Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0290

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2011/017 ES/Kostruzzjoni ta’ Aragón minn Spanja)

/* COM/2012/0290 final - 2012/ () */

52012PC0290

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2011/017 ES/Kostruzzjoni ta’ Aragón minn Spanja) /* COM/2012/0290 final - 2012/ () */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibbiltà, bil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju.

Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2].

Fit-28 ta' Diċembru 2011, Spanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2011/017 ES/Kostruzzjoni ta’ Aragón għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li diversi persuni ngħataw is-sensja fi 377 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 41 tan-NACE Reviżjoni 2 (“Kostruzzjoni ta’ binjiet”)[3] fir-reġjun NUTS II ta’ Aragón (ES24) fi Spanja.

Wara analiżi fil-fond ta' din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament huma ssodisfati.

SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI

Dejta ewlenija: ||

Nru ta' Referenza tal-FEG || FEG/2011/017

Stat Membru || Spanja

L-Artikolu 2 || (b)

Intrapriżi kkonċernati || 377

Reġjun NUTS II || Aragón (ES24)

Diviżjoni NACE Reviżjoni 2 || 41 (“Kostruzzjoni ta' binjiet”)

Perjodu ta’ referenza || 31.1.2011 – 31.10.2011

Data ta' bidu għas-servizzi personalizzati || 28.12.2011

Data tal-applikazzjoni || 28.12.2011

Sensji matul il-perjodu ta’ referenza || 836

Ħaddiema li ngħataw is-sensja li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri || 320

Nefqa għas-servizzi personalizzati (EUR) || 1 971 530

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG[4] (EUR) || 28 470

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (%) || 1,42

Baġit totali (EUR) || 2 000 000

Kontribuzzjoni tal-FEG (65 %) (EUR) || 1 300 000

1.           L-applikazzjoni tressqet quddiem il-Kummissjoni fit-28 ta’ Diċembru 2011 u kienet issupplimentata b'tagħrif addizzjonali sat-23 ta’ Marzu 2012.

2.           L-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għat-tħaddim tal-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u tressqet fil-limitu ta' żmien ta' 10 ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali maġġuri fl-andamenti tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni jew il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali

3.           Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, Spanja saħqet li s-settur tal-kostruzzjoni ntlaqgħat severament mill-kriżi. Is-self lis-settur tal-kostruzzjoni u lil individwi tnaqqas drastikament u d-domanda għal djar ġodda naqset minħabba tnaqqis fil-fiduċja tal-konsumatur u n-nuqqas ta' flus kontanti.

4.           Fil-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku tagħha, il-Kummissjoni kienet għarfet li bħala riżultat tal-kriżi, l-industrija tal-kostruzzjoni fl-UE rat tisbita fid-domanda. Id-dejta disponibbli tikkonferma t-tnaqqis sinifikanti fir-ritmu ekonomiku fis-settur tal-kostruzzjoni, li naqas fis-27 pajjiż tal-UE għal tmien kwarti konsekuttivi (Q1/2009 sa Q4/2010) meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena preċedenti, l-aktar minħabba t-tnaqqis fl-investiment privat fis-settur residenzjali.

5.           Fl-2009, il-produttività tal-kostruzzjoni fi Spanja segwiet l-istess xejra negattiva bħall-medja tal-UE-27. Madankollu, fl-2010 u fl-ewwel kwart tal-2011, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fis-settur tal-kostruzzjoni Spanjol kompla twiegħer.

|| || 2009 || || || 2010 || || || 2011 ||

|| Q1 || Q2 || Q3 || Q4 || Q1 || Q2 || Q3 || Q4 || Q1 || Q2 || Q3 || Q4

UE 27 || -12,8 || -11,3 || -12,0 || -8,7 || -8,6 || -0,9 || -1,8 || -2,5 || 1,1 || -2,8 || 1,5 || 1,5

ES || -10,9 || -11,6 || -17,8 || -4,2 || -12,9 || -7,0 || -34,9 || -27,5 || -36,6 || -27,9 || 5,6 || -3,5

          Sors: l-EUROSTAT

6.           Indikaturi oħra, bħall-għadd ta’ permessi tal-bini jew l-għadd ta’ binjiet mibdija, jagħtu aktar xhieda tat-tnaqqis fid-domanda għall-bini (djar) fi Spanja. L-għadd ta’ permessi tal-bini mogħtija fi Spanja naqas b’75,6 % fl-2009 u bi 82,8 % fl-2010 b’paragun mal-2007, li kienet l-aħħar sena ta’ qabel il-kriżi. L-għadd ta’ binjiet mibdija naqas bi 52,2 % fl-2009 b’paragun mal-2008 u b’76,7 % b’paragun mal-2007.

7.           L-argumenti ppreżentati fil-każijiet preċedenti[5] dwar is-settur tal-kostruzzjoni tal-binjiet u li fihom is-sensji kienu riżultat dirett tal-kriżi jibqgħu validi.

Turija tal-għadd ta’ sensji u konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(b)

8.           Spanja ressqet din l-applikazzjoni skont il-kriterji ta' intervenzjoni tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jitlob li jkun hemm mill-anqas 500 sensja fuq perjodu ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2 f'reġjun wieħed jew tnejn kontigwi fil-livell tan-NUTS II fi Stat Membru.

9.           L-applikazzjoni tindika 836 sensja fi 377 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 41 tan-NACE Reviżjoni 2 (“Kostruzzjoni ta' binjiet") fir-reġjun NUTS II ta’ Aragón (ES24) matul il-perjodu ta' referenza ta' disa’ xhur mill-31 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Ottubru 2011. Fost dawn is-sensji, 767 ġew ikkalkolati skont it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Skont it-tielet inċiż tal-istess paragrafu ġew ikkalkolati 69 sensja oħra. Il-Kummissjoni rċeviet il-konferma meħtieġa skont it-tielet inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(2) li dan huwa l-għadd attwali ta' sensji effettwati.

Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista ta' dawk is-sensji

10.         L-awtoritajiet Spanjoli jisħqu li l-kriżi finanzjarja u ekonomika wasslet għall-kollass f’daqqa waħda tal-ekonomija dinjija b’impatt enormi fuq ħafna setturi. In-natura tar-riċessjoni safejn tikkonċerna lis-settur tal-kostruzzjoni, flimkien mal-issikkar f'daqqa tal-kundizzjonijiet tal-aċċess għal kreditu finanzjarju u t-tnaqqis drammatiku fl-ordnijiet il-ġodda kienet waħda mingħajr preċedent fi żminijiet riċenti. Minħabba l-kriżi, l-iżviluppi ekonomiċi mill-2008 'l hawn ma segwewx ix-xejriet tas-snin preċedenti. Is-sensji fl-industrija tal-kostruzzjoni ma setgħux, għalhekk, jiġu previsti jew evitati b'mod faċli.

