This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0233
Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Council Implementing Regulation (EU) No 917/2011 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of ceramic tiles originating in the People's Republic of China, by adding a company to the list of producers from the People's Republic of China listed in Annex I
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u biex jinġabar definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, billi jżid kumpanija mal-lista ta' produtturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina elenkati fl-Anness I
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u biex jinġabar definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, billi jżid kumpanija mal-lista ta' produtturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina elenkati fl-Anness I
/* COM/2012/0233 final - 2012/0117 (NLE) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u biex jinġabar definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, billi jżid kumpanija mal-lista ta' produtturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina elenkati fl-Anness I /* COM/2012/0233 final - 2012/0117 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-kuntest tal-proposta · Ir-raġunijiet għall-proposta u għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni
tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet
li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri
tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament bażiku")
fil-proċediment li għandu x'jaqsam mal-importazzjonijiet tal-madum
taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina. · Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest
tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u tirriżulta minn
investigazzjoni li saret skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali
stabbiliti fir-Regolament bażiku. · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill
(UE) Nru 917/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u biex
jinġabar definittivament id-dazju provviżorju impost fuq
l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika
Popolari taċ-Ċina. · Konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. Il-konsultazzjoni
mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt · Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-partijiet interessati kkonċernati
bil-proċediment kellhom iċ-ċans jiddefendu l-interessi
tagħhom matul l-investigazzjoni, skont id-dispożizzjonijiet
tar-Regolament bażiku. · Il-ġbir u l-użu tal-ispeċjalizzazzjoni Ma kienx hemm bżonn ta'
speċjalizzazzjoni esterna. · Il-valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta tirriżulta
mill-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jagħmilx dispożizzjonijiet
għal valutazzjoni ġenerali tal-impatt iżda fih lista
eżawrjenti ta' kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu
vvalutati. 3. ELEMENTI ĠURIDIĊI
TAL-PROPOSTA · Is-sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta mehmuża għal Regolament
tal-Kunsill hija bbażata fuq is-sejba definittiva li produttur esportatur
Ċiniż wieħed issodisfa l-kriterji kollha biex jingħata
l-istatus ta' produttur esportatur ġdid, u għaldaqstant għandu
jkun soġġett għad-dazju antidumping medju peżat ta'
30,6 %. · Bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009
tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra
l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi
mhux membri tal-Komunità Ewropea. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill
(UE) Nru 917/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u biex
jinġabar definittivament id-dazju provviżorju impost fuq
l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika
Popolari taċ-Ċina. · Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa' fil-kompetenza esklużiva
tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma
japplikax. · Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-forma tal-azzjoni hija deskritta fir-Regolament
bażiku msemmi hawn fuq u ma tħallix lok għal deċiżjoni
nazzjonali. Mhix applikabbli indikazzjoni ta' kif il-piż
finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali,
l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u
ċ-ċittadini jitnaqqas kemm jista jkun u jkun proporzjonat
mal-għan tal-proposta. · L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: regolament. Mezzi oħra ma jkunux xierqa minħabba
r-raġuni li ġejja: Mezzi oħrajn ma jkunux xierqa minħabba
li r-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. 4. L-IMPLIKAZZJONI
BAĠITARJA Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni
għall-baġit tal-Unjoni. 2012/0117 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni
tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u
biex jinġabar definittivament id-dazju provviżorju impost fuq
l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina
mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, billi jżid kumpanija mal-lista
ta' produtturi mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina elenkati
fl-Anness I IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar
il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta'
dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (ir-Regolament bażiku), u
b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament ta'
Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011[2] li jimponi dazju antidumping
definittiv u biex jinġabar definittivament id-dazju provviżorju
impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li
joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina ("ir-Regolament
ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011") u b'mod
partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mressqa
mill-Kummissjoni Ewropea ("il-Kummissjoni") wara li kkonsultat
mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A.
