Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0019

Proposta għal COUNCIL DECISION dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

/* KUMM/2012/019 finali - 2012/0004 (NLE) */

52012PC0019

Proposta għal COUNCIL DECISION dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra /* KUMM/2012/019 finali - 2012/0004 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           Il-kuntest tal-proposta

|| · Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Il-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, kien innegozjat mill-Kummissjoni bl-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill f’Ġunju tal-2011. Is-servizzi tal-ajru bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova attwalment joperaw fuq il-bażi ta’ ftehimiet bilterali bejn l-Istati Membri individwali u r-Repubblika tal-Moldova. Hija parti mill-politika esterna dwar l-avjazzjoni tal-UE li jiġu nnegozjati ftehimiet komprensivi ta’ servizzi tal-ajru mal-pajjiżi ġirien, fejn intwera l-valur miżjud u l-benefiċċji ekonomiċi ta’ ftehimiet bħal dawn. Il-Ftehim għandu l-għan li: - jiftaħ is-suq b’mod gradwali f’termini ta’ aċċess għal rotot u kapaċità, fuq bażi reċiproka; - jippromwovi l-kooperazzjoni u l-armonizzazzjoni regolatorja ta’ regolamenti u approċċi abbażi tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-avjazzjoni; - jippromwovi servizzi tal-ajru bbażati fuq il-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru bl-inqas indħil u bl-inqas regolamentazzjoni possibbli min-naħa tal-gvern; - ma jagħmel l-ebda diskriminazzjoni u li jkun hemm kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi ekonomiċi;

|| · Kuntest ġenerali Id-direttivi tan-negozjati jistabbilixxu l-għan ġenerali li jiġi negozjat ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru bil-għan li jinfetaħ aċċess għas-suq b’mod gradwali u reċiproku u li jiġu żgurati l-konverġenza regolatorja u l-implimentazzjoni effikaċi tal-istandards tal-UE. Skont id-direttivi tan-negozjati, l-abbozz tal-Ftehim mar-Repubblika tal-Moldova ġie inizjalat miż-żewġ naħat fis-26 ta’ Ottubru 2011.

|| · Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali eżistenti tas-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Moldova. Madankollu, id-drittijiet tat-traffiku eżistenti li joriġinaw minn dawn il-ftehimiet bilaterali u li mhumiex koperti taħt dan il-Ftehim, jistgħu jkomplu jiġu eżerċitati, bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom.

|| · Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Il-konklużjoni ta’ ftehim komprensiv ta’ trasport bl-ajru mar-Repubblika tal-Moldova huwa element importanti fl-iżvilupp tal-politika esterna dwar l-avjazzjoni tal-UE u, b’mod partikolari, ta’ Spazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni aktar wiesa’, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2005) 79 finali “L-Iżvilupp ta’ Aġenda għall-Politika Esterna tal-Avjazzjoni tal-Komunità”.

2.           Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt F'konformità mal-Artikolu 218(4) TFUE, il-Kummissjoni mexxiet in-negozjati b'konsultazzjoni ma' kumitat speċjali. Barra minn hekk, ikkonsultat il-partijiet interessati matul il-proċess kollu.

|| · Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

|| Metodi ta’ konsultazzjoni, setturi prinċipali fil-mira u profil ġenerali ta’ min ipparteċipa Il-Kummissjoni kkonsultat il-partijiet interessati, b'mod partikolari permezz tal-Forum Konsultattiv li kien magħmul minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ trasportaturi bl-ajru, ta’ ajruporti u tax-xogħol.

|| Sommarju tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati Il-kummenti kollha mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati kif xieraq fit-tħejjija tal-pożizzjoni tan-negozjati tal-Unjoni.

|| · Ġbir u użu ta’ għarfien espert

|| Ma kienx hemm ħtieġa ta’ għarfien espert estern.

|| · Valutazzjoni tal-impatt Il-ftehim jiżgura l-ftuħ, b’mod gradwali, tas-suq tat-trasport bl-ajru bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova. F’rapport imħejji minn konsulenti għall-Kummissjoni fl-2011, ġie stmat li l-benefiċċji ekonomiċi ta’ dan il-ftehim jammontaw għal madwar EUR 17 miljun fis-sena (l-aktar minħabba nollijiet tal-ajru orħos u minħabba ż-żieda fit-trasport bl-ajru u fl-attività ekonomika assoċjata). L-analiżi indikat ukoll li n-nollijiet tal-ajru għal rotot popolari x’aktarx li jorħsu minħabba ż-żieda fil-kompetizzjoni. Il-Ftehim għandu jgħin ukoll biex jiġu indirizzati aħjar il-kwistjonijiet ta’ “twettiq ta’ negozju” tat-trasportaturi bl-ajru tal-UE. Ir-rapport kien disponibbli għall-Istati Membri u l-partijiet interessati permezz tal-bażi ta' dejta CIRCA. Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li għandu jkun responsabbli mir-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Ftehim u l-effetti tiegħu.

3.           L-elementi legali tal-proposta

|| · Sommarju tal-azzjoni proposta Il-Ftehim jikkonsisti fit-test ewlieni li jinkludi l-prinċipji ewlenin, u żewġ Annessi: l-Anness I dwar l-iskeda ta’ rotot, id-drittijiet tat-traffiku u l-flessibbiltà operazzjonali, u l-Anness II dwar il-ftehimiet bilaterali dwar servizzi bl-ajru.

|| · Bażi legali L-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218 (5) u (8), l-ewwel paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

|| · Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika sakemm il-proposta ma taqax taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

|| L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin.

|| Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet eżistenti magħmula minn Stati Membri individwali. Il-Ftehim jistabbilixxi b’mod simultanju għat-trasportaturi tal-ajru kollha tal-Unjoni, kundizzjonijiet ugwali u uniformi għall-aċċess għas-suq, u jistabbilixxi arranġamenti ġodda għall-kooperazzjoni u l-konverġenza regolatorji bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova f’oqsma li huma essenzjali għall-operat sikur, bla periklu u effiċjenti tas-servizzi tal-ajru. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkisbu biss f’livell ta’ Unjoni għaliex jinvolvu għadd ta’ oqsma ta’ kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

|| Azzjoni tal-Unjoni tilħaq aħjar l-għanijiet tal-proposta għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin:

|| Il-Ftehim jippermetti estensjoni simultanja tat-termini tiegħu għas-27 Stat Membru, billi japplika l-istess regoli mingħajr diskriminazzjoni u jkun ta’ benefiċċju għat-trasportaturi bl-ajru kollha tal-UE, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom. Dawn it-trasportaturi jkunu jistgħu joperaw b’mod liberu minn kwalunkwe punt fl-Unjoni Ewropea lejn kwalunkwe punt fir-Repubblika tal-Moldova, li bħalissa mhuwiex il-każ.

|| It-tneħħija tar-restrizzjonijiet kollha għall-aċċess għas-suq bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova mhux biss ser tattira entitajiet ġodda biex jidħlu fis-suq u toħloq opportunitajiet biex joperaw lejn ajruporti inqas moqdija, imma se tiffaċilita wkoll il-konsolidazzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru tal-UE.

|| Il-Ftehim jiżgura aċċess għat-trasportaturi bl-ajru kollha tal-UE għall-opportunitajiet kummerċjali, bħall-possibbiltà li jistabbilixxu prezzijiet b’mod liberu. Għan ieħor tal-mandat huwa li jinħolqu opportunitajiet indaqs bejn it-trasportaturi bl-ajru kollha tal-UE u dawk tal-Moldova, u dan jirrikjedi kooperazzjoni regolatorja qawwija li tista’ tingħata biss fil-livell tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, għan ewlieni tal-mandat kien li jinħoloq qafas biex jiġu indirizzati u solvuti l-ostakli relatati mat-“twettiq ta' negozju” li jkollhom jaffrontaw it-trasportaturi bl-ajru tal-UE fir-Repubblika tal-Moldava. L-Unjoni se jkollha iżjed qawwa biex tkun tista’ ssolvi dawn il-problemi milli huwa possibbli bħalissa fuq livell nazzjonali.

|| Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

|| · Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/ġejjin.

|| Sejjer jiġi stabbilit Kumitat Konġunt biex jiddiskuti kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt se jimmonitorja l-aspetti ta’ sikurezza relatati mal-Ftehim, jinkoraġġixxi l-iskambji fil-livell ta’ esperti dwar inizjattivi jew żviluppi leġiżlattivi jew regolatorji ġodda u se jqis oqsma potenzjali għal żvilupp akbar tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt se jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

|| Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkomplu jwettqu l-kompiti amministrattivi tradizzjonali li huma jwettqu fl-ambitu tat-trasport internazzjonali bl-ajru, iżda skont regoli komuni applikati b’mod uniformi.

· || · L-għażla tal-istrumenti

|| L-istrumenti proposti: ftehim internazzjonali

|| Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni(ijiet) li ġejjin. Ir-relazzjonijiet esterni fil-qasam tal-avjazzjoni jista’ jkollhom effett biss permezz ta’ ftehimiet internazzjonali.

4.           Implikazzjonijiet baġitarji

|| Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

||

2012/0004 (NLE)

Proposta għal

COUNCIL DECISION

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) u (8), l-ewwel paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri, Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha (minn hawn ’il quddiem, il-“Ftehim”) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-16 ta’ Ġunju 2011 li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim fis-26 ta' Ottubru 2011;

(2) il-Ftehim għandu jiġi ffirmat u applikat proviżorjament mill-Unjoni u l-Istati Membri, soġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar tard;

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Firma

1.           L-iffirmar tal-Ftehim dwar Spazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, huwa b'dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-Ftehim imsemmi.

It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

2.           Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument tas-setgħat sħaħ biex jiffirma l-Ftehim, soġġett għall-konklużjoni tiegħu, għall-persuna jew il-persuni indikati min-negozjatur tal-Ftehim.

Artikolu 2

Applikazzjoni provviżorja

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha, skont il-proċeduri interni u/jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli tagħhom, mid-data tal-iffirmar tal-Ftehim.

Artikolu 3

Kumitat Konġunt

1.           Ir-rappreżentanti tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 22 ta' dan il-Ftehim.

2.           L-Unjoni Ewropea għandha tkun irrappreżentata fil-Kumitat Konġunt mill-Kummissjoni.

3.           Il-pożizzjoni li se tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt fl-ambitu tal-kwistjonijiet ta’ kompetenza esklużiva tal-UE li ma jeħtiġux l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li jkollha effetti ġuridiċi għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni u tiġi nnotifikata bil-quddiem lill-Kunsill.

4.           Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-UE, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea se tiġi adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, sakemm il-proċeduri applikabbli ta’ votazzjoni stabbiliti mit-Trattati tal-UE ma jipprovdux mod ieħor.

5.           Għal deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri se tiġi adottata mill-Kunsill, li jaġixxi b’unanimità, fuq proposta mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, sakemm Stat Membru ma jkunx informa lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fi żmien xahar mill-adozzjoni tal-pożizzjoni li jista’ jagħti l-kunsens għad-deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Kumitat Konġunt, biss bi qbil mal-korpi leġiżlattivi tiegħu.

Artikolu 4

Soluzzjoni ta’ Tilwim

1.           Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim.

2.           Kwalunkwe azzjoni adattata oħra li tittieħed skont l-Artikolu 23 tal-Ftehim dwar kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Unjoni għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-Kumitat Speċjali magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri maħtura mill-Kunsill.

Artikolu 5

Informazzjoni lill-Kummissjoni

1.           L-Istati Membri għandhom jinfurmaw bil-quddiem lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe deċiżjoni li permezz tagħha huma jirrifjutaw, jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-awtorizzazzjoni ta’ linja tal-ajru tar-Repubblika tal-Moldova, li huma jkunu beħsiebhom jadottaw skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim.

2.           L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe talba jew notifika magħmula minnhom jew li tasal għandhom skont l-Artikolu 14 (Sikurezza) tal-Ftehim.

3.           L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni rigward kwalunkwe talba jew notifika magħmula minnhom jew li tasal għandhom skont l-Artikolu 15 (Sigurtà tal-Avjazzjoni) tal-Ftehim.

Done at Brussels,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President                                                                        […]

ANNESS

FTEHIM DWAR SPAZJU KOMUNI TAL-AVJAZZJONI

BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA

U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

Partijiet għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, “it-Trattati tal-UE”), u bħala Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem, l-“Istati Membri”), u

L-UNJONI EWROPEA,

                                                                            minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

                                                                            min-naħa l-oħra,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Ftehim dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Repubblika tal-Moldova min-naħa l-oħra, sar fi Brussell fit-28 ta' Novembru 1994;

XEWQANA li jinħoloq Spazju Komuni tal-Avjazzjoni (CAA - Common Aviation Area) bil-għan li jinfetaħ aċċess għas-swieq tal-Partijiet, b’kundizzjonijiet ugwali ta' kompetizzjoni, u rispett tal-istess regoli - inklużi fl-oqsma ta' sikurezza, sigurtà, ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, aspetti soċjali u l-ambjent;

XEWQANA li jiffaċilitaw l-espansjoni tal-opportunitajiet tat-trasport bl-ajru, inkluż bl-iżvilupp ta’ netwerks ta’ trasport bl-ajru, biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-passiġġieri u tat-trasportaturi tal-merkanzija u biex ikun hemm servizzi ta’ trasport bl-ajru konvenjenti;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tat-trasport bl-ajru fil-promozzjoni tal-kummerċ, tat-turiżmu u tal-investiment;

FILWAQT LI JINNUTAW il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li nfetħet għall-iffirmar f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944;

FILWAQT LI JAQBLU li huwa xieraq li r-regoli tas-CAA jkunu abbażi tal-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea, kif stipulat fl-Anness III għal dan il-Ftehim.

