This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0294
Proposal for a COUNCIL REGULATION terminating the partial interim review and the expiry review concerning the anti-dumping measures applicable on imports of certain plastic sacks and bags originating in the People's Republic of China and Thailand imposed by Regulation (EC) No 1425/2006
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali u r-reviżjoni ta’ skadenza dwar il-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja imposti bir-Regolament (KE) Nru 1425/2006
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali u r-reviżjoni ta’ skadenza dwar il-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja imposti bir-Regolament (KE) Nru 1425/2006
/* COM/2012/0294 final - 2012/0155 (NLE) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali u r-reviżjoni ta’ skadenza dwar il-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja imposti bir-Regolament (KE) Nru 1425/2006 /* COM/2012/0294 final - 2012/0155 (NLE) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA ·
Ir-raġunijiet għall-proposta u
l-għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna
l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet
li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri
tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku")
fil-proċediment li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ċerti
xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina u mit-Tajlandja. ·
Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest
tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u tirriżulta minn
investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u
proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. ·
Id-dispożizzjonijiet eżistenti
fil-qasam tal-proposta Bir-Regolament (KE) Nru 1425/2006[1], il-Kunsill impona dazju
definittiv tal-anti-dumping li jvarja minn 4,3% sa 28,8% fuq
l-importazzjonijiet ta’ xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw
mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) u minn 5,1% għal
14,2% għat-Tajlandja. Dan ir-Regolament imbagħad ġie emendat
bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1356/2007[2], (KE) Nru 249/2008[3] u (KE) Nru 189/2009[4] u bir- Regolamenti ta’
Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 474/2011[5] u (UE) Nru 475/2011[6]. ·
Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet
oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI
U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT ·
Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-partijiet interessati kkonċernati
bil-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi
tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet
tar-Regolament bażiku. ·
Il-ġbir u l-użu
tal-ispeċjalizzazzjoni Ma kienx hemm bżonn ta’ esperti esterni. ·
Il-valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta tirriżulta
mill-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma fihx
dispożizzjonijiet għal valutazzjoni ġenerali tal-impatt
iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jeħtieġ li
jiġu vvalutati. 3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA ·
Taqsira tal-azzjoni proposta Fuq talba ta' Greenwood Houseware (Zhuhai)
Ltd, esportatur stabbilit fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina,
fil-21 ta’ Settembru 2010 tnediet reviżjoni interim
limitata fl-ambitu tagħha għall-eżami tad-dumping. Fis-27 ta' Settembru 2011,
il-Kummissjoni ħabbret it-tnedija ta’ reviżjoni tal-iskadenza
tal-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet
ta’ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw mir-Repubblika
Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja. Ir-reviżjoni tal-iskadenza nbdiet wara li
ġiet ippreżentata talba ssostanzjata minn 44 produttur
tal-Unjoni, li flimkien jirrappreżentaw madwar 30 % tal-produzzjoni
totali stmata tal-Unjoni ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik.
L-għan ta’ din l-investigazzjoni kien li jiġi eżaminat jekk
l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fit-tkomplija tad-dumping
u ħsara jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fir-reviżjoni tal-iskadenza, il-livell
baxx ta' koperazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni ma waqqafx lill-Kummissjoni
milli tikkostitwixxi kampjun rappreżentattiv sabiex tevalwa jekk
il-kondizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3(2) u
l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku humiex sodisfatti. Wara dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ma
kinitx f'pożizzjoni li tikkonkludi dwar l-effett tal-allegat dumping fuq
l-industrija tal-Unjoni u għalhekk tipproponi li l-investigazzjoni
tintemm. Billi ir-reviżjoni interim msemmija hawn fuq hija għalhekk
bla skop, din għandha tintemm ukoll. Għalhekk hu propost li l-Kunsill jadotta
l-proposta għal Regolament mehmuża, li għandha tiġi
ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mill-iktar
fis possibbli. ·
Il-bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni
kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn
pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. ·
Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' taħt il-kompetenza
esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-prinċipju
tas-sussidjarjetà ma japplikax. ·
Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-forma tal-azzjoni hija deskritta
fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal
deċiżjoni nazzjonali. Mhijiex applikabbli indikazzjoni ta’ kif