IL-PROĊEDURA PREĊEDENTI (1) Bir-Regolament ta'
Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011, il-Kunsill impona dazju antidumping
definittiv fuq l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-madum
taċ-ċeramika li joriġina mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina ("iċ-Ċina"). Minħabba n-numru kbir
ta' produtturi esportaturi fiċ-Ċina li kkoperaw fl-investigazzjoni li
wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju antidumping
("l-investigazzjoni oriġinali"), intgħażel kampjun ta'
produtturi esportaturi Ċiniżi u ġew imposti rati individwali
tad-dazju li jvarjaw minn 26,3 % għal 36,5 % fuq il-kumpaniji
inklużi fil-kampjun, filwaqt li kumpaniji oħra li kkoperaw imma li
mhumiex inklużi fil-kampjun ingħataw rata tad-dazju ta' 30,6 %. Ġiet
imposta rata tad-dazju ta' 69,7 % fuq il-kumpaniji Ċiniżi l-oħra
kollha. (2) L-Artikolu 3
tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011
jistipula li fejn xi produttur esportatur ġdid fiċ-Ċina
jagħti biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li: ·
ma esportax lejn l-Unjoni l-prodotti deskritti
fl-Artikolu 1(1) ta' dak ir-Regolament matul il-perjodu ta'
investigazzjoni (l-1 ta' April 2009
sal-31 ta' Marzu 2010) ("il-perjodu
tal-investigazzjoni") (l-ewwel kriterju); ·
mhu relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi
jew produtturi fiċ-Ċina li huma soġġetti
għall-miżuri antidumping imposti minn dan ir-Regolament (it-tieni
kriterju); u ·
filfatt esporta lejn l-Unjoni l-prodotti
kkonċernati wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati
l-miżuri, jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta
kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni (it-tielet kriterju); għalhekk l-Artikolu 1(2) ta' dan
ir-Regolament jista' jiġi emendat billi l-produttur esportatur
il-ġdid jingħata r-rata tad-dazju applikabbli, jiġifieri
30,6 %, għall-kumpaniji li jikkoperaw u li mhumiex inklużi
fil-kampjun. B.
TALBA TA' PRODUTTUR ESPORTATUR ĠDID (3) Kumpanija Ċiniża ("l-applikant")
applikat biex tingħata l-istess trattament bħall-kumpaniji li
kkoperaw fl-investigazzjoni oriġinali u li mhumiex inklużi
fil-kampjun ("trattament lil produttur esportatur ġdid"). (4) Sar eżami biex jiġi
stabbilit jekk l-applikant jissodisfax il-kriterji għall-għoti ta'
trattament ta' produttur esportatur ġdid kif stipulati fl-Artikolu 3
tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011. (5) Intbagħat kwestjonarju
lill-applikant li kien intalab jagħti evidenza biex juri li huwa ssodisfa
t-tliet kriterji msemmija hawn fuq. (6) L-evidenza mogħtija
mill-produttur esportatur Ċiniż tqieset biżżejjed biex turi
li huwa jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 3 tar-Regolament ta'
Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011. Għalhekk dan
il-produttur esportatur jista' jingħata r-rata tad-dazju applikabbli
għall-kumpaniji li jikkoperaw u li mhumiex inklużi fil-kampjun,
(jiġifieri 30,6 %) u minħabba f'hekk ismu jista' jiżdied
mal-lista ta' produtturi esportaturi fl-Anness I tar-Regolament ta'
Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011. (7) L-applikant u l-industrija
tal-Unjoni ġew mgħarrfa bis-sejbiet tal-eżami u ngħataw
l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. (8) L-argumenti u
s-sottomissjonijiet kollha li għamlu l-partijiet interessati ġew
analizzati u ngħataw l-attenzjoni mistħoqqa fejn meħtieġ, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-kumpanija li ġejja għandha
tiżdied mal-lista ta' produtturi mir-Repubblika Popolari
taċ-Ċina elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta'
Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011. Isem || Kodiċi addizzjonali TARIC Onna Ceramic Industries (iċ-Ċina) Co., Ltd. || B293 Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol
fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot
fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 343, 22.12.2009,
p. 51. [2] ĠU L 238, 15.9.2011,
p. 1.