This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012DC0037
REPORT FROM THE COMMISSION TO THE COUNCIL on the Pension Scheme of European Officials and Other Servants of the European Union
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-Iskema tal-Pensjoni tal-Uffiċjali Ewropej u ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-Iskema tal-Pensjoni tal-Uffiċjali Ewropej u ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea
/* COM/2012/037 final */
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-Iskema tal-Pensjoni tal-Uffiċjali Ewropej u ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea /* COM/2012/037 final */
SOMMARJU
EŻEKUTTIV L-Iskema tal-Pensjonijiet tal-Uffiċjali u
l-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem 'il-PSEO')
tiffunzjona bħala fond nozzjonali bil-benefiċċji definiti.
Minkejja li ma hemm l-ebda fond attwali ta' investiment, huwa kkunsidrat li
l-ammont li kien ikun miġbur minn tali fond huwa rifless fl-obbligazzjoni
tal-pensjoni ggarantita mill-Artikolu 83 tar-Regolament tal-Persunal u
l-Atikolu 4(3) tat-TUE. Il-PSEO issegwi prinċipju ta’ bilanċ
attwarjali u r-rata tal-kontribuzzjoni tal-pensjoni hija l-mekkaniżmu li
jżomm l-iskema bbilanċjata. Jekk il-valutazzjoni attwarjali,
bbażata fuq parametri varji definiti mir-Regolamenti tal-Persunal, turi li
jeħtieġ li tkun applikata rata tal-kontribuzzjoni għall-pensjoni
differenti mir-rata fis-seħħ sabiex tkopri d-drittijiet
għall-pensjoni miksuba f'sena partikolari, dik ir-rata tkun
aġġustatat mill-Kunsill abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni u
rapport tal-Eurostat. Meta l-membri tal-persunal iħallsu l-kontribuzzjoni
tal-pensjoni aġġustata b'din ir-rata, huma jiksbu drittijiet
għall-pensjoni għal sena partikolari, li huma protetti minn
prinċipju ta' drittijiet miksuba. Il-PSEO hija skema mandatorja tal-pensjoni
okkupazzjonali għall-impjegati taċ-ċivil tal-UE u bħala
tali għandha tkun imqabbla ma' skemi tal-pensjonijiet għall-impjegati
tas-servizz ċivili fl-Istati Membri u organizzazzjonijiet internazzjonali
oħrajn, aktar milli mal-iskemi ġenerali ta' pensjoni nazzjonali
għas-settur privat. 1. Il-parametri prinċipali li
għandhom ikunu evalwati L-aspetti kollha tal-iskema tal-pensjoni
għandhom ikunu kkunsidrati fl-intier tagħhom, waqt li jitqisu wkoll
l-aspetti speċifiċi tas-servizz ċivili tal-UE, sabiex ikunu
żgurati pensjonijiet adegwati, sostenibbli u siguri għall-persunal
tal-Istituzzjonijiet tal-UE. Fir-rigward tal-età tal-pensjoni (eta' tal-irtirar
normali, mandatorja u minima), l-Istituzzjonijiet tal-UE jidher li huma fi
ħdan il-firxa tal-iskemi li jeżistu fl-Istati Membri
għall-impjegati tas-servizz ċivili nazzjonali. Jekk il-Proposta tal-Kummissjoni
tal-2011 dwar ir-reviżjoni tar-Regolamenti tal-Persunal (minn hawn 'il
quddiem 'il-Proposta tal-Kummissjoni') tkun adottata mill-Kunsill u
mill-Parlament, l-Istituzzjonijiet tal-UE ikunu konformi ma' dawk l-Istati
Membri li huma l-iktar avvanzati fir-riforma tas-sistemi tagħhom
tal-pensjonijiet u kompletament konformi mal-orjentazzjonijiet tal-Green Paper
lejn sistemi Ewropej għal pensjonijiet adegwati, sostenibbli u siguri
(minn hawn 'il quddiem 'il-Green paper'). Ħafna mill-Istati Membri
għad jeħtiġilhom iwettqu riformi strutturali għal dan
il-għan. Il-PSEO hija jew konformi jew anki tikkompara
b'mod inqas favorevoli (billi tagħti intitolamenti iktar baxxi) mal-iskemi
tal-Istati Membri fir-rigward tar-rata ta' akkumulazzjoni, il-bażi
għall-pensjonijiet, ir-rata ta' pensjoni massima possibbli
għall-pesnjoni u r-rata ta' kontribuzzjonijiet tal-persunal.
Il-pensjonijiet fil-PSEO huma aġġustati fl-istess livell
bħar-remunerazzjoni fl-Istituzzjonijiet tal-UE. B'riżultat ta' dan,
il-pensjonijiet imħallsa mill-PSEO tilfu 5.4%[1] tal-kapaċità tal-akkwist
mill-2004. Fir-rigward tal-progress tal-individwu fl-iskema
tas-salarji, minkejja li għandha impatt fuq il-kostijiet tal-pensjoni,
is-sistema tal-karrieri ma għandhiex tinbidel jekk l-għan tagħha
huwa biss li jintlaħaq iffrankar fuq il-pensjonijiet. L-ewwel
kunsiderazzjoni għandha tkun il-ħtieġa li jkun attirat,
jinżamm u jkun immotivat il-persunal attiv tal-Istituzzjonijiet tal-UE.
Dawn kienu l-kunsiderazzjonijiet li ttieħdu fil-bidla sħiħa
tal-istruttura tal-karrieri fl-2004, li stabbilixxit struttura tal-karriera
bbażata fuq il-mertu li tipprovdi inċentivi għall-prestazzjoni
matul il-karriera kollha. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll għadd ta'
aspetti oħra ta' politika relatati mal-pensjonijiet elenkati fit-talbiet
tal-Kunsill, notevolment ir-rwol tal-pensjonijiet fil-pakkett ġenerali ta'
kumpens għall-persunal tal-UE u li jkun żgurat provvediment ġust
għall-pensjonijiet fil-futur mal-forza tax-xogħol tal-UE.
Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li d-dispożizzjonijiet
tal-PSEO huma aġġornati u konformi mal-għanijiet ta' politika
tal-Istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll mal-orjentazzjonijiet tal-Green Paper. 2. Riflessjoni fuq bidliet possibbli fl-PSEO Il-ħolqien possibbli ta' fond
għall-pensjonijiet jista' jwassal għall-kostijiet addizzjonali, hekk
kif il-valur tal-fond nozzjonali ikollu jkun trasferit għal fond ta'
investiment. Madanakollu, meta jgħaddi ż-żmien, in-nefqa annwali
baġitarja fuq il-pensjonijiet tonqos, għax il-pensjonijiet
jitħallsu mill-fond. Inċentivi għall-provvediment ta' pensjoni
privata jistgħu jkunu kkunsidrati, għalkemm ċerti kwistjonijiet
bħall-kostijiet addizzjonali għall-maniġment u s-sigurtà
tal-investiment għandhom ikunu indirizzati. Il-ħolqien ta' kategorija ta' persunal
b'kuntratt fl-2004 ġabet magħha, u se tkompli twassal għal,
iffrankar kunsiderevoli. Madanakollu, huwa importanti wkoll li l-istess skema
tal-pensjonijiet tinżamm għall-uffiċjali u
għall-aġenti kuntrattwali sabiex il-pożizzjonijiet
tal-aġenti kuntrattwali jibqgħu attraenti għall-persunal
kwalifikat. Għalhekk il-Kummissjoni tikkonkludi li
l-parametri kollha tal-PSEO huma konformi mal-iskemi tal-pensjoni
għall-impjegati tas-servizz ċivili nazzjonali tal-Istati Membri.
Madanakollu, sabiex tikkonforma mal-orjetazzjonijiet tal-Green Paper, l-iskema
ta' rtirar kmieni għandha tkun ristretta, u kemm l-età tal-irtirar normali
u kif ukoll dik mandatorja għandhom ikunu posposti sa 65 u 67
rispettivament, hekk kif dispost fil-proposta tal-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni vvalutat
l-iffrankar addizzjonali li kieku jirriżulta mill-Proposta tal-Kummissjoni
abbażi ta' tlett approċi: in-nefqa annwali għall-pensjonijiet,
il-kost tas-servizz li jirrifletti l-kost annwali tad-drittijiet tal-pensjoni u
jikkorrispondi għall-ammont li għandu jkun investit fil-fond
għall-pensjonijiet li kieku kien jeżisti, u d-dovuti
għall-pensjonijiet. Il-miżuri spjegati fil-Proposta
tal-Kummissjoni, jekk adottati, se jkollhom impatt kunsiderevoli f'termini ta'
tnaqqis tal-kostijiet tal-pensjoni fuq meddha twila taż-żmien.
B'riżultat ta' dawk il-miżuri, in-nefqa annwali
għall-pensjonijiet kieku tonqos b'madwar EUR 500 miljun fuq
meddha twila ta' żmien, u l-kost tas-servizzi, li jikkorrispondi
għall-kost annwali tad-drittijiet tal-pensjoni akkwiżiti, jkun
imnaqqas b'9,5% Dan ikollu impatt immedjat fuq l-obbligu tal-pensjonijiet
għall-persunal attiv, li jonqos b'14,5%.
1.
Introduzzjoni
1.1.
Talba għar-rapport
Bħala parti mid-diskussjoni fil-Kunsill
rigward ir-rapport tal-Kummissjoni fuq l-Anness XI (analiżi ta' nofs
it-terminu)[2],
il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tagħmel studju dwar
l-implikazzjonijiet baġitarja fit-tul tal-kostijiet tal-pensjoni
tal-persunal tal-Istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE. Fit-18 ta' Awwissu 2010
l-Kummissjoni ppreżentat studju tal-Eurostat dwar l-implikazzjonijiet
baġitarji fuq terminu twil tal-kostijiet tal-pensjonijiet[3]. Eurostat fakkret il-prinċipji ewlenin
tal-PSEO u enfasizzat li "huwa importanti li jkun apprezzat li n-nefqa
il-ġdida tal-pensjoni dovuta lill-membru tal-persunal li qed jirtira llum
diġà tħallset, taħt il-forma ta' kontribuzzjonijiet
għall-pensjoni mħallsa matul il-perjodu ta' servizz ta' dak il-membru
tal-persunal"[4].