il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet
nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi
u ċ-ċittadini jiġi mminimizzat u jkun proporzjonat mal-għan
tal-proposta. ·
L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: regolament. Mezzi oħra ma jkunux adegwati
minħabba r-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix
għażliet alternattivi. 4. L-IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma fiha ebda implikazzjoni
għall-baġit tal-Unjoni. 2012/0155 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali u
r-reviżjoni ta’ skadenza dwar il-miżuri tal-anti-dumping applikabbli
għall-importazzjonijiet ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li
joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja
imposti bir-Regolament (KE) Nru 1425/2006
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar
il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’
dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament
bażiku”) u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2), (3), (5) u (6)u
l-Artikolu (9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata
mill-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni") wara li ġie
kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. IL-PROĊEDURA 1. Il-miżuri fis-seħħ (1) Permezz tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1425/2006[7]
il-Kunsill impona dazju tal-anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’
ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina ("RPĊ") u mit-Tajlandja. (2) Dan ir-Regolament
imbagħad ġie emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1356/2007[8],
(KE) Nru 249/2008[9]
u (KE) Nru 189/2009[10]
u bir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 474/2011[11] u (UE) Nru 475/2011[12]. 2. It-talbiet
għar-reviżjonijiet u t-tnedija (3) Fit-18 ta' Mejju 2010,
il-Kummissjoni rċeviet talba għal reviżjoni interim parzjali
tar-Regolament (KE) Nru 1425/2006 minn Greenwood Houseware (Zhuhai) Ltd,
produttur esportatur ta’ ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik
fir-RPĊ ("l-applikant"). (4) Sussegwentement, wara
l-pubblikazzjoni ta’ Avviż ta’ skadenza imminenti tal-miżuri
definittivi tal-anti-dumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet,
skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, talba għal
reviżjoni tal-iskadenza, li tressqet
fit-30 ta’ Ġunju 2011. (5) It-talba tressqet minn
44 produttur tal-Unjoni, li flimkien jirrappreżentaw madwar 30 %
tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni ta’ ċerti xkejjer u basktijiet
tal-plastik. (6) It-talba ssejset fuq
ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal
għat-tkomplija tad-dumping u ħsara jekk il-miżuri jitħallew
jiskadu. (7) Wara konsultazzjoni
mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ddeterminat, li kien hemm
biżżejjed evidenza biex tiġi ġġustifikata t-tnedija
ta' reviżjoni interim parzjali u reviżjoni ta’ skadenza u
ħabbret it-tnedija tar-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3)
tar-Regolament bażiku u reviżjoni tal-iskadenza skont
l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku b'avviż ippubblikat
fil-21 ta' Settembru 2010 u
fis-27 ta' Settembru 2011 rispettivament f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 3. L-investigazzjonijiet 3.1. Il-perjodi ta' investigazzjoni (8) L-investigazzjoni
tar-reviżjoni tal-iskadenza tat-tkomplija jew tar-rikorrenza ta’ dumping u
ħsara kopriet il-perjodu ta' bejn l-1 ta’ Lulju 2010 u
t-30 ta’ Ġunju 2011 ("il-perjodu tal-investigazzjoni
tar-reviżjoni" jew "PIR"). L-eżami tax-xejriet
rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza
ta’ ħsara kopra l-perjodu ta' bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u
t-tmiem tal-PIR (“il-perjodu kkunsidrat”). (9) Il-perjodu
tal-investigazzjoni tar-reviżjoni għar-reviżjoni interim
parzjali li huwa limitat fl-ambitu għall-eżami ta' dumping
fir-rigward ta' Greenwood Houseware (Zhuhai) Ltd. kopriet il-perjodu ta' bejn
l-1 ta’ April 2009 u t-30 ta’ Ġunju 2010. 3.2. Il-prodott ikkonċernat u l-prodott
simili (10) Il-prodott ikkonċernat
fiż-żewġ investigazzjonijiet huwa l-ixkejjer u l-basktijiet
tal-plastik li bħala piż fihom mill-anqas 20 % f’polietilina u
ta' folja li l-ħxuna tagħha ma taqbiżx il-100 mikrometru
(μm), li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajlandja ("il-prodott
ikkonċernat"), li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċijiet NM
ex 3923 21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90. (11) Safejn huwa kkonċernat
il-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq tal-Unjoni, ma setgħu jsiru
l-ebda sejbiet konklussivi fir-rigward tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament
bażiku, minħabba l-koperazzjoni insuffiċjenti tal-industrija
tal-Unjoni fir-reviżjoni tal-iskadenza (ara t-Taqsima B hawn
taħt). (12) Safejn huwa kkonċernat
il-prodott magħmul u mibjugħ fis-suq domestiku mill-applikant,
għar-reviżjoni interim, kif ukoll il-prodott magħmul u
mibjugħ f’pajjiż analogu potenzjali fil-qafas tar-reviżjoni
interim, huwa nnotat li l-investigazzjoni ma waslet għall-ebda
konklużjoni minħabba t-tmiem taż-żewġ
investigazzjonijiet attwali u r-revoka tal-miżuri eżistenti (ara
s-sezzjoni B hawn taħt). 3.3. Il-partijiet ikkonċernati
mill-investigazzjoni (13) Il-Kummissjoni avżat
uffiċjalment lil Greenwood Houseware (Zhuhai) Ltd u
lir-rappreżentanti tar-RPĊ dwar it-tnedija tar-reviżjoni interim
parzjali li fl-ambitu kienet limitata għall-eżami ta' dumping.
