This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012IP0503
European Parliament resolution of 13 December 2012 on the annual report on Human Rights and Democracy in the World 2011 and the European Union’s policy on the matter (2012/2145(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali tal-2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (2012/2145(INI))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali tal-2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (2012/2145(INI))
ĠU C 434, 23.12.2015, p. 87–111
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 434/87 |
P7_TA(2012)0503
Rapport annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2011 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali tal-2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (2012/2145(INI))
(2015/C 434/09)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem (UDHR), il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u trattati u strumenti internazzjonali ewlenin oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE tal-2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja adottat mill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin fil-25 ta' Ġunju 2012, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (11855/2012) kif adottati mill-Kunsill għall-Affarijiet Barranin fil-25 ta' Ġunju 2012, |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/440/PESK tal-25 ta' Lulju 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2011 bit-titolu 'Id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fil-Qalba tal-Azzjoni Esterna tal-UE – Lejn approċċ aktar effettiv' (COM(2011)0886), |
— |
wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 (2) dwar is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 65/276 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tat-3 ta' Mejju 2011 dwar il-Parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-ħidma tan-Nazzjonijiet Uniti, |
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millennju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000 (A/RES/55/2) u r-riżoluzzjonijiet adottati mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar l-appoġġ tal-UE għall-QKI: naffaċjaw l-isfidi u negħlbu d-diffikultajiet (3), u r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2010 fl-ewwel Konferenza ta' Reviżjoni tal-Istatut ta' Ruma tal-QKI li sar f'Kampala, l-Uganda, mill-31 ta' Mejju sal-11 ta' Ġunju 2011 (4), kif ukoll il-wegħdiet magħmula mill-UE f'din l-okkażjoni (5), |
— |
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK tal-21 ta' Marzu 2011 dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali (6), u l-pjan ta' azzjoni rivedut tat-12 ta' Lulju 2011 bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Qorti Kriminali Internazzjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (7), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Marzu 2011 bit-titolu “Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran” (COM(2011)0200), |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2011 bit-titolu 'Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni' (COM(2011)0303), |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill “Affarijiet Barranin” dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat adottati fl-20 ta' Ġunju 2011, fit-3101 laqgħa tiegħu |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill “Affarijiet Barranin” dwar il-Fond Ewropew għad-Demokrazija adottati fl-1 ta' Diċembru 2011 fit-3130 laqgħa tiegħu u d-Dikjarazzjoni dwar it-twaqqif ta' Fond Ewropew għad-Demokrazija li dwarha ntlaħaq ftehim fil-Coreper fil-15 ta' Diċembru 2011, |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) (8), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni (9), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Ottubru 2011 bit-titolu “Strateġija rinnovata tal-UE 2011-14 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva” |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-2 ta' Frar 2012 dwar politika konsistenti fil-konfront ta' reġimi, li l-UE tapplika miżuri restrittivi kontrihom, meta l-mexxejja tagħhom jeżerċitaw l-interessi personali u kummerċjali tagħhom fi ħdan il-fruntieri tal-UE (10), |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU tas-16 ta' Mejju 2011 (A/HRC/17/27) dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt tal-libertà ta' opinjoni u l-espressjoni, li jissottolinja l-applikabbiltà ta' normi u standards tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem dwar id-dritt tal-libertà ta' opinjoni u l-espressjoni għall-internet bħala mezz ta' komunikazzjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tat-12 ta' Diċembru 2011 mill-Kummissarju għall-Aġenda Diġitali dwar l-istrateġija “No Disconnect”, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU tat-28 ta' Lulju 2011 (A/66/203) dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-21 ta' Diċembru 2010 (A/RES/65/206), Moratorja dwar l-użu tal-piena tal-mewt, |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti Oħra, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar l-allegat trasport u detenzjoni illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA (11), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport interim tar-Rapporteur Speċjali tan-NU tal-5 ta' Awwissu 2011 dwar it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, ir-reklużjoni, inklużi kliniki psikjatriċi (A/66/268), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet 1325, 1820, 1888, 1889 u 1960 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, |
— |
wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-indikaturi tal-UE għall-Approċċ Komprensiv għall-implimentazzjoni mill-UE tal-UNSCRs 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, adottat mill-Kunsill tal-UE fit-13 ta' Mejju 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni, |
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat għar-Reġjuni tat-13 ta' Ottubru 2011 bit-titolu “Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla” (COM(2011)0637), |
— |
wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW), u l-Protokoll Fakultattiv tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tas-7 ta' April 2011 tal-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tat-tfal, l-aktar reċenti r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2012, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tas-17 ta' Ġunju 2011 dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru, |
— |
wara li kkunsidra l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea fit-22 ta' Jannar 2011 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (CRPD), li hija l-ewwel konvenzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti ratifikata mill-Unjoni Ewropea bħala “organizzazzjoni ta' integrazzjoni reġjonali”, |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Prinċipji u l-Linji Gwida tan-NU dwar l-eliminazzjoni effikaċi tad-diskriminazzjoni bbażata fuq ix-Xogħol u fuq id-Dixxendenza ppubblikat mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem (A/HRC/11/CRP.3), |
— |
wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet dwar diskriminazzjoni bejn il-kasti mill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, l-Korpi tat-Trattati tan-NU u l-Proċeduri Speċjali tan-NU, b'attenzjoni partikolari għar-Rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar forom kontemporanji ta' razziżmu, diskriminazzjoni razzjali, ksenofobija u intolleranza relatata tal-24 ta' Mejju 2011 (A/HRC/17/40), |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2011 dwar l-intolleranza, id-diskriminazzjoni u l-vjolenza abbażi tar-reliġjon jew it-twemmin, u wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 66/167 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-ġlieda kontra l-intolleranza, l-istereotipi negattivi u l-istigmatizzjoni ta', u d-diskriminazzjoni, l-inċitament għall-vjolenza kontra, persuni abbażi tar-reliġjon jew it-twemmin; |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat dwar l-Iżvilupp u l-Kumitat dwar id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0377/2012), |
A. |
billi t-trattati jimpenjaw lill-Unjoni Ewropea biex tibbaża l-azzjoni esterna tagħha fuq il-prinċipji tad-demokrazija, tal-Istat tad-dritt, tal-universalità u tal-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u tar-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali; |
B. |
billi l-ġustizzja, l-Istat tad-dritt, ir-responsabbiltà għad-delitti kollha inklużi l-aktar d-delitti gravi li jikkonċernaw il-komunità internazzjonali, il-proċessi ġusti, u ġudikatura indipendenti huma elementi indispensabbli fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-pilastri tal-paċi sostenibbli; |
C. |
billi d-demokrazija u l-Iistat tad-dritt huma l-aqwa salvagwardji tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, tan-nondiskriminazzjoni f'kull forma u tat-tolleranza fil-konfront tal-individwi u l-komunitajiet, u tal-ugwaljanza għal kulħadd; |
D. |
billi l-lezzjonijiet meħuda mill-avvenimenti tar-Rebbiegħa Għarbija jridu jkomplu jagħtu impetu għall-UE biex tirrevedi, ittejjeb u tiżgura koerenza bejn il-politiki tagħha dwar, fost l-oħrajn, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju internazzjonali, id-djalogi tad-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi terzi, inklużi l-NGOs u l-movimenti tal-bażi, u l-midja soċjali; |
E. |
billi hija r-responsabbiltà tal-UE li tgħin lill-pajjiżi li magħhom ffirmat ftehimiet internazzjonali u kummerċjali, inklużi l-ftehimiet kummerċjali, biex jimplimentaw dawn il-prinċipji fundamentali kollha, u b'mod partikolari billi jiżguraw konformità stretta mal-klawsoli tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi f'dawn il-ftehimiet; |
F. |
billi l-aċċess għall-Internet huwa faċilitatur ewlieni għall-aċċess għall-informazzjoni, għall-espressjoni ħielsa, għal-libertà tal-istampa, għal-libertà tal-għaqda, u għal żviluppi ekonomiċi, soċjali, politiċi u kulturali; billi d-drittijiet tal-bniedem jeħtieġu jiġu mħarsa u promossi mill-UE, kemm offline u wkoll online; |
G. |
billi l-ksur tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin, imwettaq l-istess mill-gvernijiet u atturi mhux Statali, qed jiżdied f'ħafna pajjiżi tad-dinja, li jirriżulta f'diskriminazzjoni u f'intolleranza kemm kontra ċerti individwi kif ukoll kontra komunitajiet reliġjużi, inklużi l-minoranzi u dawk li ma jemmnux; |
H. |
billi r-rwol tan-nisa, u l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom, fl-isfera politika, ekonomika u soċjali hija essenzjali, speċjalment fil-proċessi tal-bini tal-paċi ta' wara l-gwerra, fin-negozjati għal tranżizzjoni demokratika u fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, ir-rikonċiljazzjoni u l-proċessi ta' stabilizzazzjoni; |
I. |
billi r-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja, u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni, ma għandux ikun biss riflessjoni u reviżjoni tal-kisbiet u n-nuqqasijiet tal-passat, iżda għandu jservi wkoll ta' ispirazzjoni għall-istrateġija u l-pjan ta' azzjoni tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; billi kull Rapport Annwali suċċessiv għandu, idealment, jikkontribwixxi b'mod tanġibbli u regolari għat-titjib fil-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE fid-dinja; |
Rapport Annwali tal-UE 2011
1. |
Jilqa' l-adozzjoni tar-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fl-2011; jilqa' l-fatt li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) kienet kapaċi tippreżenta r-Rapport Annwali fil-plenarja tal-Parlament ta' Ġunju u b'hekk jirritorna għall-attività normali; |
2. |
Jinnota l-passi pożittivi li ttieħdu fis-snin reċenti biex ikun żviluppat ir-Rapport Annwali, iżda jenfasizza l-potenzjal għal aktar titjib; |
3. |
Jemmen li r-Rapport Annwali għandu jkun strument ta' komunikazzjoni importanti tal-ħidma li twettaq l-UE f'dan il-qasam u għandu jgħin biex tiżdied il-viżibilità tal-azzjonijiet tal-UE; jistieden lill-VP/RGħ biex fl-abbozzar ta' Rapporti Annwali fil-futur tikkonsulta b'mod attiv u sistematikament mal-Parlament, u tirrapporta dwar il-mod kif tqiesu r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament; |
Kunsiderazzjonijiet ġenerali
4. |
Jilqa' l-adozzjoni tal-qafas strateġiku tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem fil-25 ta' Ġunju 2012; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jaħdmu flimkien biex jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa tiegħu sabiex b'mod kredibbli jintlaħaq l-impenn tat-Trattat tal-UE biex ikunu segwiti politiki esterni bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-valuri demokratiċi u l-Istat tad-dritt b'mod ibbażat fuq il-prinċipji u mingħajr eċċezzjonijiet billi jiġu evitati standards doppji; |
5. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Parlament iżommu u jonoraw ir-rwol tal-UE bħala d-difensur ewlieni tad-drittijiet tal-bniedem billi jikkooperaw mill-qrib fl-implimentazzjoni ta' politika koerenti, ambizzjuża u effikaċi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fid-dinja bbażata fuq dan il-qafas strateġiku, permezz tal-użu tal-għajnuna għall-iżvilupp u l-opportunitajiet offruti mill-EED; |
6. |
Jirrakkomanda li l-Kunsill u s-SEAE jwettqu valutazzjoni intermedja tal-pakkett il-ġdid tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari tal-Pjan ta' Azzjoni; jinsisti li l-Parlament ikun ikkonsultat b'mod estensiv u regolarment informat u li s-soċjetà ċivili tkun integrata matul dan il-proċess; |
7. |
Jilqa' l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tematiku tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-ħolqien ippjanat ta' Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill ibbażat fi Brussell dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (COHOM); jistenna bil-ħerqa l-kooperazzjoni mill-qrib tagħhom mal-Parlament, fl-ewwel każ b'konformità wkoll mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36 tat-TUE; |
8. |
Jistenna li l-COHOM isaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet Fundamentali (FREMP) biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-konsistenza bejn il-politika esterna u interna tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-importanza li fi ħdan l-Unjoni Ewropea jkun hemm politiki koerenti, konsistenti u eżemplari konformi mal-valuri u l-prinċipji fundamentali bil-għan li jiġu massimizzati l-kredibbiltà tal-UE fuq livell dinji u l-effikaċja tal-politiki fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u jintwera rispett ġenwin għall-universalità tad-drittijiet tal-bniedem; |
9. |