Identifikazzjoni tal-intrapriżi li taw is-sensji u l-ħaddiema li se jingħataw l-għajnuna

11.         L-applikazzjoni għandha x’taqsam ma' 836 sensja fit-377 intrapriża li ġejjin:

Intrapriżi u għadd ta' sensji

ABELLAN CALAVIA JESUS || 1 || ELCONSA OBRAS Y CONSTRUCCIONES, S.L. || 1

ABIAN DURAN TOMAS || 1 || ENCOFRADOS JAVIER CALDERÓN, S.L. || 1

ABILIO FRANCISCO FRANCO GALLEGO, S.L. || 1 || ENJUANES BADÍA MANUEL || 1

ABSIDE TECNICOS INMOBILIARIOS, S.L. || 2 || ENTRAMADOS Y CONSTRUCCIÓN ARAGONESA, S.L. || 2

ACAMPO CASELLAS, S.A. || 1 || EOMSA-6, S.L. || 4

ACIEROID, S.A. || 1 || ESFOR PROYECT MANAGER, S.L. || 1

ADOBE CONSTRUCCIÓN INTEGRAL, S.L. || 1 || ESGOTRES, S.L. || 1

AGORASPORT, S.A. || 1 || ESPACIO CONSTRUCTIVO DUNARA, S.L. || 1

AGRACONSA EMPRESA CONSTRUCTORA SA || 6 || ESTENTOR CONSTRUCCIONES Y OBRAS, S.L. || 3

AGROCONSTRUCCIONES ESTARRUN, S.L. || 8 || ESTROSCA SL || 1

ALBAS HUERVA, S.L. || 1 || ESTRUCTURAS ARAGON, S.A. || 3

ALBERO ALEJALDRE CONSTRUCCIONES, S.L. || 1 || ESTRUCTURAS CORELLANAS DEL NORTE, S.L. || 11

ALCANZA AGILIDAD, S.L. || 2 || ESTRUCTURAS CORELLANAS, S.L. || 6

ALEVAL GESTIÓN, S.L. UNIPERSONAL || 1 || ESTRUCTURAS EL AGUSTÍN, S.L. || 1

ALROSIL CONSTRUCCIONES, S.L. || 1 || ESTRUCTURAS HORMIGONES Y VIVIENDAS SA || 7

ANTONIO JOSE AGUSTIN EDO || 1 || ESTRUCTURAS LOVER SL || 1

ARAGOKEN SL || 1 || ESTUDIO PUENTE DE PIEDRA 2004, S.L. || 1

ARAGON INTSER 4 SL || 1 || EUROAUGUSTA SL || 4

ARAGONESA DE DERRIBOS Y OBRAS S.L. || 2 || EXCAVACIONES LOYJESA SL || 8

ARAGONESA DE MONTAJES TECNICOS Y DECORATIVOS || 1 || EXPLOTACION DE ARIDOS EBRO SL || 1

ARAGONESA DE OBRAS CIVILES SL || 1 || FABREGAS AÑAÑOS JOSE || 1

ARAGONESA DE PROYECTOS Y OBRAS SL || 6 || FÁBRICAS, EDIFICACIÓN Y CONTRATAS, S.A. || 2

ARANDA MARTÍN RAFAEL || 4 || FCC CONSTRUCCIÓN, S.A. || 2

ARAPROFORMA SL || 2 || FÉLIX CEBOLLA HURTADO, S.L. || 2

ARASCON VÍAS Y OBRAS SA || 21 || FERBA SERVICONS SL || 1

ARDIS ONVEST GROUP SLU || 1 || FERISA ZARAGOZA, S.A. || 1

ARFAVIMA, S.L. || 3 || FERNANDO CASCAROSA CIVIAC Y RAFAEL PICO ESCANI || 1

ARICO CONSTRUCCIONES S.L. || 1 || FIRMES Y EDIFICACIONES URBANAS, S.L. || 2

ARIDOS Y EXCAVACIONES MATARRAÑA SL (AREXMA) || 1 || FORJADOS Y CUBIERTAS SA || 1

ÁRIDOS Y EXCAVACIONES ZUERA, S.L. || 1 || FORJADOS Y ESTRUCTURAS HERMANOS VALERO, S.I. || 1

ARIÑO LATORRE JOAQUI || 1 || FRANCISCO RUSSO CONSTRUCCIONES, S.L. || 2

ARIÑO RIBERA JOAQUI || 1 || FRAYSA 2000, S.L. || 1

ARRUEBO CONSTRUCCIONES, S.L. || 2 || FUENTECANAL CONSTRUCCIONES SL || 2

AUJASA S.L. || 1 || GARCES ESTEBAN ENRIQU || 1

AVENTÍN SAHÚN JOSÉ M || 5 || GARCÍA AZCUTIA CONSTRUCCIONES , S.L. || 1

BAQUEDANO ALONSO GREG || 1 || GARNASA SA || 1

BARCELO COLOMER JOSE M || 1 || GESDHYAT, S.L. || 1

BELLO NAVARRO FRANCI || 2 || GEST., COORD. Y CONTR. OBRAS SL || 1

BELZAN CONSTRUCCIONES SL || 1 || GESTIÓN INTEGRAL DE OBRAS DEL BAJO ARAGÓN, S.L. || 1

BERNAL FANLO, S.L. || 1 || GIL PELLEJERO JOSE L || 1

BIFORIS, S.L. || 1 || GIMENEZ DIUSTO NICOLA || 1

BROTO & NAVARRO, S.A. || 6 || GOTICO CONSTRUCCIONES Y REHABILITACIONES SA || 21

BRUESA INMOBILIARIA, S.A. || 15 || GRUPO DE INVERSIONES ARAGONESAS, S.L. || 1

BURBETON S.L. || 1 || GRUPO RESTARAGON SL || 1

CANAAN BUILDING, S.L. || 3 || HECTOR D. CIFUENTES Y DANIEL EZEQUIEL CIFUENTES || 1

CARDOZO RAUL || 1 || HERNANDO SALANOVA, S.L. || 1

CASETANIA, S.L. || 1 || HIPEBON, S.L. || 1

CAUDEVILLA HERMANOS, S.L. || 2 || HNOS. SANCHEZ, COM.B. || 1

CERRAMIENTOS INDUSTRIALES CODESPORT SA || 3 || HORMICONS ESTRUCTURAS DE HORMIGÓN, S.L. || 2

CETINA PIQUERAS JOSE || 1 || HUGUET HERNÁNDEZ JOSÉ M || 1

CIMESTAC CONSTRUCCIONS SL || 1 || IBAÑEZ BES JOSE J || 1

CLARKE MODET Y CIA, S.L. || 2 || INFRAESTRUCTURA CONSTRUCCION Y PLANEAMIENTO SL || 1

COALVI SA || 4 || INGENIERÍA Y CONSTRUCCIONES MOYMAR, S.A. || 3

COANFI, S.L. || 4 || INMOBILIARIA BUIL, S.A. || 1

COMERCIAL, DISEÑO Y CONSTRUCCIONES CODISCO || 1 || INMOBILIARIA NUEVOPRADO SL || 1

COMPAÑÍA DE FERRALLISTAS DE MADRID Y ZARAGOZA || 1 || INSTALACIONES DE TABIQUERÍA SECA SL || 5