Meta membri tal-persunal iħallsu l-kontribuzzjoni għall-pensjoni
aġġustata b'din ir-rata, huma jiksbu drittijiet għall-pensjoni
għal sena partikolari, li hija protetta mill-prinċipju ta' drittijiet
akkwiżiti. L-istudju msemmi hawn fuq indirizza x-xejriet
maġġuri fin-nefqa għall-pensjoni tal-PSEO matul 50 sena (2010-2059)
u wera li l-PSEO għadha ma mmaturatx. Dan huwa għaliex, minkejja li
l-iskema ilha teżisti mill-1962, l-għadd ta' persunal kiber
b'riżultat tat-tkabbir suċċessiv tal-UE, ta' kompiti ġodda
għall-Istituzzjonijiet tal-UE u tat-tendenza kontinwa li jkunu stabbiliti
korpi ġodda tal-UE. Konsegwentament, bejn l-2010 u l-2059, in-numru ta'
benefiċjarji se jikber b'109%. Konsegwenza oħra tal-fatt li l-iskema
għadha mhux matura hija li n-nefqa annwali għall-pensjonijiet se
tikber matul il-perjodu ta' projjezzjoni. In-nefqa totali għall-pensjoni
(bi prezzijiet kostanti) se tiżdied minn EUR 1 235 miljun
fl-2010 biex tilħaq il-pik tagħha fl-2045 b'EUR 2 490 miljun,
qabel ma tinżel għal EUR 2 259 miljun fl-2059.
In-nefqa għall-pensjoni hija għalhekk projjettata tikber iktar
bil-mod minn numru ta' pensjonanti u imbagħad se tibda nieżla,
prinċipalment minħabba l-effetti tar-riformi tal-2004 fir-Regolamenti
tal-Persunal[5]. Eurostat ikkalkulat li l-iffrankar annwali
għall-baġit tal-UE bejn l-2010 u l-2059 li rriżulta mir-riforma
tal-2004 se jiżdied maż-żmien biex jilħaq EUR 1 047 miljun
fl-2059. Dan ifisser li n-nefqa totali tal-pensjoni fl-2059, li hija issa
projjettata li tikber bi 83% meta mqabbla mal-2010, kienet se tkun żdidet
b'168% mingħajr ir-riforma tal-2004. L-iffrankar totali tal-kost matul 50
sena huwa projettat li jkun EUR 24 785 miljun. Dan jista' jkun
saħansitra estimu baxx tal-iffrankar totali mir-riforma tal-2004,
għax ma jikkunsidrax iffrankar mill-bidliet għall-pensjonijiet
tal-invalidità u tas-superstiti. Il-Kunsill ħa nota tal-istudju u talab
lill-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni tal-elementi kollha li għandhom
impatt sinifikanti dwar il-kostijiet tal-pensjoni, u sejjaħ
lill-Kummissjoni biex waqt il-valutazzjoni tagħha tikkunsidra għadd
ta' aspetti ta' politika. Addizzjonalment, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni
biex sa' tmiem l-2011 tressaq proposti xierqa biex ikunu emendati r-Regolamenti
tal-Persunal abbażi ta' din il-valutazzjoni. L-istruttura tar-rapport preżenti hija
konformi mat-talba tal-Kunsill imsemmija hawn fuq.
1.2.
Green Paper lejn sistemi ta’ pensjonijiet Ewropej
adegwati, sostenibbli u siguri
B'mod parallel mal-proċess imsemmi hawn fuq
mibdi mill-Kunsill, il-Green Paper lejn sistemi Ewropej adegwati, sostenibbli u
siguri[6],
varat dibattitu Ewropew fuq l-isfidi ewlenin li qed jiffaċċaw
is-sistemi tal-pensjoni jiġifieri. tixjiħ demografiku u il-kriżi
ekonomika u finanzjarja. Hija ddefinit il-prioritajiet għall-immodernizzar
tal-politiki tal-pensjoni fl-UE sabiex jinkisbu żewġ objettivi
ġenerali predominanti, jiġifieri li jindirizzaw l-adegwatezza
tal-pensjonijiet u l-iżgurar tas-sostenibbiltà. Dawn l-objettivi
jistgħu jinkisbu, inter alia, billi: –
jinkiseb bilanċ sostenibbli bejn
iż-żmien li wieħed ikun qatta' fix-xogħol u
ż-żmien mgħoddi fl-irtirar; –
jitneħħew l-ostakoli għal mobilità
fl-UE billi jissaħħaħ is-suq intern għall-pensjonijiet u
titjieb il-mobilità tal-pensjonijiet; –
ikunu promossi pensjonijiet iktar siguri, u iktar
trasparenti b'konoxxenza u informazzjoni aħjar.
2.
Metodoloġija
2.1.
Approċ
kumparattiv
Sabiex ikun ivvalutat jekk il-PSEO hiex konformi
mal-iskemi nazzjonali ta' pensjon, il-Kummissjoni użat approċ
kumparattiv. Dan l-approċ kien jeħtieġ li tkun definita
l-metodoloġija, jiġifieri li jkun definit kampjun kumparabbli, qafas
ta' żmien u elementi kumparabbli tal-iskemi differenti tal-pensjonijiet
għall-impjegati taċ-ċivil. Ovvjament, waqt il-valutazzjoni
tal-elementi separati matul l-iskemi tal-pensjonijiet, għandna niftakru li
huma inter-relatati u inter-dipendenti. Għalhekk, huwa biss billi
ngħaqdu dawn l-elementi kollha flimkien li nistgħu nipprovdu
l-istampa sħiħa ta' skema tal-pensjonijiet partikolari
għall-impjegati taċ-ċivil. Fl-istess waqt jeħtiġilna
li noqgħodu attenti għall-kumplesssità u l-karatteristiċi
partikolari tal-iskemi tal-pensjonijiet li qed jiġu kkumparati. Meta jkun qed jiġi definit il-qafas ta'
żmien jeħtieġ li nżommu f'moħħna d-dinamiżmu
u d-diversità tal-iskemi tal-pensjonijiet għall-impjegati
taċ-ċivil. Ta' spiss kundizzjonijiet differenti japplikaw
għall-impjegati taċ-ċivil skont l-età, id-dipartiment li
jaħdmu fih jew il-ġurnata meta kienu bdew jagħtu s-servizz
tagħhom (jew id-data tad-dħul tagħhom fis-suq tax-xogħol).
Din id-diversità hija inerenti b'mod li r-riformi fl-iskema tal-pensjonijiet
ikunu, xi drabi, introdotti b'riżultat tal-ħtieġa li jkunu
ppreservati ċert drittijiet akkwiżiti. Sabiex ikun hemm
riżultati kumparabbli, dan ir-rapport iqis is-sitwazzjoni preżenti
għall-impjegati taċ-ċivil li jidħlu fis-servizz fl-2011 u
miżuri tranżitorji li jiddaħħlu fis-seħħ.
2.2.
Nikkumparaw kif
xieraq
Il-PSEO hija skema obbligatorja okkupazzjonali
għall-pensjoni għall-impjegati taċ-ċivil kollha tal-UE u
bħala tali għandha tkun imqabbla mal-iskemi tal-pensjoni
tal-impjegati taċ-ċivil fl-Istati Membri u organizzazzjonijiet
internazjonali oħra aktar milli mal-iskemi nazzjonali ġenerali
tal-pensjonijiet għas-settur privat. L-iskemi ġenerali
tal-pensjonijiet huma ħafna drabi definiti mill-Istat u normalment ma
japplikawx għall-impjegati taċ-ċivil. Minkejja li f'dan ir-rapport il-Kummissjoni ma
qablitx il-PSEO mal-iskema tal-pensjonijiet ta' organizzazzjonijiet
internazzjonali oħra, hija tikkunsidra tali tqabbil kumpletament xieraq
minħabba l-karatteristiċi simili tal-persunal u n-natura kumparabbli
tax-xogħol. Il-Kummissjoni ma teskludix il-possibbiltà li tagħmel
tali analiżi fil-futur. Sabiex tivvaluta jekk il-PSEO hix konformi
mal-iskemi tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil, il-Kummissjoni
talbet lill-Istati Membri jirrispondu għall-kwestjonarju dwar l-iskemi
tal-pensjonijiet tal-impjegati nazzjonali taċ-ċivili fil-gvern
ċentrali. Sitta u għoxrin Stat Membru bagħtu r-risposti
tagħhom, waqt li Franza naqset milli tagħmel dan minkejja bosta
tfakkiriet. Dan ir-rapport huwa bbażat fuq ir-risposti mibgħuta
mill-Istati Membri. Meta tkun qed tiġi vvalutata l-PSEO,
is-sitwazzjoni speċifika tal-persunal tal-UE għandha tkun
ikkunsidrata: l-Istituzzjonijiet tal-UE prinċipalment jirrekluataw
persunal espatrijat mis-27 Stat Membru li għandhom differenzi sinifikanti
bejniethom fis-sistemi tal-pensjoni. Dan mhux il-każ għaċ-ċivil
tal-Istati Membri. F'termini ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra,
in-Nazzjonijiet Uniti biss hija ta' daqs kumparabbli u għalhekk huwa
diffiċċli li wieħed jikkumpara l-istess affarijiet. Minkejja li
l-Kummissjoni tikkunsidra li l-iskemi tal-pensjoni tal-organizzazzjonijiet
internazzjonali u l-iskemi nazzjonali tal-pensjoni oħrajn huma l-iktar
xierqa għall-għanijiet ta' tqabbil, tali tqabbil għandu
limitazzjonijiet inerenti, li huma sottolineati fir-rapport. Pereżempju,
bosta skemi fl-Istati Membri huma skemi ta' pagament progressiv, waqt li l-PSEO
topera bħala fond nozzjonali. Il-komponenti kollha tal-iskema tal-pensjoni
għandhom ikunu kkunsidrati flimkien, waqt li jitqiesu l-aspetti
speċifiċi tas-servizz ċivili tal-UE, sabiex ikunu żgurati pensjonijiet
adegwati, sostenibbli u siguri għall-persunal tal-Istituzzjonijiet tal-UE. L-Istituzzjonijiet tal-UE jirreklutaw
prinċipalment persunal espatrijat mis-27 Stat Membru, u jikkompetu fis-suq
tax-xogħol internazzjonali ma' organizzazzjonijiet oħra
internazzjonali, servizzi diplomatiċi, servizzi tal-gvern ċentrali,
kumpaniji multinazzjonali, kumpaniji legali, konsulenti finanzjarji, etc. Huma
jeħtieġ li jibqgħu impjegaturi attratenti sabiex iżommu
l-bilanċ ġeografiku fost il-persunal u jkunu jistgħu jwettqu
l-politiki sabiex jissodisfaw l-aspettativi taċ-ċittadini tal-UE u
l-Istati Membri.
