This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0451
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (application EGF/2011/019 ES/Galicia Metal from Spain)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (l-applikazzjoni EGF/2011/019 ES/Galicia Metal, imressqa minn Spanja)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (l-applikazzjoni EGF/2011/019 ES/Galicia Metal, imressqa minn Spanja)
/* COM/2012/0451 final - 2012/ () */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (l-applikazzjoni EGF/2011/019 ES/Galicia Metal, imressqa minn Spanja) /* COM/2012/0451 final - 2012/ () */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja
soda[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni
tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)
permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibbiltà, bil-limitu massimu annwali ta'
EUR 500 miljun lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas
finanzjarju. Ir-regoli applikabbli
għall-kontribuzzjonijiet mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006
li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni[2]. Fit-28 ta’ Diċembru 2011,
Spanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2011/019 ES/Galicia Metal għal
kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li ngħataw sensji f'35
intrapriża li joperaw f'Diviżjoni 25 tan-NACE
Reviżjoni 2 ("Manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat,
għajr makkinarju u tagħmir")[3]
fir-reġjun NUTS II ta' Galicia (ES11) fi Spanja. Wara analiżi bir-reqqa ta' din
l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet skont l-Artikolu 10
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li l-kundizzjonijiet għal
kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament, ġew issodisfati. TAQSIRA TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI Dejta ewlenija: || Nru ta' Referenza tal-FEG || EGF/2011/019 Stat Membru || Spanja Artikolu 2 || (b) Intrapriżi kkonċernati || 35 Reġjun NUTS II || Galicia (ES11) Diviżjoni NACE Reviżjoni 2 || 25 ("Manifatturar ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief għal makkinarju u tagħmir") Perjodu ta' referenza || 23.3.2011 – 23.12.2011 Data ta' bidu għas-servizzi personalizzati || 23.3.2012 Data tal-applikazzjoni || 28.12.2011 Sensji matul il-perjodu ta’ referenza || 878 Ħaddiema ssensjati li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri || 450 Nefqa għas-servizzi personalizzati (EUR) || 3 001 900 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG[4] (EUR) || 120 000 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (%) || 3,84 Baġit totali (EUR) || 3 121 900 Kontribuzzjoni tal-FEG (65 %) (EUR) || 2 029 235 1. L-applikazzjoni tressqet
quddiem il-Kummissjoni fit-28 ta’ Diċembru 2011 u kienet
sostnuta b'tagħrif addizzjonali sat-28 ta’ Mejju 2012. 2. L-applikazzjoni tissodisfa
l-kundizzjonijiet għall-użu tal-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 2(b)
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u tressqet fil-limitu ta' żmien
ta' 10 ġimgħat kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak
ir-Regolament. Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet
strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba
l-globalizzazzjoni jew il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali 3. Sabiex tistabbilixxi r-rabta
bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, Spanja tispjega
li l-industrija tal-bini tal-vapuri tikkonsisti fi tliet oqsma ewlenin ta’
attività: il-manifattura ta’ tagħmir ieħor ta' trasport (NACE
Reviżjoni 2 Diviżjoni 30), it-tiswija u l-installazzjoni
ta’ makkinarju u tagħmir (NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 33)
u l-manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief għal
makkinarju u tagħmir (NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 25).
L-intrapriżi kkonċernati permezz tal-applikazzjoni huma l-manifatturi
ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat li joperaw fl-industrija anċillari
tal-bini tal-bastimenti. Skont dejta mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità
tat-Tarznari Ewropej (CESA)[5]
u Gerencia del Sector Naval (GSN)[6],
li huwa korp taħt il-Ministeru Spanjol tal-industrija, l-awtoritajiet
Spanjoli jisħqu li l-kriżi finanzjarja globali bidlet bosta
mill-kundizzjonijiet u l-istennijiet għall-iżvilupp futur tas-suq
tal-bini tal-bastimenti. Il-kotba tal-ordnijiet tat-tarzni Ewropej naqsu kemm
inkwantu ta' TGK[7]
kif ukoll f'termini ta' valur bħala effett tal-kriżi ekonomika
globali. Il-ktieb Ewropew tal-ordnijiet naqas minn 13,69 miljun TGK
għal 9,47 miljun TGK bejn l-2008 u l-2009, u kompla jonqos għal 6,39 miljun
TGK fl-2010. F’Settembru 2011 il-ktieb tal-ordnijiet kien juri 5,95 miljun
TGK. F'termini ta' valur il-ktieb Ewropew tal-ordnijiet naqas minn EUR 52 616
miljun għal EUR 36 558 miljun bejn l-2008 u l-2009, u kompla
jonqos għal EUR 27 031 miljun fl-2010. 4. L-ordnijiet ġodda, wara
li minn 2 144 000 TGK naqsu għal 561 000 TGK bejn l-2008 u
l-2009, irkupraw għal 2 459 000 TGK fl-2010 u reġgħu
naqsu fl-2011. F’Settembru tal-2011 l-ordnijiet ġodda kienu jammontaw
għal 1 402 000. Dan kollu huwa 'l bogħod ħafna
mil-livell ta' qabel il-kriżi ta' 5 425 000 TGK fl-2007. 5. Ir-rapporti annwali ta' CESA
għall-2009, l-2010 u l-2011 juru li l-forza tax-xogħol fil-bini
tal-bastimenti fl-Ewropa naqset bi 23 % matul l-aħħar tliet
snin, minn 148 792 ħaddiem fl-2007 għal 114 491 fl-2010.
