This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0498
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Council Regulation (EC) No 1342/2008 of 18 December 2008 establishing a long-term plan for cod stocks and the fisheries exploiting those stocks
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet
/* COM/2012/0498 final - 2012/0236 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet /* COM/2012/0498 final - 2012/0236 (COD) */
MEMORANDUM TA’
SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1342/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li
jistabbilixxi pjan għal perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz
u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet jitlob li, fit-tielet sena
tal-implimentazzjoni tal-pjan, tiġi evalwata l-prestazzjoni
tal-miżuri ta’ ġestjoni. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku
għas-Sajd (is-STECF) evalwa l-pjan fl-2011. Fir-rapport tiegħu,
is-STECF stqarr li l-pjan għall-merluzz ma kienx laħaq
l-għanijiet tiegħu u li dawn x’aktarx ma kinux se jintlaħqu
sal-2015. Barra minn hekk, ir-rapport żvela li kien hemm nuqqasijiet
fit-tfassil tar-Regolament u problemi bl-implimentazzjoni tiegħu. Fid-dawl
ta’ dawn il-pariri u tal-opinjonijiet li ntbagħtu mill-Kunsilli
Konsultattivi Reġjonali u mill-Istati Membri, il-Kummissjoni qed
tipproponi emenda għar-Regolament. Il-proposta għall-emenda
tar-Regolament ma tkoprix il-problemi kollha identifikati, billi din l-emenda
hija maħsuba bħala soluzzjoni temporanja sa ma jiġi
żviluppat u implimentat il-pjan għas-sajd imħallat
fil-Baħar tat-Tramuntana kif antiċipat fir-riforma. Il-pjanijiet
għas-sajd imħallat jirrappreżentaw approċċ ġdid u
l-għodod xjentifiċi meħtieġa biex jiġi żviluppat,
evalwat u vvalutat l-impatt tat-tali pjanijiet għadhom ma ġewx
żviluppati għalkollox. Dal-ħin, huwa mistenni li dawn
l-għodod se jkunu disponibbli aktar tard din is-sena. Dan imbagħad se
jippermetti li jingħata bidu għall-proċess tal-iżvilupp u
tal-valutazzjoni tal-impatt, permezz ta’ serje ta’ laqgħat matul l-2013 li
jkunu jinvolvu lix-xjenzjati u lill-partijiet interessati. Minħabba li
l-pjanijiet għas-sajd imħallat se jinvolvu kompromessi bejn
l-opportunitajiet tas-sajd għal stokkijiet differenti maqbudin fl-istess
tip ta’ sajd, x’aktarx li se jkun hemm bżonn ta’ aktar konsultazzjoni biex
tiġi stabbilita l-konfigurazzjoni finali ta’ pjan għall-Baħar
tat-Tramuntana. Dan ifisser li mhux se jkun possibbli li jinħareġ
pjan għas-sajd imħallat fil-Baħar tat-Tramuntana qabel l-2014.
L-iżvilupp ta’ pjanijiet għas-sajd imħallat f’żoni
oħra fejn hemm stokkijiet tal-merluzz li huma koperti mill-pjan attwali
għall-merluzz se jieħu iktar żmien – dan isaħħaħ
il-bżonn li ssir emenda fil-pjan attwali għall-merluzz li tittratta
l-ħtiġijiet l-iktar urġenti bħala soluzzjoni temporanja. Il-kunsiderazzjonijiet ewlenin li
jiġġustifikaw din l-emenda huma dawn li ġejjin: - Il-ħtieġa li jiġi llimitat
l-ambitu sabiex jiġi evitat li jiżdied l-isforz billi jintużaw
metodi tal-kalkolu differenti Ċerti Stati Membri bbenefikaw minn
livelli ogħla ta’ sforz tas-sajd minn dawk li l-pjan hu maħsub li
jippermetti billi applikaw metodi differenti għall-kalkolu tal-isforz
tas-sajd huma u jistabbilixxu l-valuri nazzjonali ta’ referenza u huma u
jikkalkulaw l-użu annwali tal-isforz tas-sajd. Din l-emenda tiċċara l-fatt li,
filwaqt li jeżistu metodi differenti għall-kalkolu, l-Istati Membri
jridu jużaw l-istess metodu biex jikkalkulaw l-użu annwali
tagħhom tal-isforz tas-sajd bħal dak li jkunu applikaw meta
stabbilixxew il-valuri nazzjonali ta’ referenza tagħhom għall-isforz
tas-sajd. Għalhekk, hemm bżonn tal-emenda
proposta sabiex jiġi żgurat li l-pjan jaħdem kif maħsub.
Dan se jwassal għal ġestjoni mtejba tal-istokkijiet tal-merluzz u
għas-sostenibbiltà fit-tul tagħhom. - Il-ħtieġa li
tiddaħħal il-flessibbiltà Ir-regoli tal-pjan marbutin mal-iffissar
tal-qabdiet totali permissibbli (it-TACs) jeħtieġu l-istimi ta’
ċerti parametri li jiddeskrivu l-istat tal-istokk, b’mod partikulari
l-istimi tar-rati ta’ mortalità mis-sajd u tal-bijomassa tal-istokk.
