This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0246
Proposal for a COUNCIL REGULATION on the allocation of fishing opportunities under the Protocol setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Community on the one hand, and the Government of Denmark and the Home Rule Government of Greenland, on the other hand
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra
/* COM/2012/0246 final - 2012/0129 (NLE) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra /* COM/2012/0246 final - 2012/0129 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Abbażi tal-mandat rilevanti tal-Kunsill[1], il-Kummissjoni nnegozjat
mal-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern tal-Groenlandja f’isem l-Unjoni Ewropea
bil-għan li ġġedded il-Protokoll għall-Ftehim ta’
Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tad-Danimarka u
l-Gvern tal-Groenlandja. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll
ġdid fit-3 ta’ Frar 2012, li jkopri perjodu ta’ tliet snin
li jibda mill-1 ta’ Jannar 2013. Din il-proċedura li tikkonċerna
l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont dan il-Protokoll qed titnieda
flimkien mal-proċeduri dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill,
bil-kunsens tal-Parlament Ewropew, dwar il-konklużjoni tal-Protokoll
il-ġdid, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f'isem l-UE,
u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll imsemmi. Il-Protokoll il-ġdid huwa skont
l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bil-għan li
tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Groenlandja
u jkun hemm promozzjoni ta’ qafas ta’ sħubija li fih ikunu jistgħu
jiġu żviluppati politika sostenibbli tas-sajd u sfruttar responsabbli
ta’ riżorsi tas-sajd fiż-ŻEE tal-Groenlandja fl-interess
taż-żewġ Partijiet. F’konformità mat-Trattat, għandu
jiġi ddefinit il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
fost l-Istati Membri. Għandu wkoll jiġi nnutat li
l-iffissar iddettaljat tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli f'ċerti
ilmijiet li mhumiex tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u
gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal
negozjati jew ftehimiet internazzjonali huwa adottat fuq bażi annwali
mir-Regolament tal-Kunsill li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għal
kull sena. Minħabba l-ispeċifità tas-sajd għall-capelin li huwa
differenti mhux ħażin minn ta' stokkijiet oħrajn, l-istaġun
tas-sajd jiftaħ fl-20 ta'Ġunju u jgħalaq
fit-30 ta’ April tas-sena ta’ wara, u sabiex dak ikun jista’
jiġi implimentat, għandhom jingħataw setgħat
lill-Kummissjoni mill-Kunsill. Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tipproponi
li l-Kunsill jadotta dan il-Ftehim. 2012/0129 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet
tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u
l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd
bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u
l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3),
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Fit-28 ta’ Ġunju 2007,
il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 753/2007[2] dwar il-konklużjon
tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa
waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta' Greenalnd,
min-naħa l-oħra (2) Peress li l-protokoll attwali
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja
previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea,
minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu
tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra (‘il-Protokoll’) se jiskadi
fil-31 ta’ Diċembru 2012, ġie inizjalat Protokoll
ġdid fit-3 ta’ Frar 2012. Il-Protokoll il-ġdid
jipprovdi opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Groenlandja lill-bastimenti
tas-sajd tal-UE. (3) Fi ..., il-Kunsill adotta
d-Deċiżjoni Nru ..../2012[3]
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll il-ġdid. (4) Il-metodu
għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri
għandu jiġi ddefinit għall-perjodu ta’ applikazzjoni
tal-Protokoll il-ġdid, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Settembru 2002 dwar
il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika
Komuni dwar is-Sajd[4]. (5) L-iffissar aktar iddettaljat
tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli f'ċerti ilmijiet li mhumiex
tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet
tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali
huwa adottat fuq bażi annwali mir-Regolament tal-Kunsill li jiffissa
l-opportunitajiet tas-sajd għal kull sena. (6) Skont l-Artikolu 10(1)
tar-Regolament tal-Kunsill Nur 1006/2008
tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet
għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra
mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi
terzi għall-ilmijiet tal-Komunità[5],
jekk ikun jidher li l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew l-ammont
ta’ opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll ma jkunux
utilizzati kollha, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat.