Il-forza tax-xogħol fuq bini ġdid naqset saħansitra aktar
drastikament, bi 33 %, minn 93 832 fl-2007 għal 62 854 fl-2010. 6. L-evoluzzjoni tal-bini
tal-bastimenti fi Spanja segwiet ix-xejra negattiva osservata fil-livell
Ewropew. Il-ktieb Ewropew tal-ordnijiet naqas minn 1 052 805 TGK
għal 815 134 TGK bejn l-2008 u l-2009, u kompla jonqos għal 549 963
TGK fl-2010. F’Settembru 2011 il-ktieb tal-ordnijiet kien juri 282 339 TGK.
Dan jirrappreżenta tnaqqis akkumulat ta' 73,18 % meta mqabbel mal-2008.
7. L-ordnijiet ġodda, wara
li naqsu minn 363 595 TGK għal 61 880 TGK bejn l-2008 u l-2009,
irkupraw għal 148 051 TGK fl-2010 u reġgħu naqsu fl-2011.
F’Settembru tal-2011 l-ordnijiet ġodda ammontaw għal 9 477 TGK
biss. 8. Is-settur tal-bini
tal-bastimenti ta' Galicia jirrappreżenta 45 % tas-settur Spanjol
tal-bini tal-bastimenti. B'konsegwenza diretta tat-tnaqqis ta’ ordinijiet
ġodda, il-forza tax-xogħol tal-bini tal-bastimenti f'Galicia naqset
bi 30 % matul l-aħħar tliet snin, minn 10 000 ħaddiem
(3 500 impjieg dirett u 6 500 impjieg fl-industrija anċillari)
fi tmiem l-2008 għal 7 000 f'Ottubru 2011. 9. Minbarra l-argumenti
ppreżentati mill-awtoritajiet Spanjoli, dawk żviluppati
f’każijiet preċedenti relatati mal-bini tal-bastimenti u industriji
relatati (EGF/2010/001 DK/Nordjylland, EGF/2010/006 PL/H. Cegielski-Poznan,
EGF/2010/025 DK/Odense Steel Shipyard u EGF/2011/008 DK/Odense Steel Shipyard[8]) jibqgħu validi. Prova tal-għadd ta’ sensji u
konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(b) 10. Spanja ressqet din
l-applikazzjoni skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 2(b)
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jirrikjedi mill-anqas 500 sensja
fuq perjodu ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess
Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2 f'reġjun wieħed jew
żewġ reġjuni kontigwi fil-livell tan-NUTS II fi Stat
Membru. 11. L-applikazzjoni ssemmi 878 sensja
f'35 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 25 tan-NACE
Reviżjoni 2 ("Manifattura ta' prodotti tal-metall iffabbrikat,
għajr makkinarju u tagħmir") fir-reġjun NUTS II
fir-reġjun ta' Galicia (ES11) matul il-perjodu ta' referenza ta' disa'
xhur mit-23 ta' Marzu 2011 sat-23 ta' Diċembru 2011.
Dawn is-sensji kollha ġew ikkalkulati skont it-tieni inċiż
tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista
ta' dawk is-sensji 12. L-awtoritajiet Spanjoli
jargumentaw li l-previżjoni fil-livell tal-UE dwar l-irkupru tas-settur
tal-bini tal-bastimenti kienet raġonevolment ottimista. Dawn l-istennijiet
pożittivi kienu ssodisfati fl-2010 meta wara li fl-2009 l-ordnijiet
ġodda kienu waqgħu b'76 % meta mqabbla mal-2008, dawn
żdiedu b'tali mod li qabżu n-numru ta’ ordnijiet ġodda fl-2008
b'16 %. Madankollu t-tendenza li jiżdiedu daret mill-ġdid
għall-għarrieda fl-2011 meta l-ordnijiet ġodda naqsu bi 43 %.