F’ċerti żoni ġeografiċi m’hemmx biżżejjed
tagħrif biex jiġu applikati dawk ir-regoli, u għalhekk il-pjan
jipprevedi tnaqqis awtomatiku ta’ 25 % fit-TACs u fl-isforzi f’dawn iċ-ċirkustanzi.
Dik li kienet maħsuba bħala regola li kellha tiġi applikata
f’ċirkustanzi eċċezzjonali spiċċat saret in-norma
f’ċerti żoni, li fi ftit snin se twassal biex jingħalaq, b’mod
effettiv, mhux biss is-sajd għall-merluzz, iżda wkoll is-sajd għal
ħut ieħor li għalih jintuża l-istess tip ta’ rkaptu fl-istess
żoni. F’ċerti każijiet din mhijiex reazzjoni xierqa
għall-parir xjentifiku. Għalhekk, huwa importanti li tinbidel
ir-regola dwar x’għandu jsir f’ċirkustanzi fejn ma tistax tiġi
applikata r-regola normali tal-ħsad, sabiex wieħed ikun jista’
jaġixxi b’mod iktar flessibbli għall-pariri xjentifiċi fuq
il-bażi ta’ każ b’każ. Barra minn hekk, l-Istati Membri u l-partijiet
interessati esprimew tħassib serju dwar iktar tnaqqis tal-isforz u dwar
l-impatti ekonomiċi u soċjali ta’ dan it-tnaqqis fuq l-industrija. L-emenda tipproponi proċedura
għall-iffissar tat-TACs u tal-isforz meta ma jkunx hemm it-tagħrif
meħtieġ biex wieħed japplika r-regola normali tal-ħsad.
Hija tipproponi li wieħed juża approċċ ta’ każ
b’każ, u għaldaqstant approċċ iktar flessibbli, minkejja li
wieħed jibqa’ jibbaża sewwa fuq il-pariri xjentifiċi
disponibbli. Dan se jiżgura li jkun jista’ jkompli jsir is-sajd, filwaqt
li jinżamm approċċ ta’ prekawzjoni. L-emenda tipproponi wkoll li l-Kunsill
jingħata l-permess jiddeċiedi kull sena jekk għandux jiġi
applikat iktar tnaqqis fl-isforz annwali tas-sajd jew le, ladarba l-valur ta’
referenza tal-isforz tas-sajd ikun tnaqqas għal erba’ snin konsekuttivi.
Dan bil-għan li jiġi indirizzat it-tħassib dwar in-natura
kontinwa tat-tnaqqis fl-isforz tas-sajd fid-dawl tal-impatt ekonomiku u
soċjali tiegħu fuq l-industrija. - Il-ħtieġa li tiġi
ċċarata u ssimplifikata l-proċedura biex wieħed japplika
l-Artikoli 11 u 13. Il-proċedura biex wieħed jeskludi
mir-reġim tal-isforz tas-sajd dawk l-attivitajiet tas-sajd li permezz
tagħhom jinqabdu kwantitajiet insinifikanti tal-merluzz spiċċat
waħda kumplikata wisq, li toħloq piż amministrattiv
konsiderevoli u li teħtieġ il-kalkolu mill-ġdid, b’mod kostanti,
tal-isforz tas-sajd totali allokat sabiex tiġi evitata żieda fl-isforz
tas-sajd mill-bastimenti li jibqgħu inklużi fl-iskema tal-isforz
tas-sajd. L-emenda tfittex li tissimplifika l-proċedura, l-ewwel nett
billi tiffissa d-data finali għat-tressiq ta’ kwalunkwe talba biex
jiġi emendat il-valur ta’ referenza tal-isforz tas-sajd u t-tieni nett
billi tagħmel lit-talbiet li jintlaqgħu applikabbli
għall-bastimenti kollha li jissodisfaw l-istess kriterji mingħajr ma
teżiġi lill-Istati Membri jressqu talbiet separati. Ċerti flotot
li huma esklużi mhux se jikkwalifikaw għall-esklużjoni skont
l-emenda proposta u għalhekk qed jiddaħħlu ċerti
miżuri tranżizzjonali. Qed tiġi proposta wkoll iktar
simplifikazzjoni, permezz tal-kontroll imsaħħaħ li huwa
possibbli bl-użu ta’ attivitajiet tas-sajd iddokumentati
bis-sħiħ, fejn il-qabdiet kollha jingħaddu u jitnaqqsu
mill-kwota. Dak li qed jiġi propost huwa li l-bastimenti li jieħdu
sehem fi provi tal-attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ
jiġu eżentati mir-reġim tal-isforz. Is-STECF ivvaluta dan
bħala għażla aċċettabbli tal-ġestjoni. Il-verżjoni tal-Artikolu 13(2)(b)
bil-Franċiż hija differenti minn dik bil-lingwi l-oħra –
ħaġa li twassal għal implimentazzjoni differenti tar-Regolament.
Sabiex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, din
id-dispożizzjoni għandha tiġi ċċarata u emendata.