Iż-żewġ partijiet interessati ngħataw l-opportunità li
jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta'
smigħ fil-limitu taż-żmien stabbilit fin-Notifika ta' tnedija. (14) Il-Kummissjoni avżat
uffiċjalment lill-produtturi tal-Unjoni li ppreżentaw it-talba
għar-reviżjoni tal-iskadenza, lill-produtturi magħrufa
l-oħra tal-Unjoni u lill-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni,
lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li
huma kkonċernati kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom. Il-produtturi
fil-pajjiżi analogi possibbli, jiġifieri l-Indja, l-Indoneżja,
il-Malażja, it-Turkija u l-Istati Uniti u r-rappreżentanti
tar-RPĊ u t-Tajlandja kienu wkoll infurmati bit-tnedija tar-reviżjoni
tal-iskadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jesprimu
l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta' smigħ fil-limitu
taż-żmien stabbilit fl-Avviż ta' tnedija. (15) Il-partijiet interessati
kollha li talbu dan u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari
għalfejn għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta ta’
smigħ. 3.4 Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni (16) Minħabba l-għadd
kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti fl-investigazzjoni tal-iskadenza,
l-applikazzjoni tal-kampjunar kienet prevista fl-Avviż rilevanti ta'
tnedija skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. 3.4.1 Deskrizzjoni
tal-industrija tal-Unjoni (17) Is-settur tal-produzzjoni
tal-ixkejjer u l-basktijiet tal-plastik fl-Unjoni huwa ferm frammentat
b'għadd kbir ta' produtturi ta' daqsijiet differenti, inkluż settur
kbir ta' produtturi żgħar mifruxa f'bosta Stati Membri. (18) L-informazzjoni
pprovduta fit-talba fl-istadju tat-tnedija indikat li kumpaniji kbar u medji
jirrappreżentaw madwar 25 % tal-produtturi li kkoperaw u madwar
70 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-produtturi li kkoperaw. Għalhekk,
kumpaniji żgħar, irrappreżentaw madwar 75 % tal-produtturi
li kkoperaw u madwar 30 % tal-produzzjoni tagħhom. (19) Barra
minn hekk, l-informazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-Unjoni hija mifruxa fost
diversi Stati Membri, iżda hija kkonċentrata l-iżjed fi Franza,
fil-Ġermanja, fi Spanja u fl-Italja. 3.4.2
Il-metodoloġija tal-kampjunar (20) L-Artikolu 3(2)
tar-Regolament bażiku jeħtieġ li d-determinazzjoni ta'
ħsara tkun ibbażata fuq evidenza pożittiva u li tkun tinvolvi
determinazzjoni oġġettiva ta', inter alia, l-impatt
tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija
tal-Unjoni. Kull sejba ta' ħsara u l-informazzjoni miġbura għal
dak il-għan ikollhom għalhekk ikunu rappreżentattivi biex
jirriflettu s-sitwazzjoni tal-industrija kollha tal-Unjoni. (21) Isegwi li
fl-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni kellu jiġi kkunsidrat
il-livell għoli ta’ frammentazzjoni tas-settur tal-ixkejjer u l-boroż
tal-plastik. Ġie kkunsidrat li, sabiex ikun hemm konklużjonijiet li
jkunu rappreżentattivi għall-industrija tal-Unjoni kollha, hemm
bżonn li jiġi żgurat ukoll li s-sitwazzjoni tal-kumpaniji
ż-żgħar tintwera kif xieraq. (22) Konsegwentement, għall-għażla ta' kampjun
rappreżentattiv tal-produtturi tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni li kkoperaw
kienu maqsuma f'żewġ segmenti bbażati fuq il-volum
tal-produzzjoni annwali tagħhom: kumpaniji kbar u medji bi produzzjoni ta'
aktar minn 15,000 tunnellata fuq naħa u kumpaniji żgħar bi
produzzjoni taħt il-15,000 tunnellata fuq in-naħa l-oħra.