COMPAÑÍA INMOBILIARIA DE TANSACIONES Y ALQUIL || 1 || INSYE INSTALACIONES DE SEGURIDAD VIAL, S.L. || 1

CONAVINSA, S.A. || 2 || INTEGRAL DE OBRAS Y SERVICIOS TERUEL, S.L. || 1

CONPAVE, S.L. || 1 || INTERMEDIACIÓN INMOBILIARIA 2010, S.L. || 2

CONSEMI SABIÑÁNIGO, S.L. || 1 || INVERSIONES PATRIMONIALES DUERO SL || 1

CONSTRUCCIONE SY REFORMAS EXPOZARAGOZA, S.L.L. || 2 || JACA ANETO, S.L. || 3

CONSTRUCCIONES ABADÍA, S.A. || 1 || JAVIER ARILLA, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES ADAN MARTIN, S.L. || 1 || JESÚS BENAVENTE, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES AGUSTIN VASILE, S.L. || 1 || JIMENEZ SANZ JESU || 1

CONSTRUCCIONES ALCORAZ, S.L. || 3 || JIMESCO OBRAS Y ENCOFRADOS, S.L.L. || 2

CONSTRUCCIONES ALERMA, S.L. || 1 || JLC CONSTRUCCIONES , S. COOP. || 4

CONSTRUCCIONES ALPES SA || 1 || JOFRA ALCAÑIZ CONSTRUCCIONES SL || 2

CONSTRUCCIONES ALTIPE, S.L.U. || 1 || JORMIMAN, S.I. || 1

CONSTRUCCIONES AMADO TERRÉN S.L. || 1 || JOSÉ ANDRÉS TARANCÓN GALLEGO || 6

CONSTRUCCIONES ANCO, S.I. || 1 || JOSÉ LUIS RONCAL, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES ARÉVALO ZARAGOZA, S.L. || 1 || JOSÉ LUIS VICIOSO, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES BELMONTE DE SAN JOSÉ, S.L. || 1 || KASERO Y CUENCA CONSTRUCCIONES, S.L. || 3

CONSTRUCCIONES BERNAL FANLO, S.L. || 2 || LAFUENTE SANCHEZ JOSE || 1

CONSTRUCCIONES BORJAN 2005 SL || 23 || LANGA GIL, S.L. || 6

CONSTRUCCIONES CARLOS TORRES, S.L. || 1 || LÓPEZ VALOR, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES CARRERA BLAZQUEZ SL || 2 || LOS PALACIONES IBARRONDO, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES CARRILLO MAGALLÓN, S.L. || 1 || LOTUM SA || 1

CONSTRUCCIONES CASTELFRIO, S.L. || 1 || MAESAN 98, S.L. || 2

CONSTRUCCIONES CASTILLO BALDUZ, S.L. || 6 || MANAU SANCHO, SANTIAGO || 1

CONSTRUCCIONES CASTILLOS DE ISUELA SL || 4 || MANUEL MONTAÑES SILEX SL || 2

CONSTRUCCIONES CAZCARRA COSTA, S.L. || 1 || MARINO LÓPEZ XXI, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES CETON SL || 2 || MARQUÉS Y SANTORROMAN CONSTRUCCIONES, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES CINCO VILLAS 94, S.L. || 1 || MAXIMO Y CARMEN INMOBILIARIA Y GESTIÓN, S.L. || 3

CONSTRUCCIONES COTRO 2000, S.L. || 1 || MEL-COPIS S.L. || 1

CONSTRUCCIONES DALLOBEC, S.L. || 1 || MENDEZ MAZAS JOSE || 1

CONSTRUCCIONES DOMÍNGUEZ LÓPEZ, S.L. || 1 || MERCA-1000, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES EL MOULAT, S.L. UNIPERSONAL || 1 || MIGUEL ROMANOS CONSEJO, S.L. || 2

CONSTRUCCIONES ENGOHER, S.L. || 1 || MINGUEZ DE OBRAS Y SUMINISTROS, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES ENRIQUE DE LUIS, S.A. || 29 || MOLINA MATEO JOSE M || 1

CONSTRUCCIONES ERNESTO Y JULIO, S.L. || 1 || MONTAJES MORGALL, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES FONZAR, S.L. || 4 || MONTAJES Y TUBERIAS ROCAR SL || 2

CONSTRUCCIONES FRAMA, SOCIEDAD COOPERATIVA || 2 || MONTENEGRO GESTION Y CONSTRUCCION SL || 2

CONSTRUCCIONES FUENTES DE RUBIELOS, S.L. || 2 || MONZONESA DE OBRAS SL || 1

CONSTRUCCIONES GINER, S.L. || 1 || MORTERO Y ARENA, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES HERMANOS GIL, S.L. || 1 || MUCINA 2001 SLL || 1

CONSTRUCCIONES HIJOS DE GARCÍA GRIMAL SL || 8 || NAVARRO ULAQUE FRAN || 1

CONSTRUCCIONES HIJOS DE GARCIA MONGE SL || 3 || NAVES Y DEIFICIOS AGROINDUSTRIALES S.A. || 2

CONSTRUCCIONES J.F. MORENO, S.L. || 2 || NEXTIS EDIFICA, S.A. || 1

CONSTRUCCIONES J.F. MORILLO, S.L. || 1 || NORTEÑA DE CONSTRUCCIONES SA || 7

CONSTRUCCIONES JAFECAR, S.L. || 1 || NOZAR, S.A. || 1

CONSTRUCCIONES JALPE, S.L. || 1 || OBRAS CIVILES CODESPORT SAU || 48

CONSTRUCCIONES JESUS TORNOS, S.L. || 1 || OBRAS ESPECIALES ARAGON. S.A. || 1

CONSTRUCCIONES JOSE FELIX CALVO, S.L. || 1 || OBRAS TÉCNICAS OSCENSES S.L. || 1

CONSTRUCCIONES JOSÉ GONZALO ABRIL, S.L. || 1 || OBRAS Y CONSTRUCCIONES ALCOMAN, S.L.L. || 2

CONSTRUCCIONES LAGEN, S.L. || 2 || OBRAS Y CONSTRUCCIONES CARBU, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES LANAU, S.A. || 2 || OBRAS Y CONSTRUCCIONES JOVEN RODRIGO S.C. || 1