Din ir-riċessjoni ġdida fis-settur kienet impossibbli li titbassar. Identifikazzjoni tal-intrapriżi li
taw is-sensji u l-ħaddiema li se jingħataw l-għajnuna 13. L-applikazzjoni hija rigward
it-878 sensja fil-35 intrapriża li ġejjin. Intrapriżi u għadd ta' sensji Aluminios Alca S.L. || 20 || Inasus S.L. || 5 Ardagh Metal Packaging Iberica, SAU || 72 || Industria de Ferralla El Casar S.L. || 7 Baysega S.L. || 4 || Industrias Pesadas de Galicia || 1 Bodeal SLU || 43 || Islas Montajes y Talleres || 68 Calderería y Estructuras del Noroeste SLU || 1 || Cabinas Betancar S.L. || 11 Cerceda Estructuras Metálicas, S.A. || 13 || MRF – Mecanizados Rodríguez Fernández S.L. || 30 Clavimar Galicia S.L. || 2 || Metal-Moaña S.L. || 8 Construcciones y Transformaciones Navales, S.A. || 67 || Mintucal, S.L. || 29 Cometal Laro || 5 || Montajes Industriales Catisa || 22 CTM Montajes S.L. || 85 || Navaliber, S.L. || 16 Dalp Ingeniería y Automatización, S.L. || 3 || Sumtec, S.L. || 15 Demacar S.L. || 7 || Talleres Bastos Redondela, S.L. || 5 Elaborados Metálicos EMESA, S.L. || 86 || Talleres Hermida S.L. || 1 Elaborados y Montajes S.A. || 104 || Talleres Navales Vinacal, S.A. || 14 Estampaciones Tácnicas de Galicia S.L. || 1 || Tuycalde S.L. || 7 Ferralla Taboada, S.L.L. || 1 || Vallados y Enrejados del Noroeste, S.L. || 11 Formoso Estructuras metálicas, S.L. || 84 || Xanela Arquitectura en Aluminio || 20 Hierros Santa Cruz Santiago, S.L. || 10 || || Total ta' intrapriżi: 35 || Total ta' sensji: 878 || 14. Il-ħaddiema kollha li
ngħataw is-sensja se jiġu offruti l-possibbiltà li jipparteċipaw
fil-miżuri. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli, abbażi
tal-esperjenza preċedenti tagħhom fil-ġestjoni tal-każijiet
tal-FEG, jistmaw li madwar 450 ħaddiem se jagħżlu li
jipparteċipaw fil-miżuri tal-FEG. 15. It-tqassim tal-ħaddiema
ssensjati huwa kif ġej: Kategorija || Numru || Perċentwal Irġiel || 825 || 93,96 Nisa || 53 || 6,04 Ċittadini tal-UE || 878 || 100,00 Ċittadini mhux tal-UE || 0 || 0,00 Minn 15 sa 24 sena || 18 || 2,05 Minn 25 sa 54 sena || 808 || 92,02 Minn 55 sa 60 sena || 35 || 3,99 Minn 60 sena 'l fuq || 17 || 1,94 16. Fir-rigward ta' kategoriji ta’
xogħol, it-tqassim huwa kif ġej: Kategorija || Numru || Perċentwal Maniġers || 9 || 1 Professjonisti tax-xjenza tal-fiżika, tal-matematika u tal-inġinerija || 35 || 4 Professjonisti oħra || 9 || 1 Skrivani || 105 || 12 Kapijiet ta' timijiet speċjalizzati ta' ħidma || 88 || 10 Welders u qattiegħa bil-fjamma (flame cutters) || 123 || 14 Landiera (sheet-metal workers) || 141 || 16 Ħaddiema li jimmuntaw l-istrutturi tal-metall (assemblers) || 123 || 14 Mekkaniks u fitters tat-tagħmir elettriku u elettroniku. || 96 || 11 Ħaddiema fi snajja' oħra relatati || 105 || 12 Operaturi ta’ impjanti mobbli || 44 || 5 17. F'termini ta' livell edukattiv[9], it-tqassim huwa kif ġej: Livell edukattiv || Numru || Perċentwal Edukazzjoni bażika (sa tmiem l-edukazzjoni obbligatorja) || 465 || 52,96 Edukazzjoni sekondarja għolja || 151 || 17,20 Edukazzjoni terzjarja || 132 || 15,03 Nies li ma segwew l-ebda forma ta' edukazzjoni jew li telqu kmieni mill-iskola || 130 || 14,81 18. Skont l-Artikolu 7
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, Spanja kkonfermat li ġiet
applikata u se tkompli tiġi applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa
u l-irġiel kif ukoll waħda ta' nondiskriminazzjoni, matul l-istadji
varji tal-implimentazzjoni tal-FEG u, b'mod partikolari, fl-aċċess
għalih. Deskrizzjoni tat-territorju
kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu 19. Galicia hija s-seba'
reġjun ta' Spanja bħala daqs u l-ħames bħala popolazzjoni.
Din tinsab fit-tarf tal-punent tal-Peniżola Iberika; fit-tramuntana u
fil-punent hija konfinata mill-Oċean Atlantiku, fin-nofsinhar
mill-Portugall u fil-lvant minn Castilla y León u l-Principado de Asturias.