Kien previst li l-kampjunar isir mill-akbar kumpaniji fi ħdan kull
segment. (23) Barra minn hekk, il-firxa
ġeografika tal-produtturi fost l-Istati Membri kif deskritt
fil-premessa (19) tqieset ukoll. 3.4.3 Il-proċedura
għall-għażla tal-kampjun proviżorju (24) Il-proċedura
għall-kisba tal-informazzjoni meħtieġa
għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni rriżultat
mill-informazzjoni miksuba fl-istadju tat-tnedija. Barra minn hekk, l-avviż
ta' tnedija stieden lill-produtturi l-oħrajn kollha sabiex
jippreżentaw irwieħhom jekk dawn jixtiequ jkunu parti mill-kampjun.
Wara l-pubblikazzjoni ta' Avviż ta' tnedija, l-ebda kumpanija ma
kkuntattjat lill-Kummissjoni biex tkun inkluża fil-kampjun. (25) Bħala
riżultat tal-kriterji spjegati fil-premessi (20) sa (23),
intgħażlu ħames produtturi tal-Unjoni li joperaw f’erba’ Stati
Membri biex ikunu fil-kampjun. Dawn kienu l-akbar produtturi f'kull wieħed
miż-żewġ segmenti meta tqis id-daqs u l-lokazzjoni
ġeografika. Tliet kumpaniji fil-kampjun jappartjenu lis-segment
tal-kumpaniji l-kbar u medji u tnejn lis-segment tal-kumpaniji
ż-żgħar. (26) Il-kumpaniji
magħżula jirriflettu wkoll il-firxa ġeografika fost l-Istati
Membri f’termini ta’ produzzjoni, bil-Ġermanja u Franza
jirrappreżentaw il-kumpaniji li joperaw fis-segment tal-kumpaniji kbar u
medji u Spanja u l-Italja dawk li joperaw fis-segment tal-kumpaniji ż-żgħar. (27) B'hekk,
il-kampjun magħżul rrappreżenta 22,5% tal-produzzjoni totali
tal-ixkejjer u l-basktijiet tal-plastik tal-produtturi li kkoperaw u 12,3%
tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni, ibbażata fuq iċ-ċifri
tal-produzzjoni totali tal-Unjoni rrappurtati fit-talba. (28) Fl-istadju tat-tnedija,
il-produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha ġew infurmati
bil-kompożizzjoni tal-kampjun proviżorju u ngħataw
il-possibbiltà li jikkummentaw. Ma wasal l-ebda kumment. B. IL-QAGĦDA
TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI (29) Huwa mfakkar li
d-determinazzjoni ta' ħsara għandha tkun valutazzjoni, bbażata
fuq l-evidenza, tal-effett tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta'
dumping fuq l-industrija tal-Unjoni. (30) Għaldaqstant,
il-frammentazzjoni tal-industrija kellha tiġi kkunsidrata fil-kampjun u
barra minn hekk intbagħtu kwestjonarji li rrikjedew dejta ġenerali
prinċipalment rigward l-indikaturi makroekonomiċi għal kull Stat
Membru lill-Assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni magħrufa
kollha sabiex tinkiseb it-tagħrif meħtieġ. (31) Fir-rigward tal-kampjun
tal-produtturi tal-Unjoni, il-livell tar-rappreżentattività kien serjament
affettwat mill-fatt li l-akbar produttur fil-kampjun li jopera fis-segment
tal-kumpaniji kbar u medji u produttur wieħed li jopera f'dak tal-kumpaniji
ż-żgħar infurmaw lill-Kummissjoni li ma jixtiequx jirrispondu
għall-kwestjonarju. Dan kien ifisser li tlieta biss fost ħames
kumpaniji fil-kampjun komplew jikkoperaw u li l-ebda tagħrif jew biss ftit