CONSTRUCCIONES LINZOLA S.L. || 2 || OBRAS Y EXCAVACIONES COLLADOS, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES LOBE, S.A. || 3 || OBRAS Y REFORMAS DAVID HIDALGO MORALES SL || 1

CONSTRUCCIONES LÓPEZ MONTORIO, S.L. || 1 || OBRAS Y SERVICIOS BOLEA, S.L. || 5

CONSTRUCCIONES LUMBIERES, S.L. || 3 || OBRASCON HUARTE LAIN, S.A. || 2

CONSTRUCCIONES MACIPE, S.L. || 2 || OLCINA INTEGRAL DE ESPACIOS, S.L. || 2

CONSTRUCCIONES MAELLA, S.A. || 1 || OLMAR 2005 SL || 1

CONSTRUCCIONES MARNI SL || 4 || ORTIZ DIESTE, S.A. || 6

CONSTRUCCIONES MAYUTO, S.L. || 1 || OSMA LUNA JAIRO || 1

CONSTRUCCIONES MESESAN, S.C. || 1 || PARTUIKA CONSTRUCCIONES SL || 5

CONSTRUCCIONES MG PATI SL || 3 || PAVIMENTOS SERVICIOS Y OTROS SLU || 1

CONSTRUCCIONES MIGALSAN, S.L. || 1 || PEREZ CALZADA FIDEL || 2

CONSTRUCCIONES MIGUEL DENIA, S.L. || 1 || PEREZ GIMENEZ JULIAN || 1

CONSTRUCCIONES MIGUEL SOLANAS,S.L. || 1 || PEREZ MOREN Y MOREN SL || 1

CONSTRUCCIONES MIVA 2007 BAJO ARAGON, S.L.U. || 2 || PIEDRA CASBI, S.L. || 2

CONSTRUCCIONES MOAMPE, S.L. || 1 || PLACIDO UBEDA LOPEZ || 1

CONSTRUCCIONES NAVASCUES ZALAYA S.L. || 1 || PLECO, COM.B || 1

CONSTRUCCIONES NEREA Y RUTH, S.L.U. || 1 || PROA SIGLO XXI SL || 4

CONSTRUCCIONES NYLSA SA || 7 || PROCONBAR, S.L. || 4

CONSTRUCCIONES OMEDES, S.I. || 1 || PRODELGEA, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES PALACÍN BALTASAR S.L. || 2 || PRODISA PIRINEOS, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES PASCUAL SOLER, S.L. || 4 || PROFEM CASTELLÓN, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES PELLICER, S.A. || 1 || PROINMO SANCHEZ SL || 3

CONSTRUCCIONES PEÑALOSA GIL, S.L. || 3 || PROMOCIÓN INMOBILIARIA RUSTICA Y URBANA, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES PILERO, S.I. || 1 || PROMOCIÓN Y VENTA ZARAGOZA || 1

CONSTRUCCIONES PINILLOS SL || 1 || PROMOCIONES ANA GARZARAN S.L || 3

CONSTRUCCIONES RUBIO MORTE SA || 1 || PROMOCIONES ARBUCONST, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES SALVADOR F. DE SALINAS, S.A. || 1 || PROMOCIONES GARCIBI, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES SAN ROQUE LAYUNTA, S.L. || 1 || PROMOCIONES INMOBILIARIAS ANIBAL ALTO DE LA || 2

CONSTRUCCIONES SANAGUSTIN PEREZ SL || 2 || PROMOCIONES KATACHE, S.L.U. || 1

CONSTRUCCIONES SANTA CRUZ SA || 1 || PROMOCIONES MIBECU, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES SOLARES BAJO ARAGON, S.L. || 1 || PROMOCIONES OSNU, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES TRASVILLA 3 S.R.L. || 1 || PROMOCIONES RURALES Y GANADERAS DE TERUEL, S.L || 2

CONSTRUCCIONES TREMSGO SLU || 1 || PROMOCIONES Y CONTRATAS LAS BARDENAS SL || 1

CONSTRUCCIONES URCAYO,S.A. || 2 || PROMOTORA INDUSTRIAL OSCENSE, S.A. || 2

CONSTRUCCIONES URMANCHA, S.L. || 2 || PROYECTOS Y DESARROLLOS CONSTRUCTIVOS CONAVICO || 1

CONSTRUCCIONES VALDEVELLANO, S.L. || 1 || RECONSTRUCCIONES Y COLOCACIONES MARFINCAL SL || 1

CONSTRUCCIONES VALENCIA BAJO ARAGON, S.L. || 4 || REFE 16 CONSTRUCCIONES SL || 7

CONSTRUCCIONES VALMORTERA, S.L. || 1 || REMACHA BARBERO MANU || 1

CONSTRUCCIONES VICENTE PEREZ S.A. || 1 || RESCO, S.A. || 1

CONSTRUCCIONES Y CONTRATAS ANADON SL || 1 || RIMER SERVICIOS ARAGON, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES Y CONTRATAS BERNARDO, S.A. || 2 || RIO VALLE CONTRUCCION Y OBRA PUBLICA SL || 2

CONSTRUCCIONES Y CONTRATAS LA REBOLLOSA, S.L. || 1 || ROAN OCR 2006, S.L. || 10

CONSTRUCCIONES Y EDIFICACIONES Z.H.T., S.A. || 1 || ROLDAN SANCHEZ LUIS M || 1

CONSTRUCCIONES Y ENCOFRADOS FYCAB, S.L. || 1 || ROMEO TORRALBA JORGE || 1

CONSTRUCCIONES Y EXCAVACIONES HNOS, MATEO MATE || 1 || ROSELLO ESPALLARGAS JOSE P || 1

CONSTRUCCIONES Y EXCAVACIONES LECHA, S.L. || 1 || SANQUILEZ, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES Y OBRAS TORTAJADA, S.L. || 1 || SARIS CONSTRUCCIONES Y CONTRATAS, S.L. || 1