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-konformità sħiħa mar-regoli tas-CAA tintitola lill-Partijiet għall-gwadann tal-vantaġġi kollha inkluż l-aċċess miftuħ għas-swieq u l-massimu tal-benefiċċji għall-konsumaturi, u l-industriji u x-xogħol taż-żewġ Partijiet;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-ħolqien tas-CAA u l-implimentazzjoni tar-regoli tiegħu ma jistgħux jinkisbu mingħajr arranġamenti tranżizzjonali fejn huwa meħtieġ;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza ta’ għajnuna adegwata f’dan ir-rigward;

XEWQANA li joħolqu l-possibbiltà għat-trasportaturi bl-ajru biex joffru prezzijiet u servizzi kompetittivi fi swieq miftuħa lill-passiġġieri u lit-trasportaturi tal-merkanzija;

XEWQANA li s-setturi kollha tal-industrija tat-trasport bl-ajru, inklużi l-ħaddiema tat-trasportaturi bl-ajru, ikunu jistgħu jgawdu minn ftehim liberalizzat;

XEWQANA li jiżguraw l-ogħla grad ta’ sikurezza u sigurtà fit-trasport internazzjonali bl-ajru, u fl-istess ħin jaffermaw mill-ġdid it-tħassib serju tagħhom dwar atti jew theddid kontra s-sigurtà tal-inġenji tal-ajru li jipperikolaw is-sikurezza tal-persuni jew tal-proprjetà, li jaffettwaw ħażin l-operat tal-inġenji tal-ajru u li jnaqqsu l-kunfidenza tal-passiġġieri pubbliċi fis-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili;

XEWQANA li jiżguraw kundizzjonijiet ugwali għat-trasportaturi bl-ajru kollha, u li jippermettu opportunitajiet indaqs u ġusti għat-trasportaturi bl-ajru tagħhom biex jipprovdu s-servizzi miftehma;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li s-sussidji tal-gvern jistgħu jaffettwaw ħażin il-kompetizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u jistgħu jipperikolaw l-għanijiet bażiċi ta’ dan il-Ftehim;

FILWAQT LI JAFFERMAW l-importanza li jħarsu l-ambjent fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politika internazzjonali dwar l-avjazzjoni, u waqt li jirrikonoxxu d-drittijiet tal-Istati sovrani li jieħdu miżuri xierqa għal dan il-għan;

FILWAQT LI JINNUTAW l-importanza li jitħarsu l-konsumaturi, inklużi l-protezzjonijiet mogħtija permezz tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli tat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, adottata f’Montreal fit-28 ta’ Mejju 1999;

BIL-ĦSIEB li jkomplu jiżviluppaw il-qafas tal-ftehimiet eżistenti tat-trasport bl-ajru, bil-għan li jinfetaħ l-aċċess għas-swieq u jiġu mmassimizzati l-benefiċċji għall-konsumaturi, it-trasportaturi bl-ajru, ix-xogħol u l-komunitajiet taż-żewġ Partijiet;

FTEHMU KIF ĠEJ:

ARTIKOLU 1

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan il-Ftehim, sakemm mhux iddikjarat mod ieħor, it-terminu:

(1) “Servizzi miftehma” u “Rotot speċifikati” jfissru trasport internazzjonali bl-ajru skont l-Artikolu 2 (Għoti ta’ Drittijiet) u l-Anness I għal dan il-Ftehim;

(2) “Ftehim” tfisser dan il-Ftehim, l-Annessi tiegħu u kull emenda tiegħu;

(3) “Trasport bl-Ajru” tfisser il-ġarr ta’ passiġġieri, bagalji, merkanzija u posta permezz ta’ inġenju tal-ajru, b’mod separat jew ikkombinat, offruti lill-pubbliku bi ħlas jew b'kiri, u li biex ikun evitat kull dubju, għandu jinkludi servizzi skedati jew mhux skedati (charter), kif ukoll servizzi sħaħ tal-merkanzija;

(4) "Awtoritajiet kompetenti" tfisser l-aġenziji jew l-entitajiet tal-gvern responsabbli għall-funzjonijiet amministrattivi skont dan il-Ftehim;

(5) “Adegwatezza” tfisser jekk it-trasportatur bl-ajru jiflaħx iħaddem servizzi internazzjonali tal-ajru, jiġifieri jekk għandux il-kapaċità finanzjarja u l-għarfien adattat tat-tmexxija u jekk hux lest ikun konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti u mar-rekwiżiti li jirregolaw it-tħaddim tat-tali servizzi;

(6) "Ċittadinanza" tfisser jekk inġenju tal-ajru jissodisfax ir-rekwiżiti dwar kwistjonijiet bħas-sjieda, il-kontroll effettiv u l-post prinċipali tan-negozju tiegħu.

(7) “Il-Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, li nfetħet għall-iffirmar f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944, u tinkludi:

(a) kwalunkwe emenda li daħlet fis-seħħ skont l-Artikolu 94(a) tal-Konvenzjoni u li ġiet ratifikata kemm mir-Repubblika tal-Moldova kif ukoll mill-Istat Membru jew mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, u

(b) kwalunkwe Anness jew kwalunkwe emenda tiegħu adottata skont l-Artikolu 90 tal-Konvenzjoni, sakemm it-tali Anness jew it-tali emenda jkunu effettivi fi kwalunkwe waqt kemm fir-Repubblika tal-Moldova u kif ukoll fl-Istat Membru jew fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea skont kif ikun rilevanti għas-suġġett inkwistjoni;

(8) "Dritt tal-ħames libertà" tfisser id-dritt jew il-privileġġ mogħti minn stat wieħed (l-"Istat Donatur") lill-inġenji tal-ajru ta' Stat ieħor (l-"Istat Riċevitur"), biex jipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru bejn it-territorju tal-Istat Donatur u t-territorju ta’ Stat terz, soġġett għall-kundizzjoni li dawn is-servizzi joriġinaw jew jispiċċaw fit-territorju tal-Istat Riċevitur;

(9) “Kost totali” tfisser in-nefqa biex jingħata s-servizz u imposta raġonevoli għall-ispejjeż amministrattivi u, fejn ikun jgħodd, kwalunkwe imposta applikabbli li jkollha l-għan li tirrifletti l-kost ambjentali u li tkun applikata mingħajr distinzjoni fir-rigward tan-nazzjonalità;

(10) “Trasport internazzjonali bl-ajru” tfisser trasport bl-ajru li jgħaddi mill-ispazju tal-ajru fuq it-territorju ta’ aktar minn Stat wieħed;

(11) "Ftehim ECAA" tfisser Ftehim multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Kroazja, l-ex Repubblika Jogoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja u l-Missjoni ta’ Amministrazzjoni Temporanja tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo[1] dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew tal-Avjazzjoni.

(12) "Imsieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat" tfisser l-Alġerija, l-Armenja l-Azerbajġan, il-Bjelorussja, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Marokk, it-Territorju Okkupat tal-Palestina, is-Sirja, it-Tuneżija u l-Ukraina.

(13) "Ċittadin" tfisser kwalunkwe persuna jew entità li jkollha nazzjonalità Moldovana għall-Parti tal-Moldova, jew in-nazzjonalità ta’ Stat Membru għall-Parti Ewropea, jew entità, kemm-il darba, f’każ ta’ entità legali, din tkun il-ħin kollu taħt il-kontroll effettiv, kemm direttament jew b’parteċipazzjoni maġġoritarja, ta’ persuni li jkollhom nazzjonalità Moldovana għall-Parti tal-Moldova, jew persuni jew entitajiet li jkollhom nazzjonalità ta’ Stat Membru jew ta’ wieħed mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness IV għall-Parti Ewropea;

(14) "Liċenzji operazzjonali" tfisser, (i) fil-każ tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha, liċenzji operazzjonali u kwalunkwe dokument jew ċertifikat ieħor rilevanti mogħti skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE fis-seħħ u, (ii) fil-każ tal-liċenzji tar-Repubblika tal-Moldova, ċertifikati jew permessi mogħtija skont il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ fir-Repubblika tal-Moldova;

(15) “Partijiet” tfisser, minn naħa waħda, l-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha, jew l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, skont is-setgħat rispettivi tagħhom (il-Parti Ewropea), u, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika tal-Moldova (il-Parti Moldovana);

(16) "Prezz" tfisser:

(i) "nollijiet tal-ajru" li jkollhom jitħallsu lit-trasportaturi bl-ajru jew lill-aġenti tagħhom jew lil bejjiegħa oħra tal-biljetti għat-trasport ta' passiġġieri u bagalji fuq servizzi bl-ajru u kwalunkwe kundizzjoni li fiha japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet offruti lill-aġenzija u lil servizzi awżiljarji oħra; u

(ii) "rati tal-ajru" li jkollhom jitħallsu għat-trasport ta' posta u ta’ merkanzija u l-kundizzjonijiet li taħthom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kundizzjonijiet offruti lill-aġenzija u lil servizzi awżiljarji oħra;

Din id-definizzjoni tkopri, fejn hu xieraq, it-trasport bis-superfiċje fir-rigward ta’ trasport internazzjonali bl-ajru, u l-kundizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-applikazzjoni tagħhom.

(17) “Post prinċipali tan-negozju” tfisser l-uffiċċju ewlieni jew l-uffiċċju reġistrat ta’ trasportatur bl-ajru fil-Parti li fiha jiġu eżerċitati l-funzjonijiet finanzjarji ewlenin u l-kontroll tal-operat, inkluż il-ġestjoni kontinwa tal-ajrunavigabbilità, tat-trasportatur bl-ajru;

(18) “L-obbligu ta' servizz pubbliku” tfisser kwalunkwe obbligu impost fuq it-trasportaturi bl-ajru sabiex, fuq rotta speċifikata, jkun żgurat il-forniment minimu ta’ servizzi tal-ajru skedati li jkunu jissodisfaw l-istandards stabbiliti tal-kontinwità, tar-regolarità, tal-prezz u tal-kapaċità minima, li t-trasportaturi bl-ajru ma jassumux li kieku jqisu biss l-interessi kummerċjali tagħhom. It-trasportaturi bl-ajru jistgħu jiġu kkumpensati mill-Parti kkonċernata talli jissodisfaw obbligi ta' servizz pubbliku .

(19) "Sussidju" tfisser kwalunkwe għajnuna finanzjarja mogħtija mill-awtoritajiet jew minn organizzazzjoni reġjonali jew minn xi organizzazzjoni pubblika oħra, jiġifieri meta:

(a) prattika ta’ gvern jew ta’ entità reġjonali jew ta’ organizzazzjoni pubblika oħra tinvolvi t-trasferiment dirett ta’ fondi bħalma huma għotjiet, infużjoni ta' self jew ekwità, it-trasferiment dirett potenzjali ta’ fondi lill-kumpanija jew it-teħid ta’ obbligazzjonijiet tal-kumpanija bħalma huma l-garanziji fuq is-self, l-injezzjonijiet ta' kapital, is-sjieda, il-protezzjoni kontra l-falliment jew assigurazzjoni;

(b) introjtu tal-gvern jew entità reġjonali jew organizzazzjoni pubblika li b'xi mod huwa dovut u li jiġi maħfur, ma jinġabarx jew jitnaqqas b’mod mhux xieraq;

(c) gvern jew entità reġjonali jew organizzazzjoni pubblika oħra jipprovdi prodotti jew servizzi li ma jkunux ta’ infrastruttura ġenerali, jew jixtri prodotti jew servizzi; jew

(d) gvern jew entità reġjonali jew organizzazzjoni pubblika oħra tagħmel ħlasijiet lil mekkaniżmu ta’ finanzjament jew taħtar jew tordna lil entità privata sabiex twettaq waħda mit-tipi ta’ funzjonijiet jew iktar, spjegati taħt (a), (b) u (c), li normalment ikunu f’idejn il-gvern u, li fil-prattika, ma jkunux ivarjaw minn dawk il-prattiki li normalment jiġu segwiti mill-gvernijiet;

u meta benefiċċju jingħata b’dan il-mezz.

(20) “SESAR” tfisser l-element tekonoloġiku tal-Ajru Uniku Ewropew li l-għan tiegħu huwa li, sal-2020, l-UE tingħata infrastruttura ta’ kontroll tat-traffiku effikaċi ħafna biex ikun jista’ jseħħ żvilupp sikur u ekoloġiku tat-trasport bl-ajru;

(21) “Territorju” tfisser, għar-Repubblika tal-Moldova, l-artijiet u l-ilmijiet territorjali li għandha taħt is-sovranità, is-sovranità fewdali, il-protezzjoni jew il-mandat tagħha, u, għall-Unjoni Ewropea, l-artijiet (il-medda ewlenija tal-art u l-gżejjer), l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali li fihom japplika t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawk it-Trattati u fi kwalunkwe strument suċċessiv ieħor; L-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għall-ajruport ta’ Ġibiltà hija mifhuma li hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet ġuridiċi rispettivi tar-Renju ta’ Spanja u tar-Renju Unit rigward it-tilwima dwar is-sovranità fuq it-territorju fejn jinsab l-ajruport kif ukoll għas-sospensjoni li għadha fis-seħħ fl-Ajruport ta’ Ġibiltà mill-miżuri tal-avjazzjoni tal-UE li daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Settembru 2006 bejn l-Istati Membri, skont id-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-Ajruport ta’ Ġibiltà miftiehma f’Córdoba fit-18 ta’ Settembru 2006;

(22) "Imposta fuq l-utent" tfisser ħlas impost fuq it-trasportaturi bl-ajru għall-provvista ta' faċilitajiet jew servizzi tal-ajruport, tal-ambjent tal-ajruport, tan-navigazzjoni fl-ajru, jew tas-sigurtà tal-avjazzjoni inklużi servizzi u faċilitajiet relatati.

Titolu I

Dispożizzjonijiet Ekonomiċi

ARTIKOLU 2

Għoti ta’ Drittijiet

1. Kull Parti għandha tagħti lill-Parti l-oħra, f’konformità mal-Anness I u l-Anness II, id-drittijiet li ġejjin għat-twettiq ta' trasport internazzjonali bl-ajru mit-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra:

(a) id-dritt li jtiru fuq it-territorju tagħha mingħajr inżul;

(b) id-dritt li jieqfu fit-territorju tagħha għal kwalunkwe għan għajr dak li jgħabbu fuq jew iniżżlu mill-ajruplani passiġġieri, bagalji, merkanzija u/jew posta (għanijiet mhux ta’ traffiku);

(c) waqt li jkun qed jitħaddem servizz miftiehem fuq rotta speċifikata, id-dritt li jsiru waqfiet fit-territorju tagħha biex ikun jista’ jitgħabba jew jinħatt it-traffiku internazzjonali ta’ passiġġieri, ta’ merkanzija u/jew ta’ posta, b’mod separat jew b’mod ikkombinat; u

(d) id-drittijiet li huma speċifikati b’mod ieħor f’dan il-Ftehim.

2.           Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jitqies li qed jagħti lit-trasportaturi tal-ajru ta’:

(a) Ir-Repubblika tal-Moldova, id-dritt li jtellgħu abbord, fit-territorju ta’ xi Stat Membru, passiġġieri, bagalji, merkanzija u/jew posta għall-ġarr b’kumpens u ddestinati għal punt ieħor fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(b) l-Unjoni Ewropea, id-dritt li jtellgħu abbord, fit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova, passiġġieri, bagalji, merkanzija u/jew posta għall-ġarr b’kumpens u ddestinati għal punt ieħor fit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova.

ARTIKOLU 3

Awtorizzazzjoni

Meta jirċievu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-operar minn trasportatur bl-ajru ta’ Parti waħda, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet xierqa bl-inqas dewmien proċedurali possibbli, bil-kundizzjoni li:

(a) għal trasportatur bl-ajru tar-Repubblika tal-Moldova:

– it-trasportatur bl-ajru għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fir-Repubblika tal-Moldova u għandu fil-pussess tiegħu liċenzja operattiva valida f’konformità mal-liġi applikabbli tar-Repubblika tal-Moldova; u

– ir-Repubblika tal-Moldova tkun teżerċita u żżomm kontroll regolatorju effettiv fuqu; u

– sakemm ma jkunx determinat mod ieħor skont l-Artikolu 6 (Investiment) ta’ dan il-Ftehim, it-trasportatur bl-ajru huwa, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, proprjetà u effettivament ikkontrollat mir-Repubblika tal-Moldova u/jew minn ċittadini tagħha.

