This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DC0385
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS on the implementation of Directive 2003/59/EC relating to the initial qualification and periodic training of drivers of certain road vehicles for the carriage of goods or passengers
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE fir-rigward tal-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE fir-rigward tal-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri
/* COM/2012/0385 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE fir-rigward tal-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri /* COM/2012/0385 final */
WERREJ RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI
EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar l-implimentazzjoni
tad-Direttiva 2003/59/KE fir-rigward tal-kwalifika inizjali u
taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq
għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri...................................................................... 3 1................ Tagħrif
ġenerali........................................................................................................................................................ 3 1.1............. Introduzzjoni............................................................................................................................................................ 3 1.2............. Id-Direttiva 2003/59/KE
– elementi bażiċi............................................................................................................ 3 1.3............. It-traspożizzjoni
tad-Direttiva 2003/59/KE........................................................................................................... 3 2................ L-implimentazzjoni
tad-Direttiva 2003/59/KE....................................................................................................... 4 2.1............. Kamp
ta' applikazzjoni tad-Direttiva – Artikolu 1............................................................................................... 4 2.2............. Eżenzjonijiet
– Artikolu 2........................................................................................................................................ 4 2.3............. Kwalifika
u taħriġ – Artikolu 3............................................................................................................................... 5 2.3.1.......... Kwalifika
inizjali obbligatorja................................................................................................................................. 5 2.3.1.1....... Sistema
li tiġbor fiha kemm attendenza għall-kors kif ukoll eżami.................................................................... 5 2.3.1.2....... Sistema
bl-eżamijiet................................................................................................................................................. 5 2.3.1.3....... Kwalifika
inizjali aċċellerata.................................................................................................................................... 6 2.3.2.......... Taħriġ
perjodiku obbligatorju................................................................................................................................ 7 2.3.3.......... Organizzazzjoni
tat-taħriġ....................................................................................................................................... 7 2.3.4.......... Approvazzjoni
taċ-ċentri ta' taħriġ........................................................................................................................ 7 2.4............. Drittijiet
akkwiżiti – Artikolu 4............................................................................................................................... 8 2.5............. Kwalifika
inizjali – Artikolu 5................................................................................................................................. 8 2.6............. CPC li
jikkonferma l-kwalifika inizjali – Artikolu 6............................................................................................. 10 2.7............. Taħriġ
perjodiku – Artikolu 7.............................................................................................................................. 10 2.8............. CPC li
jikkonferma t-taħriġ perjodiku – Artikolu 8............................................................................................ 11 2.9............. Post
ta' taħriġ – Artikolu 9................................................................................................................................... 11 2.10........... Kodiċi
tal-Komuità – Artikolu 10........................................................................................................................ 12 2.11........... Ħtiġijiet
minimi ta' kwalifika u taħriġ – Anness I............................................................................................... 13 3................ Konklużjonijiet
u rakkomandazzjonijiet.............................................................................................................. 13 3.1............. Evalwazzjoni
ġenerali tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE.................................................................. 13 3.2............. Aspetti
prinċipali li jridu jiġu mtejba u rakkomandazzjonijiet.......................................................................... 14 Anness....................................................................................................................................................................................... 15 RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT
EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U
LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI dwar
l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE fir-rigward tal-kwalifika
inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi
tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri 1. Tagħrif
ġenerali 1.1. Introduzzjoni Skont l-Artikolu 13
tad-Direttiva 2003/59/KE[1],
il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Parlament Ewropew,
lill-Kunsill, lill-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u lill-Kumitat
tar-Reġjuni li jagħmel valutazzjoni inizjali tal-implimentazzjoni
tad-Direttiva, b'mod partikolari dwar l-ekwivalenza tad-diversi sistemi ta'
kwalifika inizjali msemmija fl-Artikolu 3 u l-effiċjenza
tagħhom. Dan ir-rapport huwa bbażat fuq
it-tweġibiet mogħtija mill-Istati Membri u min-Norveġja dwar
kwestjonarju mqassam lill-awtoritajiet nazzjonali fi Frar 2011. Ħafna mill-Istati Membri wieġbu
bis-sħiħ il-mistoqsijiet indirizzati. Madanakollu, xi wħud ma
kellhomx id-dejta kollha neċessarja biex jipprovdu t-tagħrif kollu. 1.2. Id-Direttiva 2003/59/KE
– elementi bażiċi Id-Direttiva 2003/59/KE dwar il-kwalifika
inizjali u t-taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' trakkijiet jew karozzi
tal-linja ġiet adottata biex tiżgura livell komuni ta'
taħriġ għal dawn is-sewwieqa bil-ħsieb li titjieb
is-sikurezza fit-toroq tal-Ewropa. Id-Direttiva tistabbilixxi l-kwalifika
inizjali u t-taħriġ perjodiku obbligatorji għal sewwieqa
professjonali li huma ċittadini tal-Istati Membri jew li qed jaħdmu
għal impriża bbażata fl-Unjoni Ewropea. L-għan tagħhom
huwa li jiżguraw li sewwieqa professjonali jkollhom il-kwalifiki
neċessarji biex isuqu vettura. Il-kwalifika inizjali u t-taħriġ
perjodiku huma attestati b'ċertifikat li jinħareġ lis-sewwieqa,
imsejjaħ iċ-Ċertifikat ta' Kompetenza Professjonali (CPC). It-taħriġ huwa organizzat
miċ-ċentri ta' taħriġ approvati mill-Istati Membri. 1.3. It-traspożizzjoni
tad-Direttiva 2003/59/KE Skont l-Artikolu 14, l-iskadenza
għat-traspożizzjoni tad-Direttiva kienet
l-10 ta' Settembru 2006. L-iskadenza għall-implimentazzjoni
tal-kwalifika inizjali kienet l-10 ta' Settembru 2008
għas-sewwieqa b'liċenzja tas-sewqan tal-kategoriji D1, D1+E, D jew
D+E (karozzi tal-linja) u l-10 ta' Settembru 2009 għas-sewwieqa
b' liċenzja tas-sewqan tal-kategoriji C1,C1+E,C jew C+E (tat-trakkijiet). L-Istati Membri kollha ttrasponew u
implimentaw id-Direttiva. 2. L-implimentazzjoni
tad-Direttiva 2003/59/KE 2.1. Kamp
ta' applikazzjoni tad-Direttiva – Artikolu 1 Id-Direttiva tapplika għax-'xogħol
ta' sewqan' magħmul mis-sewwieqa li huma ċittadini ta' Stat Membru
jew ċittadini ta' pajjiżi terzi impjegati minn impriża
stabbilita fi Stat Membru, u li jużaw vetturi li jeħtieġu
liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C jew D. Huwa stmat li d-Direttiva tkopri s-sewwieqa
ta' madwar sitt miljun vettura fl-Ewropa[2]. Il-kopertura tad-dejta li tikkonċerna
l-għadd ta' sewwieqa minn pajjiżi terzi mhijiex kompluta jew
biżżejjed. Meta din hija disponibbli, fil-maġġoranza
tal-każijiet l-għadd huwa ħafna anqas meta mqabbel mal-popolazzjoni
totali ta' sewwieqa[3]. Fil-maġġoranza tal-Istati Membri,
iċ-Ċertifikati ta' Kompetenza Professjonali li
jiċċertifikaw il-kwalifika inizjali maħruġa
għal-liċenzji tas-sewqan C huma iktar komuni minn dawk
maħruġa għal-liċenzji tas-sewqan D. 2.2. Eżenzjonijiet
– Artikolu 2 Id-Direttiva teskludi diversi kategoriji ta'
sewwieqa mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha[4]. Il-maġġoranza tal-Istati Membri
japplikaw bis-sħiħ l-eżenzjonijet skont l-Artikolu 2.