Jilqa' l-impatt pożittiv fuq il-koerenza tal-politiki interni u esterni tal-UE rigward l-eżerċizzju tal-UE tal-personalità ġuridika maħluqa mit-Trattat ta' Lisbona għar-ratifika tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UNCRPD) f'Diċembru 2010; jitlob li jittieħed approċċ simili lejn trattati u konvenzjonijiet internazzjonali oħra li jirrigwardaw id-drittijiet tal-bnedmin; jitlob lill-Kunsill u l-Kummissjoni jieħdu approċċ proattiv f'dan il-qasam sabiex jiġu indirizzati l-effetti negattivi tal-iffirmar u r-ratifika gradwali fost l-Istati Membri ta' trattati u konvenzjonijiet esterni importanti oħra; |
10. |
Iħeġġeġ lill-VP/RGħ, lis-SEAE, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għall-fini ta' effiċjenza, jiżguraw koerenza u konsistenza bejn il-varji strumenti finanzjarji esterni u l-attivitajiet varji eżistenti jew ippjanati ta' punti ta' referenza, ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni tal-UE u l-metodoloġiji dwar is-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija f'pajjiżi terzi, inkluż: it-taqsimiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fir-rapporti ta' progress dwar il-politika tat-tkabbir u tal-viċinat; il-valutazzjoni tal-prinċipju 'aktar għal aktar' tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija stabbiliti għall-Politika Ewropea tal-Viċinat; l-inklużjoni ppjanata tad-drittijiet tal-bniedem fil-valutazzjonijiet tal-impatt imwettqa għall-proposti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi u għall-ftehimiet kummerċjali, ta' sħubija u assoċjazzjoni jew ta' kooperazzjoni, kemm reġjonali kif ukoll bilaterali; il-pjan tal-Kummissjoni biex tintroduċi valutazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-użu tal-modalitajiet ta' għajnuna tal-UE (b'mod partikolari rigward l-appoġġ tal-baġit); l-implimentazzjoni msaħħa tal-mekkaniżmu ta' monitoraġġ li jeżamina bir-reqqa r-rispett tal-konvenzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi SPĠ+; l-għan tas-sistematizzazzjoni tal-użu ta' segwitu tar-rapporti tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE; u l-enfasi tal-Kunsill tal-UE dwar punti ta' referenza kif ukoll fuq il-kunsiderazzjoni kontinwa u sistematika tal-aspetti relatati mad-drittijiet tal-bniedem, il-ġeneru u t-tfal milquta minn kunflitti armati fid-dokumenti tal-lezzjonijiet meħuda mill-missjonijiet tal-PSDK; |
11. |
Jilqa' l-adozzjoni ta' strateġiji tal-pajjiż tad-drittijiet tal-bniedem għal pajjiżi individwali biex jimplimentaw politiki tal-UE bl-aktar mod xieraq u effikaċi; jirrikonoxxi r-rwol ewlieni li jiżvolġu d-delegazzjonijiet lokali tal-UE fl-iżvilupp u s-segwitu għall-istrateġiji tal-pajjiżi mfassla skont iċ-ċirkostanzi speċifiċi, iżda jenfasizza r-responsabbiltà ta' koordinament tas-SEAE fl-iżgurar tal-applikazzjoni koerenti tal-prijoritajiet tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE stabbiliti fil-qafas strateġiku tad-drittijiet tal-bniedem u fil-Linji Gwida tal-UE; jenfasizza l-importanza li jitlesta n-netwerk ta' punti fokali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE u tal-PSDK; iħeġġeġ lill-VP/RGħ, lis-SEAE u lill-Istati Membri jadottaw bħala l-aħjar prattika l-metodu ta' ħidma fuq kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem lokalment permezz ta' gruppi ta' ħidma għad-drittijiet tal-bniedem iffurmati fost id-delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati tal-Istati Membri tal-UE; iħeġġeġ ukoll li jinżamm kuntatt regolari mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-membri tal-parlamenti nazzjonali; jappoġġa l-għan tas-SEAE li jingħata taħriġ dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għall-persunal tal-missjoni kollu tas-SEAE, tal-Kummissjoni, tad-delegazzjonijiet tal-UE u tal-PSDK u għall-persunal tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea – b'mod partikolari l-FRONTEX – li għandhom relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi; jitlob li tingħata attenzjoni kbira, b'mod speċjali, lill-ħarsien tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; huwa tal-fehma li l-istrateġiji tal-pajjiż tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu integrati fil-PESK u l-PSDK tal-EU, fil-politiki tal-kummerċ u l-iżvilupp, fi programmi ġeografiċi kif ukoll tematiċi, sabiex tkun żgurata aktar effiċjenza, effikaċja u koerenza; |
Azzjoni tal-UE fin-Nazzjonijiet Uniti
12. |
Jilqa' l-isforzi tal-UE biex ikun appoġġat u jingħata spinta lix-xogħol tad-drittijiet tal-bniedem fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, inkluż il-konklużjoni tar-reviżjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2011; jenfasizza l-importanza kontinwa li jingħata appoġġ għall-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, u r-rwol tar-Rapporteurs Speċjali tematiċi u speċifiċi għall-pajjiż tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem u jistenna bil-ħerqa kooperazzjoni stretta min-naħa tagħhom mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem il-ġdid; jenfasizza s-sinifikat tal-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea fit-22 ta' Jannar 2011 mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (CRPD) bħala l-ewwel konvenzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU ratifikata mill-Unjoni Ewropea bħala persuna ġuridika; |
13. |
Jenfasizza l-importanza u s-sostenn qawwi għall-parteċipazzjoni attiva tal-UE fil-ħidma tal-UNHRC permezz ta’ kosponsorizzar ta’ riżoluzzjonijiet, ħruġ ta’ dikjarazzjonijiet u parteċipazzjoni fi djalogi u dibattiti interattivi; |
14. |
Jilqa' t-tmexxija murija mill-Istati Membri tal-UE biex tkun appoġġata l-kredibbiltà tas-sistema tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU billi b'mod konġunt tinħareġ stedina permanenti għall-Proċeduri Speċjali kollha tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, billi jingħata bidu għal Sessjoni Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (HRC) dwar il-Libja, fejn saret ir-rakkomandazzjoni storika ta' sospensjoni tal-Libja mill-HRC, u billi jmexxu l-isforzi li wasslu għat-twaqqif tal-Kummissjoni Indipendenti ta' Inkjesta dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja; |
15. |
Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-UE għall-involviment u l-bini kreattiv ta' koalizzjonijiet kif ingħata l-eżempju permezz tal-azzjoni tal-UE li wittiet it-triq biex kienet mgħoddija r-riżoluzzjoni HRC storika dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru, li kienet appoġġata minn Stati mir-reġjuni kollha, u l-bini tal-kunsens f'Ġinevra u fi New York dwar il-ħtieġa li tkun miġġielda l-intolleranza reliġjuża u tkun protetta l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin filwaqt li jkun evitat effett ta' ħsara potenzjali fuq drittijiet fundamentali tal-bniedem oħra, bħal-libertà tal-espressjoni; |
16. |
Itenni l-oppożizzjoni tiegħu għall-prassi ta' gruppi reġjonali li jirranġaw elezzjonijiet mhux ikkontestati għall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
17. |
Jirrakkomanda segwitu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU) billi dawn ikunu inklużi sistematikament fl-istrateġiji tal-pajjiż tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE kif ukoll fid-djalogi u l-konsultazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; |
18. |
Ifakkar fil-ħtieġa għal finanzjament suffiċjenti li jżomm l-uffiċċji reġjonali tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) miftuħin; |
19. |
.Ifakkar l-adozzjoni mill-Assemblea Ġenerali tan-NU tar-Riżoluzzjoni 65/276 dwar il-parteċipazzjoni tal-UE fil-ħidma tan-NU, filwaqt li jirrikonoxxiha bħala bidu modest ta’ sforz akbar biex jiġi mgħolli l-livell tar-rwol tal-Unjoni fil-ħidma dwar id-drittijiet tal-bniedem ta’ din l-organizzazzjoni; |
Politika tal-UE dwar il-ġustizzja kriminali internazzjonali, il-ġlieda kontra l-impunità u l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI)
20. |
Jiddispjaċih li l-ġustizzja selettiva ta' spiss timmanifesta ruħha f'demokraziji ġodda u fi tranżizzjoni taħt id-dehra tal-Istat tad-dritt u l-gwerra kontra l-korruzzjoni; jiddispjaċih li l-ġustizzja selettiva saret ftit aktar minn mezz biex titfittex il-vendetta politika u biex ikunu rregolati l-kontijiet ma' dissidenti politiċi billi l-oppożizzjoni, l-operaturi fil-mezzi tal-komunikazzjoni u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jiġu intimidati u emarġinati, speċjalment fil-perjodu qabel l-elezzjonijiet; jibqa' mħasseb dwar l-allegazzjonijiet ta' reati u l-akkużi politikament motivati kontra membri tal-oppożizzjoni fl-Ukraina, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Ukraini jwaqqfu l-vessazzjonijiet attwali fil-konfront tal-oppożizzjoni li jirrappreżentaw ostaklu serju għall-isforzi tal-pajjiż biex jiġu garantiti l-Istat tad-dritt u l-valuri demokratiċi |
21. |
Jiddispjaċih li, minkejja ħafna appelli minn korpi internazzjonali lill-awtoritajiet Russi, ma sar l-ebda progress fl-investigazzjoni tal-mewt ta' Sergei Magnitsky, iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kunsill jimponi u jimplimenti projbizzjoni tal-viżi fl-Unjoni Ewropea kollha għal uffiċjali responsabbli għall-mewt ta' Sergei Magnitsky u biex jiffriża kwalunkwe assi finanzjarju li huma jew il-familja immedjata tagħhom jiddetjenu fl-UE; |
22. |
Jibqa' diżappuntat dwar il-proċedimenti kontra Mikhail Khodorkovsky u Platon Lebedev, li huma perċepiti fl-livell internazzjonali bħala ta' natura politika; |
23. |
Jiċċelebra l-għaxar anniversarju tad-dħul fis-seħħ tal-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); jilqa’ r-ratifika tiegħu minn Kap Verde u Vanwatu; jirrikonoxxi lill-QKI bħala mekkaniżmu ta' “l-aħħar istanza”, responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-ġustizzja għall-vittmi ta' delitti kontra l-umanità, ġenoċidju u delitti tal-gwerra, kif jipprevedi l-prinċipju tal-kumplimentarjetà fl-Istatut ta' Ruma; |
24. |
Itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-QKI fil-ġlieda kontra l-impunità għad-delitti l-aktar gravi li huma ta' tħassib internazzjonali; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu l-appoġġ politiku, diplomatiku, loġistiku u finanzjarju tagħhom għall-QKI u għal tribunali kriminali internazzjonali oħra, inklużi t-tribunali ad hoc internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja u r-Rwanda, il-Qorti Speċjali għas-Sierra Leone, l-Awli Straordinarji fil-Qrati tal-Kambodja, u t-Tribunal Speċjali għal-Libanu; |
25. |
Jilqa' l-inklużjoni fil-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija tal-UE tar-referenza għall-ħtieġa li tkun miġġielda sew il-ġlieda kontra l-impunità għal delitti gravi, mhux lanqas permezz ta' impenn mal-QKI, u l-għarfien li huwa d-dmir ewlieni tal-Istati li jinvestigaw delitti internazzjonali gravi, jippromwovu u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċità ta' sistemi ġudizzjarji nazzjonali biex jinvestigaw u jieħdu azzjoni legali kontra dawn id-delitti; |
26. |
Jilqa' l-impenji meħuda fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/168/PESK dwar l-QKI, adottata fil-21 ta' Marzu 2011, u l-Pjan ta' Azzjoni sussegwenti adottat fit-12 ta' Lulju 2011, u jirrakkomanda lill-UE u l-Istati Membri tagħha jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom permezz ta' miżuri effikaċi u konkreti biex ikunu promossi l-universalità u l-integrità tal-Istatut ta' Ruma, biex tkun appoġġata l-indipendenza tal-Qorti u l-funzjonament effikaċi u effiċjenti tagħha u biex tkun appoġġata l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' kumplimentarjetà; jistieden lir-RSUE għad-drittijiet tal-bniedem jimplimenta l-azzjonijiet relatati mal-QKI li jinsabu fil-Qafas Strateġiku tal-UE u dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; |
27. |
Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita 'Ġabra ta' Strumenti ta' Kumplimentarjetà tal-UE' li l-għan tagħha jkun l-appoġġ tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet nazzjonali u l-ġenerazzjoni ta' rieda politika għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' allegazzjonijiet ta' delitti internazzjonali, u jenfasizza l-importanza ta' konsultazzjonijiet bir-reqqa mal-Istati Membri, mal-Parlament u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex tiġi finalizzata l-ġabra ta' strumenti; |
28. |
Itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li l-Istatut ta' Ruma jiżdied mal-pakkett ta' trattati internazzjonali dwar il-governanza tajba u li l-Istat tad-dritt jiġi ratifikat mill-pajjiżi terzi li jiddaħħlu fis-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati Plus (SPĠ+); jappoġġa l-inklużjoni b'mod konsistenti ta' klawsoli tal-QKI fi ftehimiet tal-UE ma' pajjiżi terzi; jitlob li jkun hemm integrazzjoni tal-QKI fil-prijoritajiet tal-politika barranija tal-UE kollha, billi b'mod partikolari, jiġu kkunsidrati b'mod sistematiku l-ġlieda kontra l-impunità u l-prinċipju ta' kumplimentarjetà; |
29. |
Jenfasizza l-importanza ta' azzjoni b'saħħitha tal-UE biex tantiċipa u b'hekk tevita jew tikkundanna każijiet ta' nuqqas ta' kooperazzjoni bħal stedini ta' individwi soġġetti għal mandat għal arrest tal-QKI u n-nuqqas li individwi bħal dawn jiġu arrestati u kkonsenjati; jerġa' jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha mill-Qorti biex jagħtu assistenza u kooperazzjoni fi żmien xieraq, biex tkun żgurata, fost affarijiet oħra, l-eżekuzzjoni ta' mandati ta' arrest pendenti; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha, bl-għajnuna tas-SEAE, jistabbilixxu sett ta' linji gwida interni li jindikaw kodiċi ta' kondotta għall-kuntatt bejn uffiċjali tal-UE/Istati Membri u persuni mfittxija mill-QKI; |
30. |
Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu fuq ir-riżultat tad-diskussjonijiet tal-baġit fl-għaxar sessjoni tal-Assemblea tal-Partijiet Statali fit-12 sal-21 ta' Diċembru 2011, li heddew li jħallu l-Qorti nieqsa mill-fondi; jiddispjaċih ħafna li xi Partijiet Statali Ewropej tal-Istatut ta' Ruma qed jistinkaw għall-adozzjoni ta' baġit mingħajr tkabbir/baġit aktar baxx u li l-Assemblea ma qablitx li tipprovdi lill-Qorti b'riżorsi suffiċjenti biex tissodisfa b'mod effikaċi l-mandat ġudizzjarju u tamministra l-ġustizzja b'mod robust, ġust, effikaċi u sinifikanti; jistieden lill-Istati Membri tal-UE juru appoġġ robust għall-funzjonament tal-Qorti fl-ASP, u jirrifjutaw il-proposti għal tkabbir nominali żero tal-baġit tal-Qorti peress li dan idgħajjef l-kapaċità tagħha li twettaq ġustizzja u li tirrispondi għal sitwazzjonijiet ġodda; |
31. |