CONSTRUCCIONES Y PROMOCIONES TOLOSA Y AMALE, S.L. || 1 || SEBASTIÁN MODREGO LUIS || 1

CONSTRUCCIONES Y REFORMAS AUCRY 2005, S.L. || 1 || SEGORTE DE LUCIDOS S.L || 1

CONSTRUCCIONES Y REFORMAS DE ZARAGOZA, S.L.L. || 1 || SERVICIOS Y CONTRATAS NAGARAN, S.L. || 2

CONSTRUCCIONES Y REFORMAS ESPACHIN, S.L. || 3 || SERVIOBRA TERUEL, S.L. || 3

CONSTRUCO 2010, S.L. || 1 || SIG-30, S.L. || 1

CONSTRUCTIVO DUNARE, S.L. || 1 || SOLGAR XXI PROMOCIONES, S.L. || 1

CONTAMAR INTEGRAL DE CONSTRUCCION SL || 4 || STRASHOF CORPORATION, S.L. || 2

CONTRATAS ANCAR, S.L. || 1 || STUDIOS FINANCIEROS MONTANA, S.L. || 1

CONTRATAS CSA, S.L. || 1 || TABIQUERÍA Y CERRAMIENTOS HIJAR, S.L. || 9

CONTRATAS DEL EBRO S.L. || 2 || TÉCNICOS ESPECIALISTAS EN SOLADOS Y ALICATADOS || 1

CONTRATAS E INGENIERIA, S.A. || 1 || TEULADES, S.A. || 1

CONTRATAS RÍO FLUMEN, S.L. || 6 || TOLOSA MIGUEL MIGUEL || 1

CONTRATAS Y OBRAS EMPRESA CONSTRUCTORA, S.A. || 1 || TORMOLTUR, S.L. || 1

CORSAN CORVIAM CONSTRUCCION SA || 1 || TORNOS CONSTRUCCIONES Y CONTRATAS, S.L. || 1

CORTES SANCHEZ MANU || 1 || TRABAJOS Y SERVICIOS BRACIM, S.L. || 2

COSNTRUCCIONES Y CONTRATAS BERNARDO, S.A. || 1 || TRAMAS INGENIERIA Y BOVEDAS SA || 2

COVIAN INFRESTRUCTURAS, S.L. || 1 || TUROLENSE DE ENCOFRADOS Y CONSTRUCCIONES, S.L. || 1

CRIROA, S.L. || 2 || URBANIZACIÓN CRISALIDA, S.L. || 4

DAVID FELEZ GESTIÓN, S.L. || 1 || URBANIZACIÓN MORAVELLA, S.L. || 1

DEPURA, S.L. || 1 || URVILAR, S.A. || 1

DESARROLLO Y PROMOCIONES ALCARSA, S.L. || 1 || VALERIO FORJADOS Y CUBIERTAS SL || 3

DESARROLLOS CONSTRUCTIVOS CONAVI || 1 || VALLENDRINO, S.L. || 1

DESARROLLOS EMPRESARIALES ASTORGA SL || 1 || VANESA KM RESTAURACIÓN SL || 1

DESARROLLOS EMPRESARIALES LINARES, S.L. || 1 || VIA ARASOV, S.L. || 1

DIEZ RASAL CARLOS || 1 || VIACESA CONSTRUCCIONES, S.L.U. || 3

DIRECCION GESTION Y PLANIFICACION DE OBRAS SL || 1 || VIAS Y CONSTRUCCIONES, S.A. || 4

DOMINGO FUSTER SANTIA || 2 || VIGARCA E HIJOS, S.L. || 1

DRAGADOS, S.A. || 3 || VIGUETAS CASTEL, S.A. || 4

DUBARTI CONSTRUCCIONES, S.L. || 3 || VIVIENDAS RUISEÑORES, S.L. || 1

EBROSA, S.A. || 1 || ZAEMA CONSTRUCCIONES Y OBRAS SL || 18

EC. POLIGONAL, S.L. || 1 || ZARAGON 2002, S.L. || 2

ECOIBERTECNIUM, S.L. || 1 || ZARAGOZA ALTA VELOCIDAD 2002, S.A. || 1

EDIFICACIONES LAENCUENTRA SOLANO, S.L. || 1 || ZARAGOZA PLAZA CENTER CAMPUS EMPRESARIAL, S.A. || 2

EDIFICACIONES Y REFORMAS CIUDAD RURAL SL || 1 || ZARAÑON SL || 1

EDIZARCON 2000, S.L. || 1 || ZARURBAN GESTIÓN INMOBILIARIA, S.L. || 1

EL TIRO DE MURCIA, S.L. || 1 || ||

Għadd totali ta' intrapriżi: 377 || Għadd totali ta' Sensji: 836 ||

12.         Il-ħaddiema kollha li ngħataw is-sensja se jiġu offruti l-possibbiltà li jipparteċipaw fil-miżuri. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli, abbażi tal-esperjenza preċedenti tagħhom fil-ġestjoni tal-każijiet tal-FEG, jistmaw li madwar 320 ħaddiem se jagħżlu li jipparteċipaw fil-miżuri tal-FEG.

13.         It-tqassim tal-ħaddiem identifikati huwa kif ġej:

Kategorija || Numru || Perċentwal

Irġiel || 699 || 83,6

Nisa || 137 || 16,4

Ċittadini tal-UE || 650 || 77,8

Ċittadini mhux tal-UE || 186 || 22,2

Minn 15 sa 24 sena || 126 || 15,1

Minn 25 sa 54 sena || 673 || 80,5

Minn 55 sa 64 sena || 36 || 4,3

Aktar minn 64 sena || 1 || 0,1

14.         Fir-rigward ta' kategoriji ta’ xogħol, it-tqassim huwa kif ġej:

Kategorija || Numru || Perċentwal

Maniġers || 12 || 1,44

Tekniċi u professjonisti assoċjati || 21 || 2,51

Skrivani || 103 || 12,32

Foremen kapijiet[6] || 47 || 5,62

Foremen[7] || 25 || 2,99

Sewwieqa speċjalizzati u sewwieqa ta’ vetturi kbar[8] || 8 || 0,96

Kapitjiet ta’ timijiet[9] || 86 || 10,29

Ħaddiema super speċjalizzati[10] || 317 || 37,92

Assistenti ta’ ħaddiema super speċjalizzati[11] || 61 || 7,30

Ħaddiema speċjalizzati[12] || 95 || 11,36

Okkupazzjonijiet elementari || 61 || 7,30

15.         Fir-rigward ta' kategoriji ta’ kwalifika, it-tqassim hu kif ġej:

Kategorija || Numru || Perċentwal

Ħaddiema kwalifikati || 537 || 64,23

Ħaddiema mhux ikkwalifikati || 147 || 17,58

Dejta mhux disponibbli || 152 || 18,18

16.         Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, Spanja kkonfermat li ġiet applikata u se tkompli tiġi applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll waħda ta' nondiskriminazzjoni, matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-FEG u, b'mod partikolari, fl-aċċess għall-FEG.

