This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0038
Proposal for a COUNCIL DECISION on the signature, on behalf of the European Union, and provisional application of the Agreement on certain aspects of air services between the European Union and the Democratic Socialist Republic of Sri Lanka
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka
/* COM/2012/038 final - 2012/0017 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka /* COM/2012/038 final - 2012/0017 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Il-kuntest tal-proposta 110 || · Raġunijiet u għanijiet tal-proposta B’segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-hekk imsejħa każijiet “Open Skies”, fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni[1] (il-“mandat orizzontali”). L-għanijiet ta’ dawn il-ftehimiet huma li jagħtu aċċess mhux diskriminatorju lit-trasportaturi kollha tal-ajru tal-Unjoni Ewropea għar-rotot bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi, u sabiex il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jinġiebu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni. 120 || · Il-kuntest ġenerali Ir-relazzjonijiet fil-qasam tal-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi tradizzjonalment kienu rregolati permezz ta’ ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, l-Annessi għal dawn il-ftehimiet u arranġamenti bilaterali jew multilaterali relatati oħra. Il-klawżoli tradizzjonali ta’ ħatra fil-ftehimiet bilaterali tal-Istati Membri dwar is-servizzi tal-ajru jiksru l-liġi tal-Unjoni. Dawn jippermettu lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta’ trasportatur tal-ajru li kien maħtur minn Stat Membru iżda li mhux sostanzjalment sjieda ta’ dak l-Istat Membru u effettivament ikkontrollat minnu jew miċ-ċittadini tiegħu. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi Komunitarji stabbiliti fit-territorju ta’ Stat Membru iżda li jkunu sjieda u kkontrollati minn ċittadini ta’ Stat Membru ieħor. Dan imur kontra l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta’ Stati Membri, li jkunu eżerċitaw il-libertà tagħhom tal-istabbiliment tal-istess trattament fl-Istat Membru ospitanti bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. 130 || · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post jew jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-ħmistax-il ftehim bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka. 140 || · Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni Il-Ftehim se jaqdi għan fundamentali tal-politika esterna dwar l-avjazzjoni tal-Unjoni billi jġib il-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru konformi mal-liġi tal-Unjoni. 2. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt || · Konsultazzjoni mal-partijiet interessati 211 || Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin indirizzati u l-profil ġenerali ta’ dawk li jwieġbu Sew l-Istati Membri kif ukoll l-industrija ġew ikkonsultati matul in-negozjati. 212 || Sommarju tat-tweġibiet u ta’ kif tqiesu Il-kummenti li saru mill-Istati Membri u mill-industrija ġew ikkunsidrati. 3. Elementi legali tal-proposta 305 || · Sommarju tal-azzjoni proposta Skont il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għall-“mandat orizzontali”, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jieħu post il-klawżoli tradizzjonali ta’ ħatra bi klawżola ta’ ħatra tal-UE, li tippermetti lit-trasportaturi kollha tal-ajru tal-UE li jibbenefikaw mid-dritt tal-istabbiliment. L-Artikolu 4 isolvi kunflitti potenzjali mar-regoli tal-KE dwar il-kompetizzjoni tal-Unjoni. 310 || · Bażi legali Art. 100(2) flimkien ma’ 218(5) u (8) tat-TFUE 329 || · Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tissejjes kollha kemm hi fuq il-“mandat orizzontali” mogħti mill-Kunsill b’kunsiderazzjoni għall-kwistjonijiet koperti mil-liġi tal-Unjoni u l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru. || · Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-Ftehim ser jemenda jew jikkomplementa d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru sa fejn ikun meħtieġ biss sabiex tkun żgurata l-konformità mal-liġi tal-Unjoni. || · Għażla tal-istrumenti 342 || Il-Ftehim bejn l-Unjoni u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka huwa l-aktar strument effiċjenti biex il-ftehimiet bilaterali eżistenti kollha dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. 