu ta' 8 sigħat ta’ vvjaġġar għall-bhejjem li jiġu ttrasportati fl-Unjoni Ewropea biex jittieħdu għall-qatla Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal- 15 ta' Marzu 2012 dwar l-istabbiliment ta’ limitu massimu ta' 8 sigħat ta’ vvjaġġar għall-bhejjem li jiġu ttrasportati fl-Unjoni Ewropea biex jittieħdu għall-qatla

    ĠU C 251E, 31.8.2013, p. 116–116 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 251/116


    Il-Ħamis 15 ta’ Marzu 2012
    L-istabbiliment ta’ limitu massimu ta' 8 sigħat ta’ vvjaġġar għall-bhejjem li jiġu ttrasportati fl-Unjoni Ewropea biex jittieħdu għall-qatla

    P7_TA(2012)0096

    Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2012 dwar l-istabbiliment ta’ limitu massimu ta' 8 sigħat ta’ vvjaġġar għall-bhejjem li jiġu ttrasportati fl-Unjoni Ewropea biex jittieħdu għall-qatla

    2013/C 251 E/23

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 13 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2010 dwar evalwazzjoni u bilanċ tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Benessri tal-Annimali 2006-2010 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    A.

    billi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 fil-premessi tiegħu jirrikonoxxi li ‘t-trasport tal-annimali fit-tul, li jinkludi annimali għall-qatla, għandu jkun limitat kemm jista' jkun’ imma xora jippermetti traportazzjonijiet twal ħafna f’dawk li huma distanza u tul ta’ ħin, li jikkawżaw għeja severa, tbatija u anke l-mewt waqt tali vjaġġi;

    1.

    Jinnota li l-petizzjoni 8hours.eu li titlob li jiġi stabbilit limitu massimu ta’ 8 sigħat ta’ vvjaġġar għall-annimali mibgħuta għall-qatla hija appoġġjata minn kważi miljun persuna Ewropea;

    2.

    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jeżaminaw mill-ġdid ir-Regolament (KE) Nru 1/2005 biex jistabbilixxu limitu massimu ta’ 8 sigħat għall-vjaġġi tal-annimali ttrasportati biex jittieħdu għall-qatla;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (2), lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


    (1)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 25.

    (2)  Il-lista ta' firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 2 għall-Minuti tal-15 ta' Marzu 2012 (P7_PV(2012)03-15(ANN2).


    Top