Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012XC0505(02)

    Notifika fir-rigward ta' talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE – Talba mingħand entità kontraenti

    ĠU C 131, 5.5.2012, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.5.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 131/6


    Notifika fir-rigward ta' talba skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2004/17/KE

    Talba mingħand entità kontraenti

    2012/C 131/07

    Fid-29 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/17/KE tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali. L-ewwel ġurnata tax-xogħol wara l-wasla tat-talba kienet it-30 ta’ Marzu 2012.

    Din it-talba, li saret minn EniPower SpA, tirrigwarda l-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fl-Italja. L-Artikolu 30 msemmi jipprovdi li d-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax meta l-attività inkwistjoni hija esposta direttament għal kompetizzjoni, fuq swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet għandha ssir esklussivament skont id-Direttiva 2004/17/KE u ma tippreġudikax l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

    Il-Kummissjoni għandha perjodu ta’ tliet xhur li jibda fl-ġurnata tax-xogħol imsemmi hawn fuq biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba. Għalhekk, il-perjodu jiskadi fit-2 ta’ Lulju 2012.

    Il-perjodu jista' jiġi mtawwal bi tliet xhur. It-tali estensjoni għandha tiġi ppubblikata.

    Skont il-paragrafu 6 tal-Artikolu 30, it tieni premessa, talbiet ġodda relatati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-elettriku fl-Italja, li huma ppreżentati qabel l-iskadenza tal-perjodu miftuħ rigward l-ewwel talba ma għandhomx jitqiesu bħala proċeduri ġodda u għandhom jiġu trattati fil-kuntest tal-ewwel talba.


    Top