4. Implikazzjoni baġitarja 409 || Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-Unjoni. 5. Informazzjoni addizzjonali 510 || · Simplifikazzjoni 511 || Il-proposta tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. 512 || Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka se jiġu ssostitwiti jew ikkumplementati minn dispożizzjonijiet fi ftehim waħdieni tal-Unjoni. 570 || · Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Skont il-proċedura standard għall-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, il-Kunsill huwa mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru u jaħtar il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni. 2012/0017 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u
applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tas-servizzi
tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista
tas-Sri Lanka IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2),
flimkien mal-Artikolu 218(5) u (8), l-ewwel paragrafu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni
Ewropea[2], Billi: (1)
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003,
il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi
terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet
bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni, (2)
F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim
dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru mar-Repubblika Demokratika
Soċjalista tas-Sri Lanka (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”) skont
il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill
tal-5 ta’ Ġunju 2003, (3)
Soġġett għall-konklużjoni
tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u
applikat provviżorjament mill-Unjoni. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 (1)
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u
r-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar ċerti aspetti
tas-servizzi tal-ajru huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett
għall-konklużjoni tal-Ftehim. It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. (2)
Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill
għandu jistabbilixxi l-istrument tas-setgħat kollha biex jiffirma
l-Ftehim, soġġett għall-konklużjoni tiegħu,
għall-persuna/i indikata/i min-negozjatur tal-Ftehim. Artikolu 2 Sa ma jidħol fis-seħħ,
il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament, skont l-Artikolu 7(2)
tal-Ftehim, mid-data meta jiġi ffirmat. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri
Lanka dwar
ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru L-UNJONI EWROPEA, (minn hawn ’il quddiem “l-Unjoni”) minn naħa, u IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA
SOĊJALISTA TAS-SRI LANKA, (minn hawn ’il quddiem “is-Sri Lanka”), min-naħa l-oħra, (minn hawn ’il quddiem ‘il-Partijiet’) FILWAQT LI JINNUTAW li ġew konklużi
ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn diversi Stati Membri
tal-Unjoni u s-Sri Lanka. FILWAQT LI JAGĦRFU li
dispożizzjonijiet tal-ftehim għal servizzi bilaterali tal-ajru bejn
Stati Membri tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Soċjalista
tas-Sri Lanka, li huma kontra l-liġi tal-Unjoni, iridu jinġiebu
f’konformità sħiħa ma’ dawn sabiex tiġi stabbilita bażi
legali tajba għas-servizzi tal-ajru bejn l-Unjoni u r-Repubblika
Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka u biex tiġi ppreżervata l-kontinwità
ta’ dawn is-servizzi tal-ajru, FILWAQT LI JINNUTAW li l-Unjoni għandha
l-kompetenza esklussiva fir-rigward ta’ bosta aspetti li jistgħu jiġu
inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati
Membri tal-Unjoni u pajjiżi terzi, FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi
tal-Unjoni, it-trasportaturi tal-ajru Komunitarji stabbiliti f’xi wieħed
mill-Istati Membri għandhom id-dritt għal aċċess mhux
diskriminatorju għar-rotot tal-ajru bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u
pajjiżi terzi, FILWAQT LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn
l-Unjoni u ċerti pajjiżi terzi li jipprovdu l-possibbiltà
għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi terzi (pajjiżi
elenkati fl-Anness 3) li jiksbu d-dritt tas-sjieda fi trasportaturi
tal-ajru liċenzjati skont il-liġi tal-Unjoni, FILWAQT LI JINNUTAW li, skont il-liġi
tal-Unjoni, it-trasportaturi tal-ajru fil-prinċipju ma jistgħux
jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati
Membri tal-Unjoni u li jkollhom bħala l-għan jew l-effett
tagħhom li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu
l-kompetizzjoni. FILWAQT LI JAGĦRFU li
d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru
konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni u s-Sri Lanka li i) jirrikjedu
jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn impriżi,
deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew
prattiki miftiehma li jipprevjenu, jgħawġu jew jirrestrinġu
l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew (ii)
isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew
prattika miftiehma ta’ dan it-tip; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi
tal-ajru jew lill-operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà
għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew
jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotot
rilevanti jistgħu jrendu r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli
għall-impriżi ineffettivi. FILWAQT LI JAGĦRFU li fejn Stat Membru
jkun ħatar trasportatur tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu
f’dak li għandu x’jaqsam mas-sorveljanza ta-sigurtà huwa
eżerċitat u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet
tas-Sri Lanka skont id-dispożizzjonijiet tas-Sigurtà tal-Ftehim bejn l-Istat
Membru li ħatar it-trasportatur u s-Sri Lanka, għandhom japplikaw
bl-istess mod fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor, FILWAQT LI JINNUTAW li l-istrumenti ta’ ftehim
bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru elenkati fl-Anness 1 huma msejsa fuq
il-prinċipju ġenerali li t-trasportaturi tal-ajru maħtura tal-partijiet
għandu jkollhom opportunitajiet ġusti u ndaqs fl-operat tas-servizzi
maqbula fuq ir-rotot speċifikati. FILWAQT LI JINNUTAW li mhuwiex għan ta’
dan il-ftehim li jiżdied il-volum totali ta’ traffiku tal-ajru bejn
l-Unjoni u s-Sri Lanka, sabiex jiġi affettwat il-bilanċ bejn trasportaturi
tal-ajru tal-Unjoni u trasportaturi tal-ajru tas-Sri Lanka, jew li jiġu
nnegozjati emendi għad-dispożizzjonijiet li diġà jeżistu ta’
ftehimiet bilaterali għal servizzi tal-ajru dwar drittijiet tat-traffiku. FTIEHMU KIF ĠEJ: ARTIKOLU 1 Dispożizzjonijiet
ġenerali (1)
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, l-“Istati
Membri” għandha tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u t-“Trattati
tal-UE” għandha tfisser it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. (2)
Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehimiet
elenkati fl-Anness 1 għaċ-ċittadini tal-Istat Membru li
huwa parti minn dak il-ftehim għandhom jinftehmu bħala referenzi
għaċ-ċittadini tal-Istati Membri. (3)
Ir-referenzi f’kull wieħed mill-ftehimiet
elenkati fl-Anness 1 għat-trasportaturi tal-ajru jew għal-linji
tal-ajru tal-Istat Membru li huwa parti minn dak il-ftehim għandhom
jinftehmu bħala referenzi għat-trasportaturi tal-ajru jew
għal-linji tal-ajru maħtura minn dak l-Istat Membru. (4)
L-għoti ta’ drittijiet tat-traffiku se jkompli
jsir permezz ta’ arranġamenti bilaterali. ARTIKOLU 2 Ħatra
minn Stat Membru (1)
Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3
ta’ dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet
korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(a) u (b) rispettivament, f’dak
li għandu x’jaqsam mal-ħatra tat-trasportaturi tal-ajru mill-Istat
Membru kkonċernat, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi tiegħu
mogħtija mis-Sri Lanka, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew
il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportaturi
tal-ajru, rispettivament. (2)
Malli tirċievi ħatra mingħand Stat
Membru, is-Sri Lanka għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u
l-permessi meħtieġa bl-anqas dewmien proċedurali, sakemm: (a)
it-trasportatur tal-ajru jkun stabbilit, skont
it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jaħtru u
għandu Liċenzja Operattiva valida skont il-liġi tal-Unjoni; kif
ukoll (b)
kontroll effettiv regolatorju tat-trasportatur
tal-ajru jiġi eżerċitat u miżmum mill-Istat Membru
responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru
tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b’mod ċar
fil-ħatra; kif ukoll (c)
it-trasportatur tal-ajru jkun sjieda, direttament
jew permezz ta’ sehem azzjonarju maġġoritarju, u jkun ikkontrollat
effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati
Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew
miċ-ċittadini ta’ stati oħra bħal dawn u għandu,
il-ħin kollu jkun ikkontrollat b’mod effettiv minn tali stat u/jew
ċittadini. (3)
Is-Sri Lanka tista’ tirrifjuta, tirrevoka,
tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta’
trasportatur tal-ajru maħtur minn Stat Membru meta: (a)
it-trasportatur tal-ajru ma jkunx stabbilit, skont
it-Trattati tal-UE, fit-territorju tal-Istat Membru li jkun qed jaħtru jew
ma għandux Liċenzja Operattiva valida f’konformità
mal-leġiżlazzjoni tal-liġi tal-Unjoni; jew (b)
ma jiġix eżerċitat jew miżmum
kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur tal-ajru mill-Istat Membru
responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operatur
tal-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx
identifikata b’mod ċar fil-ħatra; jew (c)
it-trasportatur tal-ajru ma jkunx sjieda,
direttament jew permezz ta’ sjieda maġġoritarja, u ma jkunx
ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini
tal-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3
u/jew miċ-ċittadini ta’ dawn l-istati l-oħra; jew (d)
it-trasportatur tal-ajru jkun diġà awtorizzat
li jopera skont ftehim bilaterali bejn is-Sri Lanka u xi Stat Membru ieħor
u billi jeżerċita d-drittijiet tat-traffiku skont dan il-Ftehim fuq
rotta li tinkludi punt f’dak l-Istat Membru l-ieħor, dan ikun qed jevita
r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet tat-traffiku imposti minn dak il-ftehim
l-ieħor; jew (e)
it-trasportatur tal-ajru maħtur ikollu
diġà Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru maħruġ minn Stat
Membru li s-Sri Lanka ma tkunx laħqet ftehim bilaterali miegħu dwar
is-servizzi tal-ajru u liema Stat Membru jkun ċaħad id-drittijiet tat-traffiku
għas-Sri Lanka. Waqt li teżerċita d-dritt
tagħha skont dan il-paragrafu, is-Sri Lanka ma għandhiex tiddiskrimina
bejn it-trasportaturi tal-ajru tal-Komunità abbażi tan-nazzjonalità. ARTIKOLU 3 Sikurezza (1)
Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’
dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet
korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(c). (2)
Fejn Stat Membru jkun maħtur trasportatur
tal-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu huwa mħaddem u miżmum
minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet tas-Sri Lanka skont
id-dispożizzjonijiet ta’ sikurezza tal-ftehim bejn l-Istat Membru li ħatar
it-trasportatur tal-ajru u s-Sri Lanka għandhom japplikaw b’mod ugwali
fir-rigward tal-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma
tal-istandards tas-sikurezza minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward
tal-awtorizzazzjoni għall-operat ta’ dak it-trasportatur tal-ajru. ARTIKOLU 4 Il-kompatibbiltà
mar-regoli tal-kompetizzjoni (1)
Minkejja kull dispożizzjoni oħra
għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1
ma għandu (i) jeħtieġ jew jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet
bejn impriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’
impriżi jew prattiki miftiehma li jipprevjenu jew jgħawġu
l-kompetizzjoni; (ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim,
deċiżjoni jew prattika kkonċertata bħal din; jew (iii)
jiddelega għand operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà
għat-teħid ta’ miżuri li jipprevjenu, jgħawġu jew
jirrestrinġu l-kompetizzjoni. (2)
Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati
fl-Anness 1 li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma
għandhomx jiġu applikati. ARTIKOLU 5 L-Annessi
għal dan il-Ftehim L-Annessi għal dan il-Ftehim
għandhom jiffurmaw parti integrali minnu. ARTIKOLU 6 Evalwazzjoni,
reviżjoni jew emendi
Il-Partijiet jistgħu, f’kull ħin, jevalwaw, jirrevedu jew jemendaw
dan il-Ftehim b’kunsens reċiproku. ARTIKOLU 7 Id-dħul
fis-seħħ u l-applikazzjoni provviżorja (1)
Dan il-Ftehim għandu jidħol
fis-seħħ meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li
l-proċeduri interni rispettivi tagħhom li jkunu meħtieġa
għad-dħul fis-seħħ tiegħu jkunu tlestew. (2)
Minkejja paragrafu 1, il-Partijiet jaqblu li
japplikaw provviżorjament dan il-Ftehim mid-data li jiġi ffirmat
sakemm jidħol fis-seħħ. (3)
Dan il-Ftehim għandu japplika
għall-ftehimiet u l-arranġamenti l-oħra elenkati fl-Anness 1
inklużi dawk li, fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, ma jkunux għadhom