Galicia tista' titqies bħala suq żgħir tax-xogħol minħabba
l-lok periferiku tagħha u l-aċċess diffiċli, minħabba
l-medda ta' muntanji li tissepara dan ir-reġjun mill-bqija ta' Spanja, u
s-sitwazzjoni tagħha bħala reġjun konfinali. 20. Galicia tikkontribwixxi 5,2 %
tal-PDG Spanjol. Il-kontribuzzjoni mis-settur għall-PDG reġjonali
huwa kif ġej: is-settur tas-servizzi 65,9 %, l-industrija 12,5 %,
il-kostruzzjoni 12,2 %, l-enerġija 4,9 %, u l-agrikoltura u
s-sajd 4,5 %. Il-mudell tan-negozju f'Galicia huwa kkaratterizzat minn
preżenza għolja ta' intrapriżi żgħar u medji (98,6 %
tal-intrapriżi għandhom inqas minn 100 impjegat). 21. L-awtorità pubblika ewlenija
kkonċernata hija Xunta de Galicia (il-gvern awtonomu ta' Galicia) u b'mod
partikolari "Conselleria de Traballo e Benestar" (il-ministeru
reġjonali tax-xogħol u l-benessri) u "Conselleria de Economia e
Industria" (il-ministeru reġjonali għall-ekonomija u
l-industrija). 22. Il-partijiet interessati
jinkludu ASIME[10]
(l-assoċjazzjoni tal-kumpaniji tal-metall ta' Galicia); CEG[11] (il-konfederazzjoni ta' min
iħaddem f'Galicia); FORMEGA[12]
(il-fondazzjoni għat-taħriġ, il-ħiliet u l-impjiegi ta'
Galicia) kif ukoll it-trejdjunjins MCA-UGT[13]
Galicia, CCOO-Galicia[14]
u CIG[15]. L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward
tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali 23. Is-sensji fl-industrija
anċillari tal-bini tal-bastimenti se jkomplu jħarrxu s-sitwazzjoni
diffiċli tal-impjiegi fir-reġjun. F'Galicia, mill-2008 s'issa
għalqu 6 839 intrapriża minn 203 374 u konsegwentament
żdied il-qgħad. Ir-rata tal-qgħad żdiedet minn 8 % fi
tmiem l-2008 għal 17,25 % fi Q3/2011. Il-kriżi ekonomika u
finanzjarja u l-konsegwenzi tagħha jidhru li laqtu l-impjiegi maskili
aktar. Fis-snin ta' qabel il-kriżi il-qgħad femminili f'Galicia kien 11,79 %
filwaqt li dak maskili kien 6,26 %. Madankollu fi Q3/2011 id-differenza
fil-qgħad bejn l-irġiel u n-nisa kien biss ta' 2 %, peress li
l-qgħad fost in-nisa kien 18.18 % waqt li l-qgħad maskili kien 16,32 %.
24. Tradizzjonalment is-setturi
ekonomiċi ewlenin f'Galiċja kienu s-sajd flimkien mal-industriji
tal-karozzi, tat-tessuti, tal-ġebla naturali (minjieri u barrieri
tal-lavanja u l-granit) u t-tarzni. Madankollu, minħabba l-impatt
tal-kriżi fuq is-setturi relatati mal-kostruzzjoni bħall-ġebla
naturali u s-setturi tradizzjonali bħat-tessuti jew l-industrija tal-karozzi,
il-perspettivi futuri għall-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg
tal-ħaddiema ssensjati f’dan it-territorju ma jidhrux
inkoraġġanti wisq. 25. Barra minn hekk, wara li kien
hemm sensji tal-massa fis-settur tat-tessuti f'Galicia, fi Frar 2010
Spanja ppreżentat applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja
mill-FEG għal dawn il-ħaddiema[16]. Pakkett ikkoordinat ta' servizzi
personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati u t-tqassim
tal-ispejjeż stmati tiegħu, inkluża l-komplementarjetà
tiegħu mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali 26. Il-miżuri kollha li
ġejjin jiffurmaw flimkien pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati
mmirat lejn l-intgrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema fis-suq
tax-xogħol: Attivitajiet ta' tħejjija –
Informazzjoni u sessjoni ta' merħba: L-ewwel miżura pprovduta lill-parteċipanti kollha
tikkonċerna preżentazzjoni ġenerali dwar il-miżuri tal-FEG,
tagħrif dwar il-programmi ta' taħriġ disponibbli, dwar
ir-rekwiżiti tal-ħiliet u t-taħriġ, u l-ġbir inizjali
ta' profili tal-ħaddiema. –
Sessjonijiet ta' ħidma preparatorji: Bħala parti mill-attivitajiet preparatorji se jkun hemm erba'
sessjonijiet ta' ħidma: (1) Ġestjoni tal-bidla maħsuba biex
tgħin lill-ħaddiema jaċċettaw li tilfu l-impjieg
tagħhom u biex tippreparhom jiffaċċjaw il-futur b'aktar
fiduċja fihom infushom. (2) L-għarfien u
ċ-ċertifikazzjoni ta' esperjenza preċedenti:
Il-parteċipanti se jkunu infurmati dwar il-vantaġġi li
wieħed ikollu attestazzjoni uffiċjali tal-ħiliet u
l-għarfien li tkopri l-attivitajiet imwettqa matul il-ħajja
tax-xogħol u se jkunu mħeġġa jipparteċipaw
fil-proċedura ta' attestazzjoni. (3) Lura l-iskola:
Il-parteċipanti se jkunu infurmati dwar il-ħtiġijiet tas-suq
tax-xogħol dwar l-edukazzjoni obbligatorja; kif jista' wieħed jikseb