Il-verżjoni li qed tiġi proposta tikkorrispondi
għall-verżjoni bil-Franċiż, li hija inqas restrittiva
f’termini tal-implimentazzjoni. Il-bastimenti li ma joħorġux jistadu
apposta għall-merluzz u li jkunu konformi mar-regola tal-kompożizzjoni
tal-qabda ta’ 5 % matul il-perjodu kollu ta’ ġestjoni biss
għandhom ikunu eliġibbli għal din id-deroga. - Il-ħtieġa li jitnaqqas ir-rimi
tal-merluzz Wieħed mill-punti ewlenin ta’
tħassib marbutin mar-Regolament attwali huwa li t-TACs ma llimitawx
il-qabdiet tal-merluzz. Dan wassal biex intrema għadd konsiderevoli ta’
qabdiet li kienu qabżu l-kwota. F’ċertu tip ta’ sajd, il-miżuri
meħudin mill-Istati Membri biex jiġi evitat il-merluzz u biex
jitnaqqas ir-rimi kienu, parzjalment, ta’ suċċess, fl-indirizzar ta’
din il-problema. Iżda hemm provi li juru li hemm livelli konsiderevoli ta’
rimi f’ċerti tipi ta’ sajd fejn l-Istati Membri kkonċernati ma
ħadu l-ebda miżura, anki jekk il-pjan kien jissuġġerixxi li
huma jieħdu xi tip ta’ azzjoni. Fid-dawl tal-proposti tal-Kummissjoni biex
jiġi eliminat ir-rimi fil-PKS irriformata, u tal-appoġġ kbir
għal dan muri kemm mill-Istati Membri kif ukoll minn ħafna
mill-partijiet interessati, hemm bżonn li jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni
tal-UE kollha tkun tappoġġa l-eliminazzjoni tar-rimi aktar milli
tippermettih fil-fatt. L-emenda tipproponi li ssaħħaħ
l-obbligu tal-Istati Membri li jieħdu azzjoni f’każ li d-dejta tkun
tikkonferma li hemm livell għoli tar-rimi f’ċerti tipi ta’ sajd. - Il-ħtieġa li jiġi
speċifikat il-livell ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll
meħtieġ Id-derogi mill-pjan li dwarhom hemm
dispożizzjoni fl-Artikoli 11 u 13 jirrappreżentaw riskju jekk ma
jiġux implimentati kif suppost. Implimentazzjoni ħażina tista’
thedded is-suċċess tal-pjan. Is-STECF evalwa l-implimentazzjoni ta’
dawn id-derogi u nnota li hemm bżonn jissaħħu
l-monitoraġġ u l-kontroll, kif ukoll ir-rekwiżit li
tingħata d-dokumentazzjoni kollha li sservi ta’ ġustifikazzjoni
bażika għad-deroga. Il-proposta tindirizza dan ir-riskju billi
teżiġi li l-Istati Membri jassenjaw livell ta’ “riskju għoli
ħafna”, kif deskritt fil-qafas ta’ kontroll tal-politika komuni tas-sajd,
lil dawk il-bastimenti li jibbenefikaw mid-derogi. Il-proposta teżiġi
wkoll li l-Istati Membri jinkludu miżuri adegwati fil-programmi nazzjonali
tagħhom ta’ azzjoni ta’ kontroll biex tkun żgurata l-konformità
mal-kundizzjonijiet meħtieġa. Dawn l-emendi jispeċifikaw
ir-rekwiżiti eżistenti u japplikaw biss jekk l-Istati Membri
jużaw id-deroga. - Il-ħtieġa li jsir allinjament
mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Il-pjan għall-merluzz sar qabel ma
daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Lisbona. Minħabba li dan se
jkompli jiġi applikat sa ma jinbidel bi pjan ġdid għas-sajd
imħallat, il-proċeduri tiegħu jridu jinġiebu f’konformità
mad-dispożizzjonijiet li bdew japplikaw għat-teħid
tad-deċiżjonijiet minn meta daħal fis-seħħ it-Trattat
dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-emenda proposta tallinja l-pjan
mal-proċeduri l-ġodda tal-komitoloġija. Għalhekk, tħejja abbozz ta’ proposta
biex jiġi emendat ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008. Il-Kummissjoni qed tintalab tadotta din
il-proposta malajr kemm jista’ jkun u tgħaddiha lill-Kunsill u
lill-Parlament Ewropew. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Il-bidliet li din l-emenda tintroduċi
huma essenzjalment dawk meqjusa bħala neċessarji biex il-pjan
jiġi implimentat kif kien maħsub fil-bidu. Il-bidliet se jnaqqsu
l-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni u fuq il-korpi
xjentifiċi li huma inkarigati jipprovdu pariri xierqa. L-abbozz tal-proposta tħejja wara
konsultazzjonijiet mal-Istati Membri u mal-partijiet interessati. Dawn
il-konsultazzjonijiet qed jingħataw fil-qosor fit-tabella t’hawn