daħlu fis-seħħ u li ma jkunux qed jiġu applikati
provviżorjament. ARTIKOLU 8 It-terminazzjoni (1)
Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1
jiġi tterminat, id-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan il-Ftehim li
għandhom x’jaqsmu mal-ftehim ikkonċernat elenkat fl-Anness 1
għandhom jiġu tterminati fl-istess ħin. (2)
Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1
jiġu tterminati, dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat fl-istess
ħin. B’XHIEDA TA’ DAN, il-firmatarji, awtorizzati
kif jixraq, iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul fi [...] f’żewġ kopji, fil-[...]
jum ta’ [..., ...] bil-lingwa Sinhala, Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża,
Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża,
Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana,
Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u
Svediża, bit-testi kollha jkunu ugwalment awtentiċi. GĦALL-UNJONI EWROPEA: GĦALL-GVERN
TAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA SOĊJALISTA TAS-SRI LANKA: Anness 1 Lista
ta’ ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta’ dan il-Ftehim Ftehimiet tas-servizzi tal-ajru u ftehimiet
oħra bejn is-Sri Lanka u l-Istati Membri kif modifikati jew emendati li,
dakinhar tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi,
iffirmati jew mibdija; –
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern
Federali Awstrijak u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri
Lanka magħmul f’Colombo fil-15 ta’ Frar 1978, minn hawn
’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Awstrija” fl-Anness 2; –
Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u
l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar
it-Trasport bl-Ajru magħmul fi Brussell fil-15 ta’ Diċembru 1998,
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Belġju” fl-Anness 2; –
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern
tar-Repubblika ta’ Ċipru u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista
tas-Sri Lanka mibdi f’Colombo fil-15 ta’ Novembru 2002, minn
hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim bejn is-Sri Lanka u Ċipru” fl-Anness 2; –
Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u
l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka dwar
Servizzi tal-Ajru, magħmul fi Praga fl-20 ta’ April 2004,
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u r-Repubblika
Ċeka” fl-Anness 2; –
Ftehim bejn il-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern ta’
Ceylon dwar Servizzi tal-Ajru magħmul f’Colombo fid-29 ta’ Mejju 1959,
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u d-Danimarka”
fl-Anness 2; –
Ftehim bejn ir-Repubblika ta’ Franza u Ceylon
dwar it-Trasport bl-Ajru magħmul f’Colombo fit-18 ta’ April 1966,
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u Franza” fl-Anness 2; –
Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika
Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tas-Sri Lanka magħmul
f’Colombo fl-24 ta’ Lulju 1973, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ
“il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Ġermanja” fl-Anness 2; –
Ftehim fuq it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika
Ellenika u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka
mibdi f’Ateni fil-5 ta’ Novembru 2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ
“il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Greċja” fl-Anness 2; –
Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u
l-Gvern ta’ Ceylon dwar Servizzi tal-Ajru magħmul f’Colombo fl-1 ta’ Ġunju 1959,
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Italja”
fl-Anness 2; –
Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Pajjiżi
l-Baxxi u l-Gvern ta’ Ceylon għal Servizzi tal-Ajru bejn u ’l hinn
mit-territorji rispettivi tagħhom magħmul f’Colombo fl-14 ta’ Settembru 1953,
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Pajjiżi l-Baxxi” fl-Anness 2; –
Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Popolari
Pollakka u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka
għal Servizzi tal-Ajru bejn u ’l hinn mit-territorji rispettivi
tagħhom magħmul f’Colombo fis-26 ta’ Jannar 1982 minn
hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Polonja” fl-Anness 2; –
Ftehim bejn ir-Repubblika Soċjalista
tar-Rumanija u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista tas-Sri Lanka