iċ-ċertifikat tal-edukazzjoni obbligatorja (iċ-ċertifikat
ESO[17])
u liema huma l-miżuri, fi ħdan il-pakkett kofinanzjat tal-FEG, li
jistgħu jgħinuhom jiksbu ċ-ċertifikat ESO. (4) Introduzzjoni
għall-intraprenditorija din is-sessjoni ta' ħidma se tkun iffukata
fuq il-promozzjoni tal-inizjattivi għal impjieg indipendenti permezz
tan-negozju. Madwar 280 ħaddiem, 70 għal kull sessjoni ta'
ħidma, se jipparteċipaw f'din il-miżura. Gwida –
Gwida dwar ix-xogħol: Dan jinkludi l-ġbir tal-profili tal-ħaddiema,
l-identifikazzjoni u t-tħejjija ta’ itinerarji ta’ ri-integrazzjoni
personalizzati tal-ħaddiema mmirati għall-għajnuna. Abbażi
ta' dawn il-linji gwida, ħaddiema individwali jingħataw pariri dwar
kif jistgħu jtejbu l-kapaċitajiet professjonali tagħhom u b’hekk
itejbu l-opportunitajiet tagħhom fl-aċċess għas-suq
tax-xogħol. –
Akkompanjament lejn il-ħolqien tan-negozju
jew l-impjieg indipendenti: Il-parteċipanti li
matul il-fażi tat-tfassil tal-profili juru interess li jibdew jaħdmu
għal rashom se jkunu iggwidati permezz ta' diversi passi lejn il-ħolqien
tan-negozju jew l-impjieg indipendenti. L-għan ta' dan huwa li
jiżviluppa, jipproduċi u jiggwida proġetti ta' negozji jew ta'
impjieg indipendenti li huma vijabbli. Taħriġ –
Taħriġ lejn ċertifikazzjoni ESO. L-għan ta' din il-miżura huwa li jħarreġ lill-parteċipanti
biex jgħaddu mill-eżamijiet u jiksbu ċertifikazzjoni ta’
Gradwazzjoni fl-Edukazzjoni Sekondarja, għal persuni minn tmintax-il sena
'l fuq. –
Taħriġ dwar it-tekniki tat-tiftix
tax-xogħol: Il-ħaddiema se jkunu
kkowċjati fit-tiftix attiv għall-impjiegi, in-netwerking,
il-promozzjoni personali, eċċ. Din il-miżura għandha
l-għan li ttejjeb l-għarfien tal-parteċipanti dwarhom stess u
l-ħiliet soċjali tagħhom flimkien mat-tisħiħ
tal-awtostima personali. –
Taħriġ dwar kompetenzi orizzontali: Din il-miżura għandha fil-mira t-taħriġ ta'
ħaddiema f'kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja[18] bħall-komunikazzjoni
fil-lingwa materna; il-komunikazzjoni b’ilsna barranin; il-kompetenza
diġitali, eċċ. Il-parteċipanti se jingħataw
l-opportunità li jsegwu wieħed jew aktar minn dawn il-korsijiet qosra ta'
taħriġ. –
Taħriġ f'ħiliet vokazzjonali: Il-parteċipanti se jitħarrġu f'kompetenzi
meħtieġa għall-impjiegi li attwalment hemm domanda
għalihom. Il-korsijiet ta' taħriġ se jkunu orjentati lejn
attivitajiet ta' taħriġ ċertifikabbli li hemm referenza
għalihom fil-katalgu nazzjonali tal-kwalifiki tal-impjiegi u li huma
mfasslin biex jidentifikaw il-bżonnijiet ta' intrapriżi lokali. –
Taħriġ
għall-aġġornament tal-ħiliet:
Il-ħaddiema bl-aħjar perspettivi għall-integrazzjoni mill-ġdid
f'impjieg fl-istess settur se jkunu mħarrġa biex isaħħu jew
jaġġornaw il-ħiliet eżistenti. It-taħriġ se
jiffoka l-aktar fuq il-ħiliet li hemm domanda għalihom minħabba
avvanzi teknoloġiċi fl-industrija tax-xogħol tal-metall. –
It-taħriġ fl-intraprenditorija u
l-amministrazzjoni tan-negozju: Dan il-kors
għandu fil-mira 30 ħaddiem u l-għan li jipprovdi
lill-parteċipanti bil-ħiliet bażiċi għat-tmexxija ta'
negozju żgħir. Dan se jkopri elementi bħall-ippjanar, it-twettiq
ta' studji ta' fattibilità, preparazzjoni ta' pjanijiet ta' negozju u kif
wieħed joħloq il-finanzi. Miżuri ta’ akkumpanjament –
Għajnuna intensiva għat-tiftix
tax-xogħol: Dan se jinvolvi tiftix intensiv
għall-impjieg (inkluża riċerka attiva għall-opportunitajiet
ta' xogħol lokali u reġjonali) u t-tqabbil ta’ impjiegi disponibbli
ma' dawk li qed ifittxu impjieg. Dan se jinkludi l-possibbiltà li wieħed
ikun akkumpanjat minn konsulent tal-pariri matul it-tħejjija
għall-intervisti għax-xogħol. –
Tutelaġġ wara l-integrazzjoni
mill-ġdid fix-xogħol: Dan se jipprevjeni
l-possibiltà ta' problemi fl-impjiegi l-ġodda: il-ħaddiema integrati
mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol se jkunu ggwidati matul l-ewwel xhur
tal-impjiegi l-ġodda tagħhom bħala impjegati jew ħaddiema
indipendenti. –
Akkompanjament lejn ċertifikazzjoni ta'
esperjenza preċedenti. Dan ikopri l-evalwazzjoni
tat-tagħrif li l-ħaddiem kellu minn qabel u l-esperjenza ta' kull
ħaddiem individwali kif ukoll l-identifikazzjoni tal-oqsma li
jeħtieġu aktar taħriġ. –
Għajnuna għat-tiftix ta'
opportunitajiet ta' impjieg indipendenti.