Jenfasizza li l-appoġġ tal-UE għall-ġlieda kontra l-impunità għandu jkopri għadd ta' inizjattivi li jinkludu, fost l-oħrajn: aktar sforzi biex jippromwovu ratifika u implimentazzjoni usa' tal-Istatut ta' Ruma u tal-Ftehim dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet (APIC) sabiex il-Qorti tkun tassew globali u universali; sforzi akbar biex jiżguraw kooperazzjoni sħiħa mal-Qorti, inkluż permezz ta' adozzjoni ta' leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar il-kooperazzjoni u l-ftehmiet qafas konklużi mal-QKI għall-eżekuzzjoni tas-sentenzi tal-Qorti, il-protezzjoni u t-trasferiment tal-vittmi u tax-xhieda, eċċ, sabiex tiġi ffaċilitata kooperazzjoni xierqa u f'waqtha mal-Qorti; u appoġġ politiku u diplomatiku determinat, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta' mandati ta' arrest pendenti; |
32. |
Jenfasizza, bħala segwitu għar-Rebbiegħa Għarbija, l-importanza tal-iżvilupp ta' politika tal-UE koerenti u sfumata dwar il-ġustizzja tranżitorja flimkien mar-rinfurzar tal-indipendenza tal-ġudikatura, inkluż ir-rabta mal-QKI bħala qorti tal-aħħar istanza, biex pajjiżi fi tranżizzjoni jkunu megħjuna jindirizzaw il-ksur passat tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-impunità u li jevitaw li jerġa' jiġi kommess ksur tad-drittijiet tal-bniedem; |
33. |
Jenfasizza li l-ġbir diġitali tal-provi u t-tixrid tal-istampi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem jikkontribwixxu għall-ġlieda globali kontra l-impunità; iqis li jeħtieġ l-għajnuna biex il-materjali jsiru ammissibbli skont id-dritt internazzjonali (kriminali) bħala prova għall-proċeduri tal-qorti; |
Azzjoni tal-UE fid-dritt umanitarju internazzjonali (DUI)
34. |
Jilqa' l-inklużjoni, għall-ewwel darba, ta' sezzjoni dedikata dwar id-DUI fir-Rapport Annwali 2011 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-isforzi tal-UE sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà billi jkunu ddokumentati l-abbużi kollha tad-DUI u l-appoġġ għal mekkaniżmi ta' responsabbiltà, kif ukoll il-wegħdiet tagħha biex tiġġieled l-għajbien furzat, biex tkompli l-appoġġ għall-QKI, biex taħdem lejn aktar parteċipazzjoni fl-istrumenti prinċipali tad-DUI, biex tippromwovi r-rispett għall-garanziji proċedurali fundamentali għall-persuni kollha detenuti f'kunflitti armati, u biex tappoġġa strumenti internazzjonali li jfittxu li jindirizzaw il-perikli umanitarji ta' fdalijiet splussivi tal-gwerra, ġabriet ta' munizzjon, apparat splussiv improvizzat u mini splussivi ta' kontra l-persunal; |
35. |
Jiddispjaċih, madankollu, li l-għarfien ġenerali u l-implimentazzjoni tal-linji gwida tal-UE dwar il-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali jibqgħu nettament iktar baxxi meta mqabbla ma' linji gwida oħra; jistieden lill-UE tagħti aktar prominenza politika, u tiddedika aktar riżorsi għall-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida, speċjalment billi jiġi żgurat li d-DUI jkun integrat f'operazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżi, u billi b'mod proattiv tkun miġġielda l-impunità u tkun żgurata r-responsabbiltà individwali; |
36. |
Ifakkar li sabiex jiġi evitat ksur tad-drittijiet tal-bniedem mill-bidu, ir-rispett għal-liġi internazzjonali għandha tkun fil-qalba ta’ kwalunkwe strateġija tal-UE li timmira li ttejjeb id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja, partikolarment fir-relazzjoni tagħha ma’ dawk is-sħab li huma parti minn kunflitt armat jew iffriżat; ifakkar il-ħtieġa li jitwaqqaf kwalunkwe appoġġ tal-UE mogħti lil partijiet minn kunflitt, kemm jekk ikun finanzjarju, loġistiku jew tattiku, inkluż permezz tal-forniment tal-armi, munizzjon jew kull tip ieħor ta’ tagħmir militari, kif stipulat fil-Pożizzjoni Komuni dwar l-armi ta’ esportazzjoni tal-UE; |
37. |
Jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-kwistjoni tal-ġlieda kontra l-impunità għal delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u ġenoċidju tiġi indirizzata b'mod aktar sistematiku fir-relazzjonijiet bilaterali tal-UE mal-pajjiżi rilevanti, inkluż billi tissemma f'dikjarazzjonijiet pubbliċi, u li l-UE tindirizza l-impunità b'mod aktar konsistenti fil-livell multilaterali, pereżempju fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
38. |
Itenni l-impenn tiegħu għall-prinċipju tar-'Responsabilità għall-Protezzjoni' (R2P), waqt li jenfasizza l-importanza li l-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, tieħu r-responsabilità biex jiġi indirizzat il-ksur evidenti tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi meta l-gvernijiet ta' dawn il-pajjiżi ma jkunux jistgħu jew ma jkunux iridu jipproteġu liċ-ċittadini tagħhom stess; jenfasizza li din l-azzjoni tal-komunità internazzjonali timplika interventi umanitarji u pressjoni diplomatika xierqa u, bħala l-aħħar rimedju biss, l-użu kollettiv tal-forza, taħt l-awspiċi jew l-awtorizzazzjoni tan-NU; iħeġġeġ lill-UE tinvolvi ruħha u tippromwovi r-riforma urġenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, sabiex jiġi evitat l-imblukkar ta' R2P; |
39. |
Ifaħħar, f'dan il-kuntest, l-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u ta' bosta Stati Membri tal-UE li ġew minn ta' quddiem fil-prevenzjoni ta' aktar vjolenza kontra ċ-ċivili fil-Libja matul l-2011, iżda jiddispjaċih għan-nuqqas ta' risposta komuni fil-livell tal-UE; |
40. |
Huwa mħasseb ħafna dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, l-aktar f'dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u t-trattament tad-detenuti miżmumin minn varji milizji mingħajr kontroll effettiv mill-Gvern Interim fuq dawn il-brigati, u jeżiġi viġilanza akbar u assistenza sostnuta mill-komunità internazzjonali, kif ingħad mill-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem quddiem il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fil-25 ta' Jannar 2012; |
41. |
Jinnota l-isforzi tal-Unjoni Ewropea u tal-komunità internazzjonali fis-Sirja fl-2011 iżda jiddispjaċih li dawk l-isforzi ma rriżultawx f'titjib tas-sitwazzjoni fit-territorju; itenni t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja, speċjalment fir-rigward tal-emerġenza kontinwa tad-drittijiet tal-bniedem u dik umanitarja; jikkundanna bl-aktar mod qawwi r-repressjoni brutali mifruxa u l-vjolazzjonijiet sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali mir-reġim Sirjan kontra l-popolazzjoni tagħha, inklużi tfal u nisa; jistieden lill-awtoritajiet Sirjani jtemmu minnufih il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jippermettu tranżizzjoni paċifika u demokratika; itenni l-appoġġ qawwi tiegħu għall-Mibgħut Speċjali tan-NU u tal-Lega Għarbija, u jħeġġeġ lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jieħu passi neċessarji sabiex jintemm il-massakru ta' ċivili u li jirreferi lill-QKI dawk responsabbli għad-delitti gravi tal-gwerra u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fis-Sirja; |
42. |
Jilqa' l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna ġodda tal-UE li, fil-perjodu inizjali tal-programm tal-2014-2020, se toħloq opportunità għal madwar 10 000 Ewropew li jipparteċipaw globalment f'operazzjonijiet umanitarji f'żoni fejn hemm bżonn tal-aktar għajnuna u biex juru solidarjetà Ewropea billi jipprovdu assistenza prattika lil komunitajiet milquta minn diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem; |
43. |
Jargumenta li l-impriżi militari u tas-sigurtà privati (PMSCs) għandhom jinżammu responsabbli għal kwalunkwe ksur tad-dritt fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju mwettqa mill-persunal tagħhom; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, fid-dawl tal-użu mifrux ta' PMSCs, iżidu l-isforzi tagħhom biex tinstab soluzzjoni regolatorju kredibbli sabiex jiġu evitati lakuni ġuridiċi f'termini ta' responsabilità; |
Politika Ewropea tal-Viċinat u Rebbiegħa Għarbija
44. |
Jenfasizza s-sinifikat tar-rewwixti tal-2011 fid-dinja Għarbija kemm bħala espressjoni tax-xewqa għal-libertà, il-ġustizzja u d-dinjità u bħala sfida ewlenija għall-politika tal-UE fir-reġjun u lil hinn minnu; jirrikonoxxi li l-UE żiedet l-impenn politiku tagħha kemm fil-Viċinat tal-Lvant kif ukoll tan-Nofsinhar, iżda jenfasizza l-ħtieġa li jkunu meħuda tagħlimiet mill-iżbalji tal-politika tal-passat u tkun imfassla politika ġdida allinjata mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-appoġġ tal-valuri demokratiċi; |
45. |
Jilqa' l-enfasi l-ġdid fil-politika tal-UE lejn il-Viċinat tan-Nofsinhar fuq ir-responsabilità reċiproka u impenn kondiviż għall-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-Istat tad-dritt; jitlob il-konsistenza fl-approċċ tal-politika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE għan-Nofsinhar u l-Lvant; jenfasizza l-ħtieġa li fil-Lvant jiġu evitati l-istess tipi ta' żbalji tal-politika li saru fin-Nofsinhar qabel ir-Rebbiegħa Għarbija tal-2011; |
46. |
Ifakkar ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2010 dwar is-sitwazzjoni fis-Saħara (12) tal-Punent u tat-18 ta' April 2012 dwar ir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni, inklużi l-implikazzjonijiet għall-politika strateġika dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE (13), jesprimi t-tħassib tiegħu għad-deterjorament tad-drittijiet tal-bniedem fis-Saħara tal-Punent. jitlob li d-drittijiet fundamentali tal-poplu tas-Saħara tal-Punent, inkluża l-libertà ta' assoċjazzjoni, il-libertà tal-espressjoni u d-dritt li jipprotestaw, jiġu rispettati. jitlob ir-rilaxx tal-priġunieri politiċi kollha tas-Saħrawi. jitlob il-ftuħ tat-territorju għal osservaturi indipendenti, NGOs, u l-midja; itenni s-sostenn tiegħu għat-twaqqif ta' mekkaniżmu internazzjonali għall-monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem fis-Saħara tal-Punent; jappoġġa soluzzjoni leali u dewwiema tal-kunflitt, abbażi tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni tal-poplu Saħrawi, f'konformità mar-riżoluzzjonijiet relevanti tan-Nazzjonijiet Uniti; |
47. |
Jenfasizza l-importanza tar-rwol tan-nisa, u tal-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom, fit-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi u ekonomiċi, speċjalment fil-proċessi tal-bini tal-paċi ta' wara l-gwerra, fin-negozjati ta' tranżizzjoni demokratika u fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, ir-rikonċiljazzjoni u l-proċessi ta' stabilizzazzjoni, f'termini tal-objettiv tas-sensibilizzazzjoni u l-attenzjoni bil-għan li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni li jġarrbu n-nisa fil-proċessi tad-demokratizzazzjoni li għaddejjin bħalissa f'ħafna pajjiżi terzi; |
48. |
Itenni l-fehma tiegħu li l-approċċ 'aktar għal aktar' għandu jkun ibbażat fuq kriterji definiti b'mod ċar b'punti ta' referenza speċifiċi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, trasparenti u marbuta biż-żmien; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jimplimentaw dan l-approċċ b'mod sistematiku fir-rapporti ta' progress tal-Politika tal-Viċinat; |
49. |
Jilqa' l-involviment imsaħħaħ tal-UE għas-soċjetà ċivili, u jenfasizza l-ħtieġa li s-soċjetà ċivili tikkontribwixxi b'mod iktar sistematiku u regolari għall-elaborazzjoni tal-istrateġiji u tal-valutazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u skont il-pajjiż meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tal-approċċ il-ġdid 'aktar għal aktar' fil-politika tal-UE; |
50. |
Jilqa' wkoll attivitajiet imwettqa fl-ambitu tal-inizjattiva tas-Sħubija tal-Lvant fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, il-libertajiet fundamentali u l-Istat tad-dritt fil-pajjiżi msieħba; jistieden lill-Unjoni Ewropea tuża l-esperjenza tranżitorja tal-Istati Membri tagħha stess ta' bidla minn reġimi awtoritarji għal dawk demokratiċi, u tittraduċi l-lezzjonijiet meħuda minn dawn l-esperjenzi fi programmi konkreti, orjentati lejn ir-riżultati fil-pajjiżi msieħba tal-Lvant tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-UE tieħu pożizzjoni aktar attiva u koerenti meta tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-Istat tad-dritt fil-pajjiżi msieħba; |
51. |
Jiddispjaċih, madankollu, li l-politika tas-Sħubija tal-Lvant xi kultant tibqa' miftuħa għal interpretazzjonijiet, fejn issir aktar politika ta' permissività sħiħa u maħfra, u ta' standards doppji li huma ta' spiss applikati fir-rigward tal-pajjiżi msieħba tal-Lvant; |
52. |
Jibqa' estremament imħasseb bin-nuqqas ta' demokrazija, Stat tad-dritt, libertajiet fundamentali u rispett għad-drittijiet tal-bniedem fil-Bjelorussja, l-uniku pajjiż tal-Viċinat Ewropew li ma jipparteċipax bis-sħiħ fis-Sħubija tal-Lvant u fil-ħidma tal-Assemblea Parlamentari Euronest, speċjalment wara l-elezzjonijiet presidenzjali f'Diċembru 2010 u r-repressjoni vjolenti sussegwenti fuq dimostranti u l-oppożizzjoni politika, inklużi l-proċessi tal-attivisti tal-2011 li ma kkonformawx mal-istandards internazzjonali u fejn ingħataw sentenzi ħorox sproporzjonati; ifaħħar l-għaqda tal-UE b'reazzjoni għat-tkeċċija ta' diplomatiċi tal-UE mill-Bjelorussja fi Frar 2012; iħeġġeġ lill-Unjoni u l-Istati Membri kollha tagħha jibqgħu koerenti u konsistenti fil-politiki tagħhom lejn il-Bjelorussja, u li jkomplu jeżerċitaw pressjoni fuq ir-reġim politiku, inkluż permezz ta' sanzjonijiet, fost l-oħrajn kontra uffiċjali elenkati, filwaqt li tintlaħaq is-soċjetà ċivili permezz ta' strumenti bħall-iffaċilitar imtejjeb tal-viżi u opportunitajiet miżjuda ta' edukazzjoni, taħriġ u skambji oħra; jesprimi tħassib kbir dwar id-detenzjoni ta' Ales Bialiatski mill-4 ta' Awwissu 2011; juri dispjaċir dwar l-azzjonijiet tal-uffiċjali Pollakk u Litwan li ppremettew li Ales Bialiatski jiġi arrestat permezz tat-trażmissjoni ta' informazzjoni bankarja, u jitlob l-akbar sforzi mill-atturi kollha fl-UE biex tiġi evitata ripetizzjoni ta' tali żbalji; |
53. |
Iħeġġeġ lill-UE tapplika l-istess approċċ konsistenti lejn l-abbużi fid-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi terzi kollha, kemm fil-pajjiżi msieħba u kemm f'pajjiżi li magħhom l-UE għandha relazzjoni anqas żviluppata; jinsisti li l-UE ssemma leħinha fl-indikazzjoni u l-kundanna tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kull meta u kull fejn iseħħ, irrispettivament mil-livell jew l-importanza strateġika tas-sħubija mal-pajjiż ikkonċernat; jenfasizza li l-UE għandha tuża għajnuna finanzjarja u relazzjonijiet ekonomiċi bħala mekkaniżmu ta' lieva biex jiżguraw l-impenn għall-valuri universali tad-drittijiet tal-bniedem mal-imsieħba kollha tagħha; |
Politiki tal-UE għall-appoġġ tad-demokratizzazzjoni u l-elezzjonijiet
54. |
Jenfasizza li d-drittjiet tal-bniedem u d-demokrazija għandhom natura li jsaħħu 'l xulxin, għaliex huwa permezz tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem li soċjetajiet joħolqu l-ispazju politiku liberu li hemm bżonn għal kontestazzjoni demokratika paċifika; jilqa' f'dan ir-rigward l-attenzjoni akbar tal-UE fuq l-appoġġ tad-demokrazija, kif intwera mill-Fond Ewropew għad-Demokrazija li ġie stabilit reċentement; |