2.3.
Skemi separati
tal-pensjoni għall-impjegati taċ-ċivil
Hemm skemi ta' pensjoni okkupazzjonali separati
għall-impjegati taċ-ċivil fl-organizzazzjonijiet internazzjonali
kollha, f'madwar nofs il-pajjiżi tad-dinja u fil-maġġoranza
tal-Istati Membri tal-UE. Skemi integrati huma universali fl-Istati l-Membri
l-ġodda, minkejja li spiss b'regoli differenti għall-gruppi
differenti ta' ħaddiema. Fl-Irlanda u Spanja, l-impjegati tas-servizz
ċivili huma koperti mill-iskema nazzjonali tal-pensjonijiet, iżda
għandhom l-arranġamenti tagħhom biex iżidu fuq l-introjtu
tal-irtirar (pensjonijiet addizzjonali bil-benfiċċji addizzjonali
għall-impjegati taċ-ċivil). Fir-Renju Unit, l-impjegati
taċ-ċivil huma koperti minn parti mill-arranġamenti tal-pensjoni
mandatorja li japplikaw għall-ħaddiema tas-settur privat. Ir-raġunament wara l-provvediment
tal-pensjonijiet għall-impjegati taċ-ċivil huwa kemmxejn
differenti minn dak li hemm wara l-ħolqien tal-iskemi ġenerali
tal-pensjonijiet, li l-għan tagħhom huwa li jiżguraw introjtu
adegwat għall-irtirar. L-għanijiet proposti huma dawn li ġejjin:
l-iżgurar tal-indipendenza tal-impjegati taċ-ċivil, li karriera
fis-servizz pubbliku tkun attraenti, il-posponiment tal-kost tar-remunerazzjoni
tal-impjegati pubbliċi għall-futur u l-iżgurar li
d-dispożizzjonijiet tal-irtirar għall-impjegati pubbliċi l-iktar
anzjani jkun politikament u soċjalment aċċettabbli. Waqt li l-iskemi tal-pensjonijiet
taċ-ċivil jikkondividu xi wħud mill-għanijiet tal-politika
soċjali tal-programmi nazzjonali tal-pensjonijiet, huma jridu jakkomodaw
ukoll il-politika tar-riżorsi umani tal-impjegatur. Għalhekk
il-politika tal-pensjonijiet tas-servizz pubbliku tinvolvi wkoll kwistjonijiet
ġenerali tar-remunerazzjoni u l-kumpens tas-servizz pubbliku[7].
3.
L-iskema tal-pensjonijiet għall-uffiċjali ewropej (PSEO)
3.1.
Il-kunċetti ewlenin
3.1.1.
Referenzi legali
Skont l-Artikolu 83 tar-Regolament
tal-Persunal –
il-benefiċċji mħallsa skont din
l-iskema tal-pensjonijiet għandhom jkunu koperti mill-baġit
tal-Unjoni, –
l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu b'mod
konġunt il-ħlas ta' tali benefiċċji, –
l-uffiċjali għandhom jikkontribwixxu
għall-kost tal-iffinanzjar tal-iskema tal-pensjonijiet. L-Artikolu 83a u l-Anness XII
tar-Regolament tal-Persunal stabbilixxew ir-regoli attwarjali
għall-komputazzjoni tar-rata ta’ kontribuzzjoni sabiex jiġi ggarantit
il-bilanċ tal-iskema tal-pensjonijiet. Il-benefiċċji mħallsa skont
l-iskema huma mniżżla fil-Kapitolu 3 tat-Titolu V tar-Regolamenti
tal-Persunal, kif ukoll f-Anness VII tagħhom.
3.1.2.
Il-prinċipju tal-fond nozzjonali
Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar
(KEFA) kellha fond tal-pensjonijiet, iżda kien żmantellat u sostitut
mill-fond nozzjonali meta kienu amalgamati l-Istituzzjonijiet tal-Komunitajiet
fl-1967. Il-fond nozzjonali twaqqaf għall-Komunità Ekonomika Ewropea
bl-adozzjoni tar-regolament tal-Persunal fl-1962. Wieħed għandu jżomm quddiem
għajnejh li l-PSEO ma toperax bħala skema fuq bażi ta' ħlas
progressiv. Fi skema progressiva, ir-rata tal-kontribuzzjoni
għall-pensjoni jew il-benefiċċji tal-pensjoni huma
aġġustati sabiex ikun hemm bilanċ annwali bejn il-kontribut
miġbur u n-nefqa għall-pensjonijet. Jekk il-bilanċ ma jistax jintlaħaq,
il-baġit jiffinanzja d-differenza permezz tat-taxxi. Dan mhux il-każ tal-PSEO, fejn il-kontribut
għall-pensjoni ikopri l-kost tad-drittijiet għall-pensjoni
akkwiżiti f'sena partikolari u mhu marbut bl-ebda mod man-nefqa fuq
il-pensjonijiet għal dik is-sena. Meta l-PSEO jilħaq il-maturità, neċessarjament
se jkun hemm distakk bejn il-kontribut għall-pensjoni u n-nefqa
għall-pensjoni, li hu dovut għall-imgħax li hu applikat fuq
il-kontribut miġbur sakemm ikollu jitħallas lura bħala
benefiċċji tal-pensjoni. Għalkemm ma hemm l-ebda fond ta' investiment
attwali, huwa kkunsidrat li l-ammont li jkun inġabar għal tali fond,
jkun investit fl-Istati Membri (abbażi tar-rati annwali medji
tal-imgħax fuq id-dejn pubbliku għal terminu twil tal-Istati Membri)
u jkun rifless fl-obbligu tal-pensjonijiet, li huma garantiti
mill-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 4(3)
tat-TUE. Fejn għandu x'jaqsam il-baġit, l-iskema
tal-pensjonijiet ipproduċiet dħul nett fil-passat, minħabba li
l-persunal attiv ħallas kontributi għal drittijiet tal-pensjonijiet
li huma kisbu, waqt li ftit mill-persunal irtirat jew invalidu fil-fatt ħa
l-benefiċċji. Id-dħul ikkonsista mill-kontribut tal-pensjoni
mħallsa mill-persunal flimkien mal-kontribut tal-impjegatur, li
madanakollu ma kienx imħallas f'fond, iżda kien biss rifless
fl-obbligu tal-pensjoni. Fuq terminu itwal, hekk kif persunal attiv
joħroġ bil-pensjoni, se jkun hemm żieda inevitabbli fin-nefqa
tal-pensjoni. Iż-żieda se tkompli sa madwar iż-żmien meta
l-iskema tal-pensjoni tilħaq il-maturità – jiġifieri, sakemm in-numru
ta' rtirati deċeduti fi kwalunkwe sena jibbilanċja in-numru ta'
benefiċċjarji ġodda. L-ammonti li kieku kienu jkunu koperti
mill-fond tal-pensjoni huma issa koperti (u se jibqgħu koperti)
mill-baġit u għandhom impatt fuq l-obbligu tal-pensjoni. Skont l-approċ tal-fond nozzjonali,
il-kontributi tal-persunal ma ġewx imwarrba f'fond attwali
tal-pensjonijiet, iżda minflok ġew kreditati fuq il-baġit tal-UE
meta nġabru u ntefqu skont id-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja,
jiġifieri ma kinux assenjat għal xi qasam politiku partikolari. Fil-każ
ta' dak li jifdal, li normalment tikkorispondi għall-parti tal-kontribut tal-impjegatur,
kien deċiż li dan ma jinġabarx[8];
minflok, l-Istituzzjonijiet tal-UE daħlu responsabbli li jħallsu
l-benefiċċji futuri tal-pensjonijiet (li għandhom ikunu
inklużi fil-baġit tal-Unjoni) meta l-persunal jirtira. Skont
l-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Istati Membri għandhom
jiggarantixxu l-ħlas tal-benfiċċji b'mod konġunt. B’riżultat ta' dan il-baġit kien
qiegħed, effettivament, jissellef dawn il-flus mill-membri tal-iskema,
waqt li jagħti garanzija li jħallas benefiċċji futuri. Dan
il-bilanċ tal-ammonti mislufa u l-ammonti mħallsa lura huwa rifless
fl-obbligu tal-pensjoni. Hekk kif il-membri tal-PSEO jilħqu l-età
tal-irtirar, il-flus iridu jitħallsu lura lilhom bħala
benefiċċji tal-irtirar. Għalhekk, in-nefqa relatat
mal-pensjonijiet żdiedet gradwalment fil-passat, u din il-bixra se tkompli
sa madwar iż-żmien meta l-iskema timmatura. B'relazzjoni ma dan it-tkabbir fin-nefqa
tal-pensjonijiet, huwa importanti li wieħed jifhem li n-nefqa ġdida
tal-pensjonijiet dovuti lill-persunal li qed jirtira fil-preżent kienet
diġà mħallsa[9]
permezz tal kontributi għall-pensjonijiet imħallsa minn dawk
il-membri tal-persunal matul il-perjodu ta' servizz tagħhom, u
l-intitolment tal-pensjonijiet tagħhom li għandhom ikunu mħallsa
minn meta jirtiraw huma koperti mill-obbligu tal-pensjonijiet.