Il-ħaddiema li jixtiequ jibdew mill-ġdid bħala impjegati
għal rashom se jiġu offruti dan is-servizz li jinkludi riċerka
attiva tal-opportunitajiet ta' impjieg indipendenti lokali u reġjonali u
t-tqabbil tal-opportunitajiet disponibbli mal-kandidati. –
Taħriġ fuq il-post tax-xogħol: Il-parteċipanti se jitħarrġu f'ħiliet
professjonali ġodda minn għalliema pprovduti mill-intapriżi li
jipparteċipaw fil-miżura. Se jingħataw ukoll l-opportunità li
jiksbu ftit esperjenza permezz ta' skema ta' apprentistat ta' bejn xahar u
tliet xhur. Inċentivi –
Benefiċċju għat-tiftix ta’
impjieg: Il-ħaddiema li jispiċċaw
ir-rotta miftiehma għall-inseriment mill-ġdid fl-impjieg se
jirċievu benefiċċju ta' EUR 400. Il-benefiċċju
ser jinqasam f’diversi porzjonijiet li għandhom jitħallsu ladarba
l-parteċipant jilħaq stadji rilevanti fir-rotta personalizzata
tiegħu/tagħha. –
Kontribuzzjoni għall-ispejjeż
tal-ivvjaġġar: Il-ħaddiema li
jipparteċipaw fil-miżuri se jirċievu sa EUR 180 bħala
kontribuzzjoni għall-ispejjeż tagħhom tal-ivvjaġġar. –
Inċentivi għar-rikollokament: Se jitħallas sussidju ta' EUR 200 fix-xahar mal-paga
għal massimu ta' sitt xhur lil dawk il-ħaddiema li jmorru lura
għax-xogħol bħala impjegati jew bħala ħaddiema
indipendenti. Is-sussidju huwa maħsub biex jinkoraġġixxi
r-riintegrazzjoni mgħaġġla tagħhom fis-suq tax-xogħol
u biex jistimula lill-ħaddiema, partikolarment dawk li huma
mdaħħlin fl-età, biex dawn jibqgħu fis-suq tax-xogħol. –
Għajnuna għal dawk li jieħdu
ħsieb ta' persuni dipendenti: Ħaddiema
b'persuni dipendenti (tfal, anzjani jew persuni b'diżabbiltà) se
jirċievu 50 % tal-ispejjeż involuti kull xahar sa massimu ta'
EUR 300, bil-kundizzjoni li jipparteċipaw fil-miżuri. Dan
għandu l-għan li jkopri l-ispejjeż addizzjonali li jiffaċċjaw
il-ħaddiema li għandhom responsabbiltajiet ta' kura sabiex
jagħmlu użu mit-taħriġ jew miżuri oħra. –
Benefiċċju għat-taħriġ
fuq il-post tax-xogħol: Il-parteċipanti
fil-miżura tat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol se
jirċievu EUR 300 fix-xahar waqt li jkunu qed jipparteċipaw
fil-miżura. 27. In-nefqa
għall-implimentazzjoni tal-FEG, li hija inkluża fl-applikazzjoni
skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri
attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll kif ukoll tagħrif u
pubbliċità. 28. Is-servizzi personalizzati
ppreżentati mill-awtoritajiet Spanjoli huma miżuri attivi
għas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli
definiti permezz tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.