55. |
Jenfasizza li approċċ aktar fit-tul li jkopri ċ-ċiklu elettorali kollu huwa meħtieġ biex isir segwitu kif xieraq fuq ir-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE; jenfasizza l-importanza li jitfasslu rakkomandazzjonijiet realistiċi u li jistgħu jintlaħqu u li jiġi żgurat li dawn ir-rakkomandazzjonijiet ikunu sorveljati – u jsiru parti minn djalogu u assistenza politiċi offruti – mid-delegazzjonijiet tal-UE; iqis li d-delegazzjonijiet permanenti tal-Parlament u l-assemblej parlamentari konġunti għandhom ukoll jiżvolġu rwol akbar fis-segwitu ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet u fl-analiżi tal-progress fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jinkoraġġixxi l-missjoni internazzjonali ta' osservazzjoni elettorali (MOEs) tal-UE biex isaħħu l-koordinament tagħhom ma' missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali internazzjonali oħrajn sabiex titjieb il-koerenza tal-azzjoni tal-UE f'dan ir-rigward; jenfasizza li l-UE għandha bżonn tinvesti fit-taħriġ ta' osservaturi lokali sabiex jinbnew proċessi elettorali sostenibbli u awtonomi fil-pajjiżi terzi; jispjega l-fatt li t-tranżizzjoni għad-demokrazija, kif ukoll il-progress fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, jitlob strateġiji fit-tul u jista' ma jkunx hemm riżultati viżibbli fuq perjodu qasir, iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jimmonitorjaw fid-dettall aktar minn ċiklu elettorali wieħed billi jiskjeraw MOEs tal-UE għal pajjiżi li jgħaddu minn reġimi awtoritarji għal reġimi demokratiċi jew għal dawk li jirreġistraw nuqqasijiet demokratiċi serji fil-progress tagħhom lejn id-demokrazija; |
56. |
Itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżviluppaw strateġija koerenti u fit-tul fir-rigward ta' kull missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-UE, segwita minn valutazzjoni tal-progress demokratiku għal perjodu ta' sentejn wara li ssir il-missjoni, bl-involviment xieraq tal-Osservatur Ewlieni elettorali tal-osservazzjoni kkonċernat, li għandu jsir dibattitu dwarha waqt id-dibattitu annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-Parlament mal-VP/RGħ; jilqa' l-impenn tar-RGħ/VP li fil-missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet, tiffoka fuq il-parteċipazzjoni – kemm bħala kandidati kif ukoll bħala votanti – tan-nisa u l-minoranzi nazzjonali, kif ukoll tal-persuni b'diżabilità; |
57. |
Jenfasizza li l-UE trid timpenja ruħha mal-partiti politiċi, sabiex tippermetti lill-partijiet interessati jikkondividu għodod u tekniki li jistgħu jintużaw biex jiġu żviluppati rabtiet aktar b'saħħithom mal-pubbliku, jorganizzaw kampanji elettorali kompetittivi u jkunu aktar effikaċi fil-leġislatura tagħhom; jenfasizza li d-demokratizzazzjoni huwa proċess li jrid jinvolvi wkoll liċ-ċittadini, lill-movimenti tal-bażi u lis-soċjetà ċivili; jemmen, għaldaqstant, li l-UE għandha tiffinanzja l-programmi li jrawmu l-parteċipazzjoni ċivika, l-edukazzjoni tal-votanti, l-organizzazzjoni ta' azzjonijiet ta' promozzjoni, il-libertà tal-istampa u tal-espressjoni, u li b'mod ġenerali jiżguraw sorveljanza politika u jgħinu liċ-ċittadini jeżerċitaw drittijiethom; |
58. |
Jikkunsidra li l-parteċipazzjoni ekwa tan-nisa fil-politika u fil-gvern hija essenzjali għall-bini u s-sostenn tad-demokrazija; jenfasizza, għalhekk, li l-programmi tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokratizzazzjoni għandhom jikkunsidraw, bħala prijorità, l-impenn u l-akkumulu tal-kapaċitajiet tan-nisa fil-leġislaturi, fil-partiti politiċi u fis-soċjetà ċivili bħala mexxejja, attivisti u ċittadini infurmati; huwa tal-fehma li l-UE trid tkompli tappoġġa u tinkoraġġixxi lin-nisa biex joħorġu bħala kandidati għall-elezzjonijiet u jipparteċipaw b'mod siewi f'kull aspett tal-ħajja ċivika u politika; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-parteċipazzjoni sħiħa tan-nisa fil-politika mhijiex limitata għall-objettivi statistiċi dwar l-għadd ta' kandidati u uffiċjali eletti, u li l-iżgurar tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri tinvolvi l-fatt kemm li l-problemi tad-drittijiet tan-nisa jiġu meqjusa fit-tfassil tal-politiki kif ukoll li l-parteċipazzjoni libera u effikaċi tan-nisa fl-aspetti kollha tal-ħajja pubblika, politika u ekonomika tiġi żgurata; |
59. |
Ifakkar li l-bini ta' pedamenti demokratiċi leġittimi, soċjetà ċivili li topera tajjeb u komunità demokratika, ibbażata fuq id-drittijiet huwa proċess li jieħu żmien twil li jeħtieġ li jinbena minn isfel u jirrikjedi appoġġ nazzjonali, reġjonali, lokali u internazzjonali; |
60. |
Jilqa' l-ħolqien tad-Direttorat għas-Sostenn tad-Demokrazija fil-Parlament u l-proroga tal-mandat tal-Grupp ta' Koordinament Elettorali (ECG) tiegħu, li sar il-Grupp ta' Sostenn għad-Demokrazija u ta' Koordinament Elettorali (DSECG); jistenna li l-attivitajiet tal-Parlament għas-sostenn tad-demokrazija, inklużi l-gruppi politiċi, jissaħħu aktar, almenu permezz tal-Uffiċċju għall-Promozzjoni tad-Demokrazija Parlamentari u l-Unità għall-Osservazzjoni Elettorali tiegħu; |
Djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u konsultazzjonijiet ma' pajjiżi terzi
61. |
Jirrikonoxxi l-potenzjal inerenti fid-djalogi komprensivi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi, speċjalment jekk dawn ikunu magħquda b'mod effikaċi mal-implimentazzjoni tal-istrateġiji tad-drittijiet tal-bniedem tal-pajjiżi; jenfasizza li d-djalogi, madankollu, ma għandhomx jiġu strumentalizzati sabiex ikunu marġinalizzati d-diskussjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, f'livelli għola oħra tad-djalogu politiku bħas-summits; iħeġġeġ, bl-istess mod, li l-kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ikunu ċentrali fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi; |
62. |
Jirrakkomanda li l-istrateġiji tal-pajjiż tad-drittijiet tal-bniedem jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku; jenfasizza li strateġiji pubbliċi jipprovdu viżibiltà għall-impenn tal-UE dwar drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi terzi u jipprovdu appoġġ lil dawk li qed ibatu biex jeżerċitaw u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem tagħhom; |
63. |
.Jenfasizza li hu importanti li l-UE tuża dawn id-djalogi sabiex jitqajmu każijiet individwali ta' tħassib, partikolarment għall-priġunieri tal-kuxjenza li ntbagħtu l-ħabs minħabba li pprattikaw id-dritt paċifiku tal-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda u tar-reliġjon jew tat-twemmin, u jistieden lill-UE ssegwi b'mod effikaċi dawn il-każijiet mal-pajjiżi inkwistjoni. |
64. |
Itenni t-tħassib tiegħu, madankollu, dwar in-nuqqas persistenti u deludenti ta' progress f'għadd ta' djalogi fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, u n-nuqqas ta' punti ta' referenza trasparenti biex ġenwinament ikun ivvalutat it-titjib jew id-deterjorament fid-drittijiet tal-bniedem; jinnota d-diffikultajiet kontinwi tal-UE biex tinnegozja modalitajiet imtejba għad-djalogi tagħha rigward id-drittijiet tal-bniedem b'mod partikolari maċ-Ċina u r-Russja; jistieden lir-RSUE maħtur il-ġdid għad-Drittijiet tal-Bniedem jieħu l-inizjattiva f'dawn id-djalogi u djalogi oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem u biex f'dan ir-rigward isegwi approċċ ġdid immexxi mir-riżultati permezz ta' kooperazzjoni kontinwa mal-Parlament; |
65. |
Jenfasizza l-fatt li, filwaqt li l-awtoritajiet Ċiniżi għamlu passi fid-direzzjoni t-tajba, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tibqa' tiddeterjora u hija kkaratterizzata mill-problemi soċjali li qed jikbru u bit-tisħiħ tal-kontroll u tar-repressjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-avukati, tal-bloggers, u tal-attivisti soċjali, kif ukoll mill-politiki li għandhom l-iskop li jiemarġinaw lit-Tibetani u l-identità kulturali tagħhom; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jinvolvu ruħhom serjament mal-poplu Tibetan biex jiġu valutati l-kawżi wara l-fatt li patrijiet u sorijiet Tibetani jaħarqu lilhom infushom b'idejhom, jitwaqqfu l-vessazzjonijiet u l-intimidazzjoni tat-Tibetani li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda u tal-assoċjazzjoni, jitwaqqaf ir-rikors bla bżonn tal-forza eċċessiva kollu meta jiġu affaċċjati d-dimostranti, jinvestigaw il-każijiet kollha ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jippermettu monitoraġġ indipendenti f'żoni ta' protesti; |
66. |
Itenni l-appell tiegħu għall-ħtieġa li jinħatar Rappreżentant Speċjali tal-UE għat-Tibet responsabbli għad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem u, fost kwistjonijiet topiċi oħra, id-dritt li jipprattikaw liberament r-reliġjon u l-kultura tagħhom fiċ-Ċina; |
67. |
Jibqa' diżappuntat li ma kien hemm l-ebda involviment sistematiku tal-Parlament fil-valutazzjoni tad-djalogi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk mar-Russja u ċ-Ċina; jitlob biex l-aċċess tal-Parlament għal dawn il-valutazzjonijiet ikun formalizzat, u jfakkar li l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Djalogi tad-Drittijiet tal-Bniedem jiddikjaraw li s-'soċjetà ċivili ser tkun involuta f'dan l-eżerċizzju ta' valutazzjoni'; |
68. |
Itenni li s-sitwazzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-isforzi għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa jridu jitqiesu, b'mod sistematiku, fid-djalogi kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem immexxija mill-UE mal-pajjiżi terzi li magħhom ġew iffirmati ftehimiet ta' kooperazzjoni u assoċjazzjoni; |
Sanzjonijiet tal-UE u klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet tal-UE
69. |
Jilqa' l-impenn fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem biex tkun żviluppata metodoloġija għal titjib fl-analiżi tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi b'konnessjoni mat-tnedija jew il-konklużjoni tal-ftehimiet dwar il-kummerċ u/jew l-investiment; jistieden lill-UE tiżgura li l-għoti tal-istatus SPĠ+ ikun marbut bis-sod mar-ratifika u l-implimentazzjoni min-naħa tal-pajjiż ta' strumenti ewlenin tad-drittijiet tal-bniedem, li jippermetti evalwazzjoni regolari ta' dawn l-obbligi, filwaqt li jagħti attenzjoni partikolari għar-rispett tal-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda, tal-assoċjazzjoni, u tar-reliġjon jew tat-twemmin, u d-drittijiet tal-minoranzi, in-nisa u t-tfal; jenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa għal trasparenza fil-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem tal-immigranti; |
70. |
Jilqa' pożittivament l-isforzi tal-UE biex tinkludi klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet qafas politiċi kollha tal-UE, iżda jtenni l-appell tiegħu biex ir-relazzjonijiet kuntrattwali kollha mal-pajjiżi terzi – kemm dawk industrijalizzati u kemm dawk fil-fażi ta' żvilupp, u inklużi l-ftehimiet settorjali, il-ftehimiet kummerċjali u tekniċi jew ta' għajnuna finanzjarja – jinkludu kundizzjonalità u klawsoli fformulati b'mod ċar dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, mingħajr eċċezzjoni; jikkunsidra li l-limitu annwali fis-skema tas-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzata (SPĠ) li jista' jwassal għal azzjoni fuq il-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem huwa għoli iżda għandu jiġi rranġat għal kull pajjiż ikkonċernat; jinnota li l-proposta ta' riforma ġdida tal-SPĠ tal-2011 li tissuġġerixxi li l-proċedura ta' konsultazzjoni għandha titwessa' u li fiha dispożizzjonijiet biex jiġu aġevolati l-investigazzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kumitat SPĠ; jesprimi, f'dan ir-rigward, tħassib serju dwar is-sitwazzjoni deterjoranti tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kambodja fejn l-akkapparar tal-art wassal għal żieda fil-faqar u għall-ksur tal-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem li huma parti mill-ftehmiet fis-seħħ bejn l-UE u l-Kambodja; iwissi li n-nuqqas ta' konsistenza fl-implimentazzjoni tal-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem tista' ddgħajjef il-kredibilità u l-effikaċja tal-politika tal-UE dwar il-kundizzjonalità; |
71. |
Jilqa' pożittivament il-miżuri meħuda u l-pjanijiet żviluppati fl-2011 mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-Istati Membri mmirati lejn ħolqien ta' politika aktar koerenti u koordinata fir-rigward tar-Responsabbiltà Soċjali Koroprattiva (CSR), fost affarijiet oħra bħala sostenn għad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, u l-implimentazzjoni tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar l-Impriżi u d-Drittijiet tal-Bniedem mill-2011; |
72. |
Jisħaq fuq l-importanza li s-CSR tiġi ankrata fil-ftehimiet dwar il-kummerċ ħieles mal-pajjiżi terzi u dawk fil-fażi ta' żvilupp bil-għan li jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali; jissuġġerixxi li jiddaħħal kapitolu komprensiv dwar id-drittijiet tal-bniedem, apparti kapitoli soċjali u ambjentali, f'kull ftehim ta' kummerċ ħieles futur; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tuża l-ftehmiet ta' kummerċ ħieles sabiex jippromwovu l-erba' standards ewlenin tax-xogħol, jiġifieri l-libertà tal-assoċjazzjoni u d-dritt għan-negozjar kollettiv; l-eliminazzjoni ta' kull forma ta' xogħol furzat; l-abolizzjoni tat-tħaddim tat-tfal; u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi, jenfasizza wkoll li l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u infurzar tal-iskema SPĠ+ għandhom ikomplu jissaħħu; |
73. |
Itenni li l-applikazzjoni konsistenti tal-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem tal-ftehimiet hija fundamentali fir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-pajjiżi terzi; jenfasizza l-importanza ta' reviżjoni dwar kif l-Istati Membri kkooperaw mal-apparat ta' repressjoni f'isem il-ġlieda kontra t-terroriżmu; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-Politika Ewropea tal-Viċinat li għadha kemm ġiet riveduta tikkonċentra fuq l-għoti ta' sostenn għar-riforma fis-settur tas-sigurtà u, b'mod partikolari, tkun żgurata separazzjoni ċara bejn il-funzjonijiet ta' intelligence u tal-infurzar tal-liġi; jistieden lill-VP/RGħ, ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-bniedem, lis-SEAE, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jżidu l-kooperazzjoni tagħhom mal-Kumitat għall-Prevenzjoni tat-Tortura, u mekkaniżmi oħra rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' assistenza fil-ġlieda kontra t-terroriżmu mal-pajjiżi terzi, u fil-forom kollha ta' djalogi tal-ġlieda kontra t-terroriżmu mal-pajjiżi terzi; |
74. |