tagħrif parzjali ġie pprovdut għas-segmenti identifikati u l-Istati
Membri produtturi. (32) Għaldaqstant, saru bosta
tentattivi biex jintagħżel kampjun rappreżentattiv ġdid li
jirrispetta l-metodoloġija tal-għażla spjegata
fil-premessi (17) sa (28). (33) F'dan
ir-rigward, b'kollox ġew identifikati sitt produtturi tal-Unjoni
addizzjonali, li kienu esprimew ir-rieda tagħhom li jitteħdilhom
kampjun, bħala sostituti possibbli għaż-żewġ kumpaniji
li kienu rtiraw il-koperazzjoni tagħhom mill-kampjun. Dawn is-sitt
kumpaniji addizzjonali ġew avviċinati u ntalbu jikkoperaw billi
jimlew il-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni. (34) Minn dawn is-sitt produtturi
tal-Unjoni addizzjonali li ġew avviċinati, produttur wieħed biss
li jirrappreżenta s-segment tal-kumpaniji kbar u medji, eventwalment
aċċetta li jikkopera. Ma nstab l-ebda sostitut li jirrappreżenta
l-produzzjoni fil-Ġermanja, wieħed mill-akbar Stati Membri f’termini
ta’ produzzjoni ta' xkejjer u basktijiet tal-plastik. (35) Għalhekk, ma kienx
possibbli li jintagħżel kampjun ġdid skont l-Artikolu 17(4)
tar-Regolament bażiku, għaliex ir-rekwiżit
tar-rappreżentattività fit-termini tas-segmenti identifikati u l-Istati
Membri produtturi, ma setax jiġi sodisfatt. (36) Minħabba l-ftit koperazzjoni
min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ma setax
jiġi raġonevolment konkluż li d-dejta miġbura
mill-kumpaniji li kkoperaw kienet tirrifletti l-qadgħa tal-industrija
tal-Unjoni kollha u għalhekk ma kienx possibli li jiġi vvalutat jekk
il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament
bażiku ġewx sodisfatti. (37) Wara t-tentattivi biex
jintgħażel kampjun ġdid, grupp wieħed ta’ produtturi tenna
l-impenn tiegħu li jieħu sehem attiv fir-reviżjoni
tal-iskadenza, biex b'hekk reġa' stqarr l-importanza għall-industrija
tal-Unjoni li l-miżuri tal-anti-dumping fis-seħħ jibqgħu
tali. Dan il-grupp ta' produtturi esprima d-dispjaċir tiegħu li
wieħed biss fosthom kien mistieden mill-Kummissjoni biex jimla
l-kwestjonarju. F’dan il-kuntest għandu jiġi nnutat li r-rieda ta'
dawn il-kumpaniji li jikkoperaw ġiet ikkunsidrata bis-sħiħ u
dawn ġew inklużi kollha fil-grupp tal-kumpaniji li kienu kkunsidrati
għall-għażla tal-kampjun il-ġdid. Huwa mfakkar, madankollu,
li sabiex tiġi żgurata r-rappreżentattività meħtieġa,
l-għażla tal-metodu, kif deskritt fil-premessa (17) sa (28),
kellha tiġi rispettata wkoll fil-kampjun il-ġdid. Billi waħda
biss mill-kumpaniji ta' dan il-grupp kienet tissodisfa l-kriterji msemmija hawn
fuq, dik il-kumpanija biss setgħat tkun mistiedna biex tkunu parti
mill-kampjun. Il-kumpaniji l-oħra kienu ta' daqs jew kienu jinsabu fi
Stati Membri li diġà kienu rappreżentati biżżejjed
fil-kampjun. (38) Ċertu tagħrif dwar
il-produzzjoni fil-pajjiż kollu, iċ-ċifri tal-bejgħ u makro
indikaturi ewlenin oħra wasal mill-assoċjazzjonijiet nazzjonali
tal-Pajjiżi l-Baxxi, Spanja, l-Italja u b'mod parzjali, Franza.