L-awtoritajiet Spanjoli jistmaw li l-ispejjeż totali se jkunu EUR 3 121 900,
li minnhom in-nefqa għal servizzi personalizzati tkun EUR 3 001 900
u dik għall-implimentazzjoni tal-FEG tkun EUR 120 000 (3,84 %
tal-ammont totali). Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-FEG hija ta’
EUR 2 029 235 (65 % tal-ispejjeż totali). Azzjonijiet || Għadd stmat ta’ ħaddiema identifikati || Spiża stmata għal kull ħaddiem identifikat (f’EUR) || Spejjeż totali (il-FEG u l-kofinanzjament nazzjonali) (f'EUR) Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Informazzjoni u sessjoni ta' merħba: (Acogida y diagnóstico inicial) || 450 || 90 || 40 500 Sessjonijiet ta' ħidma preparatorja: (Medidas de sensibilización) || 280 || 180 || 50 400 Pariri dwar ix-xogħol (Orientación laboral por cuenta agena) || 400 || 600 || 240 000 Akkompanjament lejn il-ħolqien tan-negozju jew l-impjieg indipendenti: (Orientación laboral para el autoempleo) || 50 || 800 || 40 000 Taħriġ lejn ċertifikazzjoni ESO. (Formación en competencias básicas). || 50 || 3 600 || 180 000 Taħriġ dwar it-tekniki tat-tiftix tax-xogħol: (Formación para la activación laboral) || 250 || 400 || 100 000 Taħriġ dwar kompetenzi orizzontali: (Formación transversal) || 150 || 1 800 || 270 000 Taħriġ f'ħiliet vokazzjonali (Formación para la recualificación profesional fuera del sector) || 180 || 2 400 || 432 000 Taħriġ għall-aġġornament tal-ħiliet (Formación de especialización dentro del sector) || 80 || 3 600 || 288 000 It-taħriġ fl-intraprenditorija u l-amministrazzjoni tan-negozju: (Formación en autoempleo) || 30 || 2 400 || 72 000 Għajnuna intensiva fit-tiftix tax-xogħol (Apoyo a la recolocación) || 350 || 1 600 || 560 000 Tutelaġġ wara l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol: (Seguimiento en el empleo) || 180 || 300 || 54 000 Akkompanjament lejn iċ-ċertifikazzjoni ta' esperjenza preċedenti. (Dispositivo de acreditación de certificaciones) || 150 || 300 || 45 000 Għajnuna għat-tiftix ta' opportunitajiet ta' impjieg indipendenti. (Búsqueda de oportunidades de negocio) || 30 || 3 000 || 90 000 Taħriġ fuq il-post tax-xogħol (Prácticas en empresas) || 100 || 300 || 30 000 Benefiċċju għat-tiftix tax-xogħol (Incentivo a la participación activa) || 300 || 400 || 120 000 Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar (Beca de desplazamiento) || 400 || 180 || 72 000 Inċentivi għar-rikollokament (Incentivo para la reinserción laboral) || 150 || 1 200 || 180 000 Għajnuna għal min jieħu ħsieb persuni dipendenti: (Incentivo para la conciliación) || 40 || 1 200 || 48 000 Benefiċċju għat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol: (Beca para periodos de prácticas en empresas) || 100 || 900 || 90 000 Subtotal tas-servizzi personalizzati || || 3 001 900 Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006) Ġestjoni || || 66 000 Tagħrif u pubbliċità || || 22 000 Attivitajiet ta’ kontroll || || 32 000 Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG || || 120 000 Total tal-ispejjeż stmati || || 3 121 900 Kontribuzzjoni tal-FEG (65 % tal-ispejjeż totali) || || 2 029 235 29. Spanja tikkonferma li
l-miżuri deskritti hawn fuq huma kumplimentari għall-azzjonijiet
iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li l-miżuri qegħdin hemm biex
jipprevjenu l-għoti doppju ta' fondi. Id-data/dati ta' meta bdew jew meta huwa
maħsub li jibdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema
affettwati 30. Spanja bdiet toffri s-servizzi
personalizzati għall-ħaddiema affettwati li huma inklużi
fil-pakkett koordinat propost lill-FEG għall-kofinanzjament fit-23 ta' Marzu 2012.
Din id-data, għalhekk, tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta'
eliġibbiltà għal kull għajnuna li tista' tingħata mill-FEG. Proċeduri għall-konsultazzjoni
mal-imsieħba soċjali 31. Il-pakkett ta’ miżuri
mmirat lejn l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol tal-ħaddiema
ssensjati fl-intrapriżi tal-manifattura ta’ prodotti tal-metall
iffabbrikat, għajr makkinarju u tagħmir, f’Galicia kien ippjanat
b'kollaborazzjoni mal-kumitat nru 2 tad-Djalogu Soċjali f'Galicia li
huwa l-kumitat inkarigat mill-miżuri ta' sostenn għall-industrija
tal-bini tal-vapuri f'Galicia. Id-Djalogu Soċjali f’Galicia huwa trijalogu
bejn it-trejdjunjins UGT, CCOO u CIG, l-għaqda tal-impjegati CEG u l-Xunta
de Galicia. Is-sottokumitat tal-bini tal-bastimenti fi ħdan id-Djalogu
Soċjali f’Galicia se jissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri u
r-riżultati tagħhom. 32. L-awtoritajiet Spanjoli
kkonfermaw li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u dawk tal-UE dwar is-sensji kollettivi. Tagħrif dwar azzjonijiet li huma
obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi 33. Fir-rigward tal-kriterji li
jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006,
l-awtoritajiet Spanjoli fl-applikazzjoni tagħhom: · ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tissostitwixxix
miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji bis-saħħa
tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi; · urew bil-provi li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ
għall-ħaddiema individwali u mhumiex se jintużaw
għar-ristrutturar tal-kumpaniji jew tas-setturi; · ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma
jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE. Sistemi ta' ġestjoni u kontroll 34. Spanja nnotifikat
lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita u
kkontrollata mill-istess entitajiet li jiġġestixxu u jikkontrollaw
il-fondi tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fi Spanja. Il-Xunta de Galicia u
partikolarment il-Consellería de Facenda - Dirección Xeral de Planificación e
Fondos bil-koperazzjoni ma' Consellería de Traballo e Benestar - Dirección
Xeral de Relacións Laborais se tkun l-entità intermedjarja għall-awtorità
amministrattiva. Finanzjament 35. Fuq il-bażi
tal-applikazzjoni ta' Spanja, il-kontribuzzjoni proposta mill-FEG
għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati (inkluża