Madanakollu, ir-Rumanija ma tapplikax l-eżenzjonijiet imsemmija
fl-Artikolu 2(e), (f) u (g). In-Norveġja tapplika
l-eżenzjonijiet kollha barra dawk ta' 2(f): 'vetturi użati
għal ġarr ta' passiġġieri jew prodotti, għal użu
privat u mhux kummerċjali'. Skont l-Artikolu 2(g), 'Din id-Direttiva
m'għandhiex tapplika għal sewwieqa ta' vetturi li jġorru
materjali jew tagħmir biex ikun użat mis-sewwieq waqt ix-xogħol
tiegħu, bil-kundizzjoni li s-sewqan tal-vettura ma jkunx ix-xogħol
ewlieni tas-sewwieq'. L-implimentazzjoni ta' din l-eżenzjoni wasslet, għal
interpretazzjonijiet differenti ta' xi wħud mill-kategoriji ta' sewwieqa[5] (eż.
sewwieqa ta' krejnijiet, mekkaniks li jsuqu vetturi li jġorru makkinarju
agrikolu bil-ħsara, eċċ.): is-sewwieqa kkonċernati
japplikaw biex ikunu eżentati iżda l-amministrazzjonijiet
pubbliċi xorta jridu jinkluduhom mal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.
Jistgħu jkunu utli xi linji gwida biex jiċċaraw il-kwistjoni. 2.3. Kwalifika
u taħriġ – Artikolu 3 Skont l-Artikolu 3, is-sewqan huwa
suġġett għal kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku
obbligatorji. Is-sezzjoni 1 tal-Anness 1
tiddeskrivi s-suġġetti li jridu jkunu koperti mit-taħriġ. Is-suġġetti huma organizzati madwar
tliet temi prinċipali: 'Taħriġ avvanzat f'sewqan razzjonali
msejjes fuq regolamenti ta' sigurtà', 'Applikazzjoni tar-regolamenti' u
'Saħħa, sigurtà tat-triq u tal-ambjent, servizz u loġistika'. Dawn it-temi huma organizzati f'għanijiet
abbażi tal-liċenzja tas-sewqan li jirreferu għaliha. 2.3.1. Kwalifika
inizjali obbligatorja L-Istati Membri huma mistennija jistabbilixxu
sistema ta' kwalifika inizjali li tikkonsisti jew f'attendenza għal kors
flimkien ma' eżami jew, f'eżamijiet tat-teorija u l-prattika. 2.3.1.1. Sistema
li tiġbor fiha kemm attendenza għall-kors kif ukoll eżami Bl-ewwel sistema, il-kwalifika inizjali trid
tinkludi kors li jkopri s-suġġetti kollha mniżżla
fis-Sezzjoni 1 tal-Anness 1. Kull sewwieq li jkun qed
jitħarreġ irid isuq mill-anqas 20 siegħa waħdu
f'vettura li tissodisfa r-rekwiżiti għal vetturi tat-testijiet kif
imfisser fid-Direttiva 91/439/KEE[6].
