Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0610

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI Stima tal-impenji, tal-ħlasijiet u tal-kontribuzzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri fl-2012, fl-2013 u fl-2014

/* COM/2012/0610 final */

52012DC0610

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI Stima tal-impenji, tal-ħlasijiet u tal-kontribuzzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri fl-2012, fl-2013 u fl-2014 /* COM/2012/0610 final */


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Stima tal-impenji, tal-ħlasijiet u tal-kontribuzzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri fl-2012, fl-2013 u fl-2014

1.           Introduzzjoni

Skont l-Artikolu 7(1) u (5) tal-Ftehim Intern[1], f'dan id-dokument il-Kummissjoni tippreżenta l-istimi tal-impenji, tal-ħlasijiet u tal-kontribuzzjonijiet għall-perjodu bejn l-2012 u l-2014[2], filwaqt li tqis il-previżjonijiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). L-Istati Membri jikkontribwixxu fondi direttament lill-Bank Ewropew għall-Investiment għall-istrumenti li dan jiġġestixxi taħt id-9a’ u l-10ar FEŻ (il-Faċilità tal-Investiment u s-sussidji tar-rati tal-imgħax). Għalhekk, din il-komunikazzjoni tagħmel distinzjoni ċara bejn il-fondi ġestiti mill-BEI taħt id-9a’ u l-10ar FEŻ u l-fondi ġestiti mill-Kummisjoni.

Il-graff ta' hawn taħt turi t-tendenza ġenerali fl-impenji u fil-ħlasijiet grossi sa mill-1999, inkluż it-tbassir għall-perjodu bejn l-2013 u l-2014 (il-Kummissjoni u l-BEI, kumulattiv). Hija turi biċ-ċar ix-xejra tiela' 'l fuq fl-impenji u l-iżborżamenti sa mill-1999, minħabba rsistar fl-implimentazzjoni tal-għajnuna.

2.           Previżjonijiet finanzjarji għall-2012 - 2014[3]

It-tabella li ġejja tipprovdi aġġornament dwar l-impenji, il-ħlasijiet u l-kontribuzzjonijiet, abbażi tal-aktar previżjonijiet reċenti.

3.           Il-previżjonijiet dwar l-implimentazzjoni finanzjarja għall-perjodu bejn l-2011 u l-2013

Il-Kummissjoni u l-BEI aġġornaw, għal kull pajjiż tal-AKP[4] u għall-OCTs[5], il-previżjonijiet tal-impenji u l-ħlasijiet għall-2012 u l-2013. Ir-riżultat u l-ammont tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa għall-finanzjament tal-FEŻ għall-perjodu bejn l-2012 u l-2013 huma ppreżentati fl-Annessi 1 sa 3, fejn jitqabblu maċ-ċifri li ngħataw fil-komunikazzjoni ta' Ġunju 2012[6].

Il-kontribuzzjonijiet għall-2012 u għall-2013 huma ppreżentati fl-Annessi 4 u 5, imqassma skont kull ħlas parzjali u għal kull Stat Membru.

[1]               Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar il-Finanzjament ta’ għajnuna tal-Komunità taħt il-qafas finanzjarju multiannwali għall-perjodu bejn l-2008 u l-2013 skont il-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE kif ukoll dwar l-allokazzjoni ta’ għajnuna finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika il-Parti Erbgħa tat-Trattat KE (ĠU L 247, 9.9.2006, p. 32).

[2]               Minħabba li ma ntlaħaqx qbil dwar il-qafas finanzjarju għall-perjodu ta' wara l-2013 u dan il-qafas hu mistenni li jkollu impatt materjali fuq iċ-ċifri tal-implimentazzjoni, nippreferu ma nippreżentaw l-ebda previżjoni għall-impenji, ħlasijiet u kontribuzzjonijiet għas-snin bejn l-2014 u l-2016 (Il-Kummissjoni u l-BEI).

[3]               Iċ-ċifri għall-2014 se jiġu aġġornati wara li jiġi adottat il-qafas finanzjarju għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020.

[4]               L-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku

[5]               Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej

[6]               COM (2012) 386 finali, 10.07.2012

Top