EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC1031(05)

Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kumerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd

ĠU C 334, 31.10.2012, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 334/10


Informazzjoni fil-qosor ikkomunikata mill-Istati Membri dwar għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju attivi fil-produzzjoni, fl-ipproċessar u fil-kumerċjalizzazzjoni ta' prodotti tas-sajd

2012/C 334/08

Għajnuna Nru: XF 34/10

Stat Membru: Id-Danimarka

Reġjun/Awtorità li qed tagħti l-għajnuna: —

Titlu tal-iskema ta' għajnuna/isem l-impriża li qed tirċievi għajnuna ad-hoc: Vækstkaution

Bażi legali: Lovbekendtgørelse nr. 549 af den 1. juli 2002 (med ændringer), bekendtgørelse nr. 1013 af den 17. august 2007, samt ændringsbekendtgørelse nr. 237 af den 17. marts 2010, samt Finansudvalgets bevilling.

Nefqa annwali ppjanata skont l-iskema jew ammont tal-għajnuna ad-hoc mogħtija: Għajnuna fil-forma ta' garanziji. In-nefqa massima disponibbli skont l-iskema hi ta' DKK 300 miljun. L-iskema tikkonċerna s-setturi primarji u l-industriji l-oħra kollha, u n-nefqa tirrappreżenta l-kostijiet totali tal-iskema kollha. Il-garanziji jkopru massimu ta' 75 % tal-ammont tas-self għal kull impriża sa massimu ta' DKK 2 miljun. Il-metodu użat għall-kalkolu tal-għotja ekwivalenti tal-iskema ta' garanzija ġie nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea u ġie approvat minnha bin-numru N 682/09.

Intensità massima tal-għajnuna: Intensità medja tal-għajnuna: 15,23 % tal-garanzija

Intensità massima tal-għajnuna: 19,02 % tal-garanzija

Data ta' dħul fis-seħħ: Il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni fil-qosor tal-Kummissjoni Ewropea fuq l-Internet.

Tul ta' żmien tal-iskema jew tal-għotja ta' għajnuna individwali: Sal-31 ta' Diċembru 2010

Għan tal-għajnuna: Għajnuna għal investiment.

Indika liema mill-Artikoli 8 sa 24 jintuża: L-Artikoli 11, 12, 15, 16, 19, 22

Attività konċernata: Investimenti

Isem u indirizz tal-awtorità li tagħti l-għajnuna:

Vækstfonden

Strandvejen 104 A

2900 Hellerup

DANMARK

Indirizz fuq l-internet fejn jista' jinstab it-test sħiħ tal-iskema jew il-kriterji u l-kundizzjonijiet li skonthom għajnuna ad-hoc tingħata lil hinn minn skema ta' għajnuna:

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Bekendtgoerelsen%20%20%20Retsinformation.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/underskrevne%20bekendtgoerelse.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Lov%20nr%20549%20af%20den%202%20juli%202002%20%20m%20som%20aendret%20%20tom%202009.ashx

 

http://www.vf.dk/OmVaekstfonden/~/media/Files/Aktstykke.ashx

Motivazzjoni: Indika r-raġuni għalfejn ġiet stabbilita skema ta' għajnuna mill-Istat minflok assistenza skont il-Fond Ewropew għas-Sajd

L-iskema ta' garanzija ta' self hija skema ta' finanzjament flessibbli li topera b'kooperazzjoni mill-qrib ma' banek kummerċjali ġenerali, u l-iskema tapplika għall-industriji kollha, inklużi s-setturi primarji.


Top