(b) għal trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea:

– it-trasportatur bl-ajru għandu l-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju ta' Stat Membru skont it-Trattati tal-Unjoni Ewropea, u għandu liċenzja operattiva valida. u

– jkun eżerċitat u jinżamm kontroll regolatorju effettiv fuq it-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru li jkun responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operaturi bl-Ajru tiegħu u tkun identifikata b’mod ċar l-Awtorità Kompetenti rilevanti; u

– sakemm ma jkunx determinat mod ieħor skont l-Artikolu 6 (Investiment) ta’ dan il-Ftehim, it-trasportatur bl-ajru huwa, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, proprjetà tal-Istati Membri u/jew ta' ċittadini tal-Istati Membri, jew minn Stati oħra msemmija fl-Anness IV, u jew/ minn ċittadini ta' dawn l-Istati l-oħra;

(c) it-trasportatur bl-ajru jissodisfa l-kundizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolamenti normalment applikati mill-awtorità kompetenti; u

(d) jkunu qed jitħarsu u jiġu amministrati d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14 (Sikurezza tal-Avjazzjoni) u fl-Artikolu 15 (Sigurtà tal-Avjazzjoni) ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 4

Rikonoxximent Reċiproku tad-Determinazzjonijiet Regolatorji fir-rigward tal-Adegwatezza tal-Linja tal-Ajru, sjieda u kontroll

Hekk kif jirċievu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn trasportatur bl-ajru ta’ Parti waħda, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra għandhom jirrikonoxxu kwalunkwe determinazzjoni ta’ adegwatezza u/jew ċittadinanza li jkunu saru mill-awtoritajiet kompetenti tal-ewwel Parti fir-rigward ta’ dak it-trasportatur bl-ajru daqs li kieku din id-determinazzjoni tkun saret mill-awtoritajiet kompetenti tagħha stess, mingħajr ma toqgħod tinvestiga aktar dwar kwistjonijiet bħal dawn, ħlief kif provdut fit-Taqsimiet a) u b) hawn taħt:

(a) Jekk, wara li tasal l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni minn trasportatur bl-ajru, jew wara l-għotja ta’ awtorizzazzjoni bħal din, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Riċevitur għandhom raġuni speċifika biex jitħassbu li, minkejja d-determinazzjoni magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra, inkluż fi kwistjonijiet relatati ma’ nazzjonalità doppja, il-kundizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 3 (Awtorizzazzjoni) ta' dan il-Ftehim għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet jew permessi xierqa ma ġewx issodisfati, huma għandhom javżaw minnufih lil dawk l-awtoritajiet, u jagħtu raġunijiet sostantivi għat-tħassib tagħhom. F’dak il-każ, kull Parti tista’ titlob li jsiru konsultazzjonijiet, li jistgħu jinkludu r-rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, u/jew tikseb informazzjoni addizzjonali li tkun rilevanti għal dan it-tħassib, u dawn it-talbiet għandhom jintlaqgħu kemm jista’ jkun malajr. Jekk il-kwistjoni tibqa’ mhux solvuta, kull Parti tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 22 (Il-Kumitat Konġunt) ta’ dan il-Ftehim.

(b) Dan l-Artikolu ma jkoprix ir-rikonoxximent ta’ determinazzjonijiet fir-rigward ta’:

– Ċertifikati jew liċenzji ta’ sikurezza;

– Arranġamenti ta’ sigurtà; jew

– Kopertura tal-assigurazzjoni.

ARTIKOLU 5

Rifjut, Revoka, Sospensjoni, Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti jistgħu jirrifjutaw, jirrevokaw, jissospendu jew jillimitaw l-awtorizzazzjonijiet tal-operat jew inkella jissospendu jew jillimitaw l-operat ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra fejn:

(a) għal trasportatur bl-ajru tar-Repubblika tal-Moldova:

– it-trasportatur bl-ajru ma għandux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fir-Repubblika tal-Moldova jew ma għandux fil-pussess tiegħu liċenzja operattiva valida f’konformità mal-liġi applikabbli tar-Repubblika tal-Moldova; jew

– ir-Repubblika tal-Moldova ma tkunx teżerċita jew iżżomm kontroll regolatorju effettiv fuqu; jew

– sakemm ma jkunx determinat mod ieħor skont l-Artikolu 6 (Investiment) ta’ dan il-Ftehim, it-trasportatur bl-ajru mhuwiex, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, proprjetà u effettivament ikkontrollat mir-Repubblika tal-Moldova u/jew minn ċittadini tagħha.

(b) għal trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea:

– it-trasportatur bl-ajru ma għandux il-post prinċipali tan-negozju tiegħu fit-territorju ta' Stat Membru skont it-Trattati tal-Unjoni Ewropea, jew ma għandux liċenzja operattiva valida; jew

– fuq it-trasportatur bl-ajru mhux eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru tiegħu jew l-awtorità kompetenti ma tkunx ġiet identifikata b’mod ċar; jew

– sakemm ma jkunx determinat mod ieħor skont l-Artikolu 6 (Investiment) ta’ dan il-Ftehim, it-trasportatur bl-ajru mhuwiex, direttament jew permezz ta’ sjieda ta’ maġġoranza, proprjetà jew ikkontrollat mill-Istati Membri u/jew minn ċittadini tal-Istati Membri, jew minn Stati oħra msemmija fl-Anness IV, u/jew minn ċittadini ta' dawn l-Istati l-oħra;

(c) it-trasportatur bl-ajru jkun naqas milli jkun konformi mal-liġijiet u r-regolamenti msemmija fl-Artikolu 7 (Konformità mal-Liġijiet u r-Regolamenti) ta’ dan il-Ftehim; jew

(d) id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14 (Sikurezza tal-Avjazzjoni) u fl-Artikolu 15 (Sigurtà tal-Avjazzjoni) ma jkunux qed jinżammu u lanqas qed jiġu amministrati; jew

(e) Parti għamlet id-determinazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8 (Ambjent Kompetittiv) ta’ dan il-Ftehim li l-kundizzjonijiet għal ambjent kompetittiv mhux qed jiġu ssodisfati.

3. Sakemm ma jkunx essenzjali li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi evitat in-nuqqas ta’ konformità mal-punti (c) jew (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-drittijiet stabbiliti b’dan l-Artikolu għandhom ikunu eżerċitati biss wara li tkun saret konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra.

4. L-ebda Parti ma għandha tuża d-drittijiet tagħha stabbiliti mill-Artikolu preżenti biex tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi ta' kwalunkwe trasportatur bl-ajru ta' Parti fuq il-bażi li s-sjieda maġġoritorja u/jew il-kontroll effettiv ta' dak it-trasportatur bl-ajru hija f’idejn Parti waħda jew aktar tal-Ftehim tal-ECAA jew taċ-ċittadini tagħhom, sakemm din il-Parti jew Partijiet għall-Ftehim tal-ECAA joffru trattament reċiproku u sakemm din il-Parti jew Partijiet japplikaw it-termini u l-kundizzjonijiet tal-Ftehim tal-ECAA.

ARTIKOLU 6

Investiment

Minkejja l-Artikoli 3 (Awtorizzazzjoni) u 5 (Rifjut, Revoka, Sospensjoni, Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjoni) ta' dan il-Ftehim, is-sjieda maġġoritorja jew il-kontroll effettiv ta' trasportatur bl-ajru tar-Repubblika tal-Moldova minn Stati Membri u/jew iċ-ċittadini tagħhom, għandu jkun permess.

5. Minkejja l-Artikoli 3 (Awtorizazzjoni) u 5 (Rifjut, Revoka, Sospensjoni, Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjoni) ta’ dan il-Ftehim, is-sjieda maġġoritorja jew il-kontroll effettiv ta' trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea mir-Repubblika tal-Moldova u/jew iċ-ċittadini tagħhom, jew ta' trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea mir-Repubblika tal-Moldova u/jew iċ-ċittadini tagħha, għandu jkun permess permezz ta’ deċiżjoni minn qabel tal-Kumitat Konġunt stabbilit b’dan ir-Regolament skont l-Artikolu 22 (2) (Kumitat Konġunt) ta’ dan ir-Regolament. Din id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kundizzjonijiet assoċjati mal-operat tas-servizzi miftehma taħt dan il-Ftehim u mas-servizzi ta’ bejn il-pajjiżi terzi u l-Partijiet. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 22 (8) (Kumitat Konġunt) ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jgħoddu għal dan it-tip ta’ deċiżjoni.

ARTIKOLU 7

Konformità mal-liġijiet u r-regolamenti

Meta inġenju tal-ajru jidħol, ikun fih jew iħalli t-territorju ta’ Parti waħda, it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra għandhom josservaw kemm il-liġijiet u r-regolamenti li huma applikabbli f'dak it-territorju u li jikkonċernaw id-dħul fi jew it-tluq ta’ inġenju tal-ajru mit-territorju tiegħu meta dan ikun f’ħidma ta’ trasport bl-ajru kif ukoll dawk dwar l-operat u n-navigazzjoni tal-inġenju tal-ajru.

6. Waqt id-dħul fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet, ġewwa fih, jew it-tluq minnu, il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli f’dak it-territorju relatati mad-dħul fi jew it-tluq mit-territorju tagħha ta’ passiġġieri, ekwipaġġ jew merkanzija fl-inġejnu tal-ajru (inklużi regolamenti relatati mad-dħul, il-permessi, l-immigrazzjoni, il-passaporti, id-dwana u l-kwarantina jew, fil-każ ta’ posta, ir-regolamenti postali) għandhom jiġu osservati minn, jew f’isem, tali passiġġieri, ekwipaġġ jew merkanzija tat-trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra.

ARTIKOLU 8

Ambjent kompetittiv

Il-partijiet jagħrfu li huwa għan konġunt tagħhom li jkun hemm ambjent ġust u kompetittiv għat-tħaddim tas-servizzi bl-ajru. Il-Partijiet jirrikonoxxu li prattiċi kompetittivi ġusti mit-trasportaturi bl-ajru għandhom aktar probabbiltà li jseħħu meta dawn it-trasportaturi bl-ajru jaħdmu fuq bażi kummerċjali b’mod sħiħ u ma jkunux issussidjati.

7. Fl-ambitu ta' dan il-Ftehim, u mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni speċjali fih, kull diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità għandha tkun ipprojbita.

8. Għajnuna tal-istat li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti prodotti jew servizzi tal-avjazzjoni hija inkompatibbli mal-funzjonament korrett ta' dan il-Ftehim, peress li tista' taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet fis-settur tal-avjazzjoni.

9. Kull prattika kontra dan l-Artikolu għandha tiġi valutata abbażi ta’ kriterji li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli fl-Unjoni Ewropea, partikolarment tal-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u strumenti ta' interpretazzjoni adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

10. Jekk Parti waħda ssib li jeżistu kundizzjonijiet fit-territorju tal-Parti l-oħra, b’mod partikolari minħabba sussidju, li jistgħu jaffettwaw b'mod negattiv l-opportunitjiet ġusti u ugwali tat-trasportaturi bl-ajru tagħha biex jikkompetu, tista’ tissottometti osservazzjonijiet lill-Parti l-oħra. Barra minn hekk, hija tista’ titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt, kif previst fl-Artikolu 22 (Kumitat Konġunt) ta’ dan il-Ftehim. Mal-wasla ta’ talba bħal din, il-konsultazzjonijiet għandhom jibdew fi żmien 30 jum. Jekk ma jintlaħaqx qbil sodisfaċenti fi żmien 30 jum mill-bidu tal-konsultazzjonijiet, dan għandu jikkostitwixxi l-bażi għall-Parti li talbet il-konsultazzjonijiet biex tieħu azzjoni ta' rifjut, iż-żamma, ir-revoka, is-sospensjoni jew l-impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet adattati fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tat-trasportatur(i) bl-ajru kkonċernat(i), b’konsistenza mal-Artikolu 5 (Rifjut, Revoka, Sospensjoni jew Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjoni) ta’ dan il-Ftehim.

11. L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, għandhom ikunu adattati, proporzjonati u ristretti fir-rigward tal-ambitu u t-tul ta’ żmien għal dak li huwa strettament meħtieġ. Huma għandhom ikunu indirizzati biss lejn it-trasportatur jew it-trasportaturi bl-ajru li jkunu qed jibbenefikaw minn sussidju jew mill-kundizzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu, u għandhom ikunu mingħajr ħsara għad-dritt ta’ kwalunkwe Parti biex tieħu azzjoni skont l-Artikolu 24 (miżuri ta’ salvagwardja) ta’ dan il-Ftehim.

12. Kull Parti, meta tkun innotifikata mill-Parti oħra, tista’ tavviċina lill-entitajiet governattivi responsabbli fit-territorju tal-Parti l-oħra, inklużi entitajiet fil-livell statali, provinċjali jew lokali, biex tiddiskuti kwistjonijiet relatati ma’ dan l-Artikolu.

13. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mingħajr ħsara għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Partijiet fir-rigward tal-obbligi tas-servizzi pubbliċi fit-territorji tal-Partijiet.

ARTIKOLU 9

Opportunitajiet kummerċjali

Twettiq ta’ negozju

Il-Partijiet jaqblu li l-ostakli għat-twettiq ta’ negozju minn operaturi kummerċjali jfixklu l-benefiċċji li jridu jinkisbu b’dan il-Ftehim. Il-Partijiet għaldaqstant jaqblu li jimpenjaw ruħhom fi proċess effettiv u reċiproku għat-tneħħija tal-ostakli għat-twettiq ta’ negozju għall-operaturi kummerċjali taż-żewġ Partijiet, fejn tali ostakli jistgħu jfixklu operazzjonijiet kummerċjali, joħolqu tgħawwiġ fil-kompetizzjoni jew ifixklu l-iżvilupp ta’ kundizzjonijiet ugwali.

14. Il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 22 għandu jiżviluppa proċess ta’ kooperazzjoni fir-rigward tat-twettiq ta’ negozju u opportunitajiet kummerċjali; għandu jimmonitorja l-progress billi jindirizza b’mod effettiv l-ostakli li jaffettwaw lill-operaturi kummerċjali fit-twettiq tan-negozju tagħhom u għandu jirrevedi b’mod regolari l-iżviluppi, inkluż, jekk meħtieġ, fir-rigward ta’ bidliet leġiżlattivi u regolatorji. Skont l-Artikolu 22, Parti tista’ titlob li tiġi organizzata laqgħa fi ħdan il-Kumitat Konġunt sabiex tiġi diskussa kwalunkwe kwistjoni relatata mal-applikazzjoni ta' dan l-artikolu.

Rappreżentanti tat-Trasportaturi bl-Ajru

15. It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti Kontraenti għandu jkollhom id-dritt li jwaqqfu uffiċċji fit-territorju tal-Parti l-oħra għall-promozzjoni u l-bejgħ tat-trasport bl-ajru u għal attivitajiet relatati oħra, inkluż id-dritt li jbigħu u joħorġu kwalunkwe biljett u/jew airwaybill, kemm biljetti u/jew airwaybills tagħhom stess kif ukoll dawk ta’ kwalunkwe trasportatur bl-ajru ieħor.

16. It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti huma intitolati, skont il-liġijiet u r-regolamenti tal-Parti l-oħra dwar id-dħul, ir-residenza, u l-impjieg, li jġibu u jżommu fit-territorju tal-Parti l-oħra impjegati maniġerjali, tal-bejgħ, tekniċi, tal-operat, u impjegati speċjalizzati oħra li jkunu meħtieġa biex jagħtu appoġġ sabiex jiġi pprovdut it-trasport bl-ajru. Dawn ir-rekwiżiti dwar il-persunal, jekk ikunu jridu t-trasportaturi bl-ajru, jistgħu jkunu ssodisfati mill-persunal tagħhom stess jew billi jintużaw is-servizzi ta’ kwalunkwe organizzazzjoni, kumpanija jew trasportatur bl-ajru oħra li topera fit-territorju tal-Parti l-oħra, u li tkun awtorizzata biex twettaq tali servizzi fit-territorju ta’ dik il-Parti. Iż-żewġ Partijiet għandhom jiffaċilitaw u jħaffu l-għoti ta’ permessi ta’ impjieg, meta jkunu meħtieġa, lil dawk il-persuni li jkunu impjegati fl-uffiċċji skont dan il-paragrafu, inkluż dawk li jwettqu ċerti kompiti temporanji li ma jkunux jaqbżu d-disgħin (90) jum, soġġett għal-liġijiet u r-regolamenti rilevanti li jkun hemm fis-seħħ.