Jenfasizza l-importanza li titkompla l-ħidma fuq il-prattiki globali b'mod partikolari dwar l-użu tad-detenzjonijiet sigrieti fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu; jenfasizza li l-ġlieda kontra t-terroriżmu fl-ebda ċirkostanza ma tista' tiġġustifika l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kemm f'pajjiżi terzi u kif ukoll fit-territorju tal-Unjoni Ewropea; jiġbed l-attenzjoni, f'dan ir-rigward, għall-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2012 dwar “l-allegati trasportazzjoni u żamma illegali ta' priġunieri f'pajjiżi Ewropej mis-CIA: segwitu għar-rapport tal-Kumitat tat-TDIP tal-Parlament Ewropew” fuq talba tal-Istati Membri u l-implimentazzjoni ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet; |
75. |
Jinsisti dwar l-importanza li l-UE b'mod sħiħ tirrispetta u timplimenta l-obbligi internazzjonali tagħha, il-politiki u l-istrumenti ta' politika barranija, bħal-linji gwida dwar it-tortura u djalogi tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex tkun tista' tkun aktar kredibbli fl-appell tagħha għall-implimentazzjoni rigoruża tal-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, u biex tħeġġeġ lill-alleati ewlenin tagħha biex jirrispettaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali u dik internazzjonali tagħhom; |
76. |
Jirrakkomanda, sabiex jissaħħu l-kredibilità tal-klawsola tad-drittijiet tal-bniedem u l-prevedibilità tal-azzjoni tal-UE, li l-klawsola tiġi żviluppata aktar biex tinkludi mekkaniżmi proċedurali politiċi u ġuridiċi li għandhom jintużaw fil-każ ta' talba għas-sospensjoni tal-kooperazzjoni bilaterali fuq il-bażi ta' ksur ripetut u/jew sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem li jikser id-dritt internazzjonali; |
77. |
Jistieden lill-Unjoni Ewropea tiżgura li l-ftehimiet kummerċjali li tiffirma mal-pajjiżi terzi jinkludu klawsoli li jippromwovu l-koeżjoni soċjali, jiżguraw ir-rispett tal-istandards soċjali, ambjentali u tax-xogħol u l-ġestjoni tajba tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari l-art u l-ilma; jinnota li l-UE qiegħda tiżviluppa mekkaniżmu ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem biex jiġi inkluż bħala parti mill-ftehimiet ġodda ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, u ftehimiet kummerċjali oħra, ma' numru ta' pajjiżi; jenfasizza li dawn il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ mhumiex ambizzjużi biżżejjed u mhux definiti b'mod ċar, b'hekk ikun kompromess l-impenn tat-trattat tal-UE għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja; jinsab partikolarment imħasseb f'dan ir-rigward dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) mal-Uzbekistan u l-FSK pendenti mat-Turkmenistan; |
78. |
Itenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li l-UE tadotta politika iktar konsistenti u effiċjenti dwar is-sanzjonijiet u l-miżuri restrittivi tal-UE, fejn tagħti kriterji ċari għal meta dawn għandhom jiġu applikati u liema tip ta' sanzjonijiet għandhom jiġu applikati, u li jinkludu parametri ta' referenza trasparenti għat-tneħħija tagħhom; jistieden lill-Kunsill jassigura li ma jkun hemm l-ebda standard doppju meta tkun qed tittieħed deċiżjoni dwar miżuri restrittivi jew sanzjonijiet u li dawn ikunu applikati indipendentement mill-interessi politiċi, ekonomiċi u ta' sigurtà; |
79. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw fil-livell internazzjonali l-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-vjolenza fuq in-nisa u d-dimensjoni relatata mal-ġeneru fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ftehimiet bilaterali ta' assoċjazzjoni tal-kummerċ internazzjonali fis-seħħ u dawk li qed jiġu negozjati; |
Libertà tal-espressjoni (mezzi ta' komunikazzjoni soċjali soċjali/libertajiet diġitali)
80. |
Jinnota li r-Rebbiegħa Għarbija wriet kif l-arkitettura globali ġdida ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni mhijiex qiegħda toħloq biss mezzi ġodda għal-libertà tal-espressjoni, iżda tippermetti wkoll forom ġodda ta' mobilizzazzjoni politika li jevitaw il-metodi tradizzjonali; jirrimarka, f'dan il-kuntest, li ż-żoni rurali spiss huma konnessi b'mod inadegwat ma' teknoloġiji moderni tal-komunikazzjoni; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jisfruttaw il-potenzjal pożittiv tat-teknoloġiji l-ġodda fil-politika barranija tal-UE filwaqt li jenfasizza li l-gruppi organizzati biss li għandhom aġenda politika ċara u koerenti tingħatalhom l-assistenza finanzjarja; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jindirizzaw il-periklu ta' ċensura u repressjoni tal-Internet; jilqa' pożittivament it-tnedija, f'Diċembru 2011, tal-istrateġija “No Disconnect” għall-iżvilupp ta' strumenti li jippermettu lill-UE biex, f'każijiet xierqa, tgħin lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew liċ-ċittadini individwali jevitaw tfixkil arbitrarju għall-aċċess għat-teknoloġiji tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inkluż l-Internet; |
81. |
Jirrikonoxxi li d-dipendenza dejjem tikber fuq l-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjonijiet probabbilment se toħloq vulnerabilitajiet ġodda u tħassib għas-sigurtà fuq skala internazzjonali; ifakkar, madankollu, li ħafna mill-karatteristiċi deċentralizzati li jagħmlu l-Internet suġġett ta' tħassib għaċ-ċibersigurtà huma wkoll ir-raġunijiet proprji li jagħmluh strument b'saħħtu għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jgħixu taħt reġimi repressivi; jenfasizza, għalhekk, l-importanza ta' approċċ komprensiv tal-Istrateġija dwar il-Libertà Diġitali b'dimensjoni ċara tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża valutazzjoni tal-impatt dwar il-konsegwenzi fuq id-drittijiet tal-bniedem, fl-iżvilupp ta' politiki u programmi relatati maċ-ċibersigurtà, il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità, il-governanza tal-Internet u politiki oħra tal-UE f'dan il-qasam; jistieden f'dan ir-rigward lill-Kummissjoni u s-SEAE jieħdu approċċ proattiv biex ikunu integrati l-aspetti taċ-ċibersigurtà fl-interazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi; |
82. |
Jenfasizza li r-repressjoni u l-kontroll taċ-ċittadini u tal-impriżi jinvolvu komponent teknoloġiku li dejjem qed jiżdied, permezz tal-imblukkar tal-kontenut u l-monitoraġġ u l-identifikazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti, l-attivisti u d-dissidenti, kif ukoll permezz tal-kriminalizzazzjoni tal-espressjoni leġittima online u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni restrittiva li tiġġustifika tali miżuri; jirrakkomanda li l-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertajiet diġitali għandhom jiġu integrati, u rieżaminati kull sena, bil-għan li jassiguraw obbligu ta' rendikont u kontinwità fl-azzjonijiet esterni, fil-politiki u l-istrumenti ta' finanzjament u ta' għajnuna kollha tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jirrikonoxxu inekwivokabbilment il-libertajiet diġitali bħala drittijiet fundamentali u prerekwiżiti indispensabbli għat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem universali bħal-libertà tal-espressjoni, il-libertà ta' għaqda u l-aċċess għall-informazzjoni, kif ukoll għall-iżgurar tat-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont fil-ħajja pubblika; |
83. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem biex ikunu żviluppati linji gwida pubbliċi ġodda dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline, inkluża l-protezzjoni tal-bloggers u l-ġurnalisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-partijiet tal-oppożizzjoni; |
84. |
Jenfasizza l-importanza li jiġu inkoraġġiti stampa u mezzi ta' komunikazzjoni ħielsa u indipendenti, li huma atturi kruċjali għall-preservazzjoni tal-Istat ta' dritt u għall-ġlieda kontra l-prattiki korrotti; |
85. |
Jinnota bi tħassib it-tendenza inkwetanti ta' żieda fl-attakki u fl-intimidazzjoni kontra l-ġurnalisti u l-operaturi tal-mezzi tal-komunikazzjoni fid-dinja; jitlob għal titjib fl-isforzi tal-UE biex tkun promossa s-sigurtà tagħhom fid-djalogi mas-sħab tal-Unjoni u pajjiżi oħra; |
86. |
Huwa preokkupat immens dwar dawn l-iżviluppi, li jillimitaw il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda abbażi ta' kunċetti żbaljati dwar l-omosesswalità u t-transġeneriżmu; ifakkar li dawn il-liġijiet u proposti, f'dan is-sens, huma inkonsistenti mal-Patt Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi, li jipprekludi liġijiet u prattiki diskriminatorji bbażati fuq l-orjentament sesswali; jistieden lill-VP/RGħ u lir-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem iqajmu dawn il-kwistjonijiet sistematikament; |
87. |
Jiddeplora l-użu ta' teknoloġiji u servizzi magħmula fl-UE f'pajjiżi terzi biex jinkisru d-drittijiet tal-bniedem permezz taċ-ċensura tal-informazzjoni, is-sorveljanza tal-massa, il-monitoraġġ, tracing and tracking (monitoraġġ u lokalizzazzjoni) taċ-ċittadini u l-attivitajiet tagħhom fin-netwerks tat-telefonija (mobbli) u fl-Internet; Jinsab imħasseb dwar ir-rapporti ta' ċerti kumpaniji tal-UE li jikkooperaw ma' reġimi awtoritarji biex jagħtuhom aċċess illimitat u mingħajr ħlas għan-netwerks u l-bażijiet tad-data tagħhom bl-iskuża li qed jirrispettaw d-dritt lokali, kif kien il-każ tal-kumpanija bbażata fl-UE, TeliaSonera, f'bosta pajjiżi li kienu Sovjetiċi; jinsab konvint li l-kumpaniji Ewropej, is-sussidjarji u s-sottokuntratturi tagħhom għandhom jiżvolġu rwol fundamentali fil-promozzjoni u fit-tixrid tal-istandards soċjali fuq skala dinjija, b'tali mod li l-imġiba tagħhom għandha tkun koerenti mal-valuri Ewropej u qatt ma tikkomprometti d-drittijiet tal-bniedem fl-isforzi tagħhom li jespandu s-suq tagħhom fuq livell internazzjonali; |
88. |
Japprezza d-deċiżjonijiet tal-Kunsill li tiġi pprojbita l-esportazzjoni ta' ċerti teknoloġiji tal-informazzjoni u servizzi lejn is-Sirja u l-Iran u jħeġġeġ lill-UE tikkunsidra dawn il-każi bħala preċedenti għal miżuri restrittivi futuri kontra reġimi repressivi oħra; jappoġġa bis-sħiħ il-proposta li jkun inkluż il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fis-sistema tal-UE ta' kontroll tal-esportazzjoni ta' oġġetti b'użu doppju bħala raġuni għalfejn l-oġġetti mhux elenkati jistgħu jkunu suġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni min-naħa tal-Istati Membri; jiġbed l-attenzjoni, f'dan il-kuntest, fuq il-pożizzjoni tiegħu biex jiġi adottat Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 428/2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta’ oġġetti b'użu doppju; |
Sostenn tal-UE għas-soċjetà ċivili u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem
89. |
Jenfasizza l-iżvilupp ta' soċjetà ċivili b'saħħitha u vibranti bħala fattur ewlieni li jippermetti l-progress demokratiku u l-protezzjoni mtejba tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li l-mobilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili hija l-għajn tal-bidliet storiċi tar-Rebbiegħa Għarbija; |
90. |
Jirrikonoxxi l-isforzi tal-UE biex iżżid is-sostenn għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jagħti importanza b'mod partikolari lill-kapaċità tal-Unjoni Ewropea li tinvolvi ruħha direttament mas-soċjetà ċivili permezz tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), il-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili u l-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED); jiddispjaċih, madankollu, li l-UE ma għandiex politika aktar b'saħħitha biex tipperswadi lill-pajjiżi msieħba jabolixxu r-restrizzjonijiet ġuridiċi u amministrattivi bla bżonn li jillimitaw id-drittijiet universali ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni; jitlob biex dawn il-linji gwida politiċi jiġu żviluppati; |
91. |
Itenni s-sostenn tiegħu għall-implimentazzjoni tal-kunċett tas-sjieda demokratika f'kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE, u jqis li r-rwol tas-soċjetà ċivili huwa kruċjali f'dan il-kuntest; jenfasizza l-ħtieġa li l-persunal kollu tal-UE jaħdem mill-qrib mas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi fejn ikun stazzjonat; jiddefinixxi l-fatt li kooperazzjoni aktar mill-qrib mas-soċjetà ċivili tkun tikkontribwixxi konsiderevolment għat-tfassil ta' strateġiji tal-pajjiż li huma fattibbli u realistiċi, imfassla għall-prijoritajiet ta' dawn il-pajjiżi; |
92. |
Jiddispjaċih li l-persekuzzjoni u l-emarġinazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jibqgħu tendenza mifruxa fid-dinja kollha, b'mod partikolari fiċ-Ċina, fir-Russja, u fil-pajjiżi l-oħra kollha li għadhom jitfixklu l-istandards għolja tad-drittijiet tal-bniedem ma’ impożizzjoni tal-UE, tan-NU u ta’ organizzazzjonijiet globali għad-drittijiet tal-bniedem; jiddispjaċih li l-avukati li ma jistgħux jipprattikaw fiċ-Ċina u l-ġurnalisti u l-ħaddiema tal-midja persegwitati politikament huma meqjusa bħala affari interna; jinnota r-restrizzjonijiet tal-ispazju demokratiku; |
93. |
Jilqa' favorevolment ir-riżoluzzjoni tat-Tielet Kumitat tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bi sponsorizzazzjoni konġunta tal-UE ta' Novembru 2011 dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u s-sostenn pubbliku mogħti mill-UE lir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Unitit għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-mekkaniżmi reġjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; |
94. |
Jappoġġa l-pjanijiet biex tkun stabbilita inizjattiva volontarja Ewropea biex jingħata kenn temporanju lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-bżonn ta' rilokalizzazzjoni urġenti mill-pajjiżi ta' oriġini tagħhom skont l-EIDHR; jenfasizza li din l-inizjattiva għandha ssir b'mod li tikkumplimenta l-iskemi ta' kenn li diġà jeżistu; |
95. |
Jinnota li huma d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu f'żoni remoti u f'żoni ta' kunflitt li huma l-aktar esposti għal theddid u perikli, u f'kuntatt mill-inqas mal-persunal tal-UE; iħeġġeġ lid-delegazzjonijiet tal-UE jiżviluppaw strateġiji lokali tad-drittijiet tal-bniedem għaż-żamma ta' kuntatti regolari mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem in situ u għall-għoti tal-assistenza u tal-protezzjoni neċessarji, kif meħtieġ mil-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB); |
96. |
Jenfasizza l-importanza li l-UE tieħu azzjoni proattiva (reazzjoni u appoġġ lid-DDB taħt theddida; osservazzjoni ta' proċessi kontra d-DDB; reazzjoni fil-pront, vokali u viżibbli għal restrizzjonijiet tal-libertajiet tal-espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda) u biex sistematikament tagħti lid-DDB u/jew lill-familji tagħhom informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda f'isimhom, kif preskritt fil-Linji Gwida tal-UE dwar id-DDB; jappella, f'dan il-kuntest, għal tisħiħ tal-mekkaniżmu EIDHR immirat biex iforni miżuri urġenti ta' protezzjoni mad-DDB fil-periklu jew f'riskju; |