dwar Servizzi tal-Ajru magħmul f’Colombo fid-29 ta’ Awwissu 1980
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u r-Rumanija”
fl-Anness 2; –
Ftehim bejn il-Gvern tal-Isvezja u l-Gvern ta’
Ceylon dwar Servizzi tal-Ajru magħmul f’Colombo fid-29 ta’ Mejju 1959
minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn is-Sri Lanka u l-Isvezja”
fl-Anness 2; –
Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran
Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern tar-Repubblika Demokratika Soċjalista
tas-Sri Lanka dwar Servizzi tal-Ajru magħmul f’Colombo fit-22 ta’
April 1998, kif emendat, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim bejn
is-Sri Lanka u r-Renju Unit” fl-Anness 2. Anness 2 Lista
tal-Artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija
fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ dan il-Ftehim (a)
Ħatra minn Stat Membru: –
Artikolu 3, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Awstrija; –
Artikolu 3, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Belġju; –
Artikolu 4, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
Ċipru; –
Artikolu 3, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
r-Repubblika Ċeka; –
Artikolu 2, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
d-Danimarka; –
Artikolu 3, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
Franza; –
Artikolu 3, paragrafu 4 tal-Ftehim bejn
is-Sri Lanka u l-Ġermanja; –
Artikolu 3, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Greċja; –
Artikolu 4, Paragrafi 1 sa 3 tal-Ftehim
bejn is-Sri Lanka u l-Italja; –
Artikolu 2, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Pajjiżi l-Baxxi; –
Artikolu 3, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Polonja; –
Artikolu 3, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
r-Rumanija; –
Artikolu 2, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Isvezja; –
Artikolu 4, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
r-Renju Unit; (b)
Ir-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew
il-limitazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet jew tal-permessi: –
Artikolu 4, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Awstrija; –
Artikolu 5, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Belġju; –
Artikolu 5, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
Ċipru; –
Artikolu 4, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
r-Repubblika Ċeka; –
Artikolu 6, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
d-Danimarka; –
Artikolu 3, paragrafu 4 u Artikolu 4,
tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u Franza; –
Artikolu 4, paragrafu 1, tal-Ftehim bejn
is-Sri Lanka u l-Ġermanja; –
Artikolu 4, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Greċja; –
Artikolu 4, Paragrafi 4 sa 6 tal-Ftehim
bejn is-Sri Lanka u l-Italja; –
Artikolu 3, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Pajjiżi l-Baxxi; –
Artikolu 3, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
r-Rumanija; –
Artikolu 6, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Isvezja; –
Artikolu 5, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
r-Renju Unit; (c)
Sikurezza: –
Artikolu 7, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Awstrija; –
Artikolu 7, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Belġju; –
Artikolu 10, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
Ċipru; –
Artikolu 7, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
r-Repubblika Ċeka; –
Artikolu 4, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
d-Danimarka; –
Artikolu 7, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Greċja; –
Artikolu 7, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Polonja; –
Artikolu 7, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
r-Rumanija; –
Artikolu 4, tal-Ftehim bejn is-Sri Lanka u
l-Isvezja; Anness 3 Lista
ta' stati oħra msemmija fl-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim (a)
Ir-Repubblika tal-Islanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); (b)
Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea); (c)
Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika
Ewropea); (d)
Il-Konfederazzjoni Svizzera (skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera
dwar it-Trasport bl-Ajru). [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta’ Ġunju 2003
(dokument ristrett) [2] ĠU C , , p. .