taħt: STECF/ICES || Evalwazzjoni tal-pjan (li kienet miftuħa għall-partijiet interessati) Approvata fis-seduta plenarja || F’Ġunju 2011 F’Lulju 2011 Il-Kummissjoni || Laqgħa mal-partijiet interessati dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u l-għażla possibbli għall-valutazzjoni tal-impatt || F’Ottubru 2011 Il-Kunsill || L-Istati Membri jitolbu bil-qawwa biex l-isforz tas-sajd jiġi ffriżat u biex il-bastimenti involuti fil-proġett tas-sajd iddokumentat bis-sħiħ jiġu esklużi mir-reġim tal-isforz || F’Diċembru 2011 Il-Kummissjoni || Laqgħa mal-partijiet interessati dwar titjib possibbli fl-implimentazzjoni tal-pjan għall-merluzz || F’Marzu 2012 Seduta plenarja tas-STECF || Valutazzjoni tal-għażliet preliminari || F’April 2012 Laqgħat bilaterali mal-Istati Membri || Tentattiv biex jiġu identifikati l-problemi speċifiċi tal-Istati Membri || F’Mejju u Ġunju 2012 Il-grupp ta’ ħidma tas-STECF dwar l-isforz tas-sajd || Analiżi tal-funzjonament tar-reġim tal-isforz || Mill-11 sal-15 ta’ Ġunju 2012 Il-grupp ta’ ħidma tas-STECF dwar pjan pluriennali (bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati) || Valutazzjoni tal-għażliet emendati u pariri dwar x’se jkun hemm bżonn isir sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet indikati fir-rapport tal-evalwazzjoni biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-pjan || Mit-18 sat-22 ta’ Ġunju 2012 Sessjoni ta’ ħidma tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-isforz tas-sajd || Konsultazzjoni ġenerali || Fil-5 ta’ Lulju 2012 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA ·
Sommarju tal-azzjoni proposta L-azzjoni legali ewlenija hija biex, kemm
jista’ jkun, jittejbu u jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet
tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li ġew identifikati fl-evalwazzjoni
bħala problematiċi, b’mod partikulari: –
il-bidliet fl-Artikolu 4 għandhom
l-għan li jagħlqu l-possibbiltà, mhux prevista, li l-Istati Membri
jużaw livelli ogħla tal-isforz minn dawk li l-pjan kien maħsub
li jippermetti, sempliċiment billi jibdlu l-metodi użati
għall-kalkolu tal-isforz meta jkunu qed jiġu stabbiliti l-valuri ta’
referenza u dawk użati meta jkun qed jiġi kkalkulat l-użu; –
fl-Artikolu 9, proċedura
għall-iffissar tat-TACs meta ma jkunx hemm it-tagħrif
meħtieġ biex wieħed japplika l-Artikolu 7 jew 8. Minflok
it-tnaqqis awtomatiku ta’ 25 %, qed jiġi propost li wieħed
juża approċċ ta’ każ b’każ, u għaldaqstant
approċċ iktar flessibbli, filwaqt li wieħed jibqa’ jibbaża
sewwa fuq il-pariri xjentifiċi disponibbli; –
dak li qabel kien l-Artikolu 11 qed jinqasam
fl-Artikolu 11, l-Artikolu 11a u l-Artikolu 11b. Minflok ma
jingħataw eżenzjonijiet lil gruppi ta’ bastimenti speċifikati
minn kull Stat Membru, l-eżenzjonijiet issa huma bbażati fuq kriterji
li jkunu japplikaw, b’mod ġenerali, għal kwalunkwe bastiment li
jilħaqhom, irrispettivament mill-Istat Membru fejn ikun irreġistrat.
L-Artikolu emendat jevita wkoll il-bżonn li l-Kunsill jaġġusta
kontinwament ix-xenarju ta’ referenza; –
il-miżuri tranżizzjonali se jiżguraw
li l-gruppi ta’ bastimenti li huma diġà esklużi se jkunu
suġġetti għall-kriterji li kienu fis-seħħ fi
żmien l-esklużjoni tagħhom; –
qed jiddaħħal Artikolu ġdid –
l-Artikolu 11c. Il-bastimenti involuti fi provi tal-attivitajiet tas-sajd
iddokumentati bis-sħiħ, fejn il-qabdiet kollha jingħaddu u
jitnaqqsu mill-kwota, qed jiġu eżentati mir-reġim tal-isforz
tas-sajd; –
il-bidliet fl-Artikolu 12(4) qed isiru
bl-istess raġunament li bih saru għall-Artikolu 9; –
fl-Artikolu 12 qed jiddaħħal
paragrafu ġdid – il-paragrafu 6. Dan il-paragrafu jipprevedi
l-possibbiltà għall-Kunsill li jiddeċiedi li ma japplikax aktar
tnaqqis fl-isforz tas-sajd, ladarba l-limitu massimu tal-isforz tas-sajd ikun
tnaqqas għal erba’ snin konsekuttivi; –
l-Artikolu 13 qed jinkiteb mill-ġdid
sabiex jitneħħew id-differenzi fl-interpretazzjoni bejn
il-verżjonijiet lingwistiċi differenti. Issa ġie
ċċarat li r-rekwiżit li l-qabda tal-merluzz trid tkun ta’ inqas
minn 5 % tal-qabda totali jirreferi għall-kompożizzjoni tal-qabda
matul il-perjodu kollu ta’ ġestjoni, u mhux għall-kompożizzjoni
tal-qabda ta’ kull vjaġġ; –
fl-Artikolu 14, qed jissaħħaħ
l-obbligu tal-Istati Membri li jindirizzaw il-kwistjoni tar-rimi minħabba
li, skont ir-regolamentazzjoni attwali, dan mhuwiex il-każ, u l-livell ta’
kontroll u monitoraġġ qed jiġi speċifikat skont
il-ġestjoni bbażata fuq ir-riskju; –
il-bidliet fl-Artikolu 32 iġibu
l-proċedura ta’ kumitat f’konformità mar-regoli tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mar-Regolament (UE) Nru 182/2011. ·
Bażi legali L-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. ·
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza
esklużiva tal-Unjoni Ewropea. ·
Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta temenda miżuri li diġà