97. |
Jiddispjaċih li l-appell għal titjib tal-viżibilità tal-Premju Sakharov annwali ma ntlaqax għax il-Premju Sakharov jissemma biss f'manjiera dikjarattiva fit-taqsima dwar il-Parlament Ewropew fir-Rapport Annwali; jenfasizza għal darb'oħra li segwitu xieraq mis-SEAE huwa meħtieġ fuq il-benesseri tal-kandidati u tar-rebbieħa, u dwar is-sitwazzjonijiet fil-pajjiżi rispettivi tagħhom; itenni l-appell tiegħu lis-SEAE u lill-Kummissjoni biex iżommu kuntatt regolari mal-kandidati u mar-rebbieħa tal-Premju Sakharov bil-għan li jiżguraw djalogu kontinwu u monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi rispettivi, u biex joffru protezzjoni lil dawk li huma suġġetti għal persekuzzjoni; jistieden lis-SEAE jinkludi l-Premju Sakharov fit-taqsima dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-Rapport Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; |
98. |
Jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill jappoġġaw, jagħtu t-taħriġ u s-setgħa lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivisti tas-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti indipendenti u jassiguraw is-sigurtà u l-libertà online tagħhom, u jaffermaw id-drittijiet fundamentali għal-libertà ta' espressjoni, il-libertà ta' għaqda u l-libertà tal-assoċjazzjoni online; |
Azzjoni tal-UE kontra l-piena tal-mewt
99. |
Itenni l-pożizzjoni riżoluta tiegħu kontra l-piena tal-mewt fil-każijiet u fiċ-ċirkostanzi kollha, u jsostni enerġikament l-isforzi tal-UE biex tgħaddi riżoluzzjoni qawwija dwar il-moratorja tal-piena tal-mewt fis-67 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, ukoll bil-ħsieb li jiżdied l-impetu hekk kif joqrob il-Kungress Dinji kontra l-Piena tal-Mewt; jenfasizza l-fatt li l-UE hija l-attur ewlieni fil-ġlieda kontra l-piena tal-mewt u l-akbar donatur għaliha; |
100. |
Jistieden lill-Istati Membri jastjenu mill-kummerċjalizzazzjoni u mill-promozzjoni tat-tagħmir projbit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra; jappella għal kontroll regolari u aġġornat tal-esportazzjonijiet ta' mediċini manifatturati minn kumpaniji farmaċewtiċi tal-UE li jistgħu jintużaw fl-eżekuzzjoni ta' sentenzi għall-mewt f'pajjiżi terzi; jilqa' pożittivament, f'dan il-kuntest, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-2011 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1236/2005 biex jissaħħu l-kontrolli fuq l-esportazzjonijiet ta' ċerti mediċini li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali; japprezza l-inizjattivi proattivi meħuda minn ċerti kumpaniji farmaċewtiċi tal-UE biex iwaqqfu l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi fejn hemm riskju prevedibbli li mediċini bħal dawn jiġu użati għall-eżekuzzjonijiet; iħeġġeġ aktar kumpaniji farmaċewtiċi tal-UE jieħdu inizjattivi analogi; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi klawsola onnikomprensiva fir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 li tkun teħtieġ, fost affarijiet oħra, awtorizzazzjoni minn qabel għall-esportazzjoni ta' kwalunkwe mediċina kapaċi li tintuża għat-torturi jew għall-eżekuzzjonijiet; |
101. |
Jilqa' pożittivament il-valutazzjoni mill-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li l-użu tal-piena tal-mewt fl-2011 jikkonferma fil-wisa' t-tendenza globali lejn l-abolizzjoni; jilqa’ l-fatt li t-Tajlandja neħħiet il-piena tal-mewt għat-trasgressuri taħt it-18-il sena; jiddispjaċih, madankollu, li ġiet irreġistrata żieda sinifikanti fl-eżekuzzjonijiet fl-Iran, fl-Iraq, l-Afganistan u fl-Arabja Sawdija; jesprimi diżappunt serju dwar ir-rifjut taċ-Ċina li tiżvela informazzjoni kredibbli dwar l-użu tagħha tal-piena tal-mewt u tal-eżekuzzjonijiet li, skont Amnesty International, huma fl-eluf; jilqa' b'sodisfazzjon l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fl-istat Amerikan tal-Illinois iżda jiddispjaċih li l-Istati Uniti qed tkompli twettaq eżekuzzjonijiet ta' persuni minkejja li kienet l-uniku pajjiż tal-G8 li għamel dan fl-2011; ifakkar bi tħassib li l-Bjelorussja hija l-uniku pajjiż Ewropew li għadu jirrikorri għall-piena tal-mewt; iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha biex b'mod konsistenti u prijoritarju jqajmu din il-kwistjoni fid-djalogi tagħhom ma' dawn il-pajjiżi; |
102. |
Jiddikjara li l-UE, li diġà kisbet riżultati konkreti fil-passat fil-ġlieda kontra l-piena tal-mewt, għandha terfa’ responsabbiltà akbar u jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri biex iżommu u jsaħħu l-impenn u r-rieda politika tagħhom għal din il-kawża, bil-għan li l-piena tal-mewt titneħħa definittivament fid-dinja kollha; |
Tortura u trattamenti jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti
103. |
Jilqa' pożittivament l-adozzjoni tal-Linji Gwida aġġornati dwar il-politika tal-UE lejn il-pajjiżi terzi dwar it-tortura u t-trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti; ifakkar, madankollu, li l-isfidi għas-sensibilizzazzjoni u għall-implimentazzjoni għandhom jingħelbu biex jinkiseb progress ġenwin fil-politika tal-UE; |
104. |
Jilqa' favorevolment l-estensjoni fil-linji gwida aġġornati tal-gruppi li jeħtieġu protezzjoni speċjali għal persuni suġġetti għal diskriminazzjoni bbażata fuq l-orjentament sesswali jew l-identità tal-ġeneru kif ukoll l-impenn biex il-pajjiżi terzi jitħeġġu joħolqu proċedura interna għall-ilmenti u għar-rapporti li huma sensittivi għall-ġeneru u għat-tfal; jiddispjaċih, iżda, li l-isforzi koordinati tal-UE biex tiġġieled it-tortura ma jittrattawx id-dimensjoni tal-ġeneru tagħha b'mod aktar komprensiv, primarjament minħabba nuqqas ta' informazzjoni sostanzjali fuq kull forma ta' tortura u trattament ħażin; |
105. |
Jenfasizza l-importanza tal-konnessjoni tal-linji gwida tal-UE mal-modalitajiet ta' implimentazzjoni tal-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura (OPCAT), b'attenzjoni partikolari għall-Mekkaniżmi Nazzjonali ta' Prevenzjoni; |
106. |
Jindika li d-definizzjoni ta' skjavitù mogħtija min-Nazzjonijiet Uniti tikkorrispondi għall-istat jew għall-kundizzjoni ta' persuna li fuqha jiġu eżerċitati l-attributi tad-dritt ta' proprjetà kollha jew xi wħud minnhom; jiddeplora l-fatt li xi forom ta' skjavitù moderna jissussistu anke fi ħdan l-Unjoni Ewropea; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni ssegwi politika ħafna aktar qawwija dwar dan is-suġġett b'mod partikolari l-persunal domestiku, l-aktar kategorija soċjoprofessjonali milquta minn dawn il-forom ta' skjavitù; |
107. |
Jiddispjaċih li l-abbuż politiku tal-psikjatrija għadu problema iebsa f'numru ta' pajjiżi, li għandhom storja ta' użu ta' metodi psikjatriċi vjolenti b'appoġġ ta' reġimi antidemokratiċi li jippruvaw jintimidaw u jwaqqfu segmenti dissidenti tas-soċjetà u individwi; jenfasizza bi tħassib li din it-tendenza tmur id f'id ma' forom vagi u elużivi ta' tortura, inkluż it-terrur psikoloġiku u kundizzjonijiet degradanti fil-ħabsijiet; |
108. |
Jiġbed l-attenzjoni għas-sinifikat tar-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU tal-5 ta' Awwissu 2011 (A/66/268) dwar it-tortura u trattament jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti, li jikkonċentra fuq l-effetti tar-reklużjoni, inkluż l-użu ta' dak il-metodu fi kliniki psikjatriċi; jesprimi tħassib serju dwar l-evidenza minn pajjiżi differenti li qed jintużaw l-isptarijiet psikjatriċi bħala de facto ċentri ta' detenzjoni; jistieden lill-VP/RGħ, lir-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jagħtu attenzjoni xierqa lil din il-problema; |
109. |
Jesprimi tħassib dwar l-operat futur taċ-ċentri ta' riabilitazzjoni għall-vittmi tat-tortura; jistieden lis-SEAE u s-servizzi tal-Kummissjoni jaħdmu fuq il-linja li taqsam il-politiki esterni u interni sabiex jiżguraw li l-linji ta' kompetenza amministrattivi ma jipperikolawx l-appoġġ tal-UE għaċ-ċentri ta' riabilitazzjoni, kemm barra kif ukoll ġewwa l-Unjoni; |
110. |
Jiddispjaċih li l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem għadu problema iebsa fiż-żoni okkupati ta' Ċipru. josserva li eluf ta' rifuġjati, li ġew furzati jabbandunaw djarhom u l-proprjetajiet tagħhom, qed jiġu miċħuda mill-forzi militari Torok biex jgħixu fil-patrija tagħhom sal-lum; josserva barra minn hekk li l-familji u l-qraba tal-persuni neqsin għadhom qed jiġu miċħuda d-dritt li jkollhom tweġiba dwar x'ġara mill-għeżież tagħhom, għaliex it-Turkija ma tiffaċilitax l-aċċess għaż-żoni militari u għall-arkivji li fihom rapporti investigattivi rilevanti tal-Kumitat dwar il-Persuni Neqsin f'Ċipru; |
Diskriminazzjoni
111. |
Jinsisti li d-djalogu politiku dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-pajjiżi terzi jrid ikopri definizzjoni ta' nuqqas ta' diskriminazzjoni aktar inklużiva u komprensiva, anki fuq il-bażi tar-reliġjon jew tat-twemmin, is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, l-età, id-diżabilità, l-orjentament sesswali jew l-identità tal-ġeneru; |
112. |
Jenfasizza li sabiex il-politika barranija tal-UE tkun kredibbli u koerenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, l-ugwaljanza u dak ta' kontra d-diskriminazzjoni, il-Kunsill għandu jadotta d-direttiva dwar it-trattament ugwali bejn il-persuni indipendentement mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentament sesswali, u jwessa' l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Qafas dwar ir-razziżmu u l-ksenofobija biex ikopri gruppi fil-mira oħra, bħal persuni LGBT; |
113. |
Jirrikjedi lill-Istati Membri tal-UE jopponu attivament kull tentattiv li jhedded il-kunċett tal-universalità, l-indiviżibilità u l-interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem, u sabiex iħeġġu attivament lill-UNHRC ħalli jagħti l-istess attenzjoni lill-kwistjoni tad-diskriminazzjoni fuq kull bażi, inkluż il-ġeneru, l-identità tal-ġeneru, ir-razza, l-età, l-orjentament sesswali u r-reliġjon jew it-twemmin; Jiddispjaċih ħafna li l-omosesswalità għadha kriminalizzata fi 78 Stat, inklużi ħamsa fejn hija soġġetta għall-piena tal-mewt; jistieden lil dawn l-Istati jiddekriminalizzaw l-omosesswalità mingħajr dewmien, biex jagħtu l-libertà lid-detenuti fil-ħabs fuq il-bażi tal-orjentament sesswali jew l-identità tal-ġeneru tagħhom u mhux iwettqu l-eżekuzzjoni tagħhom; jistieden lis-SEAE jagħmel użu sħiħ mis-Sett ta' Miżuri LGBT biex ikunu protetti d-drittijiet tal-persuni LGBTI; jistieden lill-Kunsill jaħdem favur linji gwidi vinkolanti f'dan il-qasam; jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jassistu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem LGBTI fil-pajjiżi fejn huma f'riskju, u jistieden lill-VP/RGħ u lir-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE jkomplu jagħmlu ċar l-impenn sod tal-Unjoni Ewropea favur l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni bbażati fuq l-orjentament sesswali, l-identità tal-ġeneru u l-espressjoni tal-ġeneru fid-dinja, inkluż billi jitniedu u jkunu appoġġati inizjattivi f'livell bilaterali, internazzjonali u tan-NU dwar dawn il-kwistjonijiet; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex toħroġ pjan direzzjonali għall-ugwaljanza fuq bażi tal-orjentament sesswali u l-identità tal-ġeneru; |
114. |
Jistieden lill-Istati Membri jikkonċedu asil lin-nies li qed jaħarbu mill-persekuzzjoni f'pajjiżi fejn in-nies LGBTI huma kriminalizzati, filwaqt li jikkunsidraw il-biżgħat fondati tal-applikanti ta' persekuzzjoni u l-identifikazzjoni tagħhom bħala leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru jew intersesswali; |
115. |
Itenni mill-ġdid li l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni, inkluż fuq bażi ta' sess u orjentament sesswali huwa element fundamentali fis-sħubija AKP-UE; |
116. |
Jenfasizza r-ratifika min-naħa tal-UE tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità (UNCRPD), u l-adozzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar id-Diżabilità 2010-2020, b'mod partikolari l-qasam tal-azzjoni 8; jikkundanna kull forma ta' diskriminazzjoni abbażi tad-diżabilità; u jistieden lill-Istati kollha jirratifikaw u jimplimentaw il-UNCRPD; jindika li l-UE teħtieġ ukoll timmonitorja l-implimentazzjoni tal-UNCRPD fit-territorju tagħha stess; jistieden lill-UE u l-Istati Membri tagħha jippromwovu l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità stabbilita fl-2006 fil-qafas tan-NU fi ħdan u barra l-Unjoni Ewropea; |
117. |
Jikkundanna l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem kommess kontra n-nies li jsofru minn diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti, inklużi ċ-ċaħda tal-ugwaljanza u l-aċċess għall-ġustizzja, is-segregazzjoni kontinwa u l-ostakli indotti mill-kasti għall-kisba tad-drittijiet tal-bniedem ta' bażi; jistieden lill-Kunsill, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jieħdu azzjoni konġunta fuq diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti, inklużi f'komunikazzjonijiet, oqfsa u strateġiji u djalogi speċifiċi għal pajjiż tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, kull fejn huwa xieraq, u jippromwovu l-abbozz tal-Prinċipji u tal-Linji Gwida tan-NU għall-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq Xogħol u Dixxendenza bħala qafas gwida biex tkun eliminata diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti, u jaħdmu għall-approvazzjoni tagħhom mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; |
118. |
Jirrikjedi lill-VP/RGħ u lir-Rappreżentant Speċjali għad-Drittijiet tal-Bniedem jagħtu rikonoxximent sħiħ lid-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti bħala kwistjoni trasversali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-faqar b'implikazzjonijiet gravi, partikolarment għan-nisa; |
119. |
Huwa kuntent bil-fatt li l-linji gwida dwar il-faqar estrem u d-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem huma bbażati fuq l-interdipendenza u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem kollha u fuq il-prinċipji tal-parteċipazzjoni u l-għoti ta' setgħa tal-persuni li jgħixu f'faqar estrem; jenfasizza l-indiviżibilità tal-faqar estrem u tad-drittijiet tal-bniedem: minn naħa waħda, in-nies li jgħixu f'faqar estrem spiss huma wkoll miċħuda mid-drittijiet tal-bniedem ċivili, politiċi, ekonomiċi u soċjali tagħhom; min-naħa l-oħra, fil-ġlieda kontra l-faqar estrem approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem huwa essenzjali biex dak li jkun jifhem is-sitwazzjoni u jiġġildilha; iħeġġeġ lill-Kunsill isostni dan l-approċċ fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tan-Nazzjonijiet Uniti; |
120. |