Servizzi tal-Ground Handling

17. (a) Mingħajr ħsara għall-punt (b) ta’ hawn taħt, fejn jikkonċerna l-groundhandling kull trasportatur bl-ajru għandu fit-territorju tal-Parti l-oħra:

(i)         ikollu d-dritt iwettaq il-groundhandling tiegħu stess (“self-handling”) jew, jekk ikun irid

(ii)        ikollu d-dritt li jagħżel minn fost il-fornituri kompetituri li jipprovdu servizzi ta’ groundhandling kompluti jew parzjali, fejn dawn il-fornituri jingħataw l-aċċess għas-suq skont il-liġijiet u r-regolamenti ta’ kull Parti u fejn dawn ikunu preżenti fis-suq.

(b) Għall-kategoriji ta’ servizzi ta’ groundhandling li ġejjin, jiġifieri l-ġestjoni tal-bagalji, il-ġestjoni fuq ir-rampa, il-ġestjoni tal-fjuwil u ż-żejt, il-ġestjoni tal-merkanzija u tal-posta, partikolarment fejn jikkonċerna l-ġestjoni fiżika tal-merkanzija u l-posta bejn it-terminal tal-ajru u l-inġenju tal-ajru, id-drittjiet taħt il-punt (a) (i) u (ii) jistgħu jiġu soġġetti għal-limiti skont il-liġijijiet u r-regolamenti applikabbli fit-territorju tal-Parti l-oħra. Fejn dawn il-limiti ma jippermettux self-handling u fejn ma jkun hemm l-ebda kompetizzjoni effettiva bejn il-fornituri li jipprovdu servizzi ta’ groundhandling, dawn is-servizzi kollha għandhom ikunu disponibbli għat-trasportaturi bl-ajru kollha b’mod ugwali u mingħajr diskriminazzjoni;

Servizzi ta’ Ground Handling għal Partijiet Terzi

18. Kull kumpanija ta’ groundhandling, kemm jekk tkun trasportatur bl-ajru kif ukoll jekk ma tkunx, għandu jkollha d-dritt, fir-rigward ta’ groundhandling fit-territorju tal-Parti l-oħra, li tipprovdi servizzi ta’ groundhandling lil linji tal-ajru li joperaw fl-istess ajruport, meta dan ikun awtorizzat u konsistenti mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli.

Bejgħ, Spejjeż Lokali, u Trasferiment ta’ Fondi

19. Kwalunkwe trasportatur bl-ajru ta’ kull Parti jista' jwettaq bejgħ ta’ servizzi ta’ trasport bl-ajru u servizzi relatati fit-territorju tal-Parti l-oħra b’mod dirett u/jew, jekk it-trasportatur bl-ajru jkun irid, permezz tal-aġenti tal-bejgħ tiegħu, permezz ta’ intermedjarji oħra li jkunu maħtura mit-trasportatur bl-ajru, permezz ta’ trasportatur bl-ajru ieħor jew permezz tal-internet. Kull trasportatur bl-ajru għandu d-dritt li jbigħ dawn is-servizzi ta’ trasport, u kull persuna għandha tkun libera li tixtri dawn is-servizzi ta’ trasport fil-munita ta’ dak it-territorju jew f’muniti li jistgħu jiġu skambjati b’mod ħieles skont il-leġiżlazzjoni monetarja lokali.

20. Kull trasportatur bl-ajru għandu jkollu d-dritt li jsarraf f’muniti li jistgħu jiġu skambjati b’mod ħieles u li jibgħat mit-territorju tal-Parti l-oħra lejn it-territorju tiegħu stess kif ukoll, fuq talba, id-dħul lokali lejn il-pajjiż jew il-pajjiżi li jagħżel huwa stess, ħlief meta dan ikun inkonsistenti mal-liġi jew mar-regolament li japplikaw b’mod ġenerali. Tali tisrif u bigħt għandhom ikunu awtorizzati mingħajr restrizzjonijiet jew dewmien jew tassazzjoni fir-rigward tagħhom bir-rata tal-kambju tas-suq applikabbli għal transazzjonijiet u ħlasijiet attwali fid-data li fiha t-trasportatur tal-ajru jkun għamel l-applikazzjoni inizjali għall-bigħt.

21. It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandhom jitħallew iħallsu għall-ispejjeż lokali, inkluż ix-xiri ta’ fjuwil, fit-territorju tal-Parti l-oħra fil-munita lokali. Jekk ikunu jridu, it-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti jistgħu jħallsu dawn l-ispejjeż fit-territorju tal-Parti l-oħra f’muniti li jistgħu jiġu skambjati b’mod ħieles, skont il-leġiżlazzjoni monetarja lokali.

Arranġamenti Kooperattivi

22. Waqt l-operat jew il-forniment ta’ servizzi skont dan il-Ftehim, kwalunkwe trasportatur bl-ajru ta’ Parti jista’ jidħol f’arranġamenti ta’ kummerċjalizzazzjoni kooperattiva, bħalma huma ftehimiet ta’ spazju magħluq jew arranġamenti ta’ qsim ta’ kodiċi, ma’:

(a)        kwalunkwe trasportatur jew trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet; u

(b)        kwalunkwe trasportatur jew trasportaturi bl-ajru ta’ pajjiż terz; u

(c)        kwalunkwe fornitur ta’ trasport bis-superfiċje (bil-baħar jew ta’ fuq l-art);

sakemm:

(i) it-trasportatur li jopera s-servizz ikollu d-drittijiet tat-traffiku xierqa u (ii) it-trasportaturi fil-kummerċjalizzazzjoni jkollhom l-awtorità x-xierqa għar-rotta bażika u (iii) l-arranġamenti jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-kompetizzjoni li s-soltu jkunu japplikaw għat-tali arranġamenti. Fir-rigward tal-bejgħ tat-trasport ta’ passiġġieri li jinvolvi l-qsim ta’ kodiċi, ix-xerrej għandu jkun infurmat waqt il-bejgħ, jew fi kwalunkwe każ qabel ma dan jitla’ abbord, dwar liema fornituri tat-trasport ikunu se joperaw kull parti tas-servizz.

23. (a) Dwar it-trasport ta’ passiġġieri, il-fornituri tat-trasport bis-superfiċje ma għandhomx ikunu soġġetti għal-liġijiet u għar-regolamenti li jirregolaw it-trasport bl-ajru fuq il-bażi unika li dan it-trasport bis-superfiċje jkun qed isir minn trasportatur bl-ajru taħt ismu stess. Il-fornituri tat-trasport bis-superfiċje għandhom id-dritt li jiddeċiedu jekk jidħlux f’arranġamenti kooperattivi. Meta jiddeċiedu dwar kwalunkwe arranġament partikolari, il-fornituri tat-trasport bis-superfiċje jistgħu jikkunsidraw, fost affarijiet oħra, l-interessi tal-konsumatur kif ukoll restrizzjonijiet tekniċi, ekonomiċi, ta’ spazju u ta’ kapaċità.

(b) Barra minn hekk, u minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan il-Ftehim, it-trasportaturi bl-ajru u l-fornituri indiretti tat-trasport tal-merkanzija tal-Partijiet għandhom ikunu awtorizzati, mingħajr restrizzjoni, biex fejn jikkonċerna t-trasport bl-ajru, dawn jużaw kwalunkwe trasport bis-superfiċje għall-merkanzija lejn jew minn kwalunkwe punt ta’ destinazzjoni fit-territorji tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Unjoni Ewropea, jew f’pajjiżi terzi. Dan jinkludi t-trasport lejn u mill-ajruporti kollha li jkollhom il-faċilitajiet ta’ dwana kif ukoll, fejn huwa applikabbli, id-dritt li jġorru l-merkanzija fid-dwana taħt il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Tali merkanzija, kemm jekk tkun qed tinġarr bis-superfiċje jew bl-ajru, għandu jkollha aċċess għall-ipproċessar u għall-faċilitajiet doganali tal-ajruport. It-trasportaturi bl-ajru jistgħu jagħżlu li jwettqu t-trasport bis-superfiċje tagħhom stess jew li jipprovdu dan permezz ta’ arranġamenti ma’ trasportaturi oħra bis-superfiċje, inkluż it-trasport bis-superfiċje li jitħaddem minn trasportaturi oħra bl-ajru kif ukoll fornituri indiretti tat-trasport bl-ajru ta' merkanzija. Dawn is-servizzi li fihom jintużaw diversi mezzi tat-trasport għall-ġarr tal-merkanzija jistgħu jiġu offruti bi prezz wieħed, li jinkludi t-trasport bl-ajru u bis-superfiċje flimkien, dejjem jekk it-trasportaturi tal-merkanzija ma jkunux żgwidati dwar il-fatti marbutin mat-tali trasport.

Kiri

24. It-trasportaturi bl-ajru ta’ kull Parti għandu jkollhom id-dritt li jipprovdu s-servizzi miftehma bl-użu ta’ inġenju tal-ajru u ekwipaġġ mikri mingħand kwalunkwe trasportatur bl-ajru, inkluż minn pajjiżi terzi, sakemm il-parteċipanti kollha ta' arranġamenti bħal dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolament li huma normalment applikati mill-Partijiet għal arranġamenti bħal dawn.

(a) L-ebda Parti ma għandha teħtieġ li t-trasportaturi bl-ajru li qed jagħtu t-tagħmir tagħhom b'kera jkollhom id-drittijiet tat-traffiku skont dan il-Ftehim.

(b) Il-kiri bl-ekwipaġġ (wet-leasing) minn trasportatur tal-ajru tar-Repubblika tal-Moldova ta’ inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru ta’ pajjiż terz jew, minn trasportatur bl-ajru tal-Unjoni Ewropea, ta’ inġenju tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru ta’ pajjiż terz għajr dawk imsemmija fl-Anness IV għal dan il-Ftehim, biex jiġu sfruttati d-drittijiet maħsuba minn dan il-Ftehim, għandu jibqa’ wieħed eċċezzjonali jew li jissodisfa ħtiġijiet temporanji. Dan għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità li tkun ħarġet il-liċenzja lit-trasportatur bl-ajru li qed jikri kif ukoll tal-awtorità kompetenti tal-Parti l-oħra.

Franchising u Branding

25. It-trasportaturi bl-ajru ta' kull Parti għandhom ikunu intitolati li jidħlu f'arranġamenti ta' franchising jew ta' branding ma' kumpaniji, inklużi trasportaturi bl-ajru, ta' kull Parti jew pajjiżi terzi, sakemm it-trasportaturi bl-ajru għandhom l-awtorità xierqa u jissodisfaw il-kundizzjonijiet preskritti skont il-liġijiet u r-regolamenti normalment applikati mill-Partijiet għal arranġamenti bħal dawn, b’mod partikolari dawk li jeħtieġu li tiġi żvelata l-identità tat-trasportatur bl-ajru li qed jopera s-servizz.

ARTIKOLU 10

Tassazzjoni u ħlasijiet tad-dwana

Meta jasal fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet, l-inġenju tal-ajru li jitħaddem mit-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra għat-trasport internazzjonali bl-ajru, it-tagħmir regolari tiegħu, il-fjuwil, il-lubrikanti, il-provvisti tekniċi konsumibbli, it-tagħmir ta’ fuq l-art, l-ispare parts (inklużi magni), il-provvisti ta’ fuq l-inġenju tal-ajru (inklużi iżda mhux limitati għal oġġetti bħal ikel, xorb u likuri, tabakk u prodotti oħrajn li jkunu maħsuba biex jinbiegħu jew jintużaw mill-passiġġieri fi kwantitajiet limitati waqt it-titjira), u oġġetti oħra maħsuba jew użati biss b’rabta mal-operat jew it-tiswija tal-inġenju tal-ajru li jkun f’ħidma ta’ trasport internazzjonali bl-ajru, għandhom ikunu eżentati, fuq bażi reċiproka, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli, mir-restrizzjonijiet kollha tal-importazzjoni, mit-taxxi fuq il-proprjetà u mid-dazji kapitali, mid-dazji tad-dwana, mit-taxxi tas-sisa, u minn tariffi u imposti simili li (a) huma imposti mill-awtoritajiet nazzjonali jew lokali jew mill-Unjoni Ewropea, u li (b) mhumiex ibbażati fuq l-ispiża tas-servizzi pprovduti, bil-kundizzjoni li dak it-tagħmir u dawk il-provvisti jibqgħu abbord l-inġenju tal-ajru.

26. Dawn li ġejjin għandhom ikunu eżentati wkoll, fuq bażi reċiproka, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli, mit-taxxi, mis-sisa, mid-dazji, mit-tariffi u mill-imposti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, ħlief għal imposti ibbażati fuq l-ispiża tas-servizz provdut:

(a) il-provvisti tal-inġenju tal-ajru mdaħħla jew fornuti fit-territorju ta’ Parti u mtellgħin abbord f’limiti raġonevoli, għall-użu fuq l-inġenju tal-ajru li jkun se jitlaq ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra involuta fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw waqt parti mill-vjaġġ imwettaq fuq it-territorju msemmi;

(b) it-tagħmir ta’ fuq l-art u l-ispare parts (inklużi magni) li jidħlu fit-territorju ta’ Parti għat-tiswija, għall-manutenzjoni jew għaż-żamma ta’ inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra li jintuża għal trasport internazzjonali bl-ajru;

(c) il-fjuwil, il-lubrikanti u l-provvisti tekniċi konsumabbli mdaħħla jew fornuti fit-territorju ta’ Parti biex jintużaw f’inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra involuta fit-trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw waqt parti mill-vjaġġ imwettaq fuq it-territorju msemmi;

(d) materjal stampat, kif provdut bil-leġiżlazzjoni tad-dwana ta’ kull Parti, li jiddaħħal jew li jkun fornut fit-territorju ta’ Parti waħda u li jintuża abbord l-inġenju tal-ajru li jkun sejjer, ta' trasportatur bl-ajru tal-Parti l-oħra li jkun impenjat fi trasport internazzjonali bl-ajru, anke meta dawn il-provvisti jkunu se jintużaw f’parti mill-vjaġġ li jkun se jsir fit-territorju msemmi; u

(e) it-tagħmir tas-sikurezza u tas-sigurtà biex jintuża fl-ajruporti jew fit-terminals tal-merkanzija.

27. Minkejja kwalunkwe dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jimpedixxi lil Parti milli timponi taxxi, levies, dazji, imposti jew ħlasijiet fuq il-fjuwil fornut fit-territorju tagħha fuq bażi mhux diskriminatorja għall-użu fl-inġenju tal-ajru ta’ trasportatur bl-ajru li jopera bejn żewġ punti fit-territorju tagħha.

28. Jista’ jkun meħtieġ li t-tagħmir u l-provvisti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu jibqgħu taħt is-superviżjoni jew il-kontroll tal-awtoritajiet xierqa u ma jkunux trasferiti mingħajr il-pagamenti tad-dazji tad-dwana u t-taxxi rilevanti.