Deskrizzjoni tat-territorju kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu

17.         It-territorju kkonċernat mis-sensji huwa l-komunità awtonoma ta' Aragón. Il-biċċa l-kbira tat-territorju tar-reġjun għandu densità ta' popolazzjoni inqas mill-medja tal-UE ta’ 112-il abitant għal kull km2 filwaqt li 60 % tal-popolazzjoni totali tat-territorju hija kkonċentrata fil-belt ta' Zaragoza u ż-żona ta' madwarha. L-ekonomija ta' Aragón li tradizzjonalment hija bbażata fuq l-uċuh taċ-ċereali u t-trobbija tan-nagħaġ f'dawn l-aħħar żewġ jew tliet deċennji nbidlet permezz taż-żieda tas-settur industrijali, tas-servizzi u tal-kummerċ, u segwita mit-turiżmu, b'mod partikolari t-turiżmu ġġenerat mill-isport tax-xitwa. Aragón tammonta għal 3 % tal-PDG ta' Spanja.

18.         Il-partijiet interessati ewlenin huma d-Departamento de Economía, Hacienda y Empleo del Gobierno de Aragón (il-Ministeru Reġjonali tal-Finanzi u l-Impjiegi) u l-Instituto Aragonés de Empleo-INAEM (is-servizzi ta' xogħol tal-gvern awtonomu ta' Aragón); it-trejdjunjins Confederación Sindical de Comisiones Obreras CC.OO Aragón u Unión General de Trabajadores-UGT Aragón; u erba' organizzazzjonijiet ta' min iħaddem: Confederación de Empresarios de Aragón-CREA, u Confederación de la Pequeña y Mediana Empresa Aragonesa-CEPYME Aragón.

L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali

19.         L-awtoritajiet Spanjoli jisħqu li s-sensji fis-settur tal-bini se jiggravaw is-sitwazzjoni tal-qgħad, li diġà ddeterjorat minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja. Matul is-snin 2008 u 2009, il-qgħad żdied drammatikament f’Aragón, minn 40 000 għal 80 000 persuna qiegħda. Fis-snin segwenti il-qgħad kompla bix-xejra 'l fuq u sa tmiem l-2011 in-numru ta' ħaddiema rreġistrati fl-uffiċċji pubbliċi tax-xogħol kien qrib il-100 000. Minn dawn, 15 % kienu ħaddiema li sfaw bla xogħol fis-settur tal-kostruzzjoni.

20.         Minħabba d-densità baxxa ta' popolazzjoni fil-maġġoranza tat-territorju kkonċernat b'din l-applikazzjoni (bejn tliet (3) u 54 abitant għal kull km2) u r-riskju ta' depopolazzjoni, is-sensji għandhom impatt negattiv ħafna fuq dan ir-reġjun u jistgħu jipperikolaw l-isforzi li saru biex jinkoraġġixxu l-popolazzjoni biex tibqa' fit-territorju. Barra minn hekk, wara ħafna sensji oħra fir-reġjun ta’ Aragón, Spanja ppreżentat l-applikazzjonijiet EGF/2008/004 ES Castilla y León & Aragón (1 082 sensja fl-industrija tal-karozzi, li 594 minnhom seħħu f’Aragón) u EGF/2010/016 ES Aragón bejgħ bl-imnut (1 154 sensja fis-settur tal-bejgħ bl-imnut) [13] għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG.

Pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li jrid jiġi ffinanzjat u analiżi tal-ispejjeż stmati tiegħu, inkluża l-komplementarjetà tiegħu mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali

21.         Il-miżuri kollha li ġejjin flimkien jiffurmaw pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati maħsuba biex jerġgħu jintegraw lill-ħaddiema fis-suq tax-xogħol. Huma organizzati f'erba' oqsma:

Gwida, għoti ta' pariri u tfittix għal xogħol.

– Sezzjoni ta' merħba, gwida dwar ix-xogħol u l-ġbir ta' profili: L-ewwel miżura pprovduta lill-parteċipanti kollha tinkludi l-ġbir ta' profili tal-ħaddiema kif ukoll tagħrif dwar ix-xogħlijiet disponibbli, dwar ħiliet u rekwiżiti ta' taħriġ, dwar programmi ta' taħriġ disponibbli u dwar inċentivi.

– Taħriġ dwar tekniki għal tfittix għal xogħol, impjieg indipendenti u ħiliet soċjali : Il-ħaddiema se jipparteċipaw f'sessjoni ta' ħidma ffokata fuq impjieg indipendenti u l-promozzjoni tal-intraprenditorija jew inkella se jiġu mħarrġa f'ħiliet għal tfittix ta' xogħol. Din il-miżura għandha l-għan li ttejjeb l-għarfien tal-parteċipant dwaru stess u li tirrinforza l-istima personali tiegħu.

Taħriġ u taħriġ mill-ġdid

– Taħriġ ġenerali u taħriġ mill-ġdid: Din il-miżura toffri diversi rotot ta' taħriġ. Il-ħaddiema se jingħataw l-opportunità li jsegwu wieħed jew aktar minn dawn il-korsijiet ta' taħriġ: (1) Teknoloġiji tal-informazzjoni u komunikazzjoni (ICT) taħriġ bażiku jew intermedjarju; (2) Taħriġ f'ħiliet vokazzjonali: F'din il-miżura l-parteċipanti se jitħarrġu f'ħiliet meħtieġa għal xogħlijiet li attwalment hemm domanda għalihom; (3) Taħriġ b’impenn ta’ impjieg: dan il-kors ta' taħriġ se jitfassal biex jaqdi l-bżonnijiet identifikati ta' intrapriżi lokali, li min-naħa tagħhom se jikkommettu ruħhom biex jimpjegaw xi wħud mill-ħaddiema li jipparteċipaw f'din l-azzjoni; (4) Taħriġ fl-iżvilupp personali: Il-parteċipanti se jitħarrġu f'ħiliet transversali, inklużi l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet, reżoluzzjoni ta' konflitt, adattament għall-bidla, ħiliet ta’ relazzjonijiet interpersonali eċċ. – dan it-taħriġ għandu l-għan li jtejjeb l-istima personali tal-parteċipanti u l-ħiliet ta' komunikazzjoni interpersonali tagħhom jew ħiliet transversali oħrajn, sabiex jiffaċilita d-daħla tagħhom mill-ġdid fis-suq tax-xogħol.