n-nefqa biex jiġi implimentat il-FEG) hija ta' EUR 2 029 235,
li tirrappreżenta 65 % tal-ispiża totali. L-allokazzjoni
proposta mill-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq
it-tagħrif li tat Spanja. 36. B'kunsiderazzjoni tal-ammont
massimu possibbli ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont
l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll
tal-kamp ta' applikazzjoni tal-allokazzjoni mill-ġdid ta'
approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG
għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat
skont l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju. 37. L-ammont propost ta'
kontribuzzjoni finanzjarja jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont
annwali massimu allokat għall-FEG jibqa' disponibbli biex ikun allokat
matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12(6)
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. 38. Permezz
tal-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex timmobilizza l-FEG,
il-Kummissjoni qiegħda tniedi l-proċedura ssimplifikata ta'
trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006,
sabiex tikseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità
baġitarja dwar il-ħtieġa li jintuża l-FEG u l-ammont
meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda
miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq
ftehim dwar l-abbozz tal-proposta għall-mobilizzazzjoni biex, f'livell
politiku xieraq, tgħarraf lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni
bl-intenzjonijiet tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi
waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja,
għandha tissejjaħ laqgħa formali ta' trijalogu. 39. B’mod separat, il-Kummissjoni
tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex fil-baġit għall-2012
iddaħħal approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji,
kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Sors tal-approprjazzjonijiet
għall-ħlas 40. Se jintużaw
approprjazzjonijiet mil-linja baġitarja tal-FEG biex ikopru l-ammont
meħtieġ għal din l-applikazzjoni ta' EUR 2 029 235. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28
tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina
baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (l-applikazzjoni EGF/2011/019
ES/Galicia Metal, imressqa minn Spanja) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw il-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[19],
u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006
li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni[20],
u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea[21], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi
appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw
is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ
dinji minħabba l-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna
fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. (2) Il-kamp ta' applikazzjoni
tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009
sat-30 ta' Diċembru 2011 biex jinkludi appoġġ
għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat
dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali. (3) Il-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG fi
ħdan il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. (4) Spanja ressqet applikazzjoni
għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tat-878 sensja f'35 intrapriża
li joperaw fid-Diviżjoni 25 Reviżjoni 2 tan-NACE
("Manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, għajr makkinarju u
tagħmir") fir-reġjun NUTS II ta' Galicia (ES11), fit-28 ta’ Diċembru 2011
u ssupplimentata b'informazzjoni addizzjonali sat-28 ta' Mejju 2012.
Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni
tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet
proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 2 029 235. (5) Il-FEG għandu,
għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni
finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja, ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi
mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 029 235
f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-pagamenti. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew, Għall-Kunsill, Il-President Il-President [1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1. [2] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1. [3] Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li
jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet
ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament
tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar
setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006,
p. 1). [4] B'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. [5] http://www.cesa.eu/links_downloads#
(rapporti annwali). [6] http://www.gernaval.org/ (rapporti
annwali). [7] It-Tunnellaġġ Gross Kumpensat (TGK) jindika
l-ammont ta' xogħol meħtieġ sabiex jinbena vapur u huwa
kkalkulat bil-multiplikazzjoni tat-tunnellaġġ ta' vapur
b'koeffiċjent, li huwa ddeterminat skont it-tip u d-daqs tal-vapur
partikolari. [8] COM(2010) 451, COM(2010) 631, COM(2011)
251 u COM(2012) 272 rispettivament. [9] Il-kategoriji huma msejsa fuq l-Istandard
Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni (ISCED-97). [10] Asociación de Industriales
Metalúrgicos de Galicia (ASIME). [11] Confederación de Empresarios de
Galicia (CEG). [12] Fundación Galega do Metal para a
Formación, Cualificación e Emprego. [13] Federación del Metal,
Construcción y Afines de la Unión General de Trabajadores de Galicia (MCA-UGT
Galicia). [14] Comisiones Obreras Galicia (CCOO
Galicia). [15] Confederación Intersindical Galega. [16] COM(2010) 437 finali [17] Título de graduado en educación
secundaria obligatoria para personas mayores de dieciocho años. [18] Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006
dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. ĠU
L 394/10, 30.12.2006. [19] ĠU C 139, 14.6.2006,
p. 1. [20] ĠU L 406, 30.12.2006,
p. 1. [21] ĠU C […], […], p. […].