29. L-eżenzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu disponibbli wkoll meta t-trasportaturi tal-ajru ta’ Parti waħda jkunu daħlu f'kuntratt ma’ trasportatur bl-ajru ieħor, li jkun igawdi bl-istess mod minn tali eżenzjonijiet mill-Parti l-oħra, għas-self jew it-trasferiment fit-territorju tal-Parti l-oħra tal-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

30. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jimpedixxi kwalunkwe Parti milli timponi taxxi, levies, dazji, imposti jew tariffi fuq oġġetti mibjugħa lill-passiġġieri, minbarra għall-konsum abbord, matul parti mis-servizz bl-ajru bejn żewġ punti ta' destinazzjoni fit-territorju tagħha stess li fihom l-imbark u l-iżbark ikunu permessi.

31. Il-bagalji u l-merkanzija fi tranżitu dirett minn parti għall-oħra tat-territorju ta’ Parti għandhom jiġu eżentati mit-taxxi, dazji doganali, imposti u tariffi simili oħra li ma jkunux ibbażati fuq l-ispiża tas-servizz fornut.

32. It-tagħmir regolari li jinġarr abbord, kif ukoll il-materjal u l-provvisti normalment miżmuma abbord inġenju tal-ajru użat minn trasportatur bl-ajru ta’ Parti, jista’ jinħatt fit-territorju tal-Parti l-oħra biss bl-approvazzjoni tal-awtoritajiet doganali ta’ dak it-territorju. F’każ bħal dan, jista’ jkun meħtieġ li jitqiegħdu taħt is-sorveljanza tal-awtoritajiet imsemmija sa meta jiġu esportati mill-ġdid jew imneħħija b’mod ieħor skont ir-regolamenti doganali.

33. L-istipulazzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jaffettwaw il-qasam tal-VAT, bl-eċċezzjoni tat-taxxa fuq il-fatturat fuq l-importazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma għandhomx jaffettwaw id-dispożizzjonijiet ta’ ebda konvenzjoni li fiż-żmien rilevanti tkun fis-seħħ bejn xi Stat Membru u r-Repubblika tal-Moldova biex tkun evitata t-tassazzjoni doppja fuq id-dħul u fuq il-kapital.

ARTIKOLU 11

Imposti fuq l-Utenti għall-Ajruporti u l-Faċilitajiet u s-Servizzi tal-Avjazzjoni

Kull Parti għandha tiżgura li l-imposti fuq l-utenti li jistgħu jkunu imposti mill-awtoritajiet jew korpi kompetenti tagħha fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra għall-użu tal-kontroll tan-navigazzjoni bl-ajru u tat-traffiku tal-ajru, tal-ajruport, tas-sigurtà tal-avjazzjoni u tal-faċilitajiet u s-servizzi relatati għandhom ikunu ġusti, raġonevoli, mhux diskriminatorji b’mod inġust, u mqassma ġustament fost il-kategoriji tal-utenti. Bla ħsara għall-Artikolu 16(1) (Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru), dawn l-imposti jistgħu jirriflettu, imma m’għandhomx jaqbżu, l-ispiża sħiħa magħmula mill-awtoritajiet jew mill-korpi kompetenti li jagħmlu l-imposta biex jipprovdu l-faċilitajiet u s-servizzi x-xierqa tal-ajruport u tas-sigurtà tal-avjazzjoni f’dak l-ajruport jew fis-sistema ta’ dak l-ajruport. Dawn l-imposti jistgħu jinkludu dħul raġonevoli fuq l-assi, wara d-deprezzament. Il-faċilitajiet u s-servizzi li fuqhom ikun hemm imposta fuq l-utenti għandhom ikunu provduti fuq bażi effiċjenti u ekonomika. F’kull każ, dawn l-imposti għandhom ikunu valutati fuq it-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra b’termini mhux inqas favorevoli mit-termini l-aktar favorevoli disponibbli għal kwalunkwe trasportatur bl-ajru ieħor fiż-żmien meta jkunu valutati l-imposti.

34. Kull Parti għandha teħtieġ konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu l-ħlas fit-territorju tagħha u t-trasportaturi bl-ajru u/jew il-korpi rappreżentantivi tagħhom li jużaw is-servizzi u l-faċilitajiet, u għandha tiżgura li l-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jitolbu l-ħlas u li t-trasportatur bl-ajru jew il-korpi rappreżentantivi tagħhom jiskambjaw tali tagħrif li jista’ jkun meħtieġ biex tkun tista’ ssir analiżi preċiża dwar kemm ikunu raġonevoli l-imposti skont il-prinċipji tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet jew korpi kompetenti li jagħmlu imposta jagħtu lill-utenti avviż raġonevoli rigward kwalunkwe proposta ta’ bidliet fl-imposti fuq l-utenti sabiex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jqisu l-fehmiet espressi mill-utenti qabel isiru l-bidliet.

35. L-ebda Parti ma titqies li tkun qed tikser xi dispożizzjoni ta’ dan l-Artikolu, fil-proċeduri ta’ soluzzjoni ta’ tilwim skont l-Artikolu 23 (Soluzzjoni ta’ Tilwim u Arbitraġġ), sakemm:

(a) ma tonqosx li tagħmel analiżi tal-imposta jew tal-prattika, li tkun is-suġġett ta’ lment mill-Parti l-oħra, fi żmien raġonevoli; jew

(b) wara tali analiżi, tonqos li tieħu l-passi kollha fis-setgħa tagħha sabiex tirrimedja kwalunkwe imposta jew prattika li tkun inkonsistenti ma' dan l-Artikolu.

ARTIKOLU 12

Prezzar

Il-Partijiet għandhom jippermettu li l-prezzijiet ikunu stabbiliti liberament mit-trasportaturi bl-ajru abbażi ta’ kompetizzjoni ħielsa u ġusta.

36. Il-Partijiet ma għandhomx jirrekjedu li l-prezzijiet ikunu rreġistrati jew notifikati.

37. Diskussjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jsiru fuq kwistjonijiet bħal, imma mhux limitati għal, prezzijiet li jistgħu jkunu inġusti, mhux raġonevoli, diskriminatorji jew sussidjati.

ARTIKOLU 13

Statistika

Kull Parti għandha tipprovdi lill-Parti l-oħra statistika li tkun meħtieġa mil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali, u, meta jintalab, tagħrif statistiku ieħor disponibbli kif ikun meħtieġ b’mod raġonevoli għall-fini ta’ analiżi tal-operat tas-servizzi tal-ajru.

38. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qafas tal-Kumitat Konġunt skont l-Artikolu 22 (Kumitat Konġunt) biex jiffaċilitaw l-iskambju bejniethom tal-informazzjoni statistika għall-fini tal-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim.

TITOLU II

Kooperazzjoni regolatorja

ARTIKOLU 14

Sikurezza tal-avjazzjoni

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni speċifikati fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim, taħt il-kundizzjonijiet stipulati minn hawn 'il quddiem.

39. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw biex jiżguraw l-implimentazzjoni, mir-Repubblika tal-Moldova, tal-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Għal dan il-għan, ir-Repubblika tal-Moldova għandha tkun involuta fil-ħidma tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni bħala osservatur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

(a) It-tranżizzjoni gradwali tar-Repubblika tal-Moldova lejn l-applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni msemmija mil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim għandha tkun soġġetta għal valutazzjonijiet. Il-valutazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Unjoni Ewropea f’kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Moldova. Meta r-Repubblika tal-Moldova tkun sodisfatta li l-leġiżlazzjoni msemmija fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim tkun ġiet applikata b’mod sħiħ, hija għandha tinforma lill-Unjoni Ewropea li għandha ssir valutazzjoni.

(b) Meta r-Repubblika tal-Moldova tkun implimentat bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni msemmija fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 22 ta' dan il-Ftehim għandu jiddetermina l-istatus u l-kundiżżjonijiet preċiżi għall-parteċipazzjoni li tmur lil hinn mill-istatus ta’ osservatur, imsemmi hawn fuq, li r-Repubblika tal-Moldova għandha fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

40. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li fejn inġenju tal-ajru rreġistrat f’Parti waħda jkun suspettat li mhux konformi mal-istandards internazzjonali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni stabbiliti skont il-Konvenzjoni u li jinżel f’ajruporti miftuħa għat-traffiku internazzjonali tal-ajru fit-territorju tal-Parti l-oħra, dan għandu jiġi soġġett għall-ispezzjonijiet tar-rampa li jsiru abbord jew madwar l-inġenju tal-ajru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra. Dawn l-ispezzjonijiet isiru biex ikunu verifikati kemm il-validità tad-dokumenti tal-inġenju tal-ajru u tal-ekwipaġġ kif ukoll il-kundizzjonijiet viżibbli tal-inġenju tal-ajru u tat-tagħmir tiegħu.

41. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti, fi kwalunkwe ħin, jistgħu jitolbu li jsiru konsultazzjonijiet dwar l-istandards tas-sikurezza miżmuma mill-Parti l-oħra.

42. L-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa u immedjati kull meta jkunu ċerti li inġenju tal-ajru, prodott jew operazzjoni tista’:

(a) tonqos milli tilħaq l-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni jew fil-leġiżlazzjoni speċifikata fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim, skont liema minn dawn ikunu applikabbli,

(b) twassal għal tħassib serju – stabbilit bl-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu– li l-inġenju tal-ajru jew l-operat tiegħu ma jkunx konformi mal-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni jew fil-leġiżlazzjoni speċifikata fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim, skont liema minn dawn ikunu applikabbli, jew

(c) twassal għal tħassib serju li jkun hemm nuqqas ta’ żamma u ta’ amministrazzjoni effettiva tal-istandards minimi stabbiliti fil-Konvenzjoni jew fil-leġiżlazzjoni speċifikata fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim, skont liema minn dawn ikunu applikabbli.

43. Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti waħda jieħdu azzjoni skont il-paragrafu 5, dawn għandhom jinfurmaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra dwar it-teħid ta’ tali azzjoni u jagħtu r-raġunijiet għall-aġir tagħhom.

44. Meta l-miżuri meħuda bl-applikazzjoni tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jitwaqqfu anke jekk il-bażi biex dawn jittieħdu ma tkunx għadha teżisti, kwalunkwe Parti tista’ tirreferi din il-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt.

ARTIKOLU 15

Sigurtà tal-avjazzjoni

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea speċifikati fil-Parti D tal-Anness III għal dan il-Ftehim, taħt il-kundizzjonijiet stipulati minn hawn 'il quddiem.

45. Ir-Repubblika tal-Moldova tista’ tkun soġġetta għal spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea kif imsemmi fl-Anness III għal dan il-Ftehim. Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu l-mekkaniżmu meħtieġ għall-iskambju tal-informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ spezzjonijiet tas-sigurtà bħal dawn.

46. Minħabba li l-garanzija tas-sikurezza għall-inġenji tal-ajru ċivili, għall-passiġġieri u għall-ekwipaġġ tagħhom hija prerekwiżit fundamentali għall-operat tas-servizzi internazzjonali bl-ajru, il-Partijiet jaffermaw mill-ġdid l-obbligi reċiproċi tagħhom li jipprovdu għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili kontra atti ta’ interferenza illegali, u partikolarment l-obbligi tagħhom taħt il-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni dwar ir-Reati u Ċerti Atti Oħra li Jsiru Abbord l-Inġenju tal-Ajru, iffirmata f’Tokjo fl-14 ta’ Settembru 1963, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Ħtif Illegali ta’ Inġenji tal-Ajru, iffirmata f’The Hague fis-16 ta’ Diċembru 1970, il-Konvenzjoni għat-Trażżin ta’ Atti Illegali kontra s-Sikurezza tal-Avjazzjoni Ċivili, iffirmata f’Montreal fit-23 ta’ Settembru 1971, il-Protokoll għat-Trażżin ta’ Atti Illegali ta’ Vjolenza fl-Ajruporti li Jservu l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f’Montreal fl-24 ta’ Frar 1988 u l-Konvenzjoni dwar l-Immarkar ta’ Splussivi tal-Plastik għal Għanijiet ta’ Skoperta, iffirmata f’Montreal fl-1 ta’ Marzu 1991, bil-kundizzjoni li ż-żewġ Partijiet jkunu membri għal dawn il-konvenzjonijiet kif ukoll għall-konvenzjonijiet u l-protokolli l-oħra kollha li jikkonċernaw is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li tagħhom iż-żewġ Partijiet ikunu membri.

47. Fuq talba, il-Partijiet għandhom jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa lil xulxin biex ikunu evitati atti ta’ ħtif illegali ta’ inġenji tal-ajru ċivili u atti illegali oħrajn kontra s-sikurezza ta’ dawn l-inġenji tal-ajru, il-passiġġieri u l-ekwipaġġ tagħhom, l-ajruporti u l-faċilitajiet tan-navigazzjoni fl-ajru, u kwalunkwe theddida oħra li jista’ jkun hemm għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili.

48. Fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mal-Istandards tas-sigurtà tal-avjazzjoni u, sakemm dawn ikunu applikati minnhom, mal-Prattiki Rakkomandati stabbiliti mill-Organizzazzjoni għall-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) u li tidher bħala Anness għall-Konvenzjoni, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà jkunu applikabbli għall-Partijiet. Iż-żewġ Partijiet għandhom jitolbu lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru tar-reġistru tagħhom, lill-operaturi li jkollhom il-post prinċipali tan-negozju tagħhom jew ir-residenza permanenti fit-territorju tagħhom u lill-operaturi tal-ajruporti fit-territorju tagħhom, biex ikunu konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà tal-avjazzjoni.

49. Kull Parti għandha tiżgura li fit-territorju tagħha jittieħdu miżuri effettivi biex l-avjazzjoni ċivili tkun mħarsa minn atti ta’ interferenza illegali, inkluż, iżda mhux esklussivament, biex isiri l-verifiki fuq il-passiġġieri u l-bagalji li dawn iġorru magħhom, u biex isiru l-verifiki xierqa fuq il-bagalji li jkun hemm fl-istiva u kontrolli tas-sigurtà fuq il-merkanzija u l-posta qabel ma dawn jitilgħu jew jitgħabbew abbord l-inġenju tal-ajru u kontrolli tas-sigurtà fuq provvisti għal matul it-titjira u provvisti tal-ajruport u kontrolli tal-aċċess għal inħawi ta’ titjir u għal żoni ta’ sigurtà ristretti. Dawn il-miżuri għandhom jiġu emendati biex jindirizzaw il-livell ogħla ta’ theddid. Kull Parti taqbel li t-trasportaturi bl-ajru tagħha jistgħu jkunu mitluba josservaw id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni msemmija fil-paragrafu (5) ta’ dan l-Artikolu li jkunu meħtieġa mill-Parti l-oħra għad-dħul fi, għat-tluq minn, jew waqt li inġenju tal-ajru jkun fit-territorju ta’ dik il-Parti l-oħra.