3.1.3.
Il-prinċipju ta’ bilanċ attwarjali
Il-PSEO ssegwi l-prinċipju tal-bilanċ
attwarjali. Il-kontribuzzjoni annwali mħallsa mill-persunal trid tkopri
terz tad-drittijiet li l-persunal ikun kiseb matul sena partikolari.
Id-drittijiet miksuba tal-impjegati taċ-ċivil tal-UE matul sena
partikolari jikkorrispondu mal-pensjonijiet futuri li l-persunal se
jirċievi wara l-irtirar, kif ukoll l-intitolament (taħt ċerti
kundizzjonijiet) għall-benefiċċju ta’ invalidità, pensjoni
għas-superstiti, u pensjoni tal-orfni. Fi kliem ieħor,
il-kontribuzzjoni annwali hija maħsuba biex tiffinanzja terz tal-kost
tas-servizz taħt l-iskema tal-pensjonijiet, jiġifieri sensiela ta’
pagamenti li se jinqalgħu fil-ġejjieni. Sabiex din il-komputazzjoni
ssir possibbli, is-sensiela ta’ pagamenti għal impjegati
taċ-ċivil Ewropej trid tiġi evalwata fil-valur preżenti
tagħha (b’użu ta’ "rata ta’ tnaqqis" tar-rata
tal-imgħax). Għaldaqstant, il-komputazzjoni hija valutazzjoni
attwarjali. F’termini tekniċi, il-metodu użat
fil-komputazzjoni tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-pensjoni huwa dak preskritt
mill-istandard internazzjonali tal-kontabbiltà IPSAS25[10] u msejjaħ “kreditu
unitarju mbassar”. Is-somma tal-valuri attwarjali tad-drittijiet miksuba minn
membri attivi tal-persunal, imsejħa “kost tas-servizz” fil-prattika
attwarjali, hija mqabbla mat-total annwali tas-salarji bażiċi tagħhom
sabiex tinħadem ir-rata ta’ kontribut. Ir-rata ta' kontribut għall-pensjoni
żżomm il-PSEO f'bilanċ. Jekk il-valutazzjoni attwarjali,
ibbażata fuq parametri varji definiti mir-Regolamenti tal-Persunal, turi
li jeħtieġ li tkun applikata rata tal-kontribuzzjoni
għall-pensjoni differenti mir-rata fis-seħħ sabiex tkopri
d-drittijiet tal-pensjoni miksuba f'sena partikolari, dik ir-rata tkun
aġġustatat mill-Kunsill abbażi ta' proposta tal-Kummissjoni. Il-kontribuzzjonijiet imħallsa matul is-sena
attwali ma jiġux ikkalkolati sabiex ikopru l-pagamenti tal-pensjoni
għas-sena attwali: huma jistgħu jkunu ogħla jew iktar baxxi.
Il-prinċipju ta’ bilanċ attwarjali jiggarantixxi bilanċ għat-tul,
mhux bilanċ għal kull sena: dan huwa kunċett differenti minn
bilanċ tal-likwidità ta’ kull sena.
4.
Analiżi kumparattiva tal-karatteristiċi ewlenin tal-iskemi
tal-pensjoni tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali u l-impjegati
taċ-ċivil Ewropej
4.1.
L-età tal-pensjoni
Il-Green Paper tiddefinixxi "l-età normali
għall-pensjoni" bħala l-"età li fiha membru tal-iskema tal-pensjoni
jkun eliġibbli biex jirċievi l-benefiċċji sħaħ
tal-pensjoni". L-"età mandatorja għall-irtirar" hija l-età
li fiha l-kuntratt ta' impjieg jiskadi awtomatikament b'effett tal-età
kronoloġika. L-"età effettiva" tal-irtirar hija dik li fiha
individu atwalment jirtira. Bħala regola ġenerali, l-età effettiva
tal-irtirar x'aktarx tkun iktar baxxa mill-età normali tal-pensjoni.
Madanakollu, għal raġunijiet ta' disponibbiltà tad-dejta, l-età li
fiha wieħed jitlaq mis-suq tax-xogħol hija spiss użatha minflok
l-età effettiva tal-irtirar. Pereżempju, fl-2008 l-età medja tat-tluq
mill-forza lavorattiva fl-Istati Membri[11]
varjat bejn il-55,5 fir-Rumanija, 59,3 fi Franza u l-Polonja għal 63,2
fil-Pajjiżi l-Baxxi u 63,8 fl-Isvezzja. L-età medja ta' tluq tal-Istati
Membri kollha kienet 61,4. L-età effettiva tal-irtirar fl-Istituzzjonijiet
Ewropej tvarja bejn il-61 u t-62 sena.
4.1.1.
L-età normali tal-pensjoni
F'għadd ta' Stati Membri l-età normali
tal-pensjoni għall-impjegati taċ-ċivil hija iktar baxxa minn dik
tal-iskemi ġenerali. It-tabella segwenti
turi l-età normali tal-pensjoni għas-servizzi pubbliċi ċentrali
tal-Istati Membri. [12] NB: Franza mhux
inkluża fit-tabella għax ma kinitx irċevuta l-ebda risposta
għall-kwestjonarju. Jekk wieħed iqis biss l-età tal-pensjoni tal-irġiel,
għandu jkun issottolineat li l-maġġoranza tal-Istati Membri
issettjaw l-età normali tal-pensjoni bejn il-61 u t-63 sena. Fi tliet Stati
Membri għadha 60 u f'għaxra telgħet sa 65. F'sitt Stati Membri
l-età normali tal-pensjoni hija iktar baxxa għan-nisa milli
għall-irġiel u hija 61 jew inqas. L-età normali tal-pensjoni għall-impjegati
taċ-ċivil tal-UE telgħet minn 60 għal 63 (kemm
għall-irġiel kif ukoll għan-nisa) fl-2004,
b'dispożizzjonijiet trażizzjonali li japplikaw għall-persunal
diġà impjegat (li jvarjaw minn 60 sa 63 skont l-età tal-impjegat
ċivili fl-1 ta' Mejju 2004). L-età normali tal-pensjoni
attwali ta' 63 hija bejn wieħed u ieħor konformi mal-etajiet standard
eliġibbli għall-pensjoni għall-impjegati taċ-ċivil
fl-Istati Membri. Jekk l-Istituzzjonijiet tal-UE jgħollu l-età normali
tal-pensjoni għal 65, din tkun ogħla mill-età normali tal-pensjoni
għall-impjegati taċ-ċivil fil-biċċa l-kbira tal-Istati
Membri.
4.1.2.
L-età mandatorja tal-irtirar
L-età madatorja tal-irtirar hija wkoll indikatur
relevanti li għandu jkun osservat meta jkunu deskritti l-iskemi
tal-pensjoni. Terz tal-Istati Membri stabbilixxew is-63 jew il-65 sena
bħala l-età li fiha l-kuntratt ta' impjieg għall-impjegati
taċ-ċivil jiskadi, u f'disa' Stati Membri ma hemm l-ebda limitu massimu
tal-età għall-persunal f'impjieg pubbliku. Għandu jkun issottolineat
li s-suġġeriment fil-Proposta tal-Kummissjoini hu li l-impjegati
taċ-ċivil għandhom jitħallew jaħdmu sal-età massima
ta' 67 jekk dan ikun fl-interess tas-servizz. Qabel, dan kien possibbli biss
f'ċirkostanzi eċċezzjonali. NB: Franza mhux
inkluża fit-tabella għax ma kinitx irċevuta l-ebda risposta
għall-kwestjonarju. Iż-żieda fl-età mandatorja tal-irtirar
se tqiegħed l-Istituzzjonijiet tal-UE fil-kategorija ta' dawk l-Istati
Membri li fihom l-impjegati taċ-ċivil għandhom il-possibbiltà li
jaħdmu għall-iktar tul ta' żmien, waqt li l-biċċa
l-kbira tal-Istati Membri jeħtieġ li jimplimentaw riformi strutturali
sabiex jinkoraġġixxu ħajja lavorattiva itwal
4.1.3.
L-età tal-irtirar minima
Fir-rigward tal-irtirar kmieni,
maġġoranza ta' Stati Membri għandhom eta' minima tal-pensjoni
qrib it-58 sena. Madanakollu, għaxar Stati Membri mill-inqas għadhom
joffru l-possibbiltà għall-impjegati taċ-ċivil li għandhom
ċertu għadd minimu ta' snin ta' servizz li jitilqu mis-servizz qabel
ma jagħlqu it-58. Dan huwa l-każ tar-Renju Unit, fejn l-impjegati
taċ-ċivil jistgħu jirtiraw fl-età ta' 50 sena. NB: Franza mhux
inkluża fit-tabella għax ma kinitx irċevuta l-ebda risposta
għall-kwestjonarju. Fil-Proposta tagħha, il-Kummissjoni
tissuġġerixxi miżuri li jirristrinġu l-aċċess
għall-iskemi ta' rtirar kmieni u toroq oħra ta' ħruġ bikri
mid-dinja tax-xogħol sabiex jippermettu lill-impjegati
taċ-ċivili jibqgħu iktar jaħdmu. Partikolarment,
l-għadd ta' membri tal-persunal li jistgħu jieħdu irtirar kmieni
mingħajr tnaqqis fid-drittijiet tal-pensjoni ikun imnaqqas u l-età
tal-irtirar kmieni tiżdied għal 58. Xi Stati Membri bdew riformi
simili, waqt li oħrajn għad iridu jimplimentaw tali miżuri.
4.2.