Madankollu, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Konvertituri tal-Plastik (European
Plastics Converters Association) ma pprovdietx it-tagħrif mitlub
fil-kwestjonarju speċifiku mibgħut lilha u għalhekk, ma
setgħet tinġabar l-ebda dejta konklussiva dwar il-livell
makroekonomiku madwar l-Unjoni. C IT-TMIEM TAL-PROĊEDIMENTI (39) Fid-dawl
ta' dan t'hawn fuq u skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament bażiku,
ir-reviżjoni tal-iskadenza li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’
basktijiet tal-plastik mir-RPĊ u mit-Tajlandja għandhom jintemmu. (40) Il-livell baxx ta' koperazzjoni
min-naħa tal-produtturi tal-Unjoni u n-nuqqas ta' kampjun
rappreżentattiv ma ħalliex lill-Kummissjoni tivvaluta jekk ġewx
sodisfatti -kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 3(2) u
l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, ma jistax
jiġi konkluż jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ
aktarx se twassal għat-tkomplija jew ir-rikorrenza ta' ħsara u
għal dawn ir-raġunijiet l-investigazzjoni għandha tintemm. (41) Minn dan t'hawn fuq isegwi li
r-reviżjoni interim hija bla skop u għandha tintemm ukoll. (42) Il-partijiet kollha ġew
infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom kien
intiż li jiġi rrakkomandat it-tmiem taż-żewġ
investigazzjonijiet. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex jibagħtu
l-kummenti tagħhom wara dak l-iżvelar. Is-sottomissjonijiet u
l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kienu ġustifikati. (43) Parti interessata waħda
stqarret li peress li ġie propost li din ir-reviżjoni tintemm
minħabba n-nuqqas ta' koperazzjoni min-naħa tal-produtturi
tal-Unjoni, il-miżuri tal-anti-dumping għandhom jitħassru
b'effett retroattiv, jiġifieri mit-30 ta' Settembru 2011,
id-data meta l-miżuri fis-seħħ kellhom jiskadu inizjalment. (44) F'dan il-kuntest huwa mfakkar
li t-talba għar-reviżjoni saret mill-produtturi tal-Unjoni li
jirrappreżentaw aktar minn 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni
skont ir-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-Artikolu 11(2)
tar-Regolament bażiku jistipula espliċitament li l-miżuri
għandhom jibqgħu fis-seħħ sa ma joħroġ
ir-riżultat tar-reviżjoni. Madankollu, is-sejbiet imsemmija
fil-premessa (40), ma kellhomx impatt fuq il-legalità tat-tnedija
tar-reviżjoni, li jfisser li jibqgħu japplikaw
id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 11(2) li jistipulaw li l-miżuri
għandhom jibqgħu fis-seħħ sa ma joħroġ
ir-riżultat tar-reviżjoni. Għaldaqstant, dan l-argument kellu
jiġi rifjutat. (45) Għadd ta' produtturi
tal-Unjoni wieġbu wkoll għall-iżvelar billi stqarru li kienu
qegħdin jirtiraw bħala produtturi ilmentaturi. Madankollu,
b'kunsiderazzjoni tal-fatt li produtturi oħrajn tal-Unjoni żammew
il-pożizzjoni tagħhom u minħabba l-fatt li r-rekwiżiti ta' rappreżentattività
kif deskritti fil-premessa (5) ġew sodisfatti fil-waqt tat-tnedija
tal-każ, dan ma kienx se jkollu impatt fuq il-proċedura. (46) Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn
fuq, l-ebda mill-kummenti li waslu ma kien tali li jbiddel
il-konklużjonijiet ta’ hawn fuq. Huwa għalhekk konkluż li
l-proċediment tal-anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet
fl-Unjoni ta' ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik li joriġinaw
mir-RPĊ u mit-Tajlandja għandu jintemm u l-miżuri għandhom
jiġu revokati. Minn dan isegwi li r-reviżjoni interim li
għaddejja bħalissa u li hija msemmija fil-premessa (3), se tintemm
flimkien ma' din ir-reviżjoni ta’ skadenza ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-miżuri tal-anti-dumping li
jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti boroż u xkejjer
tal-plastik, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 3923
21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90, u li joriġinaw mir-Repubblika
Popolari taċ-Ċina u mit-Tajlandja huma b'dan revokati u
l-proċediment li jikkonċerna dawn l-importazzjonijiet huwa mitmum. Artikolu 2 Ir-reviżjoni interim parzjali
tal-miżuri tal-anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’
ċerti xkejjer u basktijiet tal-plastik, li attwalment jaqgħu
taħt il-kodiċijiet NM ex 3923 21 00, ex 3923 29 10 u ex 3923 29 90, u
li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li tnediet skont
l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, hija b'dan
mitmuma. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU
L 270, 29.09.2006, p. 4. [2] ĠU L 304, 22.11.2007, p. 5. [3] ĠU L 76, 19.03.2008, p. 8. [4] ĠU L 67, 12.3.2009, p. 5. [5] ĠU L 131, 18.05.2011, p. 2. [6] ĠU L 131, 18.05.2011, p. 10. [7] ĠU
L 270, 29.09.2006, p. 4. [8] ĠU L 304,
22.11.2007, p. 5. [9] ĠU L 76, 19.03.2008,
p. 8. [10] ĠU L 67, 12.3.2009,
p. 5. [11] ĠU L 131,
18.05.2011, p. 2. [12] ĠU L 131,
18.05.2011, p. 10.