It-taħriġ idum 280 siegħa. Għandu jkun enfasizzat li
dan it-taħriġ ma għandux isir flimkien ma' taħriġ
għal tipi oħra ta' kwalifiki (eż. għat-trasport ta'
oġġetti perikolużi). Fl-aħħar tat-taħriġ,
l-awtoritajiet kompetenti jfasslu eżami bil-miktub jew orali
għas-sewwieq. L-eżami jrid jinkludi mill-anqas mistoqsija waħda
dwar kull għan għas-suġġetti mniżżla
fis-sezzjoni 1 tal-Anness 1. 2.3.1.2. Sistema
bl-eżamijiet Bit-tieni sistema, l-awtoritajiet kompetenti
jorganizzaw eżamijiet teoriċi u prattiċi biex jivverifikaw jekk
is-sewwieq li jkun qed jitħarreġ ikunx laħaq il-livell ta'
għarfien meħtieġ fis-Sezzjoni 1 tal-Anness 1
għas-suġġetti u l-għanijiet imniżżla hemmhekk. Kif imsemmi fil-punt 2.2
tal-Anness I, l-eżami tat-teorija għandu jikkonsisti mill-anqas
f'żewġ taqsimiet: mistoqsijiet b'għażliet diversi,
mistoqsijiet li jeħtieġu tweġiba diretta, jew taħlita
tat-tnejn, u studju tal-każijiet. It-test tat-teorija għandu
jieħu mill-anqas 4 sigħat. L-eżami prattiku għandu jikkonsisti
f'żewġ taqsimiet: test tas-sewqan ta' 90 minuta biex jivvaluta
t-taħriġ fis-sewqan razzjonali, imsejjes fuq regolamenti
tas-sikurezza, u test prattiku li jkopri mill-anqas il-ħila li
titgħabba il-vettura (liċenzji tas-sewqan C u D), il-ħila
li jiġu żgurati l-kumdità u s-sikurezza tal-passiġġieri
(D), il-ħila li jiġu evitati r-riskji fiżiċi (C, D) u
l-ħilali jiġu vvalutati s-sitwazzjonijiet ta' emerġenza (C, D). Dan it-test għandu jieħu mill-anqas
30 minuta. Ħmistax-il Stat Membru u n-Norveġja
għażlu s-sistema tal-kors u l-eżami filwaqt li 11-il Stat Membru
jħaddmu l-għażla tal-eżamijiet teoriċi u
prattiċi.. Il-Ġermanja implimentat iż-żewġ sistemi
fil-liġi nazzjonali u s-sewwieq jista' jagħżel (Tabella 1). Tabella 1 – Is-sistema ta' kwalifika
inizjali fl-Istati Membri u fin-Norveġja Testijiet biss || L-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Renju Unit Kors u test || Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, in-Norveġja, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja It-tnejn || Il-Ġermanja L-Istati
Membri jikkooperaw ma' diversi organizzazzjonijiet li jżommu d-dejta
għall-kwalifika inizjali u t-taħriġ perjodiku, bħal
awtoritajiet nazzjonali u reġjonali[7], amministrazzjonijiet[8],
aġenziji[9],
direttorati[10],
ministeri li għandhom x'jaqsmu mat-trasport u s-sikurezza fit-toroq[11],
intrapriżi statali[12],
u ċentri speċjali stabbiliti għal dan l-iskop[13]. 2.3.1.3. Kwalifika
inizjali aċċellerata Il-kwalifika inizjali tista' tkun
aċċellerata, ibbażata fuq kors obbligatorju ta'
140 siegħa u eżami, u tiġi ċċertifikata
miċ-CPC. Kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ
irid isuq mill-anqas għaxar sigħat waħdu. Fl-aħħar tat-taħriġ,
l-awtoritajiet kompetenti ifasslu eżami bil-miktub jew orali
għas-sewwieq. L-eżami jrid jinkludi mill-anqas mistoqsija waħda
dwar kull għan għas-suġġetti mniżżla
fis-Sezzjoni 1 tal-Anness 1. Il-kwalifika inizjali aċċellerata,
li tibqa' fakultattiva, hija offruta minn 19-il Stat Membru u min-Norveġja
(ara Tabella 2). Tabella 2 – Is-sistema ta'
kwalifika inizjali aċċellerata fl-Istati Membri u fin-Norveġja Stati Membri li joffru l-kwalifika inizjali aċċellerata || Il-Bulgarija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, u n-Norveġja Stati Membri li ma joffrux il-kwalifika inizjali aċċellerata || L-Awstrija, Ċipru, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, u r-Renju Unit Skont id-Direttiva, Stat Membru jista' wkoll
jawtorizza sewwieq isuq fuq it-territorju tiegħu qabel ma jikseb CPC. 2.3.2. Taħriġ
perjodiku obbligatorju L-Istati Membri huma mistennija jistabbilixxu
sistema ta' taħriġ perjodiku bbażata fuq attendenza obbligatorja
għal kors, iċċertifikat minn CPC. 2.3.3. Organizzazzjoni
tat-taħriġ It-taħriġ huwa ġeneralment
mogħti minn skejjel tas-sewqan, iżda jista' jkun mogħti wkoll
minn korpi mingħajr skop ta' qligħ, skejjel jew kulleġġi
vokazzjonali, skejjel tal-edukazzjoni għolja[14], jew
skejjel sekondarji[15]. F'xi
wħud mill-Istati Membri[16],
it-taħriġ huwa parzjalment iffinanzjat mis-settur pubbliku. 2.3.4. Approvazzjoni
taċ-ċentri ta' taħriġ Skont is-Sezzjoni 5 tal-Anness 1,
iċ-ċentri ta' taħriġ li jagħtu l-kwalifika inizjali u
t-taħriġ perjodiku jridu jkunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri. L-approvazzjoni tista' tingħata biss wara li ssir
applikazzjoni bil-miktub. L-applikazzjoni trid tiġi akkumpanjata minn
dokumenti dwar il-programm ta' taħriġ u l-metodi ta' tagħlim;
il-kwalifiki tal-għalliema; il-post fejn isiru l-korsijiet, il-flotta ta'
vetturi użati; u l-għadd ta' parteċipanti. L-awtorità kompetenti għandha tagħti
l-approvazzjoni bil-miktub, bil-kundizzjoni li t-taħriġ jingħata
b'konformità mad-dokumenti li jakkumpanjaw l-applikazzjoni. Hija intitolata tibgħat persuni
awtorizzati biex ikunu preżenti waqt il-korsijiet ta' taħriġ. 2.4. Drittijiet
akkwiżiti – Artikolu 4 Id-Direttiva teżenta mir-rekwizit li
jiksbu l-kwalifika inizjali lis-sewwieqa li għandhom liċenzja
tas-sewqan tal-kategorija D maħruġa qabel Settembru 2008 u
s-sewwieqa li għandhom liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C
maħruġa qabel Settembru 2009. L-awtoritajiet tal-infurzar ma rrapurtaw
l-ebda diffikultà kbira bir-rikonoxximent tad-drittijiet akkwiżiti ta'
sewwieqa li huma ċittadini u dawk li mhumiex. L-amministrazzjonijiet nazzjonali taw
tagħrif lis-sistema tal-infurzar billi pereżempju
jiċċirkolaw id-Direttiva u l-liġijiet ta' traspożizzjoni,
jorganizzaw taħriġ u laqgħat ad hoc ma' uffiċjali
tal-pulizija, jibagħtu ittri u atti amministrattivi, jippubblikaw gwidi
fuq l-Internet, eċċ. F'xi wħud mill-Istati Membri,
ir-regolamenti nħarġu għal konsultazzjoni pubblika, u l-pulizija
kienet waħda mill-korpi konsultattivi fil-proċess ta' smigħ[17]. Barra
minn hekk, l-awtorità tal-infurzar fir-Rumanija u fin-Norveġja hija wkoll
il-korp li joħroġ iċ-CPC. L-awtoritajiet tal-infurzar jistgħu
jużaw diversi mezzi biex jivverifikaw id-drittijiet akkwiżiti
tas-sewwieqa li huma ċittadini u ta' dawk li mhumiex, b'mod partikolari
billi jiċċekkjaw id-data meta nħarġet il-liċenzja
tas-sewqan jew l-awtentiċità tagħha. Jistgħu jikkuntattjaw ukoll
l-awtorità tal-ħruġ jew jikkonsultaw, meta din tkun disponibbli,
il-bażi ta' dejta li għandha d-dejta għall-kwalifika inizjali u
għat-taħriġ perjodiku. Skont l-Istati Membri, dan l-aspett
tad-Direttiva ma joħloq l-ebda problema kbira. Madanakollu,
tfeġġ diffikultà meta tiġġedded il-liċenzja tas-sewqan
u ma jkunx għad baqa' fiha d-data ta' meta nħarġet
għall-ewwel darba. Hemm ukoll inċertezza dwar kif għandhom
jiġu infurzati r-regolamenti minħabba li d-diversi Stati Membri u
n-Norveġja jinsabu fi stadji differenti tal-applikazzjoni tad-Direttiva.