Ir-rata ta' akkumulazzjoni
Il-Green Paper tiddefinixxi r-rata ta'
akkumulazzjoni bħala "ir-rata li biha jiġu akkumulati
l-benfiċċji ta' pensjonijiet futuri. Hija użata fi skemi
definiti tal-benfiċċji u bbażata fuq il-formola marbuta
mal-iskema". Meta jitqabblu r-rati ta' akkumulazzjoni li
jeżistu fl-Istati Membri, huwa relevanti li jkunu mqabbla abbażi
tal-istess waqt titqies il-bażi ħaġa li tikkomplika ħafna l-eżerċizzju
kumpless. L-ewwel ħaġa, fi kważi tnax-il Stat
Membru, parti mill-pensjoni tista' titħallas taħt regoli differenti
mir-rati ta' akkumulazzjoni. Hemm firxa vasta ta' sitwazzjoijiet fi Stati
Membri varji li japplikaw rati ta' akkumulazzjoni. Biex nagħtu ftit
eżempji,fir-Renju Unit ir-rata ta' akkumulazzjoni tasal sa 2,30%
tal-aħħar salarju, fil-Portugal hija bejn it-2,00% u t-2,30% ta' kull
sena kalendarja relevanti, fil-Pajjiżi l-Baxxi hija ta' 2,05% tal-introjtu
pensjonabbli u fil-Ġermanja, ir-rata takkumula 1,80% tas-salarju finali u
l-allowances familjari għal kull sena ta' servizz. Ir-rata ta' akkumulazzjoni kurrenti
għall-uffiċjali u l-impjegati tal-Unjoni Ewropea hi ta' 1,90%
tas-salarju bażiku finali għal kull sena ta' servizz; din ir-rata
kienet tnaqqset minn 2% għal 1,9% fir-riforma tal-2004[13]. Dan il-livell huwa
kompletament iġġustifikat mis-sitwazzjoni partikolari tal-persunal
tal-UE. Għandu jkun ikkunsidrat li l-età medja tad-dħul fis-servizz
ċivili Ewropew hi ta' 35 sena. Għalhekk, il-persunal għandu
perjodu ta' żmien iqsar biex jikseb id-drittijiet għall-pensjoni
milli jkollhom l-impjegati taċ-ċivil nazzjonali. Barra minn hekk,
meta impjegati taċ-ċivil Ewropew jittrasferixxu d-drittijiet
tagħhom tal-pensjoni mill-Istat Membru ma jitqisux l-għadd ta' snin
maħduma iżda l-valur monetarju trasferit. Hemm aspett ieħor li jagħmel
is-sitwazzjoni iktar kumplessa meta jkunu mqabbla l-Istati Membri u
l-Istituzzjonijiet tal-UE: ir-rata ta' akkumulazzjoni tista' tvarja wkoll skont
l-età. Il-Finlandja toffri rata ta' akkumulazzjoni progressiva, li hija 1,5%
mill-gwadann bejn l-eta ta' 18 u 52, 1,9% tal-gwadann bejn l-etajiet ta' 53 u
62 u 4,5% tal-gwadann bejn l-etajiet ta' 63 u 68. Dan jipprovdi inċentiv
ċar lill-impjegati taċ-ċivil biex jaħdmu għall-iktar
tul ta' żmien. L-Istituzzjonijiet tal-UE adottaw approċ simili billi
ħolqu inċentiv ta' drittijiet addizzjonali tal-pensjoni għal
xogħol wara li tintlaħaq l-età normali tal-irtirar (magħruf
aħjar bħala "l-inċentiv ta' Barċelona"). It-tabella ta' hawn taħt turi r-rati ta'
akkummulazzjoni fl-Istati Membri li jużaw rati ta' akkumulazzjoni biex
jikkalkolaw il-pensjonijiet. NB: Franza mhux
inkluża fit-tabella għax ma kinitx irċevuta l-ebda risposta
għall-kwestjonarju.
4.3.
Bażi għall-pensjonijiet
L-Istati Membri japplikaw sistemi differenti
ħafna meta jiġu għall-bażi tal-kalkolu tal-pensjoni ladarba
uffiċjal jirtira. Xi Stati Membri bħal Ċipru, l-Irlanda jew
ir-Renju Unit, jibbażaw il-pensjoni fuq l-aħħar salarju jew fuq
is-salarji tal-aħħar sena. Fi Stati Membri oħra (pereżempju
fil-Finlandja, l-Ungerija u s-Slovakja) il-medja tal-paga matul il-karriera
kollha kemm hi titqies għall-kalkolu tal-pensjoni. Dan ifisser li
l-progressjoni fil-karriera hija importanti ħafna għad-definizzjoni
tal-bażi għall-pensjoni. Pereżempju, fis-sistemi li jqiesu
l-aħħar snin tas-servizz bħala bażi u fejn it-tmiem
tal-progressjoni fil-karriera huwa bil-mod ħafna, din għandha impatt
limitat ħafna fuq il-pensjonijiet. L-effett huwa simili fis-sistemi li
jużaw is-salarju medju tal-karriera, fejn id-differenza bejn is-salarju
tal-bidu u dak finali hija żgħira. Fl-Istituzzjonijiet tal-UE l-bażi
għall-pensjoni huwa s-salarju bażiku tal-aħħar grad li
l-uffiċjal kien fih għal mill-inqas sena. Hemm raġunijiet
importanti biex tinżamm din is-sistema. Fir-riforma tal-2004
tar-Regolamenti tal-Persunal, l-istruttura tal-karriera fl-Istituzzjonijiet
tal-UE kienet rivitalizzata u imtawwla bl-introduzzjoni ta' gradi addizzjonali,
sabiex jinħolqu inċetivi ta' prestazzjoni matul il-karriera kollha.
Is-salarji fil-livell ta' dħul kienu konsegwentament imnaqqsa.
Addizzjonalment, minħabba il-medja għolja tal-età tal-persunal
reklutat, ikun impossibbli għal ħafna minnhom li jiprogressaw
għall gradi ogħla jekk isegwu l-pass medju ta' avvanz fil-karriera.
Għaldaqstant, il-bidla tal-bażi għall-pensjoni taffettwa iktar
il-livell tal-pensjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-UE milli taffettwa
s-servizzi nazzjonali b'għadd inqas ta' gradi, u tagħmel il-gradi ta'
dħul saħansitra inqas attraenti għal persunal b'esperjenza.
B'konsegwenza, l-Istituzzjonijiet tal-UE jkun jeħtiġilhom isibu
soluzzjonijiet alternattivi li jaf ikollhom kostijiet akbar biex jattiraw
persunal kwalifikat mill-Istati Membri kollha (pereżempju, billi
jorganizzaw kompetizzjonijiet fi gradi ogħla għal persunal
b'esperjenza, li b'riżultat iwasslu mhux biss għal pagi ogħla
iżda għal pensjonijiet ogħla wkoll).
4.4.
Rata massima tal-pensjoni
Ir-rata massima tal-pensjoni tillimita d-drittijiet
tal-pensjoni li persuna tista' takkumula matul il-ħajja tax-xogħol
tagħha. Minħabba li dan il-kunċett ma jeżistix f'xi Stati
Membri, bħar-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, ir-Rumanija, il-Latvja u
l-Estonja, id-drittijiet tal-pensjoni tal-impjegati taċ-ċivil f'dawk
l-Istati Membri jikkorrispondu mas-snin ta' servizz tagħhom, waqt li
l-Istituzzjonijiet tal-UE u Stati Membri oħra stabbilixxew limitu. L-effett
li jkun hemm tali limitu hu li persuna tista' tkun obbligata taħdem sakemm
tilħaq l-età normali għall-irtirar mingħajr ma tikseb drittijiet
addizzjonali tal-pensjoni, iżda xorta tkun obbligata tikkontribwixxi
għall-iskema, jekk tkun laħqet ir-rata massima tal-pensjoni. Ir-rati massimi tal-pensjoni jistgħu jvarjaw
kunsiderevolment minn Stat Membru għall-ieħor. Pereżempju,
minkejja li fi Franza[14]
r-rata massima tal-pensjoni hi 75% tista' tittella' sa 80% b'riżultat ta'
premiums varji. Il-Ġermanja għandha rata massima tal-pensjoni ta' 71,75%
tas-salarju bażiku finali u l-allowances familjari. Xi Stati Membri stabbilew
ir-rata fuq il-bażi tal-ogħla salarju matul il-karriera. Dan huwa
l-każ tar-Renju Unit, fejn l-impjegati jistgħu jirċievu pensjoni
massima ekwivalenti għal 66 jew 75% tal-ogħla salarji skont l-iskema
tal-pensjoni. Fis-Slovenja u l-Awstrija, il-massimu hu ta' 80% tal-ogħla
salarju matul għadd ta' snin. Il-pensjoni massimma tal-irtirar
għall-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea hu 70%
tas-salarju bażiku finali li jikkorrispondi mal-aħħar grad li
l-uffiċjal jew l-impjegat okkupa għal mill-inqas sena. Sabiex jiksbu
r-rata massima tal-pensjoni, l-impjegati taċ-ċivil tal-UE iridu
jaħdmu mill-inqas 37 sena, u biż-żieda tal-età tal-irtirar
għal 65 iridu jibdew fl-età ta' 28, sabiex jiksbu d-drittijiet massimi
tal-pensjoni fis-servizz ċivili tal-UE. Minħabba li l-età medja ta'
reklutaġġ fil-Kummissjoni Ewropea hi ta' 35, il-maġġoranza
tal-persunal mhux se jkunu jistgħu jiksbu r-rata massima tal-pensjoni. Dan
diġà huwa l-każ: id-dritijiet akkumulati tal-pensjoni
għall-membri tal-persunal li rtiraw fl-2010 huma ekwivalenti għal 63%
fil-medja u se jkunu madwar 57% tal-persunal reklutat wara l-1 ta' Mejju 2004. L-unika possibbiltà li wieħed jirċievi
pensjoni li teċċedi 70% tad-drittijet tal-pensjoni huwa jekk
ċifra ta' sussitenza minima tkun applikata. Uffiċjal jew impjegat
ieħor isir intitolat għal pensjoni ekwivalenti għas-salarju
bażiku ta' uffiċjal fi grad 1 livell 1 wara 25 sena
fis-servizz. Madanakollu, dan japplika biss għall-inqas kategoriji ta'
persunal (għal iktar dettalji, ara l-kapitolu ta' dan ir-Rapport dwar
l-użu tal-aġenti b'kuntratt u l-kundizzjonijiet tagħhom). F'xi
Stati Membri r-rata massima tal-pensjoni hija stabbilita taħt is-70%,
iżda hija applikata fuq bażi differenti. Fid-Danimarka,
pereżempju, ir-rata massima tal-pensjoni possibbli hija fissa għal 57%,
iżda tapplika biss għall-pensjoni statutorja u mhux
għall-pensjoni tal-Istat, li hija dipendenti fuq it-tul tar-residenza
fid-Danimarka. Persuna trid tkun għexet id-Danimarka għal 40 sena
wara l-għeluq tal-15-il sena tagħha sabiex tkun intitolata
għall-pensjoni sħiħa tal-Istat mid-Danimarka. Il-pensjoni
tal-Istat tikkonsisti minn ammont bażiku u suppliment tal-pensjoni.