Jinnota bi tħassib li l-popolazzjonijiet indiġeni huma f'periklu partikolari li jiġu diskriminati, u li huma speċjalment vulnerabbli għall-bidliet u d-disturbi politiċi, ekonomiċi, ambjentali u dawk marbuta max-xogħol; jinnota li ħafna jgħixu taħt il-limitu tal-faqar u għandhom aċċess limitat jew l-ebda aċċess għal sistemi ta' rappreżentanza, teħid ta' deċiżjonijiet politiċi jew ġudizzjarji; huwa partikolarment imħasseb dwar il-problemi rappurtati dwar ir-rikors mifrux għall-akkapparrar tal-art, l-ispostament furzat u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li jirriżultaw mill-kunflitti armati; |
121. |
Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippromwovu t-terminu “rifuġjat minħabba l-klima” bħala wieħed ġuridikament rikonoxxut (li jindika persuna imġiegħla taħrab minn darha u tfittex kenn barra pajjiżha bħala konsegwenza tat-tibdil fil-klima), li għadu mhux rikonoxxut fid-dritt internazzjonali u fl-ebda ftehim internazzjonali ġuridikament vinkolanti; |
122. |
Jisħaq fuq l-importanza tad-dritt għaċ-ċittadinanza bħala wieħed mill-aktar drittijiet fundamentali, peress li f'ħafna pajjiżi huma ċ-ċittadini sħaħ biss li huma mogħtija l-possibilità li jgawdu u jeżerċitaw id-drittijiet tal-bniedem ta' bażi tagħhom, inklużi d-dritt għas-sigurtà pubblika, għall-benesseri u għall-edukazzjoni; |
123. |
Jenfasizza li l-minoranzi tradizzjonali nazzjonali għandhom esiġenzi speċifiċi li huma differenti minn dawk ta' gruppi minoritarji oħrajn, u teżisti l-ħtieġa ta' salvagwardja tat-trattament indaqs ta' dawn il-minoranzi rigward l-edukazzjoni, l-assistenza sanitarja, is-servizzi soċjali u servizzi pubbliċi oħra, u ta' promozzjoni, fl-oqsma kollha tal-ħajja ekonomika, soċjali, politika u kulturali, ugwaljanza sħiħa u effikaċi fost il-persuni li jagħmlu parti minn minoranza nazzjonali u dawk li jagħmlu parti mill-maġġoranza; |
Nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati
124. |
Japprezza l-attenzjoni ffokalizzata mogħtija lill-isfida tal-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet relatati man-nisa, il-paċi u s-sigurtà fil-politiki tal-UE, kif enfasizzat fir-Rapport dwar l-indikaturi tal-UE għall-Approċċ komprensiv għall-implimentazzjoni mill-UE tar-Riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tan-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, adottati mill-Kunsill tal-UE fit-13 ta' Mejju 2011; jilqa' pożittivament l-azzjoni politika meħuda mill-UE biex ikun żgurat li jittawwal il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għat-tfal u l-kunflitti armati fl-Assemblea Ġenerali tan-NU; jaqbel mal-fehma espressa fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar il-Politika Komuni ta' Sigurtà u ta' Difiża li l-attenzjoni kontinwa u sistematika għall-aspetti relatati mad-drittijiet tal-bniedem, il-ġeneru u t-tfal milquta minn kunflitt armat għandha tkun kunsiderazzjoni ewlenija fil-fażijiet kollha tal-missjonijiet tal-PSDK; |
125. |
Jemmen li, sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni effikaċi tan-nisa fejn dawn bħalissa huma sottorappreżentati fil-korpi politiċi jew tas-soċjetà ċivili, hu importanti li jingħataw taħriġ u moduli ta' appoġġ, kemm għall-persunal Ewropew li jittratta l-kwistjonijiet tal-ġeneru kif ukoll għan-nisa in situ, biex dawn jingħataw il-possibilità li jikkontribwixxu b'mod effikaċi għall-proċessi tal-paċi u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti; |
126. |
Jirrikonoxxi li l-progress konkret fit-titjib tas-sitwazzjoni tan-nisa u t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat huwa spiss dipendenti fuq il-kisba ta' strutturi ta' responsabilità ċari u unifikati tas-servizzi militari u ta' sigurtà taħt kontroll ċivili; iħeġġeġ, għalhekk, lill-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE jfittxu u jimplimentaw metodi aktar effikaċi biex iwettqu riformi fis-settur tas-sigurtà fil-pajjiżi ta' wara l-kunflitt, b'enfasi qawwija fuq id-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, l-inklużjoni u l-emanċipazzjoni f'dak il-kuntest; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jqisu dan fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' assistenza esterna li jindirizzaw ir-riforma tas-settur tas-sigurtà, inkluża l-importanza tal-emanċipazzjoni tan-nisa fir-rikostruzzjoni ta' wara kunflitt; |
127. |
Jitlob diżarm, riabilitazzjoni u reintegrazzjoni ta' suldati tfal bħala element fundamentali fil-politiki tal-UE li jimmiraw lejn it-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni tat-tfal u s-sostituzzjoni tal-vjolenza b'mekkaniżmi ta' soluzzjoni ta' kunflitti politiċi; |
128. |
Jenfasizza t-tħassib kbir tiegħu rigward ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar tal-Afrika, fejn l-istupru huwa arma tal-gwerra biex jeqred gruppi ta' popolazzjoni sħaħ; |
Drittijiet tan-nisa
129. |
Iħeġġeġ lill-UE ttejjeb l-azzjoni tagħha biex jintemmu l-prattiki tal-mutilazzjoni ġenitali femminili (FGM), iż-żwiġijiet bikrija jew furzati, il-qtil tal-unur, l-abort furzat u minħabba l-għażla tas-sess; jinsisti li dawn il-politiki għandhom ikunu elementi essenzjali fl-approċċ tal-UE għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp; jenfasizza l-importanza tal-aċċess adegwat għal mezzi mediċi, u tal-informazzjoni u tal-edukazzjoni dwar is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, għall-benesseri tan-nisa u bniet fil-pajjiżi kollha; |
130. |
Jinnota li għad m'hemmx biżżejjed attenzjoni lill-vjolazzjonijiet tad-drittijiet sesswali u riproduttivi li jdgħajfu l-isforzi intiżi li jonoraw l-impenji meħuda fil-Programm ta' Azzjoni tal-Kajr adottati waqt il-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD) tan-Nazzjonijiet Uniti, u biex tiġi indirizzata d-diskriminazzjoni – inkluża d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza abbażi tal-ġeneru – fi strateġiji tal-popolazzjoni u tal-iżvilupp. jenfasizza li l-progress rigward is-saħħa riproduttiva ġie limitat f'ċerti kuntesti mill-vjolazzjonijiet bħal dawk taż-żwiġijiet ta' minorenni, żwiġijiet kmieni u furzati u n-nuqqas ta' infurzar tal-età minima legali għaż-żwieġ, prattiki koerċittivi bħall-isterilizzazzjoni furzata jew il-MĠF, kif ukoll iċ-ċaħda tal-awtonomija biex in-nisa u t-tfajliet jieħdu deċiżjonijiet dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva mingħajr diskriminazzjoni, koerċizzjoni u vjolenza; jitlob li l-Programm ta' Azzjoni tal-Kajr jiġi implimentat fl-aspetti tal-politika tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp, sabiex jiġu promossi l-parità tal-ġeneru u d-drittijiet tan-nisa u tat-tfal, inkluż id-drittijiet u s-saħħa sesswali u riproduttivi; |
131. |
Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-proċess tar-reviżjoni operattiva ICPD+20 iwassal għal reviżjoni komprensiva tal-aspetti kollha relatati mat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet sesswali u riproduttivi, li jafferma mill-ġdid approċċ qawwi u progressiv lejn id-drittijiet sesswali u riproduttivi għal dak kollu li hu konsistenti mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u li jżid l-obbigu ta' rendikont tal-gvernijiet biex jilħqu l-objettivi maqbula; jistieden, b'mod partikolari, lil-UE u l-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-proċess ta' reviżjoni jitmexxa b'mod parteċipattiv u joffri opportunità għall-partijiet interessati differenti, inklużi s-soċjetà ċivili kif ukoll in-nisa, l-adolexxenti u ż-żgħażagħ, biex jipparteċipaw b'mod sinifikanti; ifakkar li l-qafas għal tali reviżjoni għandu jkun ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u għandu jagħti attenzjoni speċifika fuq id-drittijiet sesswali u riproduttivi; |
132. |
Ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 11/8 intitolata “Il-mortalità u l-morbożità tal-maternità li jistgħu jiġu evitati u d-drittijiet tal-bniedem”, li tafferma li l-prevenzjoni tal-mortalità u l-morbożità tal-maternità tirrikjedi l-promozzjoni effikaċi u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet, partikolarment id-drittijiet tagħhom għal ħajja, edukazzjoni, informazzjoni u saħħa; jenfasizza li l-UE, għalhekk, għandu jkollha rwol importanti biex tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ kumplikazzjonijiet li jistgħu jiġu evitati li jokkorru qabel, waqt u wara t-tqala u t-twelid; |
133. |
Jistieden lill-UE taħdem mill-qrib ma' UN Women kemm fuq livell bilaterali u fuq dak internazzjonali, reġjonali u nazzjonali biex jiġu infurzati d-drittijiet tan-nisa; jenfasizza, b'mod partikolari, il-ħtieġa mhux biss li jiġu promossi l-edukazzjoni sanitarja u l-programmi xierqa għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, li huma parti prominenti tal-iżvilupp tal-politika tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem lejn pajjiżi terzi, iżda wkoll li jiġi garantit li n-nisa jkollhom aċċess ġust għas-sistemi pubbliċi tal-assistenza sanitarja u kura ġinekoloġika u ostetrika xierqa kif definiti mill-Organizzazjoni Dinjija tas-Saħħa; |
134. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jagħtu attenzjoni speċifika lill-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF) bħala parti minn strateġija ġenerali għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa, inkluż l-iżvilupp ta' pjan ta' azzjonijiet tal-UE dwar l-MĠF skont il-prinċipju ta' diliġenza dovuta; jinkoraġġixxi lis-SEAE u lill-Istati Membri jkomplu jindirizzaw il-kwistjoni tal-MĠF fid-djalogi politiċi u tal-politika tagħhom ma' pajjiżi msieħba fejn il-prattika għadha ssir, u biex jinkludu f'dawn id-djalogi lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li diġà qed jaħdmu biex itemmu l-prattika, flimkien ma' bniet u nisa milquta direttament mill-prattika, mexxejja tal-komunitajiet, mexxejja reliġjużi, għalliema, operaturi sanitarji, u l-uffiċjali tal-gvern kemm fil-livell lokali u kemm f'dak nazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li s-SEAE jiżviluppa strument speċifiku għall-MĠF bħala parti mill-azzjonijiet tiegħu biex jimplimenta l-qafas strateġiku tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; |
135. |
Jenfasizza li l-progress rigward is-saħħa riproduttiva ġie limitat f'ċerti kuntesti mill-vjolazzjonijiet bħal dawk taż-żwiġijiet ta' minorenni, żwiġijiet kmieni u furzati u n-nuqqas ta' infurzar tal-età minima legali għaż-żwieġ, prattiki koerċittivi bħall-isterilizzazzjoni furzata jew il-MĠF; |
136. |
Jilqa' pożittivament l-impenn ta' bosta Stati Membri biex tkun miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa, il-vjolenza domestika u l-MĠF, b'mod partikolari l-aspetti transkonfinali tagħha; itenni l-ħtieġa għall-koerenza fuq il-politiki interni u esterni tal-UE dwar dawn il-kwistjonijiet, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmilha prijorità li tintemm il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet, kif ukoll il-femminiċidju, u, permezz tal-allokazzjoni ta' riżorsi finanzjarji xierqa, biex ikunu appoġġati programmi mmirati u innovattivi kemm fl-UE kif ukoll f'pajjiżi terzi; iħeġġeġ lill-UE u l-Istati Membri tagħha jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika; |
137. |
Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tagħha (14), kif ukoll l-istabbiliment ta' strateġija l-ġdida mill-Kummissjoni bit-titolu “L-istrateġija tal-UE lejn il-qerda tat-traffikar tal-bniedem 2012-2016”, ifakkar li t-traffikar tal-bnedmin huwa fenomenu transnazzjonali kumpless li għandu l-għeruq fil-vulnerabbiltà għall-faqar, in-nuqqas ta' kulturi demokratiċi, l-inugwaljanza tal-ġeneru u l-vjolenza fuq in-nisa, enfasizza l-ħtieġa li ssir aktar enfasi fuq id-dimensjoni tal-ġeneru fid-djalogu mal-pajjiżi terzi dwar din il-kwistjoni; jistieden, finalment, lill-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-traffikar tal-bnedmin, imsejjaħ “Protokoll ta' Palermo” u l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Azzjoni kontra t-Traffikar biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli; |
138. |
Jenfasizza r-rwol kruċjali li jiżvolġu n-nisa fil-ħajja politika tal-Viċinat tan-Nofsinhar; Jilqa' b'sodisfazzjon ir-riżultati tal-elezzjonijiet li wasslu għal żieda konsiderevoli tan-numru ta' nisa fil-fora politiċi; |
139. |
Jistieden lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu b'mod partikolari r-ratifika u l-implimentazzjoni min-naħa tal-Istati Membri tal-Unjoni Afrikana tal-Protokoll tal-Unjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tan-Nisa fl-Afrika; |
Drittijiet tat-tfal
140. |
Ifakkar fl-impenn speċifiku fit-Trattat ta' Lisbona li jikkonċentra fuq id-drittijiet tat-tfal fil-politiki esterni tal-UE; jirrimarka li l-adozzjoni kważi universali tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal tagħti bażi ġuridika internazzjonali partikolarment soda biex ikunu segwiti politiki progressivi f'dan il-qasam; jirrakkomanda li d-drittijiet tat-tfal għandhom jiġu kkunsidrati fil-politiki u l-azzjonijiet kollha tal-UE; jistieden, għalhekk, lill-pajjiżi li ma għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni biex jirratifikawha u jeżegwixxu lilha u l-protokolli fakultattivi tagħha malajr kemm jista' jkun; |
141. |
Jiġbed l-attenzjoni għall-problema gravi li teżisti f'diversi pajjiżi fl-Afrika tas-sub-Saħarjana ta' tfal li jiġu akkużati li huma sħaħar, b'konsegwenzi gravi li jvarjaw minn esklużjoni soċjali għal infantiċidju, u għall-qtil ritwali tat-tfal bħala forom ta' sagrifiċċju; jinnota li l-Istat għandu r-responsabilità li jipproteġi t-tfal minn kull forma ta' vjolenza u abbuż u, konsegwentement, iħeġġeġ lill-RGħ/VP, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jagħtu attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tat-tfal minn kull forma ta' vjolenza u lid-destin ta' dawn it-tfal fid-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-gvernijiet tal-pajjiżi kkonċernati u fil-programmazzjoni tal-istrumenti finanzjarji esterni; |
142. |
Jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jissalvagwardaw, fil-kuntest tal-politiki esterni tal-Unjoni, id-drittijiet tat-tfal waqt proċedimenti kriminali billi jistabbilixxu l-bżonnijiet tagħhom ta' protezzjoni speċifika, bħala rikonoxximent tal-vulnerabilità tagħhom għall-vittimizzazzjoni sekondarja u ripetuta, u jagħtu kunsiderazzjoni primarja lill-aħjar interessi tat-tfal, kif tippreskrivi d-Direttiva 2012/29/UE dwar l-Istandards Minimi dwar id-Drittijiet tal-Vittmi; |
143. |
Jilqa' pożittivament il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Aġenda tal-UE għad-Drittijiet tat-Tfal”, li tintegra l-objettivi politiċi kemm interni kif ukoll esterni f'dokument politiku uniku; ifakkar fl-impenn tal-VP/RGħ fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fil-Qalb tal-Azzjoni Esterna tal-UE” li tikkonċentra fuq id-drittijiet tat-tfal bħala waħda mit-tliet prijoritajiet tal-kampanja; jisħaq, madankollu, fuq l-importanza li dawn l-impenji jkunu tradotti f'azzjonijiet ibbaġitjati u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effiċjenti tagħhom; |