Din is-sitwazzjoni tolqot biss lil ftit sewwieqa u tiġi solvuta
faċilment permezz tal-iskambju dirett ta' tagħrif bejn l-awtoritajiet
nazzjonali. 2.5. Kwalifika
inizjali – Artikolu 5 Id-Direttiva tistabbilixxi l-età minima
għas-sewqan ta' vetturi maħsuba għat-trasport ta' prodotti jew
passiġġieri, b'konformità mal-kriterji differenti
bħall-kategorija tal-liċenzja tas-sewqan, it-tul tat-taħriġ
biex tinkiseb il-kwalifika inizjali, u d-distanza vvjaġġata. Tabella 3
– Sommarju tar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalifika inizjali għal
sewwieqa ġodda (Art. 5) Il-vettura || Rekwiżit għall-liċenzja || Rekwiżit taċ-CPC || L-età Trasport ta' oġġetti || C — C+E || Normali || 18 C1 — C1+E || Aċċellerat || 18 C — C+E || Aċċellerat || 21 Trasport ta' passiġġieri || D — D+E Fuq servizzi u rotta regolari ≤ 50 km || Normali || 18 Fit-territorju tagħhom Aċċellerat || 21 D — D+E || Normali || 21 20 sena jekk fit-territorju tagħhom. Tista' titnaqqas għal 18-il sena meta ma jkunx hemm passiġġieri. Aċċellerat || 23 || D1 — D1+E || Normali || 18 Fit-territorju tagħhom || || Aċċellerat || 21 Il-fatt li tinkiseb kwalifika inizjali ma
jeħtieġx li l-liċenzja tas-sewqan korrispondenti tinkiseb minn
qabel. Għalhekk, fi 13-il Stat Membru u
fin-Norveġja[18],
il-kwalifika inizjali tista' tkun magħquda ma' taħriġ biex
tinkiseb il-liċenzja tas-sewqan (ara t-Tabella 4). Tabella 4
– Taħlita ta' taħriġ għal-liċenzja tas-sewqan C
jew D u tal-kwalifika inizjali fl-Istati Membri u fin-Norveġja Stati Membri li jgħaqqdu t-taħriġ għal-liċenzja tas-sewqan C jew D u l-kwalifika inizjali || L-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi (parzjalment), in-Norveġja, l-Isvezja, ir-Renju Unit Stati Membri li ma jgħaqqdu t-taħriġ għal-liċenzja tas-sewqan C jew D u l-kwalifika inizjali || Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, Franza, l-Ungerija, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja Xi wħud mill-Istati Membri li
jgħaqqdu t-taħriġ għal-liċenzja tas-sewqan u
l-kwalifika inizjali għażlu li jgħaqqdu t-taħriġ
għal-liċenzji tas-sewqan C u D kemm mal-kwalifika inizjali kif
ukoll mal-kwalifika inizjali aċċellerata, filwaqt li oħrajn
jeħtieġu li s-sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu, jiksbu
ċertu grad ta' progress fil-programm tal-liċenzja tas-sewqan qabel ma
jibdew il-kwalifika inizjali. Il-maġġoranza tal-Istati Membri ma
jippermettux il-ħruġ ta' CPC qabel ma tinkiseb il-liċenzja
tas-sewqan relattiva. Madanakollu, il-Belġju jaċċetta dan
bħala taħriġ magħqud, l-Awstrija teħtieġ biss
l-eżami tat-teorija biex wieħed jgħaddi minn qabel, u l-Litwanja
teħtieġ li s-sewwieq ikollu biss liċenzja tas-sewqan tal-kategorija B.
Għalkemm, ġeneralment, in-Norveġja teħtieġ
liċenzja tas-sewqan qabel ma jinħareġ iċ-CPC, teżenta
s-sewwieqa li jkunu qed jagħmlu apprentistat jew taħriġ
vokazzjonali. 2.6. CPC
li jikkonferma l-kwalifika inizjali – Artikolu 6 L-Istati Membri joħorġu ċ-CPC
lis-sewwieqa li attendew it-taħriġ u għaddew mill-eżami jew
li għaddew mill-eżamijiet tat-teorija u l-prattika, skont is-sistema
li jkunu għażlu. Jekk Stat Membru jkun għażel
is-sistema li tikkonsisti f'kors u eżami, jew il-kwalifika inizjali
aċċellerata, il-kors ta' taħriġ ikopri s-suġġetti
mniżżla f'Sezzjoni 1 tal-Anness 1 tad-Direttiva. Dan
jiġi segwit b'test bil-miktub jew orali. Jekk Stat Membru jagħżel
l-eżamijiet biss, is-sewwieqa iridu jgħaddu mill-eżamijiet
tat-teorija u l-prattika kif deskritti fil-punt 2.2 tal-Anness 1. L-Istati Membri ma rrappurtaw l-ebda
diffikultà li tikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Artikolu. 2.7. Taħriġ
perjodiku – Artikolu 7 It-taħriġ perjodiku għandu
jippermetti lis-sewwieqa jaġġornaw l-għarfien essenzjali
għal xogħolhom. Jimmira li jespandi u jirrevedi xi wħud
mis-suġġetti deskritti fis-sezzjoni 1 tal-Anness I. It-taħriġ perjodiku għandu
jieħu 35 siegħa kull ħames snin, mogħtija
f'sessjonijiet ta' mill-anqas seba' sigħat, kif imsemmi f'Sezzjoni 4
tal-Anness I. Il-maġġoranza tal-Istati Membri
jippermettu li s-sewwieqa jattendu sessjoni waħda ta' seba' sigħat.