L-ammont gross bażiku hu ta' 58 032 krona Daniża
(EUR 7 780[15])
annwali. Is-suppliment tal-pensjoni għal persuni waħedhom hu ta' 58 416 krona
Daniża (EUR 7 831 annwali, waqt li għal persuni
miżżewġa jew li jikkoħabitaw is-suppliment tal-pensjoni hu
ta' 27 276 krona Daniża (EUR 3 657)[16]. Għal skopijiet ta' tqabbil, ir-rati ta'
sostituzzjoni teoretiċi[17]
fl-Istati Membri jistgħu jintużaw bħala kumparatur. Dawn kienu
żviluppati mis-Subgrupp tal-Indikaturi tal-Kumitat tal-Protezzjoni
Soċjali. Fil-maġġoranza tal-Istati Membri r-rati ta'
sostituzzjoni jistgħu jinsabu fil-firxa bejn 60% u 80% tal-gwadann
aħħari. Ir-rata medjana tkun madwar 75%, jiġifieri r-rata
applikata fir-Renju Unit.
4.5.
Rata ta' kontribuzzjoni tal-persunal
Ir-rata tal-kontribuzzjoni tal-persunal hija
l-parti mis-salarju tal-uffiċjali tal-UE li għandha titħallas
biex tiffinanzja terz tal-kost attwarjali tal-iskema tal-pensjonijiet.
Iż-żewġ terzi li jifdal għandhom ikunu iffinanzjati
mill-kontribuzzjoni tal-impjegatur. Fil-prattika, l-Istituzzjonijiet tal-UE ma
jħallsux il-parti korrispondenti tagħhom biex jiffinanzjaw l-iskema,
iżda – b'kumpens ta' dan – il-ħlasijiet għall-pensjoni huma
ggarantiti b'mod konġunt mill-Istati Membri (l-Artikolu 83 tar-RP)
(ara 5.8). Għal darb’oħra,
tqabbil bejn l-Istati Membri huwa kumpless minħabba n-natura diversa
tal-bażi li fuqha ikun jiddependi l-kontribut (li jinkludi s-salarju
bażiku, il-gwadann gross, is-salarju reali, il-paga gross, eċċ).
Għandu jkun innutat li, f'xi Stati Membri,
l-uffiċjali ma għandhom għalfejn jikkontribwixxu bl-ebda mod
għall-iskema tal-pensjonijiet, minħabba li l-kontribuzzjonijiet
kollha huma koperti mill-Istat u l-pensjonijiet tagħhom jitħallsu
mill-baġit. Dan huwa l-każ fil-Bulgarija, l-Estonja,
il-Ġermanja, l-Isvezzja, kif ukoll għal xi skemi tal-pensjoni
fil-Belġu u fid-Danimarka. Fil-livell tas-servizz ċivili Ewropew,
għandu jkun mfakkar li r-rata totali tal-kontribuzzjoni
għall-pensjoni hija meħtieġa sabiex iżżomm il-PSEO
bbilanċjata u hija kkalkolata kull sena Il-parti li għandha
titħallas mill-uffiċjali tal-UE (1/3 ta' din il-kontribuzzjoni totali
) hija aġġustata kif jixraq (skont l-Artikolu 83 tar-Regolamenti
tal-Persunal). Pereżempju għas-sena 2009 ir-rata tal-kontribuzzjoni
tal-pensjoni għall-uffiċjali tal-UE kienet stabbilita għal 10,9%,
għal 11,3% għall-2010 u għal 11,6% tas-salarju bażiku
għall-2011[18]. Fil-maġġoranza l-kbira tal-Istati
Membri, ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-pensjoni tal-persunal hija iktar
baxxa mir-rata tal-PSEO. Ir-rata f'uħud mill-Istati Membri hija madwar 5%
jew inqas (ir-Renju Unit, Ċipru, il-Litwanja u Spanja), waqt li
oħrajn stabbilew ir-rata bejn 5% u 10% (il-Finlandja, il-Pajjiżi
l-Baxxi, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Greċja, is-Slovakja,
il-Lussemburgu, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija u l-Polonja). Ir-rata
tal-kontribuzzjoni għall-pensjoni hija ogħla minn tal-PSEO
f'żewġ Stati Membri biss: L-Awstrija fejn tvarja bejn l-10,25% u t-12,55%
u, fis-Slovenja, fejn l-ogħla limitu tagħha hu 15,5%. NB: Franza mhux
inkluża fit-tabella għax ma kinitx irċevuta l-ebda risposta
għall-kwestjonarju..
4.6.
Aġġustament annwali tal-pensjonijiet
Fattur determinanti
ewlieni fid-dinamika tan-nefqa tal-pensjonijiet hija r-regola tal-indiċi.
Kif sottolineat fir-Rapport Konġunt dwar il-pensjonijiet għall-2010,
bosta pakketti ta' riforma kien fihom bidliet fl-indiċi tal-pensjonijiet
matul l-irtirar. Il-kwistjoni tal-indiċi tista' tidher bħala
għażla bejn pensjonijiet inizjali iktar baxxi plus indiċjar
tal-gwadann u benefiċċju inizzjali ogħla plus indiċi
tal-prezz. [19] Bla dubju l-maġġoranza tal-Istati Membri
(kollha minbarra l-Ungerija, il-Litwanja u xi skemi tal-pensjonijiet
Daniżi u Pollakki)[20]
qed jaġġustaw il-pensjonijiet fil-gvernijiet ċentrali biex
jagħmluhom konformi ma' numru ta' indikaturi, bħal: l-Indiċi
tal-Prezzijiet tal-Konsumatur (CPI), żidiet fil-pagi, tkabbir tal-PDG, jew
it-tkabbir tad-dħul mit-taxxa soċjali. Xi Stati Membri jużaw
indikatur waħdieni (CPI jew żidiet fil-pagi) biex jaġġustaw
il-pensjonijiet, waqt li oħrajn jużaw indiċi peżat
bbażat fuq żewġ indikaturi. Xi Stati Membri (is-Slovenja,
id-Danimarka għall-iskema uffiċjali tal-pensjoni, l-Irlanda u
l-Pajjiżi l-Baxxi) qed jaġġustaw il-pensjonijiet tagħhom
abbażi tal-bidliet fil-pagi, waqt li bosta oħrajn qed
jaġġustaw il-pensjonijiet skont il-prezzijiet u l-pagi (il-Belġju,
Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, il-Lussemburgu, is-Slovakja
u xi skemi tal-pensjonijiet fil-Polonja). Sa fejn għandhom x'jaqsmu l-Istituzzjonijiet
tal-UE, il-pensjonijiet huma aġġustati skont l-istess methodu
bħas-salarji tal-uffiċjali tal-UE. Dawn is-salarji huma
aġġustati kull sena biex jirriflettu bidliet fil-kapaċità
tal-akkwist tal-uffiċjali fil-gvern ċentrali tal-Istati Membri u
tal-prezzijiet fi Brussell (l-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell). Dan il-metodu huwa konformi mal-prattiċi ta’
kull Stat Membru għajr xi ftit li qed joħolqu indiċjar għax-xejra
fil-pensjonijiet skont ix-xejra f'għadd relevanti ta’ indikaturi, kif
spjegat hawn fuq. Għadd ta’ Stati Membri qed jaġġustaw
il-pensjonijiet tagħhom jew abbażi tal-bidliet fil-pagi jew
abbażi tal-indiċi magħqud li jinkludi l-bidliet fil-pagi. Madanakollu,
il-biċċa l-kbira tas-sistemi huma indizjati mal-inflazzjoni jew
abbażi tal-indiċi magħqud li jinkludi l-inflazzjoni. Fl-istess
waqt il-metodu użat mill-Istituzzjonijiet tal-UE wassal għal
aġġustamenti tas-salarji u l-pensjonijiet li huma taħt ir-rata
tal-inflazzjoni. Matul il-perjodu 2004-2010, l-aġġustamenti
tal-pensjonijiet kienu taħt ir-rata tal-inflazzjoni (b'1,8%). Li kieku l-metodu għall-aġġustament
tal-pensjoni kellu jinbidel u jintrabat mal-aġġustament
tal-pensjonijiet ta’ uffiċjali fl-Istati Membri, huwa probabbli li
r-riżultat kien ikun iktar favorevoli għall-pensjonanti
tal-Istituzzjonijiet tal-UE milli hu skont il-metodu attwali, minħabba li
l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jinidizzjaw il-pensjonijiet
tagħhom mal-inflazzjoni. Huwa xieraq li wieħed jissottolinea li
l-aġġustament annwali tal-pensjonijiet ikun diġà meqjus meta
l-persunal iħallas il-kontribuzzjoni għall-pensjoni.
Għaldaqstant, in-nuqqas li jkunu aġġustati l-pensjonijiet
attwali mħallsa jista' jkun sfidat legalment, minħabba li huwa
vjolazzjoni ċara tad-drittijiet miksuba.
4.7.