jeżistu fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008, u
għaldaqstant ma tqanqal l-ebda tħassib dwar il-prinċipju
tal-proporzjonalità. ·
Għażla tal-istrument L-istrument propost: Regolament tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill. Mezzi oħra ma jkunux xierqa minħabba
r-raġuni li ġejja: Regolament irid jiġi emendat b’Regolament
ieħor. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Din
il-miżura ma tinvolvi l-ebda nefqa addizzjonali għall-Unjoni. 2012/0236 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008
tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal
perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li
jisfrutta dawk l-istokkijiet IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(2)
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv
intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) L-evalwazzjoni xjentifika
tal-prestazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008
tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi pjan għal
perjodu fit-tul għall-istokkijiet tal-merluzz u għas-sajd li
jisfrutta dawk l-istokkijiet[2],
imwettqa mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd
(is-STECF), żvelat li kien hemm għadd ta’ problemi marbutin
mal-applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. (2) L-Istati Membri użaw
metodi differenti biex jikkalkulaw l-isforz tas-sajd fis-snin ta’ referenza u
biex jikkalkulaw il-konsum tal-isforzi rrappurtat fil-pjan. Dan ippermetta li
jintuża livell ogħla tal-isforz minn dak li kien maħsub fil-pjan
u, għaldaqstant, dan għandu jitranġa. (3) In-nuqqas ta’
valutazzjonijiet analitiċi f’ċerti żoni ġeografiċi
jeskludi l-applikazzjoni tar-regoli għall-kontroll tal-ħsad u jwassal
għal tnaqqis annwali awtomatiku ta’ 25 % fit-TACs u fl-isforzi. Minn
meta ġie implimentat il-pjan, l-allokazzjonijiet tal-isforz tas-sajd
fiż-żoni kkonċernati tnaqqsu b’mod sinifikanti. L-evalwazzjoni
xjentifika mwettqa mis-STECF tissuġġerixxi li, f’xi każijiet,
ikun aktar xieraq li jintuża metodu tal-kejl ieħor u mhux
il-mortalità mis-sajd sabiex jiġu stabbiliti t-TACs, minflok it-tnaqqis
awtomatiku fit-TACs u fl-isforzi. (4) Il-pjan jipprevedi lok
għall-esklużjoni ta’ bastimenti li l-attivitajiet tagħhom ma
jikkontribwixxux b’mod sinifikanti għall-mortalità tal-merluzz. Sabiex
wieħed jevita li l-isforz marbut ma’ dawk l-attivitajiet jiġi dirett
mill-ġdid lejn l-attività tas-sajd għall-merluzz, għandu
jitnaqqas il-valur ta’ referenza tal-isforz. Barra minn hekk, sabiex jiġi
evitat il-piż amministrattiv ta’ kalkolu mill-ġdid kostanti tal-valur
ta’ referenza tal-isforz kull darba li tittieħed deċiżjoni li
jiġu esklużi ċerti attivitajiet, ta’ min jistabbilixxi kriterji
ċari għall-esklużjoni, sabiex il-valuri ta’ referenza
tal-livelli tal-isforz ikunu jistgħu jiġu stabbiliti b’mod definittiv. (5) Sabiex ikun eħfef li
wieħed iwettaq attivitajiet tas-sajd iktar selettivi fl-attivitajiet
tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ, fejn il-qabdiet kollha
jingħaddu u jitnaqqsu mill-kwota, huwa xieraq li l-bastimenti jiġu
eżentati mir-reġim tal-isforz tas-sajd meta jkunu qed jieħdu
sehem f’dawk il-provi. (6) L-allokazzjonijiet tal-isforz
tas-sajd massimu permissibbli tnaqqsu b’mod sinifikanti għall-irkaptu
ewlieni tal-qbid tal-merluzz sa minn meta daħal fis-seħħ
il-pjan. Dan jista’ jkollu impatt ekonomiku u soċjali sinifikanti fuq
it-taqsimiet tal-flotta li jużaw l-istess tip ta’ rkaptu iżda li
jistadu prinċipalment għal speċijiet oħrajn u mhux
għall-merluzz. Biex jiġu indirizzati dawk il-kwistjonijiet ekonomiċi
u soċjali, għandu jiddaħħal mekkaniżmu biex jissospendi
aktar aġġustamenti fl-isforz tas-sajd. (7) Minħabba li
verżjoni waħda tal-Artikolu 13(2)(b) b’lingwa partikulari hija
differenti minn dik bil-lingwi l-oħra, jeħtieġ li t-test ta’ dik
id-dispożizzjoni jinbidel sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi
ta’ dak l-Artikolu. (8) Minħabba l-livelli
għoljin ta’ rimi tal-merluzz li ġew innutati tul il-perjodu ta’
implimentazzjoni tal-pjan, jeħtieġ li l-Istati Membri jieħdu
azzjoni xierqa biex inaqqsu kemm jista’ jkun ir-rimi, fost l-oħrajn billi
jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd tagħhom lill-bastimenti b’tali mod li
l-kwoti jkunu jaqblu kemm jista’ jkun mal-qabdiet mistennija. (9) Id-derogi mill-pjan li
dwarhom hemm dispożizzjoni fl-Artikoli 11 u 13 jirrappreżentaw