Madanakollu, jiffissaw rekwiżiti speċifiċi prinċipalment
dwar il-perjodu ta' żmien li fih il-35 siegħa ta'
taħriġ għandhom jitlestew. Għal xi Stati Membri, dan il-perjodu
jista' jkun ta' 6 jew 3 xhur, sena jew saħansitra ġimgħa[19]. Stati
Membri oħrajn speċifikaw ukoll l-għadd ta' sessjonijiet ta'
7 sigħat li fihom huwa maqsum it-taħriġ: eż.
żewġ sessjonijiet tal-kors ta' 7 sigħat, żewġ
moduli separati li jinkludu 3 ijiem ta' taħriġ għal
7 sigħat u jumejn ta' taħriġ għal 7 sigħat,
5 ijiem konsekuttivi jew żewġ sessjonijiet ta' 3 ijiem u
jumejn, rispettivament[20],
eċċ. 2.8. CPC
li jikkonferma t-taħriġ perjodiku – Artikolu 8 L-Istati Membri joħorġu ċ-CPC
lis-sewwieqa li jkunu lestew it-taħriġ perjodiku. It-taħriġ perjodiku jrid isir
mis-sewwieqa l-ġodda fi żmien ħames snin wara li jiksbu
ċ-CPC għall-kwalifika inizjali, u mis-sewwieqa li għandhom
id-drittijiet akkwiżiti, skont l-iskeda ffissata mill-Istat Membru tagħhom. Id-Direttiva teżenta mir-rekwizit li
jiksbu kwalifika inizjali lis-sewwieqa li għandhom liċenzja
tas-sewqan tal-kategorija D maħruġa qabel Settembru 2008 u
s-sewwieqa li għandhom liċenzja tas-sewqan tal-kategorija C
maħruġa qabel Settembru 2009. Għas-sewwieqa li
għandhom dawn id-drittijiet akkwiżiti, l-Istati Membri adottaw skedi
nazzjonali li jlestu l-ewwel kors ta' taħriġ perjodiku sad-dati ta'
skadenza tal-2015 (liċenzja tas-sewqan tal-kategorija D) u l-2016 (liċenzja
tas-sewqan tal-kategorija C). Ġie miftiehem ir-rikonoxximent
reċiproku tal-perjodi ta' tranżizzjoni deċiżi mill-Istati
Membri[21].
Għalhekk, sad-dati ta' skadenza tal-2015 (vettura tal-kategorija D) u
l-2016 (vettura tal-kategorija C), is-sewwieqa ma jistgħux ikunu
ppenalizzati fi kwalunkwe Stat Membru talli li ma lestewx it-taħriġ
perjodiku. L-Istati Membri għażlu kriterji
differenti biex jistabbilixxu l-iskedi nazzjonali tagħhom
għat-taħriġ perjodiku tas-sewwieqa li għandhom
id-drittijiet akkwiżiti. Dawn jistgħu jkunu bbażati
pereżempju fuq id-data ta' meta nħarġet il-liċenzja
tas-sewqan, jum għeluq snin is-sewwieq, id-data ta' skadenza
tal-liċenzja tas-sewqan, l-età tas-sewwieq, jew in-numru tal-liċenzja
tas-sewqan. L-iskedi nazzjonali huma inklużi
fl-Anness. 2.9. Post
ta' taħriġ – Artikolu 9 Is-sewwieqa li huma ċittadini ta' Stat
Membru tal-UE jridu jiksbu l-kwalifika inizjali fl-Istat Membru fejn huma
normalment residenti, filwaqt li s-sewwieqa li huma ċittadini ta'
pajjiżi terzi jridu jiksbu l-kwalifika fl-Istat Membru fejn hu stabbilit
l-impjegatur tagħhom jew fl-Istat Membru fejn kisbu l-permess
tax-xogħol. Is-sewwieqa għandhom jagħmlu
t-taħriġ perjodiku fl-Istat Membru fejn huma normalment residenti jew
fejn jaħdmu. Fir-rigward tar-rikonoxximent
tat-taħriġ preċedenti għas-sewwieqa li jbiddlu
l-pajjiż ta' residenza jew il-pajjiż fejn jaħdmu,
il-maġġoranza tal-Istati Membri jeħtieġu ċertifikat
jew evidenza tat-taħriġ li diġà sar[22]. L-Istati Membri ma rrappurtaw l-ebda
diffikultà li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu. Madanakollu,
f'xi każijiet iżolati, mhux dejjem jirrikonoxxu taħriġ
preċedenti li jkun segwit b'mod parzjali fi Stat Membru ieħor u
jaċċettaw biss taħriġ li jitlesta fit-territorju
tagħhom. 2.10. Kodiċi
tal-Komuità – Artikolu 10 L-awtoritajiet kompetenti jniżżlu
l-kodiċi 95, li jservi bħala prova ta' konformità
mar-rekwiżiti tat-taħriġ, jew fil-liċenzja tas-sewqan jew
f'karta ta' kwalifika seperata tas-sewwieq. 13-il Stat Membru għażlu li
jniżżlu l-kodiċi fil-karta ta' kwalifika tas-sewwieq u 12-il
Stat Membru li jniżżluh fil-liċenzja tas-sewqan. Fil-Finlandja,
huma possibbli ż-żewġ għażliet, filwaqt li
fil-Lussemburgu l-kodiċi huwa mmarkat fuq il-liċenzja tas-sewqan u
wkoll fuq il-karta tas-sewwieqa li mhumiex residenti biss. In-Norveġja tniżżel
il-kodiċi 95 fiċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali.