Il-possibbiltà ta’ ħolqien ta’ fond
għall-pensjonijiet reali
Kif kien diġà spjegat, il-PSEO topera
bħala fond nozzjonali u dan ifisser li ma hemm l-ebda fond ta' investiment
fil-verità. Prefinanzjament ikbar, b'mod jew ieħor, kien rispons politiku
popolari min naħa tal-Istati Membri għall-isfida demografika[21]. Madanakollu, huwa importanti
li jkun innutat li, għall-biċċa l-kbira taċ-ċittadini
Ewropej, skema progressiva (PAYG (pay-as-you-go)) hi u tibqa' dejjem
l-iktar kwistjoni importanti fil-provvediment ġenerali tal-pensjonijiet. Sa ftit ilu, skemi prefinanzjati tal-pensjoni
kellhom rwol sinifikanti fid-Danimarka, l-Irlanda, il-Pajjiżi l-Baxxi,
l-Isvezzja u r-Renju Unit, fejn il-limitazzjoni inizjali fuq il-provvediment
pubbliku progressiv għall-pensjoni bażika u fissa għal
kulħadd instigat it-tkabbiir tal-provvediment privat, jew bħala
pensjonijiet okkupazzjonali kollettivi jew kuntratti tal-assigurazzjoni għall-pensjoni
individwali. Madanakollu, fl-aħħar għaxar snin
tar-riformi tal-pensjonijiet, għadd ta’ pajjiżi espandew ir-rwol
tal-iskemi privati eżistenti (pereżempju id-Danimarka,
il-Ġermanja) jew introduċew elementi ġodda tal-pensjonijiet
prefinanzjati u ġestiti privatament fis-sistemi ta’ pensjonijiet
statutorji tagħhom (il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja, l-Ungerija,
il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakja, l-Isvezzja). Uħud mir-riformi
treġġgħu parzjalment lura (pereżempju fil-Latvja u
il-Polonja) jew treġġgħu lura kompletament (pereżempju
l-Ungerija) fid-dawl tal-kriżi, iżda l-kontribuzzjoni mill-iskemi
prefinanzjati għall-introjtu tal-pensjonanti se tiżdied hekk kif
l-iskemi jimmaturaw. Il-proporzjoni tal-introjtu tal-pensjoni li ġej
minn skemi prefinanzjati pproġettati għall pensjonant ipotetiku li
jirtira fl-2008 u fl-2048[22] Maġġoranza kbira tal-iskemi
tal-pensjonijiet fl-Istati Membri huma wkoll mhux iffinanzjati, dan ifisser li
l-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni mhumiex trasferiti għal fond. Xi
Stati Membri (l-Awstrija, il-Latvja, il-Portugal, is-Slovakja, il-PajjiI
l-Baxxi, l-Isvezzja, il-Polonja u d-Danimarka) għandhom skemi parzjalment
iffinanzjati. Is-sitwazzjoni hija differenti
f'organizzazzjonijiet internazzjonali oħra, li jew għandhom fond
għall-pensjonijiet sħiħ jew għaddejin minn perjodu ta’
tranżizzjoni wara li introduċew fond għall-pensjonijiet. Wieħed jista' jaħseb f'erba'
possibbiltajiet għall-ħolqien ta’ fond għall-pensjonijiet
attwali għall-Istituzzjoinijiet tal-UE. Kull tabela hawn taħt
tippreżenta f'kolonna I il-kost tas-servizz (jiġifieri l-kontribuzzjoni
annwali tal-impjegatur għall-fond maħluq ġdid),
fil-kolonna II tidher in-nefqa annwali għall-pensjonijiet fir-rigward
tal-fond nozzjonali fil-qafas tal-iskema kurrenti tal-pensjonijiet u
l-kolonna III t-total annwali taż-żewġ kostijiet
("il-kost totali fl-Intestatura V"). Analiżi tal-kostijiet
totali annwali fuq termini twal, kif ukoll l-għażliet differenti
għall-perjodu 2013-2020, hija ta’ għajnuna biex ikunu vvalutati
l-punti favur u dawk kontra kull xenarju. –
Xenarju Nru 1 It-trasferiment tal-valur
tal-fond nozzjonali għall-fond attwali Dan
ix-xenarju huwa sa ċertu punt ipotetiku, minħabba li l-ewwel sena
tkun tinvolvi kostijiet enormi minħabba li l-ekwivalenti tal-obbiligi
tal-pensjoni ikun jeħtieġ li jkunu trasferit għall-fond attwali.
Fin-snin segwenti l-kontribuzzjoni tal-impjegatur tibqa' baxxa u stabbli
(madwar EUR 800 miljun) u jkollha tkun imħallsa fil-fond
flimkien mal-kontribuzzjoni tal-persunal (madwar EUR 400 miljun). Fuq
terminu qasir u matul il-perjodu 2013-2020, din l-għażla hija l-iktar
waħda li tiswa għall-baġit tal-UE. Madanakollu, hija
għandha impatt kunsiderevoli fuq l-obbligi tal-pensjoni, għax
l-ammont fil-fond tal-pensjoni ikopri l-obbligi tal-pensjoni. –
Xenarju Nru 2 Persunal irreklutat ġdid
ikun kopert mill-fond għall-pensjonijiet, waqt li l-persunal attwali
jkompli jkun kopert mill-iskema għall-pensjonijiet kurrenti. Skont din l-ipoteżi n-nefqa annwali tal-pensjonijiet kif ukoll
in-nefqa tal-pensjonijiet fil-perjodu 2013-2020 relatata mal-fond nozzjonali
ser tibqa l-istess daqslikieku l-ebda fond għall-pensjoni ma nħalaq. Il-persunal
attwali fil-fatt ikompli jkun kopert mill-iskema kurrenti tal-pensjonijiet u
huwa preżunt li kwazi l-ebda persuna ġdida ma tirtira qabel l-2020.
Il-kontribuzzjoni annwali tal-impjegatur lejn il-fond tiżdied skont
l-għadd ta’ persunal ġdid kopert mill-fond għall-pensjonijiet
kurrenti. Dan in-numru jidher għoli fl-ewwel ftit snin minħabba
bidliet kbar ta' persunal b'kuntratt u dak temporanju. Dan ix-xenarju għalhekk jinvolvi kost
ogħla mill-iskema tal-pensjoni kurrenti f'termini qosra u medji (EUR 13 520 miljun
matul il-perjodu 2013-2020 minflok EUR 12 600 miljun).
Madanakollu, il-kost jonqos b'mod sinifikanti meta jgħddi
ż-żmien, meta l-fond tal-pensjoni jilħaq il-maturità. –
Xenarju Nru 3: Drittijiet
tal-pensjoni jkunu koperti mill-fond reali tal-pensjoni, waqt li drittijiet
passati tal-pensjoni jkunu koperti mill-fond nozzjonali Skont din l-assunzjoni, in-nefqa annwali
għall-pensjoni tal-iskema kurrenti tal-pensjoni tkun inqas minn-nefqa
tal-pensjoni prevista sal-2020 jekk ma jinħoloq l-ebda fond reali.
Il-kontribuzzjoni tal-impjegatur lejn il-fond reali tibqa stabbli (għal
madwar EUR 800 miljun fis-sena), iżda matul il-perjodu 2013-2020
tkun ħafna iktar milli fix-Xenarju nru 2 (EUR 6,4 biljun
meta mqabbla ma' EUR 920 miljun) Għalhekk dan ix-xenarju jinvolvi kost
saħansitra ogħla fuq terminu medju minn Xenarju nru 2 spjegat
hawn fuq, minkejja li t-tranżizzjoni tkun iktar rapida. –
Xenarju Nru 4: Fond reali li jkopri terz
tad-drittijiet kollha akkwiżiti ġodda,, koperti
mill-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni tal-persunal. Iż-żewġ terzi tad-drittijiet tal-pensjoni li jifdal, flimkien
mad-drittijiet kollha akkwiżiti għall-pensjoni fil-passat, ikomplu
jkunu koperti mill-fond nozzjonali. Dan ix-xenarju jkun jinvolvi t-trasferiment
tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet tal-persunal lill-fond ta' investiment
u, minħabba li terz tal-kostijiet tal-pensjoni jkunu parzjalment koperti
minn dan il-fond fil-futur, in-nefqa fuq il-pensjonijiet tonqos b'terz fuq
terminu twil. Skont din is-suppożizzjoni, sal-2020,
in-nefqa fuq il-pensjoni taħt l-iskema tal-fond nozzjonali, li tkopri
żewġ terzi tad-drittijiet ġodda akkwiżti tal-pensjonijiet,
tkun ħarira inqas min-nefqa prevista għall-pensjonijiet jekk ma ssir
l-ebda bidla (EUR 12 100 miljun meta mqabbla ma' EUR 12 600 miljun).
Ma jkun hemm l-ebda kontribuzzjoni tal-impjegatur lejn il-fond reali,
minħabba li terz tad-drittijiet ġodda akkwiżiti ikunu koperti
kompletament mill-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-pensjoni. Għalhekk, f'terminu qasir u dak medju, ix-Xenarju
nru 4 jkun l-inqas li jiswa mix-xenarji kollha għall-baġit
tal-UE. Madanakollu, fuq terminu twil, il-kost totali fl-intestatura V jkun
darbtejn dak tax-xenarji l-oħra (EUR 1650 miljun meta mqabbla
ma' EUR 800 miljun).
4.8.