– Rikonoxximent ta' esperjenza preċedenti: Dan ikopri l-evalwazzjoni tat-tagħrif li l-ħaddiem kellu minn qabel u l-esperjenza ta' kull ħaddiema b'mod individwali, u tidentifika l-oqsma li jeħtieġu aktar taħriġ. Il-parteċipanti, wara li tiġi konkluża l-proċedura dwar ir-rikonoxximent ta’ esperjenza preċedenti se jirċievu attestazzjoni uffiċjali tal-ħiliet u l-konoxxenza maħruġa minn Agencia de Cualificaciones Profesionales de Aragón.

Integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg

– Għajnuna intensiva għat-tfittxija ta' impjieg: Din se tinkludi riċerka attiva tal-opportunitajiet ta' impjiegi lokali u reġjonali, esplorazzjoni ta' opportunitajiet ġodda għal impjiegi bħall-enerġija ekoloġika, il-kummerċ organiku, eċċ u t-tqabbil ta' xogħlijiet disponibbli ma' persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol.

– Tutoring wara l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol: Dan se tipprevjeni li jkun hemm problemi possibbli fl-impjiegi il-ġodda: il-ħaddiema integrati mill-ġdid fl-impjiegi se jiġu ggwidati matul l-ewwel xhur fl-impjiegi l-ġodda tagħhom.

L-inċentivi

– Konċessjoni għat-tfittix ta’ impjieg: Il-ħaddiema li jtemmu r-rotta miftiehma biex jiġu integrati mill-ġdid se jirċievu benefiċċju ta' EUR 300, imħallsa f’darbtejn, EUR 150 kull darba.

– Għajnuna għal min jieħu ħsieb persuni dipendenti: Ħaddiema li jieħdu ħsieb persuni dipendenti (tfal, anzjani jew persuni b'diżabilità) se jirċievu somma ta' darba ta' EUR 150 bħala kontribut għall-ispejjeż għal min jieħu ħsieb persuni dipendenti bil-kundizzjoni li jipparteċipaw fil-miżuri. Dan għandu l-għan li jkopri spejjeż addizzjonali li jkollhom ħaddiema li għandhom responsabilitajiet ta' kura sabiex ikunu disponibbli għat-taħriġ jew miżuri oħrajn.

– Inċentivi għal rikollokament: Sussidju ta' paga ta' EUR 200 fix-xahar għal massimu ta' tliet xhur se jitħallas lill-ħaddiema li jerġgħu jibdew jaħdmu. Is-sussidju huwa maħsub biex jinkoraġixxi l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol u biex jistimula l-ħaddiema, partikolarment dawk li huma aktar avvanzati fiż-żmien, biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol.

– Inċentivi ta' rikollokament għal min jaħdem għal rasu: Se jitħallas sussidju mal-paga ta' EUR 400 fix-xahar għal massimu ta' tliet xhur lil dawk il-ħaddiema li jmorru lura għax-xogħol bħala impjegati jew ħaddiema li jaħdmu għal rashom. Is-sussidju tfassal biex jappoġġjahom matul il-perjodu tal-bidu tal-attività tagħhom bħala persuni li jaħdmu għal rashom.

22.         In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG, li hija inkluża fl-applikazzjoni, skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri attivitajiet ta’ tħejjija u ta’ kontroll kif ukoll informazzjoni u pubbliċità.

23.         Is-servizzi personalizzati ppreżentati mill-awtoritajiet Spanjoli huma miżuri attivi għas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli definiti permezz tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet Spanjoli jistmaw li l-ispejjeż totali ta’ dawn is-servizzi huma ta’ EUR 1 971 530 u li n-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG hija ta' EUR 28 470 (1,42 % tal-ammont totali). Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 1 300 000 (65 % tal-ispejjeż totali).

Azzjonijiet || Għadd stmat ta’ ħaddiema identifikati || Spiża stmata għal kull ħaddiem identifikat (EUR) || Spejjeż totali (l-FEG u l-kofinanzjament nazzjonali) (EUR)

Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Sezzjoni ta' merħba, gwida dwar ix-xogħol u l-ġbir ta' profili: Acogida, elaboración de los intinerarios personalizados de inserción y asesoramiento laboral. || 320 || 1 000 || 320 000

Taħriġ dwar tekniki għal tfittix għal xogħol, impjieg indipendenti u ħiliet soċjali : Formación en técnicas para la búsqueda de empleo, autoempleo y habilidades sociales. || 320 || 620 || 198 400

Taġriġ ġenerali u taħriġ mill-ġdid u rikonoxximent ta’ esperjenza minn qabel. Formación para el empleo y proceso de acreditación de competencias. || 257 || 1 990 || 511 430

Għajnuna intensiva għat-tfittxija ta' impjieg Asistencia a la recolocación. || 320 || 1 950 || 624 000

Tutoring wara l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol: Seguimiento en el empleo. || 170 || 510 || 86 700

Benefiċċju għal tfittix ta' xogħol Incentivo para la búsqueda activa de empleo. || 320 || 300 || 96 100

Għajnuna għal min jieħu ħsieb persuni dipendenti: Medidas de acompañamiento. || 100 || 150 || 15 000

Inċentivi għal rikollokament. Incentivo para la recolocación laboral. || 160 || 600 || 96 000

Inċentivi ta' rikollokament għal min jaħdem għal rasu Incentivo para la actividad por cuenta própia. || 20 || 1 200 || 24 000

Subtotal tas-servizzi personalizzati || || 1 971 530

Nefqa għall-implimnetazzjoni tal-FEG (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Attivitajiet ta' tħejjija || || 5 900

Tagħrif u pubbliċità || || 5 600

Attivitajiet ta’ kontroll || || 16 970

Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG || || 28 470

Total tal-ispejjeż stmati || || 2 000 000

Kontribuzzjoni tal-FEG (65 % tal-ispejjeż totali) || || 1 300 000

24.         Spanja tikkonferma li l-miżuri deskritti hawn fuq huma komplementarji mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali. Spanja se tistabbilixxi l-proċeduri ta' kontroll meħtieġa biex telimina r-riskju ta' finanzjament doppju u se tassigura wkoll li jkun hemm rekord ċar tal-verifiki għall-attivitajiet ta' finanzjament mill-FEG.