144. |
Jappella għal inklużjoni konsistenti tad-drittijiet tat-tfal fl-Istrateġiji tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Pajjiż skont l-impenn tat-Trattat ta' Lisbona; jappoġġa l-pjanijiet biex isir aktar progress fl-iżvilupp tal-approċċi bbażati fuq id-drittijiet għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp kif imsemmi fil-pjan ta' azzjoni tal-istrateġija tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE; jenfasizza l-urġenza li dan isir fil-każ tad-drittijiet tat-tfal sabiex jiġi żgurat progress sostenibbli fit-tul; itenni li l-bniet huma partikolarment vulnerabbli f'ċerti pajjiżi; |
145. |
Jenfasizza l-ħtieġa li jkunu miġġielda l-forom kollha ta' xogħol tat-tfal furzat, l-isfruttament tat-tfal u t-traffikar; jappella għal implimentazzjoni aħjar tar-regoli eżistenti nazzjonali u internazzjonali li jrawmu s-sensibilizzazzjoni tal-abbuż fuq it-tfal fis-suq tax-xogħol; jenfasizza l-fatt li t-tfal u l-adolexxenti għandhom jipparteċipaw biss f'xogħol li ma jaffetwalhomx is-saħħa u l-iżvilupp personali u li ma jinterferixxix mal-edukazzjoni tagħhom; |
Libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin
146. |
Jenfasizza li l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin huwa dritt tal-bniedem fundamentali (15), li jinkludi d-dritt li temmen jew ma temminx u l-libertà li tipprattika bl-istess mod twemmin teistiku, nonteistiku jew ateistiku, kemm fil-privat kif ukoll fil-pubbliku, waħdek jew f'komunità ma' oħrajn; jenfasizza li t-tgawdija ta' tali dritt hija fundamentali għall-iżvilupp tal-soċjetajiet pluralistiċi u demokratiċi; jistieden lill-UE tiddefendi sistematikament id-dritt tar-reliġjon u tat-twemmin għal kulħadd, skont il-konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti tad-drittijiet tal-bniedem, fid-djalogi politiċi mal-pajjiżi terzi; |
147. |
Jikkundanna kull intolleranza, diskriminazzjoni jew vjolenza abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin kull fejn u fuq kull min tiġri, sew jekk immirata lejn persuni reliġjużi, apostati jew persuni li ma jemmnux; jesprimi t-tħassib kbir tiegħu dwar iż-żieda fl-għadd ta' tali atti f'diversi pajjiżi, li jsiru kontra rappreżentanti reliġjużi minoritarji kif kull kontra dawk il-fehmiet modesti fi ħdan it-tradizzjonijiet reliġjużi maġġoritarji li jippromwovu soċjetajiet pluralistiċi u diversi abbażi tar-rispett reċiproku fost l-individwi; jesprimi tħassib dwar l-impunità ta' vjolazzjonijiet bħal dawn, il-parzjalità min-naħa tal-pulizija u tas-sistemi ġudizzjarji fil-mod kif jittrattaw kwistjonijiet bħal dawn, u n-nuqqas ta' skemi ta' kumpens xierqa, li huwa evidenzjat f'ħafna pajjiżi fid-dinja; josserva li, paradossalment, l-avvenimenti tar-Rebbiegħa Għarbija, li kien mistenni li jġibu trasformazzjoni prodemokratika, f'bosta każijiet pjuttost ġabu deterjorament tal-libertajiet u tad-drittijiet tal-minoranzi reliġjużi u, għalhekk, jikkundanna b'qawwa kull att ta' vjolenza kontra l-Kristjani, il-Lhud u l-Musulmani u kontra komunitajiet reliġjużi oħra; jirrikonoxxi l-bżonn dejjem akbar f'għadd ta' pajjiżi tat-trasformazzjoni tal-kunflitti u ta' sforzi ta' rikonċiljazzjoni, inkluż id-djalogu interkonfessjonali f'diversi livelli; iħeġġeġ lill-UE, l-VP/RGħ, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissjoni u lis-SEAE jittrattaw il-kontenut diskriminatorju u sedizzjuż, pereżempju, fil-mezzi tal-komunikazzjoni, kif ukoll l-ostakli għall-istqarrija ħielsa tal-fidi fid-djalogi tal-UE mal-pajjiżi terzi rigward id-drittijiet tal-bniedem; iqis li fil-pajjiżi terzi fejn il-minoranzi reliġjużi jħabbtu wiċċhom mal-ksur ta' drittijiethom, tali problemi ma jistgħux jiġu solvuti bl-iżolament tagħhom mis-soċjetajiet ta' madwarhom bil-għan li jiġu protetti, u b'hekk jinħolqu 'soċjetajiet paralleli'; |
148. |
Huwa partikolarment imħasseb bis-sitwazzjoni fiċ-Ċina, fejn l-individwi li jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom barra l-mezzi sanzjonati uffiċjalment, inklużi l-Kristjani, il-Musulmani, il-Buddisti u l-prattikanti tal-Falun Gong, huma sistematikament suġġetti għall-persekuzzjoni; jistieden ukoll lill-Gvernijiet Ċiniżi biex itemmu l-kampanja tagħhom ta' trattament ħażin u ta' vessazzjonijiet kontra il-prattikanti tal-Falun Gong, li jqattgħu perjodi twal ta' priġunerija talli eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin, u huma suġġetti għal “edukazzjoni mill-ġdid permezz tax-xogħol” bil-għan li jkunu mġiegħla jirrinunzjaw it-twemmin spiritwali tagħhom, minkejja r-ratifika min-naħa taċ-Ċina tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti; iħeġġeġ liċ-Ċina tirratifika l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) kif wegħdet; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Ċiniżi jissospendu u sussegwentement jemendaw, permezz ta' proċessi ta' konsultazzjoni awtentiċi mat-Tibetani, dawk il-politiki li jħallu l-aktar impatt negattiv fuq il-Buddiżmu, il-kultura u t-tradizzjoni Tibetani; huwa mħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni fir-rigward tal-libertà tar-reliġjon f'Kuba, b'mod partikolari ż-żieda fil-persekuzzjoni kemm tal-mexxejja kif ukoll tal-fidili tal-Knisja Kattolika u Protestanti; |
149. |
Jenfasizza li d-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem jirrikonoxxi l-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon, tat-twemmin u tal-affiljazzjoni politika indipendentement mill-istatus tar-reġistrazzjoni, għalhekk ir-reġistrazzjoni ma għandhiex tkun kundizzjoni preliminari sabiex wieħed jipprattika r-reliġjon tiegħu jew jeżerċita d-dritt tiegħu ta' affiljazzjoni politika; jirrimarka bi tħassib li fiċ-Ċina l-individwi kollha li jixtiequ jipprattikaw reliġjon, inklużi l-ħames reliġjonijiet uffiċjali – il-Buddiżmu, it-Taoiżmu, l-Islam, il-Kattoliċiżmu Ruman u l-Protestantiżmu – huma meħtieġa jirreġistraw mal-Gvern, u jridu joperaw taħt bordijiet ta' tmexxija kkontrollati mill-Gvern, u li dan jinterferixxi mal-awtonomija reliġjuża tagħhom u jillimitalhom l-attività tagħhom; jinnota wkoll bi tħassib li l-gruppi reliġjużi mhux reġistrati, inklużi l-prattikanti tal-Knejjes domestiċi u tal-Falun Gong, huma suġġetti għal forom differenti ta' trattament ħażin li jillimitaw l-attivitajiet u l-laqgħat tagħhom, inkluża l-konfiska tal-proprjetà tagħhom u anke detenzjoni u priġunerija; |
150. |
Jilqa' pożittivament il-fatt li l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin hija mdaħħla bħala tema fit-taħriġ mogħti lill-persunal tal-UE; itenni bil-qawwa l-appell tiegħu għal strument ambizzjuż biex ikun hemm progress tad-dritt għal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin bħala parti mill-politika esterna tal-UE; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan il-kuntest, l-impenn tal-UE biex tiżviluppa linji gwida dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin skont is-sezzjoni 23 tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jinnota li dawn il-linji gwida għandhom ikunu konformi mal-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE u jinkludu lista ta' kontroll dwar il-libertajiet meħtieġa li jappartjenu għad-dritt tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, sabiex tiġi valutata s-sitwazzjoni f'pajjiż partikolari, kif ukoll il-metodoloġija sabiex tgħin fl-identifikazzjoni tal-ksur tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin; jenfasizza l-ħtieġa li l-Parlament u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jkunu involuti fit-tħejjija ta' dawn il-linji gwida; jinkoraġġixxi lill-UE tiggarantixxi koerenza bejn il-linji gwida l-ġodda u l-prijoritajiet elenkati fl-istrateġiji tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-UE; jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fil-politiki għall-iżvilupp u esterni oħrajn tal-UE; |
151. |
Iħeġġeġ lill-UE tirreaġixxi b'mod proattiv għall-użu akbar tal-liġijiet ta' apostasija, blasfemija u antikonverżjoni u r-rwol li jiżvolġu biex iżidu l-intolleranza u d-diskriminazzjoni abbażi tar-reliġjon; jenfasizza li d-dritt internazzjonali jinkludi d-dritt li jkollok, tadotta u tbiddel ir-reliġjon jew it-twemmin; jistieden lill-VP/RGħ u lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu azzjoni kontra l-prattiki inaċċettabbli billi jeżerċitaw pressjoni fuq dawk il-pajjiżi terzi, b'enfasi partikolari fuq dawk is-sħab tal-UE li għadhom iwettqu tali prattiki, bil-għan li tiġi garantita l-eliminazzjoni tagħhom; jinkoraġġixxi lill-UE tesprimi ruħha kontra l-użu, min-naħa tal-gvernijiet, ta' tali liġijiet u ssostni d-dritt tal-individwi li jbiddlu reliġjon, partikolarment f'dawk il-pajjiżi li fihom l-apostasija hija kastigata bil-mewt; |
152. |
Jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon jew tat-twemmin, inklużi l-ateiżmu u l-forom l-oħra ta' assenza ta' twemmin, skont il-konvenzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u jinsisti li tali libertà ma għandhiex tkun imdgħajfa mill-applikazzjoni tal-liġijiet tal-blasfemija li jintużaw biex jopprimu u jippersegwitaw dawk ta' reliġjon jew ta' twemmin differenti; jenfasizza li filwaqt li l-liġijiet dwar il-blasfemija huma spiss promossi bil-pretest ta' tnaqqis tat-tensjonijiet soċjali, fil-verità jikkontribwixxu biss għal żieda ta' tali tensjonijiet u għaż-żieda tal-intolleranza, b'mod partikolari lejn il-minoranzi reliġjużi; ifakkar li, f'dan ir-rigward, f'għadd ta' pajjiżi l-projbizzjoni, il-konfiska u l-qerda kemm tal-postijiet tat-talb kif ukoll tal-pubblikazzjonijiet reliġjużi, u l-projbizzjoni tal-formazzjoni tal-kleru, għadhom prattiki komuni; iħeġġeġ lill-istituzzjoni tal-UE, fil-kuntatti tagħhom mal-gvernijiet rilevanti, jiġġieldu tali ksur; jitlob li tittieħed pożizzjoni soda kontra l-istrumentalizzazzjoni tal-liġijiet dwar il-blasfemija għall-fini li jiġu ppersegwitati l-minoranzi reliġjużi; |
153. |
Jenfasizza l-importanza tal-integrazzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew it-twemmin fil-politiki tal-UE fl-oqsma tal-iżvilupp, tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu tal-UE; jilqa' pożittivamemt l-isforzi inklużivi ta' djalogu interkulturali u interkonfessjonali u ta' kooperazzjoni fuq diversi livelli, li jinvolvu l-mexxejja tal-komunitajiet, in-nisa, iż-żgħażagħ u r-rappreżentanti ta' minoranzi etniċi, fit-trawwim tal-koeżjoni soċjali u tas-soċjetajiet paċifiċi; jilqa' favorevolment l-impenn tal-UE li tippreżenta u tippromwovi d-dritt għal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fi ħdan fora internazzjonali u reġjonali inklużi n-NU, l-OSKE u l-Kunsill tal-Ewropa u mekkaniżmi reġjonali oħra, u jappella għal djalogu kostruttiv mal-Organizzazzjoni tal-Pajjiżi Islamiċi (OIC) dwar it-tbegħid minn terminoloġija relatata mal-ġlieda kontra l-malafama tar-reliġjonijiet; iħeġġeġ lill-UE tkompli tressaq riżoluzzjoni annwali dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fl-Assemblea Ġenerali tan-NU; |
154. |
Jilqa' pożittivament id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-VP/RGħ, tas-Segretarju Generali tal-OIC, is-Segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija u tal-Kummissarju tal-Unjoni Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà tal-20 ta' Settembru 2012 li affermaw mill-ġdid ir-rispett għar-reliġjonijiet kollha u l-importanza fundamentali tal-libertà tar-reliġjon u tat-tolleranza, filwaqt li fl-istess ħin jirrikonoxxu kompletament l-importanza tal-libertà tal-espressjoni; jikkundanna il-forom kollha ta' sostenn għall-mibegħda reliġjuża u għall-vjolenza u jiddispjaċih ħafna għat-telf ta' ħajjiet tal-bnedmin bħala riżultat tal-attakki reċenti fuq il-missjonijiet diplomatiċi; jesprimi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi; |
155. |
.Jinnota li l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin huma interrelatati ma' kwistjonijiet li jappartjenu mar-rikonoxximent, maċ-ċittadinanza ugwali u mat-tgawdija ugwali tad-drittijiet f'soċjetà partikolari; iħeġġeġ lill-UE taħdem għall-ugwaljanza u għaċ-ċittadinanza ugwali bħala kwistjoni ta' prijorità għar-rappreżentanti tal-gruppi emarġinati jew diskriminati fis-soċjetà; jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza tal-appoġġ favur l-inizjattivi u li jiġu permessi finanzjamenti għas-soċjetà ċivili u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, l-intolleranza u l-vjolenza abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin; |
156. |
Iħeġġeġ lis-SEAE jiżviluppa kapaċità permanenti fi ħdan l-istruttura tiegħu biex jissorvelja u janalizza r-rwol tar-reliġjon jew tat-twemmin fis-soċjetajiet kontemporanji u fir-relazzjonijiet internazzjonali, u jintegra l-kwistjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fid-direttorati u fl-unitajiet ġeografiċi u tematiċi; iħeġġeġ lis-SEAE jirrapporta lill-Parlament fuq bażi annwali rigward il-progress dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin fid-dinja; |
157. |
Jenfasizza l-importanza lejn l-appoġġ għall-inizjattivi tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u li jiġu permessi finanzjamenti għalihom, fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra d-diskriminazzjoni, l-intolleranza u l-vjolenza abbażi tar-reliġjon jew tat-twemmin; iqis li l-Iskema ta' Appoġġ għall-Pajjiżi tal-EIDHR għandhom jagħtu prijorità għall-finanzjamenti għall-protezzjoni u l-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin f'pajjiżi fejn l-istrateġija tal-pajjiżi tal-UE identifikat dan id-dritt bħala kwistjoni prijoritarja. |
o
o o
158. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni; lir-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi kandidati, lin-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-gvernijiet tal-pajjiżi u tat-territorji msemmija f'din ir-riżoluzzjoni. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2012)0126.
(2) ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 454.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0507.
(4) ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 78.
(5) http://www.icc-cpi.int/NR/rdonlyres/18B88265-BC63-4DFF-BE56-903F2062B797/0/RC9ENGFRASPA.pdf
(6) ĠU L 76, 22.3.2011, p. 56.
(7) Testi adottati, P7_TA(2011)0576.
(8) Testi adottati, P7_TA(2012)0113.
(9) ĠU C 291 E, 4.10.2011, p. 171.
(10) Testi adottati, P7_TA(2012)0018.
(11) Testi adottati, P7_TA(2012)0309.
(12) ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 87.
(13) Testi adottati, P7_TA(2012)0126.
(14) ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.
(15) Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Jannar 2011 dwar is-sitwazzjoni tal-Insara fil-kuntest tal-libertà reliġjuża, (ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 53).