Fil-futur, se jitniżżel ukoll fil-liċenzja tas-sewqan
(Tabella 5). Tabella 5 –
Kodiċi 95 Stati membri li jniżżlu l-kodiċi 95 fil-liċenzja tas-sewqan || L-Awstrija, il-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, is-Slovenja Stati membri li jniżżlu l-kodiċi 95 fil-karta ta' kwalifika tas-sewwieq || Il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, Franza, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja, ir-Rneju Unit P || Iż-żewġ għażliet huma disponibbli Il-Lussemburgu || Il-kodiċi huwa mmarkat fuq il-liċenzja tas-sewqan. Huwa mniżżel fuq il-karta għas-sewwieqa li mhumiex residenti biss. In-Norveġja || Il-kodiċi 95 huwa mniżżel fiċ-ċertifikat ta' kompetenza professjonali. Fil-futur, se jitniżżel ukoll fil-liċenzja tas-sewqan 2.11. Ħtiġijiet
minimi ta' kwalifika u taħriġ – Anness I Kif imsemmi hawn fuq (sezzjoni 3.3),
is-Sezzjoni 1 tal-Anness I tniżżel is-suġġetti li
jridu jitqiesu mill-Istati Membri meta jistabbilixxu l-kwalifika inizjali u
t-taħriġ perjodiku għas-sewwieqa. Is-Sezzjoni 2, li tikkonċerna
l-kwalifika inizjali obbligatorja skont l-Artikolu 3(1)(a),
teħtieġ li kull sewwieq li jkun qed jitħarreġ isuq
mill-anqas 20 siegħa waħdu akkumpanjat minn għalliem.
Għas-sewwieqa li jġorru prodotti u jixtiequ jwessgħu l-kwalifiki
tagħhom sabiex iġorru l-passiġġieri, jew viċe-versa,
peress li diġà għandhom CPC, jeħtieġu biss li jirrepetu
l-partijiet speċifiċi għall-kwalifika l-ġdida u jsuqu
għal 5 sigħat. Għall-kwalifika inizjali
aċċellerata, is-sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu jridu jsuqu
għal 10 u 2.5 sigħat rispettivament. Skont
is-Sezzjoni 2, (punt 2.1) tal-Anness I, kull sewwieq jista' jsuq
għal mhux aktar minn 8 sigħat mill-20 siegħa
meħtieġa fuq art speċjali jew fuq simulatur ta' kwalità
għolja. Għall-kwalifika inizjali aċċellerata, is-sewwieqa
li jkunu qed jitħarrġu jistgħu jsuqu għal mhux aktar
minn 4 mill-10 sigħat meħtieġa fuq art speċjali
jew fuq simulatur ta' kwalità għolja. Għall-maġġoranza
tal-Istati Membri, ma hemmx il-ħtieġa li s-sewwieqa li jkunu qed
jitħarrġu, isuqu fuq art speċjali jew fuq simulatur.
Madanakollu, uħud jipprovdu għal din l-għażla. F'kelma
waħda, l-Istati Membri ma ffaċċjaw l-ebda problema kbira biex
japplikaw l-Anness I. Kienu rrappurtati xi kwistjonijiet mill-Awstrija u
mis-Slovenja dwar il-ħtieġa għal taħriġ prattiku jew
dwar is-suffiċjenza tal-lezzjonijiet tat-teorija. Barra minn hekk, ta' min
jinnota li l-Belġju jikkunsidra li l-Anness I huwa orjentat iktar
lejn is-sewwieqa involuti fi trasport internazzjonali milli dawk li jsuqu
distanzi żgħar. 3. Konklużjonijiet u
rakkomandazzjonijiet 3.1. Evalwazzjoni
ġenerali tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE Bl-adozzjoni tad-Direttiva 2003/59/KE,
il-leġiżlatur ikkontribwixxa għall-iżgurar ta' livell
komuni ta' taħriġ għas-sewwieqa professjonali fl-Unjoni Ewropea
bil-ħsieb li tittejjeb b'mod ġenerali s-sikurezza fit-toroq. Skont ir-riżultati tal-evalwazzjoni, hemm
diversi differenzi fost l-Istati Membri fl-applikazzjoni
tad-Direttiva 2003/59/KE. L-ewwelnett, id-Direttiva tippermetti
lill-Istati Membri jagħżlu jekk il-kwalifika inizjali jkollix kors u
test jew tinvolvi testijiet biss. It-taħriġ perjodiku jista' wkoll
ivarja fl-istruttura, peress li jrid jittieħed bħala kors waħdu
f'ċerti Stati Membri filwaqt li f'oħrajn il-35 siegħa
jistgħu jkunu mifruxa fuq snin differenti. It-tieninett, il-programmi ta'
taħriġ u l-metodi ta' tagħlim mhumiex standardizzati:
il-kontenut tal-kors ma jaqbilx bejn l-Istati Membri kif jiġri bl-istess
mod li bih jiġi pprovdut it-taħriġ, eż. f'xi Stati Membri
huwa permess l-użu ta' moduli kkompjuterizzati flimkien mat-tagħlim
tradizzjonali. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti
għall-għalliema u l-postijiet fejn isiru l-korsijiet ma jaqblux bejn
Stat Membru għal ieħor. Fl-aħħarnett, l-għadd ta'
sewwieqa għal kull klassi, il-flotta ta' vetturi u d-disponibbiltà ta'
simulatur ta' kwalità għolja jiddependu miċ-ċentru ta' ttestjar. Madanakollu, l-ekwivalenza tas-sistemi ta'
kwalifika u l-effiċjenza fl-iżgurar tal-kwalifika meħtieġa
huma garantiti mis-sistemi ta' taħriġ nazzjonali, li jridu
jissodisfaw ir-rekwiżiti fl-Anness 1 fir-rigward