In-nuqqas ta’ risposta qabel id-data ta’ skadenza stipulata mill-Kunsill
għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tas-sajd tal-Istat
Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ
mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom matul il-perjodu mogħti. Għandha
tiġi stabbilita dik id-data ta’ skadenza. (7) Sabiex ikunu żgurati
kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament dwar
ir-reviżjoni tal-allokazzjoni ta’ kwoti għall-capelin disponibbli
lill-Unjoni fl-ilmijiet tal-Groenlandja, għandhom jingħataw
setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. (8) Peress li l-Protokoll attwali
se jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2012 u peress li l-Protokoll
il-ġdid għandu jiġi applikat b’mod proviżorju
mill-1 ta' Jannar 2013, dan ir-Regolament għandu japplika
mill-1 ta' Jannar 2013, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Jekk l-applikazzjonijiet
għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri skont il-Protokoll
għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn
naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu
tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra, sad-data stipulata fl-Anness ta’
dan ir-Regolament għal kull stokk ikkonċernat ma jkoprux
l-opportunitajiet tas-sajd annwali allokati kif stipulati mill-Protokoll,
il-Kummissjoni għandha tikkunsidra applikazzjonijiet tas-sajd minn
kwalukwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE)
Nru 1006/2008. 2. Id-data ta’ skadenza msemmija
fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandha tkun
stabbilita għal 10 ijiem ta' xogħol. 3. Għal kull stokk imsemmi
fl-Anness, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri dwar
il-livell ta’ utilizzazzjoni tal-opportunitajiet ta’ sajd abbażi ta’
applikazzjonijiet għal liċenzji riċevuti mhux aktar tard minn: (a)
xahar qabel id-data stabbilita fl-Anness, kif
ukoll (b)
sad-data stabbilita fl-Anness. 4. Il-Kummissjoni għandha
tirrevedi l-kwoti għall-capelin disponibbli għall-Unjoni fl-ilmijiet
tal-Groenlandja fis-subżoni V u XIV tal-ICES abbażi tat-TAC u
l-allokazzjoni tiegħu lill-Unjoni stabbilita mill-Groenlandja skont
il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa
waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja,
min-naħa l-oħra, u l-Protokoll għalih. Artikolu 2 1. Dan ir-Regolament għandu
jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni
tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. 2. Għandu japplika
mill-1 ta’ Jannar 2013. 3. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President
ANNESS Data msemmija fl-Artikolu 1(1) u (3): Stokk || Data Il-Gamblu tat-Tramuntana fis-Subżoni XIV u V tal-ICES || l-1 ta’ Awwissu Il-ħalibatt tal-Groenlandja fis-Subżoni XIV u V tal-ICES || il-15 ta’ Settembru Il-ħalibatt tal-Atlantiku fis-Subżoni XIV u V tal-ICES u fis-Subżona 1 tan-NAFO || l-1 ta’ Settembru Il-ħalibatt tal-Groenlandja fis-Subżona 1 tan-NAFO – fin-Nofsinhar ta’ 68°Tramuntana || il-15 ta’ Ottubru Il-Gamblu tat-Tramuntana fis-Subżona 1 tan-NAFO || l-1 ta’ Ottubru Ir-redfish pelaġiku fis-Subżoni XIV u V tal-ICES u s-Subżona 1F tan-NAFO || l-1 ta’ Settembru Ir-redfish demersali fis-Subżoni XIV u V tal-ICES u s-Subżona 1F tan-NAFO || l-1 ta’ Settembru Is-snowcrab fis-Subżona 1 tan-NAFO || l-1 ta’ Ottubru Il-merluzz fis-Subżona XIV tal-ICES u fis-Subżona 1 tan-NAFO || il-31 ta’ Ottubru [1] Adottat mit-3108 laqgħa tal-Kunsill (Agrikoltura u
Sajd), it-Tlieta 19 ta’ Lulju 2011, bħala l-elementi “A”
elenkati fi 12843/11. [2] ĠU L 172, 30.6.2007, p. 1. [3] ĠU L, …, p. …. ĠU: Jekk jogħġbok
daħħal id-data, in-numru u r-refernza tal-ĠU
għad-Deċiżjoni [4] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. [5] ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.