riskju għas-suċċess tal-pjan jekk ma jiġux implimentati kif
suppost. Valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dawn id-derogi żvelat li
hemm bżonn li jissaħħu r-rekwiżiti tal-monitoraġġ
u tal-kontroll u r-rekwiżiti li tingħata d-dokumentazzjoni kollha li
tiġġustifikahom. Minħabba li l-qafas tal-Unjoni
għall-kontroll tas-sajd huwa bbażat fuq ir-riskju, l-attivitajiet li
jitwettqu skont id-derogi għandhom jingħataw livell speċifiku
“għoli ħafna” tar-riskju. (10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema
Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli
tal-Politika Komuni tas-Sajd[3]
ħassar għadd ta’ Artikoli tar-Regolament (KE) Nru 1342/2008 li
kienu jirreferu għall-Annessi II u III. Minħabba li m’hemmx
iktar referenzi għall-Annessi II u III fir-Regolament (KE)
Nru 1342/2008, dawk l-Annessi għandhom jitħassru. (11) Ir-Regolament (KE)
Nru 1342/2008 għandu jiġi emendat skont dan, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2008
għandu jiġi emendat kif ġej: (1)
L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li
ġej: “Artikolu 4 Kalkolu
tal-isforz tas-sajd 1. Għall-għanijiet ta’ dan
ir-Regolament, l-isforz tas-sajd użat minn grupp ta’ bastimenti
għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma tal-prodotti tal-valuri
tal-kapaċità, mogħtija f’kW, għal kull bastiment u l-għadd
ta’ jiem li kull bastiment kien preżenti f’żona stabbilita
fl-Anness I. Jum ta’ preżenza f’żona għandu jkun kwalunkwe
perjodu kontinwu ta’ 24 siegħa, jew parti minnu, li matulu bastiment tas-sajd
ikun preżenti fiż-żona u ma jkunx fil-port. 2. Meta jkunu qed jikkalkulaw jum ta’
preżenza f’żona, l-Istati Membri għandhom jużaw l-istess
metodu li jkunu użaw biex jistabbilixxu l-valur ta’ referenza tal-isforz
imsemmi fl-Artikolu 12(2)(a).” (2)
L-Artikolu 9 għandu jinbidel b’dan li
ġej: “Artikolu 9 Proċedura speċjali biex jiġu stabbiliti t-TACs 1. F’każijiet fejn ma jkunx hemm
biżżejjed tagħrif biex it-TACs jiġu stabbiliti skont
l-Artikolu 7, it-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Kattegat,
fil-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż għandhom jiġu
stabbiliti fil-livell indikat mill-pariri xjentifiċi. Madankollu, jekk
il-livell indikat mill-pariri xjentifiċi jkun ogħla mit-TACs tas-sena
ta’ qabel b’iktar minn 20 %, dawn għandhom jiġu stabbiliti
f’livell li jkun 20 % ogħla mit-TACs tas-sena ta’ qabel, u jekk
il-livell indikat fil-pariri xjentifiċi jkun inqas mit-TACs tas-sena ta’
qabel b’iktar minn 25 %, dawn għandhom jiġu stabbiliti f’livell
li jkun 25 % inqas mit-TACs tas-sena ta’ qabel. 2. F’każijiet fejn ma jkunx hemm
biżżejjed tagħrif biex it-TACs jiġu stabbiliti skont
il-paragrafu 1, it-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Kattegat,
fil-Punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż għandhom jiġu
stabbiliti f’livell li jikkorrispondi: (a) għal tnaqqis ta’ 25 % meta mqabbel
mat-TAC tas-sena ta’qabel, jew, jekk il-parir xjentifiku jirrakkomanda dan, (b) għal tnaqqis ta’ mhux aktar minn
25 % meta mqabbel mat-TAC tas-sena ta’ qabel, flimkien ma’ miżuri
xierqa oħrajn. 3. F’każijiet fejn ma jkunx hemm
biżżejjed tagħrif biex it-TACs jiġu stabbiliti skont
l-Artikolu 8, it-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar
tat-Tramuntana, fi Skagerrak u fil-Kanal tal-Lvant għandhom jiġu
stabbiliti billi jiġu applikati, mutatis mutandis,
il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-konsultazzjonijiet man-Norveġja
ma jwasslux għal ftehim dwar livell differenti tat-TAC.” (3)
Fl-Artikolu 11, il-paragrafi 2 u 3
għandhom jitħassru. (4)
Għandhom jiddaħħlu
l-Artikoli 11a, 11b, 11c u 11d li ġejjin: “Artikolu 11a L-esklużjoni tal-isforz tas-sajd użat f’ċerti żoni,
f’ċertu fond jew minn ċertu rkaptu 1. L-Istati Membri jistgħu jeskludu
l-isforz tas-sajd li bastiment juża waqt vjaġġ meta dawn ikunu
qed jgħoddu l-isforz użat u jnaqqsuh mill-isforz tas-sajd massimu
permissibbli jekk: (a) l-attività kollha tas-sajd ta’ dak il-vjaġġ
mill-bastiment ikkonċernat titwettaq ’il barra miż-żoni ta’
distribuzzjoni tal-merluzz kif imniżżlin skont il-paragrafu 2; jew (b) jekk l-attività kollha tas-sajd ta’ dak
il-vjaġġ mill-bastiment ikkonċernat titwettaq f’fond ta’ aktar
minn 300 metru; jew (c) jekk, matul dak il-vjaġġ,
il-bastiment ikkonċernat ikollu biss irkaptu rregolat wieħed abbord,