tas-suġġetti minimi li jridu jiġu mgħallma u l-istruttura
tat-testijiet. Il-monitoraġġ taċ-ċentri ta'
taħriġ mill-awtoritajiet nazzjonali jagħti wkoll kontribuzzjoni
importanti biex ikun żgurat li t-taħriġ huwa konformi
mal-għanijiet tad-Direttiva. 3.2. Aspetti
prinċipali li jridu jiġu mtejba u rakkomandazzjonijiet Abbażi tar-riżultati li
jikkonċernaw l-applikazzjoni tad-Direttiva, xi ftit kwistjonijiet
speċifiċi jistgħu jiġu mtejba. Fir-rigward tal-eżenzjonijiet
imniżżla fl-Artikolu 2 tad-Direttiva, il-fatt li diversi Stati
Membri japplikaw eżenzjonijiet differenti jista' joħloq problemi
għat-traffiku transkonfinali fi ħdan l-UE. Għalkemm il-Kummissjoni ma għandha
l-ebda għarfien ta' dawn il-każijiet, is-sewwieqa professjonali u
l-impriżi għadhom ikunu konxji tad-differenzi bejn l-Istati Membri li
jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 2 tad-Direttiva. Għalhekk, jista' jkun neċessarju
għall-Kummissjoni li toħroġ xi linji gwida, fuq perjodu ta'
żmien medju, sabiex tiċċara l-iskop tal-eżenzjonijiet skont
l-Artikolu 2. Fir-rigward tad-differenzi nazzjonali
fit-tfassil tal-iskedi tat-taħriġ perjodiku, l-iskambju ta' skedi
nazzjonali għandu jgħin biex jegħleb kwalunkwe diffikultà li
l-awtoritajiet tal-infurzar jistgħu jiffaċċjaw meta
jiċċekkjaw is-sewwieqa minn barra l-pajjiż. Dan jista' jsir
fil-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 12. Peress li d-Direttiva ma tkoprix din
il-kwistjoni, huwa essenzjali li tinżamm kooperazzjoni mill-qrib bejn
l-Istati Membri, b'mod partikolari fil-Kumitat ta' Taħriġ ta'
Sewwieqa Professjonali. F'dan l-isfond, ġiet stabbilita
mill-Kummissjoni lista ta' punti ta' kuntatt nazzjonali sabiex tiġi
ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. Fl-aħħar, jidher li fil-futur jkun
utli li jiġu involuti mill-qrib imsieħba soċjali u jiġu
kkonsultati fuq bażi regolari. Anness Skedi nazzjonali
għall-implimentazzjoni ta' taħriġ perjodiku għas-sewwieqa
bi drittijiet akkwiżiti (dati ta' skadenza biex jattendu l-ewwel kors) L-Awstrija || Kat. D: 10.9.2013 Kat. C: 10.9.2014 Il-Belġju || Kat. D: 10.9.2015 Kat. C: 10.9.2016 Il-Bulgarija || Kat. D liċenzja tas-sewqan maħruġa: qabel il-31.12.1970: 31.12.2009 mill-1.1.1971 sal-31.12.1980: 31.12.2010 mill-1.1.1981 sal-31.12.1990: 31.12. 2011 mill-1.1.1991 sal-31.12.2000: 31.12. 2012 mill-1.1.2001 sal-10.09.2008: 10.9.2013 Kat. C liċenzja tas-sewqan maħruġa: qabel il-31.12.1970: 31.12.2010 mill-1.1.1971 sal-31.12.1980: 31.12.2011 mill-1.1.1981 sal-31.12.1990: 31.12.2012 mill-1.1.1991 sal-31.12. 2000: 31.12.2013 mill-1.1.2001 sal-10.9.2009: 10.9.2014 Ċipru || Kollha: 26.1.2012 Ir-Repubblika Ċeka || Kollha: 1.8.2011 Id-Danimarka || Kat. D: Data tat-twelid Dati ta' skadenza 1, 2 jew 3 30 .6.2009 4, 5 jew 6 31 .12. 2009 7, 8 jew 9 30.6.2010 10, 11 jew 12 31.12.2010 13, 14 jew 15 30.6.2011 16, 17 jew 18 31.12.2011 19, 20 jew 21 30.6.2012 22, 23 jew 24 31.12.2012 25, 26 jew 27 30.6.2013 28, 29, 30 jew 31 31.12.2013 Kat. C: Data tat-twelid Dati ta' skadenza 1, 2 jew 3 30 .6.2010 4, 5 jew 6 31.12.2010 7, 8 jew 9 30.6.2011 10, 11 jew 12 31.12.2011 13, 14 jew 15 30.6.2012 16, 17 jew 18 31 .12.2012 19, 20 jew 21 30 .6.2013 22, 23 jew 24 31.12.2013 25, 26 jew 27 30 .6.2014 28, 29, 30 jew 31 31.12.2014 L-Estonja || Kollha: 1.9.2011 Il-Finlandja || Kat. D: 10.9.2013 Kat. C: 10.9.2014 Franza || Kat. D: 10.9.2011 Kat. C: 10.9.2012 Il-Ġermanja || Kat. D: 10.9.2015 Kat. C: 10 .9.2016 Il-Greċja || Kat. D: 10.9.2013 Kat. C: 10.9.2014 L-Ungerija || Kat. D: 10.9.2013 Kat. C: 10.9.2014 L-Irlanda || Kat. D: 10.9.2009 Kat. C: 10.9.2010 L-Italja || Kat. D: 10.9.2013 Kat. C: 10.9.2014 Il-Latvja || Kat. D: 10.9.2013 Kat. C: 10.9.2014 Il-Litwanja || Kat. D: 10.9.2013 Kat. C: 10.9.2014 Il-Lussemburgu || Kat. D: 10.9.2015 Kat. C: 10.9.2016 Malta || Kat. D: 9.9.2013 Kat. C: 9.9.2014 Il-Pajjiżi l-Baxxi || Kat. D: 10.9.2015 Kat. C: 10.9.2016 Il-Polonja || Kollha: 12.9.2014 Il-Portugall || Kat. D: sewwieqa li attwalment għandhom: 30 sena: sal-10.9.2011 bejn 31 u 40 sena: sal-10.9.2012 bejn 41 u 50 sena: sal-10.9.2013 iktar minn 50 sena: sal-10.9.2015 Kat. C: sewwieqa li attwalment għandhom: 30 sena: sal-10.9.2012 bejn 31 u 40 sena: sal-10.9.2013 bejn 41 u 50 sena: sal-10.9.2014 50 sena: sal-10.9.2016 Ir-Rumanija || Is-sistema ilha fis-seħħ mill-2003 Is-Slovenja Is-Slovakkja || Kat. D: 1.10.2008 Kat. C: 1.10.2009 Kat. D: 10.9.2013 Kat. C: 10 .9.2014 Spanja || a) Kat. D liċenzja tas-sewqan li tispiċċa bi: 1 jew 2: 10.9.2011 3 jew 4: 10.9.2012 5 jew 6: 10.9.2013 7 jew 8: 10.9.2014 9 jew 0: 10.9.2015 b) Kat. C liċenzja tas-sewqan li tispiċċa bi: 1 jew 2: 10.9.2012 3 jew 4: 10.9.2013 5 jew 6: 10.9.2014 7 jew 8: 10.9.2015 9 jew 0: 10.9.2016 L-Isvezja || Kat. D: 10.9.2015 Kat. C: 10.9. 