50. Kull Parti għandha wkoll tagħti konsiderazzjoni pożittiva għal kwalunkwe talba mill-Parti l-oħra għal miżuri raġonevoli ta' sigurtà speċjali sabiex jilqgħu għal xi theddida partikolari. Bl-eċċezzjoni ta’ fejn mhuwiex possibbli b'mod raġonevoli u fil-każ ta' emerġenza, kull Parti se tinforma lill-Parti l-oħra bil-quddiem bi kwalunkwe miżura ta’ sigurtà speċjali li għandha l-ħsieb li tintroduċi li jista’ jkollha impatt finanzjarju jew operattazzjonali sinifikanti fuq is-servizzi tat-trasport bl-ajru provduti skont dan il-Ftehim. Kull Parti tista’ titlob laqgħa tal-Kumitat Konġunt biex ikunu diskussi miżuri ta’ sigurtà bħal dawn, kif provdut fl-Artikolu 22 (Kumitat Konġunt) ta’ dan il-Ftehim.

51. Meta jseħħ inċident jew meta jkun hemm theddida ta’ inċident ta’ ħtif illegali ta’ inġenju tal-ajru ċivili jew atti illegali oħrajn kontra s-sikurezza ta’ tali inġenju tal-ajru, tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ tiegħu, tal-ajruporti jew tal-faċilitajiet tan-navigazzjoni bl-ajru, il-Partijiet għandhom jgħinu lil xulxin billi jiffaċilitaw il-komunikazzjonijiet u miżuri xierqa oħra bl-għan li jtemmu malajr u bla periklu tali inċident jew it-theddida ta’ tali inċident.

52. Kull Parti għandha tieħu l-miżuri kollha possibbli li hija tqis bħala prattiċi biex tiżgura li inġejnu tal-ajru li jkun soġġett għal att ta’ ħtif illegali jew atti oħra ta’ interferenza illegali u li jkun fuq l-art fit-territorju tagħha jinżamm fuq l-art sakemm ikun meħtieġ it-tluq tiegħu minħabba l-obbligu imperattiv li tiġi protetta l-ħajja umana. Kull meta jkun prattiku, dawn il-miżuri għandhom jiġu kkunsidrati fuq il-bażi ta’ konsultazzjonijiet reċiproċi.

53. Meta Parti jkollha raġunijiet biżżejjed biex temmen li l-Parti l-oħra ma tkunx segwiet id-dispożizzjonijiet tas-sigurtà tal-avjazzjoni ta’ dan l-Artikolu, dik il-Parti għandha titlob li jsiru konsultazzjonijiet immedjati mal-Parti l-oħra.

54. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 5 (Rifjut, Revoka, Sospensjoni u Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjonijiet) ta’ dan il-Ftehim, in-nuqqas li jintlaħaq ftehim sodisfaċenti fi żmien (15) ħmistax-il ġurnata mid-data ta’ din it-talba, għandu jikkostitwixxi raġunijiet biex jiġu miżmuma, revokati, limitati jew jiġu imposti kundizzjonijiet fuq l-awtorizzazzjoni tal-operat ta' trasportatur bl-ajru wieħed jew aktar ta’ tali Parti oħra

55. F’każ ta’ theddida immedjata u straordinarja, Parti tista’ tieħu azzjoni interim qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ (15) ħmistax-il ġurnata.

56. Kwalunkwe azzjoni li tittieħed skont il-paragrafu 11 ta' dan l-Artikolu għandha titwaqqaf hekk kif il-Parti l-oħra tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

ARTIKOLU 16

Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni speċifikati fil-Parti B tal-Anness III għal dan il-Ftehim, taħt il-kundizzjonijiet stipulati minn hawn 'il quddiem.

57. Il-Partijiet għandhom jikkooperaw fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru, bil-ħsieb li jestendu l-Ajru Uniku Ewropew għar-Repubblika tal-Moldova sabiex isaħħu l-istandards preżenti tas-sikurezza u l-effiċjenza ġenerali tal-operati ġenerali tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa, sabiex jottimizzaw il-kapaċitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru, jimminimizzaw id-dewmien u jżidu l-effiċjenza ambjentali. Għal dan il-għan, ir-Repubblika tal-Moldova għandha tkun involuta bħala osservatur fil-Kumitat tal-Ajru Uniku mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru.

58. Bil-ħsieb li jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew fit-territorji tagħhom:

(a) Ir-Repubblika tal-Moldova għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex taġġusta l-istrutturi istituzzjonali tagħha tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru għall-Ajru Uniku Ewropew, b’mod partikolari billi tiżgura li entitajiet nazzjonali rilevanti ta’ superviżjoni jkunu għall-inqas joperaw b’mod indipendenti mill-fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru; u

(b) L-Unjoni Ewropea għandha ssieħeb lir-Repubblika tal-Moldova mal-inizjattivi rilevanti tal-operat fl-oqsma tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, tal-ispazju tal-ajru u tal-interoperabbiltà li joriġinaw mill-Ajru Uniku Ewropew, b’mod partikolari permezz tal-involviment bikri tal-isforzi tar-Repubblika tal-Moldova biex tistabbilixxi blokki ta’ spazju tal-ajru funzjonali jew permezz ta' koordinazzjoni xierqa fuq is-SESAR.

ARTIKOLU 17

Ambjent

Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza tal-protezzjoni tal-ambjent waqt l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politika tal-avjazzjoni. Il-Partijiet jirrikonoxxu li hija meħtieġa azzjoni globali, reġjonali, nazzjonali u/jew lokali effettiva biex l-impatt tal-avjazzjoni ċivili fuq l-ambjent ikun minimizzat.

59. Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mal-leġiżlazzjoni relatata mat-trasport bl-ajru speċifikata fil-Parti E tal-Anness III għal dan il-Ftehim.

60. Il-Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jaħdmu flimkien, u fil-qafas ta’ diskussjonijiet multilaterali, li jikkunsidraw l-effetti tal-avjazzjoni fuq l-ambjent, u li jiżguraw li kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni tkun konsistenti b’mod sħiħ mal-objettivi ta’ dan il-Ftehim.

61. Xejn f’dan il-Ftehim ma għandu jitqies li qed jillimita l-awtorità tal-awtoritajiet kompetenti ta’ Parti biex dawn jieħdu l-miżuri xierqa kollha sabiex jevitaw jew inkella jindirizzaw l-impatti ambjentali tat-trasport bl-ajru, bil-kundizzjoni li tali miżuri jkunu konsistenti b’mod sħiħ mad-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt il-liġi internazzjonali u li jiġu applikati mingħajr distinzjoni ta’ nazzjonalità.

ARTIKOLU 18

Ħarsien tal-konsumaturi

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mal-leġiżlazzjoni relatata mat-trasport bl-ajru speċifikata fil-Parti G tal-Anness III għal dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 19

Sistemi ta’ Prenotazzjoni Kompjuterizzata

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mal-leġiżlazzjoni relatata mat-trasport bl-ajru speċifikata fil-Parti H tal-Anness III għal dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 20

Aspetti soċjali

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stipulati fl-Anness II għal dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jaġixxu f’konformità mal-leġiżlazzjoni relatata mat-trasport bl-ajru speċifikata fil-Parti F tal-Anness III għal dan il-Ftehim.

TITOLU III

Dispożizzjonijiet Istituzzjonali

ARTIKOLU 21

Interpretazzjoni u Infurzar

Il-Partijiet għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, kemm jekk ikunu ġenerali kif ukoll speċifiċi, sabiex jiżguraw li jintlaħqu l-obbligi li joriġinaw minn dan il-Ftehim u għandhom jevitaw kwalunkwe miżura li tipperikola b’xi mod il-kisba tal-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

62. Kull Parti għandha tkun responsabbli fit-territorju tagħha stess, biex tinforza b’mod xieraq dan il-Ftehim u, b’mod partikolari, ir-regolamenti u d-direttivi relatati mat-trasport bl-ajru li huma elenkati fl-Anness III għal dan il-Ftehim.

63. Kull Parti għandha tagħti lill-Parti l-oħra t-tagħrif u l-għajnuna kollha meħtieġa fil-każ ta’ investigazzjonijiet dwar ksur possibbli ta’ dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim li dik il-Parti l-oħra tkun qed twettaq taħt il-kompetenzi rispettivi tagħha, kif provdut f’dan il-Ftehim.

64. Kull meta l-Partijiet jaġixxu taħt is-setgħat mogħtija lilhom b’dan il-Ftehim fuq kwistjonijiet li jkunu ta’ interess sostanzjali għall-Parti l-oħra u li jkunu jikkonċernaw lill-awtoritajiet jew lill-intrapriżi tal-Parti l-oħra, l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra għandhom ikunu informati b’mod sħiħ u mogħtija l-opportunità biex jikkummentaw qabel ma tittieħed deċiżjoni finali.

65. Safejn id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u d-dispożizzjonijiet tal-atti speċifikati fl-Anness III għal dan il-Ftehim huma identiċi fis-sustanza għar-regoli korrispondenti tat-Trattati tal-UE, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom, fl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom, jiġu interpretati f'konformità mas-sentenzi u d-deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Kummissjoni Ewropea.

ARTIKOLU 22

Kumitat Konġunt

Hawnhekk qed jiġi stabbilit Kumitat Konġunt li huwa magħmul mir-rappreżentanti tal-Partijiet (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-Kumitat Konġunt) li se jkun responsabbli mill-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim u li għandu jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tiegħu. Għal dan il-għan, għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet fejn dan ikun provdut b'mod espliċitu minn dan il-Ftehim.

66. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jiġu adottati b’kunsens u jkunu jorbtu lill-Partijiet. Il-Partijiet għandhom iqegħduhom fis-seħħ skont ir-regoli proprji tagħhom.

67. Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta, b’deċiżjoni, ir-regoli tal-proċedura tiegħu.

68. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kif u meta jkun meħtieġ. Kull Parti tista’ titlob li tiġi organizzata laqgħa.

69. Parti tista’ wkoll tagħmel talba li ssir laqgħa tal-Kumitat Konġunt biex tinstab soluzzjoni għal kwalunkwe kwistjoni li tkun tikkonċerna l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Laqgħa bħal din għandha tibda fl-eqreb data possibbli, iżda mhux iktar tard minn xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba, sakemm ma jkunx maqbul mod ieħor bejn il-Partijiet.

70. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni xierqa ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet għandhom jiskambjaw it-tagħrif u, fuq talba li ssir minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet, iwettqu l-konsultazzjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

71. Jekk, skont waħda mill-Partijiet, id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt ma tkunx implimentata kif xieraq mill-Parti l-oħra, tal-ewwel tista’ titlob li l-kwistjoni tiġi diskussa mill-Kumitat Konġunt. Jekk il-Kumitat Konġunt ma jkunx jista’ jsolvi l-kwistjoni fi żmien xahrejn minn mindu tkun saret it-talba, il-Parti li tkun għamlet it-talba tista’, skont l-Artikolu 24 (Miżuri ta’ salvagwardja), tieħu l-miżuri ta’ salvagwardja li jkunu xierqa.

72. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 2, jekk il-Kumitat Konġunt ma jiħux deċiżjoni dwar kwistjoni li tkun ġiet riferuta lilu fi żmien sitt xhur mid-data tat-talba, il-Partijiet jistgħu, skont l-Artikolu 24 (Miżuri ta’ salvagwardja), jieħdu miżuri temporanji ta’ salvagwardja li jkunu xierqa.

73. F’konformità mal-Artikolu 6 (Investiment) ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu janalizza kwistjonijiet relatati ma’ investimenti bilaterali ta’ sjieda maġġoritarja, jew ma’ bidliet fil-kontroll effettiv tat-trasportaturi bl-ajru tal-Partijiet.

74. F’konformità mal-Artikolu 14 (Sikurezza tal-avjazzjoni) ta’ dan il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt għandu jimmonitorja l-proċess tat-tneħħija mir-reġistru ta’ inġenji tal-ajru rreġistrati fid-data tal-ftehim, fir-Repubblika tal-Moldova, li ma jkunux konformi mal-istandards internazzjonali dwar is-sikurezza tal-avjazzjoni stabbiliti fil-Konvenzjoni. Il-Kumitat Konġunt għandu jimmonitorja wkoll il-proċess tat-tneħħija gradwali, waqt il-fażi ta’ tranżizzjoni deskritta fl-Anness II għal dan il-Ftehim, ta’ inġenji tal-ajru rreġistrati fid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, fir-Repubblika tal-Moldova, u li jintużaw mill-operaturi taħt il-kontroll regolatorju tar-Repubblika tal-Moldova, li ma jkollhomx ċertifikat tat-tip maħruġ f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE speċifikat fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim bil-għan li jintlaħaq qbil dwar it-tnaqqis progressiv tal-għadd tal-inġenji tal-ajru msemmi fil-paragrafu 7 tal-Anness II għal dan il-Ftehim.

75. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżviluppa wkoll il-koperazzjoni permezz ta’:

(a) jagħmel reviżjoni ta’ kundizzjonijiet tas-suq li jkunu qed jaffettwaw is-servizzi tal-ajru skont dan il-Ftehim;

(b) jindirizza u jsib l-aktar soluzzjoni effettiva għall-kwistjonijiet ta’ “twettiq ta’ negozju” li jistgħu, fost oħrajn, ifixklu l-aċċess għas-suq kif ukoll l-operat bla xkiel tas-servizzi koperti minn dan il-ftehim bħala mezz biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ugwali u l-konverġenza regolatorja u biex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż regolatorju minn fuq l-operaturi kummerċjali;

(c) irawwem skambji, fil-livell ta' esperti, dwar inizjattivi u żviluppi leġiżlattivi jew regolatorji ġodda, inkluż fl-oqsma tas-sigurtà, tas-sikurezza, tal-ambjent, tal-infrastruttura tal-avjazzjoni (inklużi slots), tal-ambjent kompetittiv u tal-ħarsien tal-konsumaturi;

(d) jeżamina regolarment l-effetti soċjali ta’ dan il-Ftehim skont il-mod kif dan ikun qed jiġi implimentat, l-aktar fil-qasam tal-impjiegi, u billi jiżviluppa reazzjonijiet xierqa għal problemi li jinsab li huma leġittimi;

(e) jikkonsidra l-oqsma potenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tal-Ftehim, inkluż ir-rakkomandazzjoni ta’ emendi għal dan il-Ftehim;

(f) jaqbel, abbażi ta’ kunsens, fuq proposti, approċċi jew dokumenti ta’ natura proċedurali direttament relatati mal-funzjonament ta’ dan il-Ftehim;

(g) jikkonsidra u jiżviluppa għajnuna teknika fl-oqsma koperti minn dan il-Ftehim; u

(h) irawwem il-kooperazzjoni fil-fora internazzjonali rilevanti.

ARTIKOLU 23

Soluzzjoni ta’ Tilwim u Arbitraġġ

Jekk tinqala’ tilwima bejn il-Partijiet relatata mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, huma għandhom fl-ewwel lok jippruvaw jilħqu ftehim permezz ta’ konsultazzjonijiet formali fi ħdan il-Kumitat Konġunt f’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu 22 (Kumitat Konġunt) ta' dan il-Ftehim.