li jkun imniżżel skont il-paragrafu 2. 2. Abbażi tat-tagħrif mogħti
mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3, u skont il-pariri xjentifiċi
mogħtija, il-Kunsill għandu jistabbilixxi lista ta’ żoni li
jkunu ’l barra miż-żoni ta’ distribuzzjoni tal-merluzz u lista
tal-irkaptu li l-attributi tekniċi tiegħu iwasslu għal qabdiet
tal-merluzz li jkunu ta’ anqas minn 1.5 % tal-qabdiet totali kollha,
imkejlin skont il-piż. 3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu
t-tagħrif adegwat lill-Kummissjoni biex din tkun tista’ tivvaluta jekk
żona għandhiex tkun fuq il-lista taż-żoni msemmija
fil-paragrafu 2 jew jekk irkaptu għandux ikun fuq il-lista
tal-irkaptu msemmija fl-istess paragrafu. 4. Ir-regoli ddettaljati dwar il-format u
l-proċedura għat-trażmissjoni tat-tagħrif imsemmi
fil-paragrafu 3 lill-Kummissjoni jistgħu jiġu adottati permezz
ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.” “Artikolu 11b Aġġustament tal-valur ta’ referenza biex jiġi kkalkulat
l-isforz tas-sajd massimu permissibbli 1. L-isforz tas-sajd imsemmi
fl-Artikolu 11a(1), li jkun ikkontribwixxa biex jiġi stabbilit
il-valur ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 12(2)(a), għandu jitnaqqas mill-valur
ta’ referenza skont dan l-Artikolu. 2. It-talbiet għall-aġġustament
tal-valur ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1 għandhom jitressqu
mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sa [fi żmien sena minn meta tiġi
adottata din l-emenda – se timtela bid-data eżatta]. 3. Il-valur ta’ referenza aġġustat
għandu jintuża biex jiġi kkalkulat mill-ġdid il-livell
tal-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-grupp tal-isforz
ikkonċernat, billi jiġu applikati l-aġġustamenti annwali
tal-perċentwali applikati sa mid-dħul fis-seħħ tal-pjan. 4. L-esklużjoni tal-isforz tas-sajd
imsemmija fl-Artikolu 11a tista’ tiġi applikata għall-grupp
tal-isforz rilevanti biss wara li l-isforz tas-sajd massimu permissibbli jkun
ġie kkalkulat mill-ġdid skont dan l-Artikolu. 5. Ir-regoli ddettaljati dwar il-format u
l-proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet imsemmija
fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni jistgħu jiġu adottati permezz
ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija
fl-Artikolu 32.” “Artikolu 11c L-esklużjoni ta’ bastimenti li jkunu qed jieħdu sehem fi
provi ta’ attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ 1. L-Istati Membri jistgħu jeskludu
mir-reġim tal-isforz tas-sajd l-isforz tas-sajd użat minn bastiment
meta dan ikun qed jieħu sehem fi provi ta’ attivitajiet tas-sajd
iddokumentati bis-sħiħ li fihom il-merluzz kollu maqbud, inkluż
ir-rimi, jingħadd u jitnaqqas mill-kwota. 2. Meta jiġi applikat
il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-isforz
tas-sajd massimu permissibbli stabbilit skont l-Artikolu 12(1) għall-grupp
tal-isforz ikkonċernat, billi jnaqqsu ammont tal-isforz li jkun daqs dak
użat mill-bastiment li jkun qed jieħu sehem fil-provi fis-sena ta’
qabel ma ġie eskluż mir-reġim tal-isforz tas-sajd. 3. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu
lill-Kummissjoni b’kull aġġustament tal-isforz tas-sajd massimu
permissibbli li jkun sar skont il-paragrafu 2. In-notifika għandha
tinkludi d-dettalji tal-bastimenti esklużi u l-ammont tal-isforz tas-sajd
imnaqqas kemm fil-livell aggregat, kif ukoll fil-livell tal-bastimenti. 4. It-trasferimenti tal-kwota tal-merluzz
mill-bastimenti li jkunu esklużi mir-reġim tal-isforz tas-sajd skont
il-paragrafu 1 u għal dawn il-bastimenti għandhom jiġu
pprojbiti. 5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli
ddettaljati dwar il-format u l-proċedura għan-notifiki msemmija
fil-paragrafu 3 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont
il-proċedura msemmija fl-Artikolu 32.” “Artikolu 11d Miżuri
tranżizzjonali dwar l-esklużjonijiet L-esklużjonijiet mir-reġim
tal-isforz tas-sajd li kienu diġà fis-seħħ qabel l-[__ – se
timtela bid-data eżatta] għandhom ikomplu japplikaw sakemm
jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet li bihom ingħataw dawk
l-esklużjonijiet. L-Istati Membri għandhom jipprovdu
lill-Kummissjoni, ta’ kull sena, bi kwalunkwe tagħrif rilevanti li jippermettilha
tistabbilixxi li dawk il-kundizzjonijiet għadhom qed jintlaħqu.” (5)
L-Artikolu 12 għandu jiġi emendat
kif ġej: (a) Il-paragrafu 4 għandu jinbidel
b’dan li ġej: “4.