Id-data/dati meta bdew jew meta huwa maħsub li jibdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati

25.         Spanja bdiet is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati inklużi fil-pakkett koordinat propost lill-FEG għall-kofinanzjament, fit-28 ta' Diċembru 2011. Din id-data, għalhekk, tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta' eliġibilità għal kwalunkwe għajnuna li tista' tingħata mill-FEG.

Proċeduri għall-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali

26.         L-imsieħba soċjali CREA, CEPYME Aragón, UGT u CCOO ġew ikkonsultati darbtejn: fit-30 ta' Ġunju u fil-11 ta' Novembru 2011, fil-qafas tal-Kumitat li joffri Gwida għal Intermedjazzjoni u Pjazzament tax-Xogħol tal-Ftehim Ekonomiku u Soċjali għall-Iżvilupp ta' Aragón 2008-2011. Fl-ewwel laqgħa l-imsieħba soċjali qablu fuq is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal kofinanzjament tal-FEG. Fit-tieni laqgħa, ġie diskuss l-abbozz tal-applikazzjoni, b’mod partikolari l-pakkett ta’ servizzi personalizzati li se jingħataw lill-ħaddiema.

27.         L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u dawk tal-UE dwar is-sensji kollettivi.

Tagħrif dwar azzjonijiet li huma obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi

28.         Fir-rigward tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet Spanjoli fl-applikazzjoni tagħhom:

· ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tiħux post il-miżuri li huma r-responsabilità tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

· urew bil-provi li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ għall-ħaddiema individwali u mhumiex se jintużaw għar-ristrutturar tal-kumpaniji jew tas-setturi;

· ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE.

Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll

29.         Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita u kkontrollata mill-istess entitajiet li jiġġestixxu u jikkontrollaw l-FSE. L-Instituto Aragonés de Empleo (INAEM) se jkun l-entità intermedjarja għall-awtorità ta' ġestjoni.

Finanzjament

30.         Fuq il-bażi tal-applikazzjoni minn Spanja, il-kontribut propost mill-FEG għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati (inkluża n-nefqa biex jiġi implimentat il-FEG) huwa ta' EUR 1 300 000, li jirrappreżenta 65 % tal-ispiża totali. L-allokazzjoni proposta mill-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq it-tagħrif li ngħata minn Spanja.

31.         B'kunsiderazzjoni tal-ammont massimu possibbli ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll tal-kamp ta' applikazzjoni tal-allokazzjoni mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat skont l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju.

32.         L-ammont propost ta' kontribuzzjoni finanzjarja jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont annwali massimu allokat għall-FEG jibqa' disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

33.         Permezz tal-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex timmobilizza l-FEG, il-Kummissjoni qiegħda tniedi l-proċedura ssimplifikata ta' trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-ħtieġa li jintuża l-FEG u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta għall-mobilizzazzjoni biex, f'livell politiku xieraq, tgħarraf lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, għandha tissejjaħ laqgħa formali ta' trijalogu.

34.         B’mod separat, il-Kummissjoni tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex fil-baġit għall-2012 iddaħħal approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

Sors tal-approprjazzjonijiet għall-ħlas

35.         Se jintużaw approprjazzjonijiet mil-linja baġitarja tal-FEG biex ikopru l-ammont ta' EUR 1 300 000 meħtieġ għal din l-applikazzjoni.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, f’konformità tal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2011/017 ES/Kostruzzjoni ta’ Aragón minn Spanja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja soda[14], u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[15], u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[16],

Billi:

(1)       Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fl-andament tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u sabiex jgħinhom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)       Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 sat-30 ta' Diċembru 2011 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)       Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)       Spanja ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-FEG, fir-rigward tas-sensji fi 377 intrapriża li joperaw fit-Taqsima 41 Reviżjoni 2 tan-NACE (“Kostruzzjoni ta’ binjiet”) fir-reġjun NUTS II ta’ Aragón (ES24), fit-28 ta' Diċembru 2011 u ssupplimentatha b'tagħrif addizzjonali sat-23 ta' Marzu 2012. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 1 300 000.

(5)       Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 300 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew,                          Għall-Kunsill,

Il-President                                                    Il-President

[1]               ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[2]               ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

[3]               Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

[4]               F'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

[5]               EGF/2009/017 LT/Kostruzzjoni ta’ binjiet : SEC(2010) 021 EGF/2010/019 IE/Kostruzzjoni 41 : COM(2011) 617. EGF/2011/002 IT/Kostruzzjoni Trentino-Alto Adige/Südtirol: COM(2011) 480. EGF/2011/006 ES/Kostruzzjoni Comunidad Valenciana: COM(2012) 053.

[6]               Ħaddiema b’mhux inqas minn tliet (3) snin ta' esperjenza fil-ġestjoni tas-siti ta’ kostruzzjoni (jew seba’ (7) snin bħala foreman) u għarfien tal-prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol, il-kontroll tal-kwalità, ir-regolamentazzjoni dwar l-ambjent u l-maniġment tal-ħaddiema.

[7]               Ħaddiema b’mhux inqas minn tliet (3) snin esperjenza fis-settur bħala foreman u għarfien tal-prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol u l-maniġment tal-ħaddiema.

[8]               Sewwieqa ta’ impjanti kbar, b’mill-anqas ħames (5) snin ta’ esperjenza, għarfien ta' qari ta’ blueprints u ta’ prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol.

[9]               Ħaddiema b’minimu ta’ tliet (3) snin ta’ xogħol attwali fl-intrapriża, li huma responsabbli għas-superviżjoni tal-istaff u għandhom għarfien bażiku tal-ġestjoni tal-ħaddiema u l-prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol.

[10]             Ħaddiema b’minimu ta' tliet (3) snin ta’ esperjenza bħala ħaddiema super-speċjalizzati u bl-għarfien tal-prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol.

[11]             Ħaddiema b’minimu ta' tliet (3) snin ta’ esperjenza bħala assistenti ta’ ħaddiema super-speċjalizzati u bl-għarfien tal-prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol.

[12]             Ħaddiema li bdew bħala apprendisti u jkunu temmew it-taħriġ tagħhom f’wieħed mill-oqsma li ġejjin: l-elettriku; l-iwweldjar u l-immuntar; il-plumbing; id-drejns u d-dranaġġ; u HVAC, kif ukoll ħaddiema li jimmaniġġjaw għodda tal-idejn tal-elettriku żgħar, li jaħdmu fuq l-imwejjed tat-tqattigħ tal-kostruzzjoni jew li jsuqu dumpers.

[13]             Rispettivament COM (2009) 150 u COM (2010) 615.

[14]             ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[15]             ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

[16]             ĠU C […], […], p. […].

Top