2016 Ir-Renju Unit || Kat. D: 9.9.2013 Kat. C: 9.9.2014 In-Norveġja || Kat. D liċenzja tas-sewqan li tiskadi bejn l-10.9.2011 u l-10.9.2015: data ta' skadenza tal-liċenzja. Kat. D data ta' skadenza tal-liċenzja tas-sewqan: 2008: 2011 2009: 2012 2010: 2013 2011: 10.9.2011 mill-11.9. 2015: 2015 2016: 2014 2017: 2015 2018: 2014 Kat. C liċenzja tas-sewqan li tiskadi bejn l-10.9.2012 u l-10.9.2016: data ta' skadenza tal-liċenzja. Kat. C data ta' skadenza tal-liċenzja tas-sewqan: 2009: 2012 2010: 2013 2011: 2014 qabel l-10.9.2012: 2012 mill- 11.9.2016: 2016 2017: 2015 2018: 2016 [1] ĠU L 226, 10/09/2003, pp. 4-17, kif emendat. [2] Skont
il-valutazzjoni tal-impatt, 'On measures enhancing the effectiveness and
efficiency of the tachograph system', SEC 2011(948), DĠ MOVE. [3] Xi stimi
pprovduti mill-awtoritajiet nazzjonali: 510 minn 15 000 fl-Ungerija, bejn
100 u 200 minn 11 000 fil-Polonja, 190 minn 3 042 fil-Portugall,
185 minn 9 571 fir-Rumanija, 24 minn 9 638 fis-Slovakkja, 23 minn
10 136 fir-Renju Unit, l-ebda wieħed minn 8 606 fil-Bulgarija, 3
minn 615 fil-Litwanja. [4] Skont
l-Artikolu 2, id-Direttiva ma tapplikax għal sewwieqa ta':
(a) vetturi b'veloċità massima awtorizzata li ma taqbiżx
il-45 km fis-siegħa;
(b) vetturi użati minn jew taħt il-kontroll tal-forzi armati,
protezzjoni ċivili, servizz tat-tifi tan-nar u forzi responsabbli
għaż-żamma tal-ordni pubbliku;
(c) vetturi li jkunu qed isirulhom testijiet fit-triq għal skopijiet ta'
żvilupp tekniku, tiswija jew manutenzjoni, jew vetturi ġodda jew
mibnija mill-ġdid li għadhom ma bdewx jintużaw;
(d) vetturi użati f'każijiet ta' emerġenza jew għal
xogħol ta' salvataġġ;
(e) vetturi użati għal lezzjonijiet tas-sewqan għal kull persuna
li tkun tixtieq tikseb liċenzja tas-sewqan jew CPC, kif provdut
fl-Artikolu 6 u l-Artikolu 8(1);
(f) vetturi użati għal ġarr ta' passiġġieri jew
prodotti, għal użu privat u mhux kummerċjali;
(g) vetturi li jġorru materjali jew tagħmir biex ikun użat
mis-sewwieq waqt ix-xogħol tiegħu, bil-kundizzjoni li s-sewqan
tal-vettura ma jkunx ix-xogħol ewlieni tas-sewwieq. [5] Dan
it-tagħrif mhux ġej mill-kwestjonarji mibgħuta lura mill-Istati
Membri iżda ġie kkomunikat lill-Kummissjoni minn xi awtoritajiet
nazzjonali. [6] ĠU L 237,
24.8.1991, pp. 1-24. [7] L-Awstrija,
id-Danimarka, l-Ungerija, l-Irlanda u r-Rumanija. [8] In-Norveġja. [9] Il-Finlandja
u l-Isvezja. [10] Il-Greċja,
l-Italja u l-Latvja. [11] Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Lussemburgu u l-Polonja. [12] Il-Litwanja. [13] Is-Slovenja. [14] Pereżempju,
dan jiġri fil-Bulgarija. [15] Dan huwa l-każ tal-Isvezja. [16] Minbarra
l-Lussemburgu, fejn it-taħriġ inizjali huwa ffinanzjat mis-settur
pubbliku, f'ħafna Stati Membri l-aġenziji nazzjonali
għall-impjiegi jagħtu xi tip ta' finanzjament
għat-taħriġ. [17] Dan huwa l-każ ta' Malta u n-Norveġja. [18] In-Norveġja
teħtieġ li s-sewwieqa li jkunu qed jitħarrġu, jiksbu
ċertu grad ta' progress fil-programm tal-liċenzja tas-sewqan qabel ma
jibdew il-programm ta' kwalifika inizjali. [19] Id-Danimarka, in-Norveġja, Franza u l-Latvja rispettivament. [20] Il-Lussemburgu, ir-Rumanija u Franza rispettivament. [21] Il-ftehim
intlaħaq fil-laqgħa tal-Kumitat fis-27 ta' Mejju 2009.
Intbagħtet nota maħruġa mis-servizzi tal-Kummissjoni lill-membri
kollha tal-Kumitat għal aktar tagħrif. [22] Fil-Lussemburgu,
il-Ministru tat-Trasport jiddeċiedi abbżi ta' każ b'każ,
wara li jqis l-opinjoni tal-kummissjoni responsabbli fil-Ministeru
tal-Iżvilupp Sostenibbli u l-Infrastruttura. F'Malta, l-awtoritajiet
jagħmlu verifika u jsir skambju ta' dejta mal-awtorità kompetenti
tal-Istat Membru tas-sewwieq.