Għall-gruppi aggregati tal-isforz li l-perċentwal tal-qabda
kumulattiva tagħhom, ikkalkulat skont il-paragrafu 3(d), huwa ta’
20 % jew ta’ iktar minn hekk, għandhom japplikaw
l-aġġustamenti annwali. L-isforz tas-sajd massimu permissibbli
tal-gruppi kkonċernati għandu jiġi kkalkulat kif ġej: (a) f’każijiet fejn japplikaw l-Artikoli 7 jew 8, billi jiġi
applikat l-istess perċentwal ta’ aġġustament għall-valur
ta’ referenza bħal dak stabbilit f’dawk l-Artikoli għall-mortalità
mis-sajd; (b) f’każijiet
fejn japplika l-Artikolu 9(1), billi jiġi applikat l-istess
perċentwal ta’ aġġustament għall-isforz tas-sajd bħal
dak applikat għat-TAC meta mqabbel ma’ tas-sena ta’ qabel; (c) f’każijiet fejn japplika l-Artikolu 9(2), billi jiġi
applikat tnaqqis ta’ mhux aktar minn 25 %, meta mqabbel mal-isforz
tas-sajd massimu permissibbli għall-gruppi tal-isforz ikkonċernati
fis-sena ta’ qabel, flimkien ma’ miżuri xierqa oħrajn.” (b) Għandu jiżdied
il-paragrafu 6 li ġej: “B’deroga mill-paragrafu 4, meta l-isforz
tas-sajd massimu permissibbli jkun tnaqqas għal erba’ snin konsekuttivi,
il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li ma japplikax aġġustament annwali
għall-isforz tas-sajd massimu permissibbli fis-sena ta’ wara jew fis-snin
ta’ wara.” (6)
L-Artikolu 13(2)(b) għandu jinbidel b’dan
li ġej: “(b) twassal għal kompożizzjoni
tal-qabda, inkluż ir-rimi, ta’ anqas minn 5 % tal-merluzz tul il-perjodu
ta’ ġestjoni;”. (7)
Fl-Artikolu 14 għandhom jiżdiedu
l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin: “5. F’każijiet fejn id-dejta xjentifika
turi li aktar minn 10 % tal-qabdiet totali tal-merluzz għal grupp
tal-isforz partikulari jikkonsisti f’ħut mormi, jew f’każijiet fejn
l-allokazzjoni tal-kwoti ma tikkorrispondix għall-qabdiet mistennija u
x’aktarx li se twassal għar-rimi tal-merluzz, l-Istat Membru
kkonċernat għandu jieħu miżuri immedjati biex inaqqas kemm
jista’ jkun ir-rimi tal-merluzz. 6. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu
sistemi sabiex jiżguraw li jkun hemm il-konformità mal-kundizzjonijiet
imsemmija fl-Artikoli 11a, 11b, 11c u 13, u għandhom jinkluduhom
fil-programmi nazzjonali tagħhom ta’ azzjoni ta’ kontroll, hekk kif
previst fl-Artikolu 46 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009[4]. L-Istati
Membri għandhom jassenjaw livell ta’ “riskju għoli ħafna” lil
dawk il-bastimenti li joperaw skont dawk l-Artikoli fil-ġesjtoni
bbażata fuq ir-riskju tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 5
tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.” (8)
L-Artikolu 32 għandu jinbidel b’dan li
ġej: “Artikolu 32 Proċedura
ta’ kumitat 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi
megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura stabbilit
fl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dan il-Kumitat
għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011. 2. Fejn issir referenza għal dan
il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE)
Nru 182/2011.” (9)
L-Annessi II u III għandhom
jitħassru. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu
f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU
C , , p. . [2] ĠU
L 348, 24.12.2008, p. 20. [3] ĠU
L 343, 22.12.2009, p. 1. [4] ĠU
L 343, 22.12.2009, p. 1.