Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0538

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

/* COM/2012/0538 final */

52012PC0538

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE /* COM/2012/0538 final - 2012/ () */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, fil-limitu massimu annwali ta' EUR 1 biljun, minbarra l-intestaturi relevanti tal-qafas finanzjarju. Il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità għall-Fond huma ppreżentati fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[2].

Abbażi tal-applikazzjoni għal assistenza mill-Fond mill-Italja tas-27 ta’ Lulju 2012 b’rabta ma’ serje ta’ terremoti fl-Italja f’Mejju 2012, il-kalkolu ta’ għajnuna mill-Fond ta' Solidarjetà bbażata fuq l-istima tal-ħsara totali kkawżata huwa kif ġej:

|| || || || || (EUR)

|| Ħsara diretta aċċettata || Limitu || Ammont ibbażat fuq 2,5% || Ammont ibbażat fuq 6 % || Ammont totali tal- għajnuna proposta

L-Italja - Terremoti 2012 || 13 113 498 miljun || 3 606 miljun || 90 165 575 || 580 026 784 || 670 192 359

Totali || || || || || 670 192 359

Fid-dawl tal-eżami tal-applikazzjoni[3], u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien mal-ambitu għal allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li jirrikjedu nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni tipproponi li jkun mobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 670 192 359, li għandu jkun allokat taħt l-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju.

Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex jiġi mobilizzat il-Fond, il-Kummissjoni qiegħda tagħti bidu għall-proċedura ssimplifikata tat-trilogu, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex jinkiseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit dwar il-ħtieġa li jintuża l-Fond u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lil kull fergħa tal-awtorità tal-baġit li tinforma lill-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha.

Fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' qbil minn waħda miż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit, għandha tissejjaħ laqgħa formali tat-trilogu.

Il-Kummissjoni ser tressaq abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE) sabiex, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, fil-baġit tal-2012 jiddaħħlu approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[4], u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[5],

Wara li kkunsidraw il-proposti tal-Kummissjoni[6],

Billi:

(1)       L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

(2)       Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu annwali ta’ EUR 1 biljun.

(3)       Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond ikun jista’ jiġi mobilizzat.

(4)       L-Italja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, dwar diżastru kkawżat minn serje ta’ terremoti fl-Italja.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 670 192 359 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[2]               ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3

[3]               Komunikazzjoni lill-Kummissjoni C(2012)6458 dwar l-applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ppreżentat mill-Italja.

[4]               ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[5]               ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

[6]               ĠU C […], […], p. […] u ĠU C […], […], p. […]

Top