76. Kull Parti tista’ tirreferi kwalunkwe tilwima relatata mal-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Ftehim li ma kienx possibbli li tissolva skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, quddiem bord ta’ arbitraġġ ta’ tliet arbitri skont il-proċedura stipulata hawn taħt:

(a) kull Parti għandha taħtar arbitru fi żmien (60) sittin jum mid-data li fiha l-bord tal-arbitraġġ ikun irċieva n-notifika għal talba tal-arbitraġġ indirizzata mill-Parti l-oħra permezz ta’ mezzi diplomatiċi; it-tielet arbitru għandu jinħatar miż-żewġ arbitri l-oħra fi żmien (60) sittin jum ieħor. Jekk waħda mill-Partijiet ma tkunx ħatret arbitru fiż-żmien miftiehem, jew jekk it-tielet arbitru ma jinħatarx fiż-żmien miftiehem, kull Parti tista’ titlob lill-President tal-Kunsill tal-ICAO biex jaħtar arbitru jew arbitri, skont liema minn dawn tkun applikabbli;

(b) it-tielet arbitru li jinħatar taħt it-termini tal-paragrafu a) ta’ hawn fuq għandu jkun ċittadin ta’ Stat terz u għandu jaġixxi bħala l-President tal-bord tal-arbitraġġ;

(c) il-bord tal-arbitraġġ għandu jaqbel dwar ir-regoli ta’ proċedura tiegħu; u

(d) soġġett għad-deċiżjoni finali tal-bord tal-arbitraġġ, l-ispejjeż inizjali tal-arbitraġġ għandhom jinqasmu b’mod ugwali bejn il-Partijiet.

77. Fuq talba ta' Parti, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jordna lill-Parti l-oħra timplimenta miżuri interim ta’ rimedju sad-determinazzjoni finali tal-bord.

78. Kwalunkwe deċiżjoni provviżorja jew finali tal-bord tal-arbitraġġ għandha torbot lill-Partijiet.

79. Jekk waħda mill-Partijiet ma taġixxix skont id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ li tkun ittieħdet skont it-termini ta’ dan l-Artikolu fi żmien (30) tletin ġurnata min-notifika tad-deċiżjoni msemmija hawn fuq, il-Parti l-oħra tista’, sakemm idum għaddej dan in-nuqqas, tillimita, tissospendi jew tirrevoka d-drittijiet jew il-privileġġi li din tkun tat taħt it-termini ta’ dan il-Ftehim lill-Parti li tkun qed tonqos.

ARTIKOLU 24

Miżuri ta’ salvagwardja

Il-Partijiet għandhom jieħdu kwalunkwe miżura ġenerali jew speċifika meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dan il-Ftehim. Għandhom jiżguraw li l-għanijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim jintlaħqu.

80. Jekk waħda mill-Partijiet taħseb li l-Parti l-oħra naqset milli twettaq obbligu skont dan il-Ftehim, tista’ tieħu l-miżuri ta’ salvagwardja xierqa. Il-miżuri ta’ salvagwardja għandhom ikunu limitati, fir-rigward tal-ambitu u ż-żmien tagħhom, għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex titranġa s-sitwazzjoni jew sabiex jinżamm il-bilanċ ta’ dan il-Ftehim. Għandha tingħata prijorità għal dawk il-miżuri li jfixklu l-inqas it-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.

81. Kwalunkwe Parti li tkun qed tikkonsidra li tieħu miżuri ta’ salvagwardja għandha tavża mingħajr dewmien lill-Parti l-oħra permezz tal-Kumitat Konġunt u għandha tforni t-tagħrif rilevanti kollu.

82. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw minnufih lill-Kumitat Konġunt bil-għan li tinstab soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd.

83. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 3(d) (Awtorizzazzjoni), l-Artikolu 5(d) (Rifjut, Revoka, Sospenzjoni, Limitazzjoni tal-Awtorizzazzjoni) u l-Artikoli 14 (Sikurezza tal-Avjazzjoni) u 15 (Sigurtà tal-Avjazzjoni), il-Parti konċernata ma tistax tieħu miżuri ta’ salvagwardja qabel ma jkun għadda xahar mid-data tan-notifika taħt il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-proċedura ta’ konsultazzjoni taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx intemmet qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien dikjarat.

84. Il-Parti konċernata għandha, mingħajr dewmien, tavża lill-Kumitat Konġunt dwar il-miżuri meħuda u għandha tforni l-informazzjoni rilevanti kollha.

85. Kwalunkwe azzjoni li tkun ittieħdet taħt it-termini ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi sospiża hekk kif il-Parti li jkollha t-tort tissodisfa id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 25

Relazzjoni ma’ Ftehimiet oħrajn

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom jipprevalu fuq id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali eżistenti tas-servizzi tal-ajru bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Istati Membri. Madankollu, id-drittijiet tat-traffiku eżistenti li joriġinaw minn dawn il-ftehimiet bilaterali u li mhumiex koperti taħt dan il-Ftehim, jistgħu jkomplu jiġu eżerċitati, bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri u ċ-ċittadini tagħhom.

86. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw mal-Kumitat Konġunt, fuq talba ta’ naħa jew oħra, biex jirrakkomandaw dwar jekk ir-Repubblika tal-Moldova għandhiex tingħaqad mal-Ftehim ECAA.

87. Jekk il-Partijiet isiru partijiet għal xi ftehim multilaterali, jew japprovaw deċiżjoni adottata mill-ICAO jew minn xi organizzazzjoni internazzjonali oħra, li tindirizza kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim, huma għandhom jikkonsultaw fil-Kumitat Konġunt sabiex ikun determinat jekk dan il-Ftehim għandux jiġi rrivedut sabiex jitqiesu tali żviluppi.

ARTIKOLU 26

Emendi

Jekk waħda mill-Partijiet tkun tixtieq temenda d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, għandha tavża lill-Kumitat Konġunt b’din id-deċiżjoni tagħha.

88. Il-Kumitat Konġunt jista’, fuq proposta li ssir minn waħda mill-Partijiet u skont dan l-Artikolu, jiddeċiedi li, b’kunsens, jimmodifika l-Annessi għal dan il-Ftehim.

89. L-emendi għal dan il-Ftehim għandhom jidħlu fis-seħħ wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi ta’ kull Parti.

90. Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr ħsara għad-dritt ta’ kull Parti, soġġett għall-konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim, li tadotta b’mod unilaterali leġiżlazzjoni ġdida jew li temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti tagħha fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew ta’ qasam assoċjat li jissemma’ fl-Anness III għal dan il-Ftehim.

91. Meta waħda mill-Partijiet tkun qed tikkonsidra leġiżlazzjoni jew emenda ġdida għal-leġiżlazzjoni eżistenti tagħha fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew qasam assoċjat imsemmi fl-Anness III għal dan il-Ftehim, għandha tinforma lill-Parti l-oħra kif inhu xieraq u possibbli. Fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet, jista’ jsir skambju ta’ opinjonijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

92. Kull Parti għandha, b’mod regolari u hekk kif ikun xieraq, tinforma lill-Parti l-oħra b’leġiżlazzjoni jew emenda ġdida fil-leġiżlazzjoni eżistenti tagħha li ġiet adottata fil-qasam tat-trasport bl-ajru jew qasam assoċjat imsemmi fl-Anness III għal dan il-Ftehim. Fuq talba li ssir minn kwalunkwe Parti, il-Kumitat Konġunt għandu, fi żmien (60) sittin jum minn mindu tkun saret dik it-talba, iwettaq skambju ta’ opinjonijiet dwar l-implikazzjonijiet li tali leġiżlazzjoni jew emenda ġdida jista’ jkollha fuq it-tħaddim xieraq ta’ dan il-Ftehim.

93. Wara l-iskambju ta’ opinjonijiet imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-Kumitat Konġunt għandu:

(a) jadotta deċiżjoni li tirrevedi l-Anness III ta’ dan il-Ftehim biex jintegra fih, jekk ikun meħtieġ fuq, bażi ta’ reċiproċità, il-leġiżlazzjoni jew l-emenda l-ġdida konċernata;

(b) jadotta deċiżjoni fis-sens li l-leġiżlazzjoni jew l-emenda l-ġdida konċernata għandha titqies bħala konformi ma’ dan il-Ftehim; jew

(c) jirrakkomanda kwalunkwe miżura oħra, li għandha tkun adottata fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli, biex ikun salvagwardjat it-tħaddim xieraq ta’ dan il-Ftehim.

ARTIKOLU 27

Terminazzjoni

Kull Parti tista’, fi kwalunkwe żmien, tippreżenta avviż bil-mitkub permezz ta' mezzi diplomatiċi lill-Parti l-oħra dwar id-deċiżjoni tagħha li ttemm dan il-Ftehim. It-tali avviż għandu jintbagħat fl-istess ħin lill-ICAO. Dan il-Ftehim għandu jiġi tterminat f'nofs il-lejl GMT fi tmiem l-istaġun tat-traffiku tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) li jkun fis-seħħ sena wara d-data tal-avviż ta' terminazzjoni bil-miktub, sakemm l-avviż ma jiġix irtirat bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet qabel it-tmiem ta' dan il-perijodu.

ARTIKOLU 28

Reġistrazzjoni mal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u s-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti

Dan il-Ftehim u l-emendi kollha għalih għandhom jiġu rreġistrati mal-ICAO u mas-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti, skont l-Artikolu 102 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

ARTIKOLU 29

Applikazzjoni provviżorja u dħul fis-seħħ

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ xahar wara d-data tal-aħħar nota fi skambju ta' noti diplomatiċi bejn il-Partijiet li tikkonferma li l-proċeduri kollha meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim tlestew. Għall-għanijiet ta’ dan l-iskambju, ir-Repubblika tal-Moldova għandha twassal lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea n-nota diplomatika tagħha lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha, u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jwassal lir-Repubblika tal-Moldova n-nota diplomatika tiegħu mingħand l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. In-nota diplomatika mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għandha tinkludi komunikazzjonijiet minn kull Stat Membru li jikkonfermaw li l-proċeduri tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim tlestew.

94. Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Partijiet jaqblu li japplikaw dan il-Ftehim proviżorjament, f’konformità mal-proċeduri interni u/jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, mid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim.

B’XHIEDA TA’ DAN is-sottoskritti, awtorizzati kif xieraq, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul f’ … fil- … jum ta’ … tas-sena… f’żewġ oriġinali, f’kull waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Partijiet, u kull wieħed minn dawn it-testijiet huwa ugwalment awtentiku.

ANNESS I

SERVIZZI MIFTEHMA U ROTOT SPEĊIFIKATI

Kull Parti tagħti lit-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra d-drittijiet biex dawn joperaw servizzi bl-ajru fuq ir-rotot speċifikati hawn taħt:

(a) għal trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni Ewropea: Kull punt fl-Unjoni Ewropea - punti intermedji fit-territorji tal-imsieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat[2], il-pajjiżi tal-ECAA[3], jew pajjiżi elenkati fl-Anness IV - Kull punt fir-Repubblika tal-Moldova - punti lil hinn.

(b) għal trasportaturi bl-ajru tar-Repubblika tal-Moldova: Kull punt fir-Repubblika tal-Moldova - punti intermedji fit-territorji tal-imsieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-pajjiżi tal-ECAA jew pajjiżi elenkati fl-Anness IV - Kull punt fl-Unjoni Ewropea

95. Is-servizzi mħaddma skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness għandhom joriġinaw jew jintemmu fit-territorju tar-Repubblika tal-Moldova, għat-trasportaturi bl-ajru tar-Repubblika tal-Moldova, u fit-territorju tal-Unjoni Ewropea għat-trasportaturi tal-Unjoni Ewropea.

96. Trasportaturi bl-ajru taż-żewġ Partijiet fir-rigward ta’ kwalunkwe titjira jew it-titjiriet kollha u meta jagħżlu huma jistgħu:

(a) joperaw titjiriet f’waħda jew fiż-żewġ direzzjonijiet;

(b) jabbinaw flimkien numru ta’ titjiriet differenti f’operazzjoni waħda ta’ inġenju tal-ajru;

(c) iservu punti intermedji jew li jmorru lil hinn, kif speċifikat fil-paragrafu 2 ta' dan l-Anness, u fil-punti fit-territorji tal-Partijiet fi kwalunkwe kombinazzjoni u fi kwalunkwe ordni;

(d) ma jagħmlux waqfiet fi kwalunkwe punt jew punti;

(e) jittrasferixxu traffiku minn kwalunkwe inġenju tal-ajru tagħhom għal kwalunkwe inġenju tal-ajru ieħor tagħhom fi kwalunkwe punt;

(f) jagħmlu waqfiet skedati fi kwalunkwe punt kemm fit-territorju kif ukoll barra minnu ta’ xi waħda mill-Partijiet;

(g) iġġorru traffiku fi tranżitu mit-territorju tal-Parti l-oħra; u

(h) jikkombinaw traffiku fuq l-istess inġenju tal-ajru irrispettivament minn fejn joriġina tali traffiku.

97. Kull Parti għandha tippermetti lil kull trasportatur bl-ajru li jistabbilixxi l-frekwenza u l-kapaċità tat-trasport internazzjonali bl-ajru li dan ikun joffri abbażi ta’ konsiderazzjonijiet kummerċjali li jkun hemm fis-suq. B’mod konsistenti ma’ dan id-dritt, l-ebda Parti ma għandha tillimita b’mod unilaterali l-volum tat-traffiku, il-frekwenza jew ir-regolarità tas-servizz, jew it-tip jew tipi ta’ inġenji tal-ajru li jitħaddmu mit-trasportaturi bl-ajru tal-Parti l-oħra, ħlief għal raġunijiet ta’ dwana, tekniċi, tal-operat, ambjentali, tal-ħarsien tas-saħħa jew bl-applikazzjoni tal-Artikolu 8 (Ambjent Kompetittiv) ta’ dan il-Ftehim.

98. It-trasportaturi bl-ajru ta' kull Parti jistgħu jservu, inkluż fi ħdan il-qafas tal-arranġamenti ta' qsim ta’ kodiċi kwalunkwe punt li jinsab f'pajjiż terz li mhux inkluż fuq ir-rotot speċifikati, sakemm ma jeżerċitawx id-drittijiet tal-ħames (5) libertà.

99. Dan l-Anness huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 tal-Anness II għal dan il-Ftehim u l-estensjoni tad-drittijiet previsti fih.

_______________

ANNESS II

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni mir-Repubblika tal-Moldova tad-dispożizzjonijiet kollha tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea relatati mat-trasport bl-ajru indikati fl-Anness III għal dan il-Ftehim, bl-eċċezzjoni tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà skont il-Parti D tal-Anness III għal dan il-Ftehim, għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea li għandha tkun validata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Din l-evalwazzjoni għandha ssir mhux aktar tard minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

100. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Anness I għal dan il-Ftehim, is-servizzi miftehma u r-rotot speċifikati f’dan il-Ftehim m’għandhomx jinkludu, sa meta tiġi adottata d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Anness II għal dan il-Ftehim, id-dritt li t-trasportaturi bl-ajru taż-żewġ Partijiet ikunu jistgħu jeżerċitaw drittijiet tal-ħames (5) libertà li mhumiex fost dawk li diġà hemm qbil dwarhom permezz ta’ ftehimiet bilaterali bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, inkluż għat-trasportaturi bl-ajru tar-Repubblika tal-Moldova bejn punti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

Meta tiġi adottata d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness II, it-trasportaturi bl-ajru taż-żewġ partijiet għandhom isiru intitolati jeżerċitaw drittijiet tal-ħames (5) libertà, inkluż għal trasportaturi tar-Repubblika tal-Moldova bejn punti fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

101. L-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni mir-Repubblika tal-Moldova għandha tkun soġġetta għal evalwazzjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea li għandha tkun validata permezz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt. Din l-evalwazzjoni għandha ssir mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim. Sadanittant, ir-Repubblika tal-Moldova għandha timplimenta l-ECAC Doc 30.

102. Fl-aħħar tal-perjodu tranżizzjonali, il-parti kunfidenzjali tal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà kif provduta fil-Parti D tal-Anness III għal dan il-Ftehim għandha tkun disponibbli għall-awtorità x-xierqa tar-Repubblika tal-Moldova, soġġetta għal ftehim dwar l-iskambju ta' tagħrif senisittiv tas-sigurtà inkluż tagħrif klassifikat tal-UE.

103. It-tranżizzjoni gradwali tar-Repubblika tal-Moldova lejn l-applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea relatata mat-trasport bl-ajru indikata fl-Anness III għal dan il-Ftehim tista' tkun soġġetta għal valutazzjonijiet regolari. Il-valutazzjonijiet għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea f’kooperazzjoni mar-Repubblika tal-Moldova.

104. Mid-data tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness, ir-Repubblika tal-Moldova se tapplika regoli tal-liċenzjar tal-operat li huma sostanzjalment ekwivalenti għal dawk li jinsabu fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 ta’ dan il-Ftehim fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku ta’ determinazzjonijiet tal-adegwatezza u/jew taċ-ċittadinanza magħmula mill-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Moldova għandhom ikunu applikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea hekk kif ikun hemm il-konferma mill-Kumitat Konġunt tal-applikazzjoni sħiħa tar-Repubblika tal-Moldova ta’ tali regoli tal-liċenzjar tal-operat.

105. Mingħajr ħsara għad-deċiżjoni fil-Kumitat Konġunt jew fl-Artikolu 24 (Miżuri ta’ salvagwardja), l-inġenji tal-ajru rreġistrati fid-data tal-iffirmar fir-reġistru tar-Repubblika tal-Moldova u użati mill-operaturi taħt il-kontroll regolatorju tar-Repubblika tal-Moldova, li ma għandhomx ċertifikat tat-tip maħruġ f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE fil-Parti C tal-Anness III għal dan il-Ftehim, jistgħu jiġu ġestiti taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika tal-Moldova f'konformità mar-rekwiżiti nazzjonali tas-sikurezza applikabbli tar-Repubblika tal-Moldova sa:

(a) l-1 ta’ Jannar 2017 għal ċerti ajruplani impenjati f’operazzjonijiet ta’ merkanzija biss;

(b) il-31 ta’ Diċembru 2022 għal ċerti ħelikopters impenjati f’operazzjonijiet bħal titjiriet ta’ tfittix u salvataġġ, xogħol fl-ajru, taħriġ, emerġenza, agrikoltura u ta’ ħidma umanitarja f’konformità maċ-ċertifikati operazzjonali tat-trasportaturi rispettivi,

sakemm l-inġenji tal-ajru jkunu konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni stabbiliti skont il-Konvenzjoni. Dawn l-inġenji tal-ajru ma għandhomx jibbenifikaw minn drittijiet mogħtija b’dan il-Ftehim u ma għandhomx joperaw fuq rotot tal-ajru lejn, minn jew fl-Unjoni Ewropea.

Waqt il-fażi ta’ tranżizzjoni msemmija hawn fuq, l-għadd ta’ inġenji tal-ajru fir-reġistru tar-Repubblika tal-Moldova li ma jkollhomx ċertifikat tat-tip maħruġ f’konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE ma għandux ikun ogħla minn 53 sal-1 ta’ Jannar 2017, ogħla minn 36 wara din id-data, u sal-31 ta’ Diċembru 2022 dawn l-inġenji tal-ajru għandhom jitneħħew kompletament.

____________________

ANNESS III

(Soġġett għal aġġornament regolari)

REGOLI APPLIKABBLI GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI

Id-“Dispożizzjonijiet applikabbli” tal-atti li ġejjin għandhom ikunu applikabbli skont il-Ftehim sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness jew fl-Anness II għal dan il-Ftehim (Dispożizzjonijiet Tranżizzjonali). Dawn huma l-adattamenti speċifiċi meħtieġa għal kull wieħed minn dawn l-atti:

A.        Aċċess għas-suq u kwistjonijiet anċillari

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slots f’ajruporti tal-Komunità

kif emendat permezz ta':

· Ir-Regolament (KE) Nru 894/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

· Ir-Regolament (KE) Nru 1554/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

· Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93

· Ir-Regolament (KE) Nru 545/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, 14 u 14 a (2)

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(2) it-terminu "Il-Kummissjoni" għandu jinqara "il-Kumitat Konġunt".

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 25 u l-Anness

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 10 it-terminu "Stati Membri" għandu jinqara "Stati Membri tal-Unjoni Ewropea"

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(2), it-terminu "Il-Kummissjoni" għandu jinqara "il-Kumitat Konġunt".

Nru 785/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 785/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru u l-operaturi tal-ajruplani [inġenji tal-ajru]

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8, u 10(2)

Nru 2009/12

Id-Direttiva 2009/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12

B.        Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, 6 u 9 sa 14

Nru 550/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 19, l-Annessi I u II

Nru 551/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11

Nru 552/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta' interoperabilità)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, l-Annessi I sa V

Nru 2096/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 tal-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru

kif emendat permezz ta':

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 li jemenda mit-II sal-V Anness tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, fir-rigward ta’ metodi ta’ ħidma u proċeduri tal-operat

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9, l-Annessi I sa V

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru [titlu mhux uffiċjali]

Nru 730/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 730/2006 tal-11 ta' Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir

Nru 1794/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 1794/2006 tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2006 tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar proċeduri għal pjanijiet ta’ titjiriet fil-fażi ta’ qabel it-titjira għall-ajru uniku Ewropew.[traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistipula rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikolu 1(1)-(2) u (5)-(7), l-Artikoli 2 sa 3, l-Artikolu 4(1), l-Anness

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2007 tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 7, it-tieni u t-tielet sentenzi tal-Artikolu 8, l-Annessi I sa IV

Nru 1265/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1265/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi rekwiżiti għal spazjar tal-kanali vokali mill-ajru għall-art għall-Ajru Uniku Ewropew

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 9, l-Annessi I sa IV

Nru 1315/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15

Nru 482/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5, l-Annessi I sa II

Nru 668/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 668/2008 tal-15 ta' Lulju 2008 li jemenda mit-II sal-V Anness tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistipula rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru, fir-rigward ta’ metodi ta’ ħidma u proċeduri tal-operat

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 2

Nru 1361/2008

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5 (minbarra l-Artikolu 1.6), l-Anness (minbarra l-punti 11 u 12)

Nru 29/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15, l-Annessi I sa VII

Nru 30/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1032/2006 f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi ta' skambju tad-dejta tat-titjira li jappoġġjaw is-servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 2, l-Anness

Nru 262/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 262/2009 tat-30 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta’ kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-ajru uniku Ewropew

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 13, l-Annessi I sa III

Nru 1070/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea tal-avjazzjoni

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5, minbarra l-Artikolu 1.4

Nru 1108/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE

Nru 73/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas-26 ta’ Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 255/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 255/2010 tal-25 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru

Nru 691/2010

lr-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 691/2010 tad-29 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta’ prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni bl-ajru

Nru 929/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 929/2010 tat-18 ta’ Ottubru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1033/2006 fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-OIAĊ [ICAO] imsemmija fl-Artikolu 3(1)

Nru 1191/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010 tas-16 ta’ Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1794/2006 li jistabbilixxi skema komuni ta’ imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi l-miri ta’ prestazzjoni u l-limiti ta’ twissija għall-Unjoni Ewropea kollha għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-2012 sal-2014 (2011/121/EU)

Nru 176/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2011 tal-24 ta’ Frar 2011 dwar l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali

Nru 283/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011 tat-22 ta’ Marzu 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 633/2007 fir-rigward tal-arranġamenti tranżizzjonali msemmija fl-Artikolu 7

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20.05.2011 dwar l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 677/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta’ Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 4130 finali tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar in-nomina ta’ Maniġer tan-Netwerk għall-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-ajru uniku Ewropew

Nru 805/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 805/2011 tal-10 ta’ Awwissu 2011 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għal liċenzji u ċerti ċertifikati tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

C.        Sikurezza tal-Avjazzjoni

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

kif emendat permezz ta':

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2176/96 tat-13 ta’ Novembru 1996 li jemenda għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 [traduzzjoni mhux uffiċjali]

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1069/1999 tal-25 ta’ Mejju 1999 li jadatta għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 [traduzzjoni mhux uffiċjali]

· Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2871/2000 tat-28 ta’ Diċembru 2000 li jadatta għall-progress xjentifiku u tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili [traduzzjoni mhux uffiċjali]

· Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

· Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li japplikaw għat-trasport kummerċjali bl-ajruplan

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008 tal-20 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li japplikaw għat-trasport kummerċjali bl-ajruplan

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, 12 sa 13 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 8(2), (it-tieni sentenza), l-Annessi I sa III

Fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12, "Stati Membri" għandha tinqara "Stati Membri tal-Unjoni Ewropea".

Nru 216/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva Nru 2004/36/KE

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 68, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 65, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 69(1), l-Artikolu 69(4), l-Annessi I sa VI

kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009 tat-30 ta' Lulju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE

Ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 3, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 5 tal-Artikolu 8a, il-paragrafu 6 tal-Artikolu 8b u l-paragrafu 10 tal-Artikolu 8c imdaħħla bl-Artikolu 1(7) tar-Regolament (KE) Nru 1108/2009, l-Anness

Nru 996/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

Nru 2003/42

Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 11 u l-Annessi I u II

Nru 1321/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 tat-12 ta’ Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta' tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4

Nru 1330/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 tal-24 ta’ Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10, l-Annessi I sa II

Nru 1702/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

kif emendat permezz ta':

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005 tas-7 ta' Marzu 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006 tat-8 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 fir-rigward għall-perjodu matul liema l-Istati Membri jistgħu joħorġu approvazzjonijiet għal dewmien limitat

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007 tat-28 ta' Marzu 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati li ma jagħmlux ħsara ambjentali

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007 tat-30 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008 tat-28 ta' Marzu 2008 dwar l-estensjoni tal-perjodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2c(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1057/2008 tas-27 ta’ Ottubru 2008 li jemenda l-Appendiċi II tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 dwar iċ-Ċertifikat ta’ Reviżjoni tal-Adegwatezza għall-Avjazzjoni (EASA Formola 15a)

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatati jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom

Nota: Ikkoreġuta permezz ta' Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1194/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatati jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (ĠU L 321, 8.12.2009)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 4, l-Anness. Il-perjodi ta' tranżizzjoni msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jiġu ddeterminati mill-Kumitat Konġunt.

Nru 2042/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 tal-20 ta' Novembru 2003 dwar il-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol

kif emendat permezz ta':

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006 tat-8 ta’ Mejju 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar approvazzjonijiet għal perjodu limitat u Annessi I u III

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007 tat-30 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwa li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008 tas-27 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar l-adegwatezza għall-avjazzjoni kontinwata ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involuti f’dan ix-xogħol

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 127/2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2042/2003 dwar il-kapaċità kontinwa li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6, l-Annessi I sa IV

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 104/2004 tat-22 ta’ Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-komposizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 7 u l-Anness

Nru 593/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 593/2007 tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni

kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1356/2008 tat-23 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 593/2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 12, l-Artikolu 14(2), l-Anness

Nru 736/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006 tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar metodi ta' ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 18

Nru 768/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 768/2006 tad-19 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-ġbir u l-iskambju ta' informazzjoni dwar is-sikurezza ta' ajruplani li jużaw ajruporti tal-Komunità u dwar il-ġestjoni tas-sistema tal-informazzjoni

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 5

Nru 2111/2005

Ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpanniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 13, l-Anness

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli implimentattivi għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6 u l-Annessi A sa C

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u kif sussegwentement emendat.

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 3 u l-Annessi A u B

D.        Sigurtà tal-avjazzjoni

Regolament Qafas

Nru 300/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 18,l-Artikolu 21, l-Anness

Regolamenti Supplimentari

Nru 272/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008

kif emendat permezz ta':

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011 tat-22 ta’ Lulju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili fir-rigward tad-dħul f’fażijiet tal-iskrining ta’ likwidi, aerosols u ġellijiet fl-ajruporti tal-UE

Nru 1254/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1254/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà

Nru 18/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni(UE) Nru 18/2010 tat-8 ta’ Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Regolamenti ta' Implimentazzjoni

Nru 72/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 72/2010 tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni

Nru 185/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

kif emendat permezz ta':

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010 tat-23 ta' April 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010 tat-23 ta' April 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 573/2010 tat-30 ta' Ġunju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 983/2010 tat-3 ta’ Novembru 2010 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 185/2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni

· Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011 tas-7 ta' April 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 185/2010 tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/774/UE tat-13 ta' April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (il-ħtieġa li jkunu magħrufa l-miżuri ta’ sigurtà tal-avjazzjoni)

kif emendat permezz ta':

· Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/2604/UE tat-23 ta’ April 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/774/UE tat-13 ta' April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (il-protezzjoni tal-provvisti ta’ LAGs u STEBs)

· Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/3572/UE tat-30 ta' Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/774/UE tat-13 ta' April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (il-klieb li jintużaw fit-tfittxija għall-isplussivi)

· Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/9139/UE tal-20 ta’ Diċembru 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2010/774/UE tat-13 ta' April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (it-tfittxija għal oġġetti tal-metall fil-merkanzija)

E.         Ambjent

Nru 2006/93

Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 6 u l-Annessi I u II.

Nru 2002/30

Id-Direttiva 2002/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità

Kif emendata jew adattata bl-Att tal-Adeżjoni tal-2003 u l-Att tal-Adeżjoni tal-2005

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 15 u l-Annessi I u II.

Nru 2002/49

Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 16, l-Annessi I sa VI

F.         Aspetti soċjali

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/79/KE tas-27 Novembru 2000 dwar il-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 2 sa 3, l-Anness

Nru 2003/88

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 19, 21 sa 24 u 26 sa 29

G.        Ħarsien tal-konsumaturi

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 10

Nru 95/46

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data [dejta] personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data [dejta]

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 34

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti kif emendat permezz ta’:

· Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2002 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 8

Nru 261/2004

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 17

Nru 1107/2006

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 17, l-Annessi I u II.

H.        Leġiżlazzjoni oħra

Nru 80/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar Kodiċi ta’ Kondotta għal sistemi ta’ riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

Dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikoli 1 sa 18 u l-Annessi I u II.

ANNESS IV

Lista ta’ Stati oħra li huma msemmija fl-Artikoli 3 u 4, u l-Anness I

Ir-Repubblika tal-Islanda (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

106. Il-Prinċipat tal-Liechtenstein (skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea);

107. Ir-Renju tan-Norveġja (skont il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea);

108. Il-Konfederazzjoni Svizzera (skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera).

___________________

[1]               skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.

[2]                      "Imsieħba tal-Politika Ewropea tal-Viċinat", hawn għandha tfisser l-Alġerija, l-Armenja l-Azerbajġan, il-Belorussja, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Libja, il-Marokk, it-Territorju Okkupat tal-Palestina, is-Sirja, it-Tuneżija u l-Ukraina, jiġifieri hawn ma tinkludix ir-Repubblika tal-Moldova.

[3]                      “Il-pajjiżi tal-ECAA” huma l-pajjiżi li jagħmlu parti mill-Ftehim Multilaterali li jistabbilixxi l-Ispazju Komuni Ewropew tal-Avjazzjoni, li fid-data tal-iffirmar tal-ftehim kienu: L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bożnja u l-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tas-Serbja u l-Kosovo skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Top