Inċentivi għad-dipożizzjoni ta'
pensjoni privata
Illum il-ġurnata, skemi privati
għall-pensjoni qegħdin dejjem aktar jintużaw f'għadd ta'
Stati Membri biex jiksbu l-objettivi ta' adegwatezza u sostenibbiltà. Fil-Green
paper tagħha, il-Kummissjoni indikat l-importanza li jkunu pprovduti
opportunitajiet suffiċjenti għal intitolamenti kumplimentarji:
bħal li jkun possibbli għan-nies li jkollhom ħajja lavorattiva
itwal u li jiżdied l-aċċess għal skemi tal-pensjoni
supplimentari. Addizzjonalment, il-Kummissjoni ssottolineat il-ħtieġa
li jidħol fis-seħħ qafas xieraq għal tfaddil kumplimentari
għall-irtirar, li s-suċċess tiegħu jiddependi l-iktar fuq
miżuri li jżidu l-kost-effikaċja u s-sigurtà tal-iskemi supplimentari
tal-pensjonijiet. Xi Stati Membri introduċew miżuri biex
jikkumplimentaw l-iskema progressiva tal-pensjonijiet tagħhom bi skemi
privati prefinanzjati. Madanakollu, l-kriżi enfassizzat il-vulnerabbiltà
tal-iskemi prefinanzjati tal-pensjoni għall-kriżi finanzjarja u
tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, u l-ħtieġa li jkun revedut il-qafas
regolatorju sabiex jiggarantixxi s-sigurtà tal-pensjonjiet privati. Ta' min
wieħed jinnota wkoll li l-iskema tal-pensjonijiet tan-NATO hija
kompletament ġestita minn fondi privati. Il-persunal jista'
jagħżel li jinvesti l-parteċipazzjoni tiegħu f'ekwità, fond
ta' bonds jew kontanti u jista' jagħżel li jagħmel
kontribuzzjonijiet addizzjonali għall-iskema sa 2% tas-salarju
bażiku. Fir-rigward tal-Istituzzjonijiet tal-UE, li kieku
kellha tinqabad it-triq għall-introduzzjoni ta' skema tal-pensjoni
privata, supplimentari u volontarja jew mandatorja, ikun essenzjali li jkun
żgurat li jkun hemm qafas adattat għal tali skema. Skont
każistika kostanti, l-Istituzzjonijiet tal-UE, li jaġixxu mhux biss
bħala impjegatur iżda wkoll bħala awtorità pubblika,
għandhom id-dover li jieħdu ħsieb il-persunal tagħhom.
Għalhekk huwa importanti li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-impatt
potenzjali fuq il-baġit tal-UE f'każ ta' inadegwatezza jew falliment
tal-iskema privata tal-pensjonijiet. Jekk tittieħed deċiżjoni biex ikunu
introdotti tali inċentivi, l-awtorizzazzjoni ta' tnaqqis tat-taxxa
għal dawk li jinvestu fi skemi tal-pensjonijiet privati tista' tkun
ikkunsidrata possibbiltà, għax tinvolvi piż relattivament baxx fuq
il-baġit tal-UE meta mqabbla mal-għażliet l-oħra,
bħall pereżempju l-issussidjar tal-persunal fi skemi privati
tal-pensjonijiet. L-Istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jipproponu skemi
privati tal-pensjonijiet li wieħed jista' jipparteċipa fihom jew le,
flimkien mal-atturi privati. Li kieku l-iskemi privati tal-pensjonijiet kellhom
jinvestu parzjalment fl-ekwità, pereżempju kif inhu l-każ tal-Fond
Konġunt tal-Persunal għall-Pensjoni tan-Nazzjonijiet Uniti[23] jew in-NATO, fejn il-persunal
jista' jagħżel li jinvesti l-parteċipazzjoni tiegħu
f'ekwità, u fondi ta' bonds jew f'kontanti, ir-rata ta' redditu fuq
l-investiment tista tkun mistennija tkun ogħla mir-rata ta' redditu
fil-PSEO, iżda tkun ukoll assoċjata ma' riskju ogħla. Tali skema għandha numru ta'
żvantaġġi li jridu jkunu kkunsidrati, prinċipalment il-kost
addizzjonali għall-ġestjoni tal-investiment u s-sigurtà
tal-investiment u, għaldaqstant, pensjonijiet futuri.
5.
Aspetti oħra li għandhom impatt importanti fuq l-iskemi
tal-pensjonijiet tal-impjegati taċ-ċivil
5.1.
L-użu tal-aġenti kuntrattwali u
l-kundizzjonijiet tagħhom
Il-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri
jiddifferenzjaw bejn l-impjegati taċ-ċivil u impjegati pubbliċi
oħra. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri hemm regoli differenti
għall-impjegati taċ-ċivil fir-rigward tal-istatus legali
tagħhom, proċeduri ta' reklutaġġ, sigurta ta' xogħol,
karriera u sistemi tas-salarji. Madanakollu, fil-biċċa l-kbira
tal-Istati Membri, l-impjegati taċ-ċivili u impjegati oħra
pubbliċi għandhom regoli simili jew l-istess meta jiġu
għad-djalogu soċjali, regoli etiċi, regoli dixxiplinarji u
partikolarment is-sistemi tal-pensjoni. Skont il-pubblikazzjoni Civil
Services in the EU of 27, Reform Outcomes and the Future of the Civil Service,
l-Istati Membri li għandhom skema separata għall-pensjonijiet
tal-impjegati taċ-ċivil u impjegati pubbliċi oħra huma
l-Ġermanja, il-Litwanja, l-Estonja, Ċipru, il-Belġju, Franza,
il-Greċja, il-Lussemburgu, Spanja, l-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi u
d-Danimarka. Il-15 li jifdal għandhom l-istess skema tal-pensjonijiet kemm
għall-impjegati taċ-ċivil kif ukoll għall-impjegati
pubbliċi l-oħra[24]. Ir-riforma tal-2004 tar-Regolamenti tal-Persunal
stabbilit kategorija ta' aġenti kuntrattwali fl-Istituzzjonijiet tal-UE.
Minn dakinhar l-aġenti kuntrattwali kkontribwew għax-xogħol
tal-Istituzzjonijiet billi wettqu kompiti amministrattivi ta' sostenn u billi
pprovdew ħiliet addizzjonali. Fl-aħħar tal-2009, kien hemm total
ta' madwar 9000 aġent kuntrattwalli għall-Istituzzjonijiet u
l-aġenziji kollha, u madwar żewġ terzi minnhom kienu impjegati
mill-Kummissjoni. Skont ir-Regolament tal-Persunal, l-istess skema
tal-pensjonijiet tapplika għall-uffiċjali u l-aġenti
kuntrattwali. Dan huwa konformi mas-sitwazzjoni fil-maġġoranza
tal-Istati Membri li għandhom l-istess skemi għall-uffiċjali u
l-impjegati l-oħra tas-servizz pubbliku. Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet fuq
iċ-ċifra ta' sussitenza minima[25],
dawn jirreferu għas-salarju bażiku ta' uffiċjali fi grad 1
livell 1. Uffiċjal jew impjegat ieħor jikseb 4%
taċ-ċifra ta' sussistenza minima għal kull sena ta' servizz,
jiġifieri wara 25 sena ta' servizz il-ensjoni tal-irtirar ta'
uffiċjal jew impjegat ieħor ma tistax tkun inqas miċ-ċifra
ta' sussitenza minima. Minkejja li japplikaw l-istess dispożizzjonijiet għall-uffiċjali
u l-persunal temporanju, aġenti kuntrattwali, partikolarment dawk
fil-gradi l-iktar baxxi jibbenefikaw aktar minn din id-dispożizzjoni,
minħabba li l-intitolamenti tagħhom huma ġeneralment iktar
baxxi. Pereżempju, aġent kuntrattwali fil-grupp ta' funzjoni I
jista' jkun intitolat għal pensjoni ekwivalenti għaċ-ċifra
ta' sussistenza minima, li tkun teċċedi s-70% tas-salarju finali
tiegħu. Madanakollu, fi kwalunkwe każ dan huwa biss
l-eċċezzjoni għar-regola li l-intitolament massimu tal-pensjoni
ikun stabbilit għal 70% tas-salarju finali. Is-sostituzzjoni ta' uffiċjali b'aġenti
kuntrattwali, minkejja li mhux relatat direttament mal-kost tal-pensjoni,
għandha impatt maġġuri fuq il-kost ġenerali
tal-pensjonijiet minħabba li tillimita s-salarji finali li fuqhom huma
kkalkolati l-benefiċċji tal-pensjoni. Dan minħabba li
l-aġenti kuntrattwali għandhom skeda iktar baxxa tas-salarji u durata
tal-kuntratti iqsar meta mqabbla mal-uffiċjali. L-istudju tal-2010 tal-Eurostat juri li
l-introduzzjoni tal-kategoriji tal-persunal kuntrattwali fl-2004 se
tiġġenera ffrankar annwali kunsiderevoli (EUR 300 miljun
fl-2059). Iż-żamma tal-istess skema
tal-pensjonijiet għall-uffiċjali u l-aġenti kuntrattwali hija
importanti sabiex tkun preservata l-attrazzjoni tal-pożizzjonijiet
tal-aġenti kuntrattwali, biex jkun attirat persunal ikkwalifikat. Huwa
diġà diffiċli li jinkiseb bilanċ ġeografiku bejn
in-nazzjonalitajiet differenti, u l-proposta ta' skema tal-pensjoni inqas
attraenti għall-aġenti kuntrattwali tnaqqas ulterjorment l-abbiltà
tal-istituzjonijiet li jilħqu bilanċ ġeografiku għal din
il-kategorija ta' persunal.
5.2.
Il-Progressjoni individwali fl-iskema tas-salarji.
Ir-riforma tal-2004 tar-Regolamenti tal-Persunal
introduċiet bidliet fl-istruttura tal-karriera. Minkeja li mhux relatata
direttament mal-kost tal-pensjoni, xorta għandha impatt fuq il-kost
ġenerali tal-pensjonijiet għax tillimita s-salarji finali li fuqhom
huma kkalkolati il-benefiċċji tal-pensjonijiet. Dawn jinkludu salarji
iktar baxxi fil-livel tad-dħul flimkien ma' żvilupp itwal
tal-karriera li jinvolvi iktar gradi, iżda promozzjonijiet iktar mgħaġġla.
Skont l-istudju tal-Eurostat tal-2010, dan l-aspett tar-riformi tal-2004 se
jiġġenera ffrankar annwali ta' EUR 94 miljun fl-2059. Ir-ristrutturar tal-fluss tal-karriera fil-grupp
ta' funzjoni AST ipprovdut għalih fil-proposta tal-Kummissjoni se
jiġġenera ffrankar addizzjonali fuq terminu twil. Fil-futur,
uffiċjali AST responsabbli għall-attivitajiet amministrattivi,
tekniċi jew taħriġ li jeħtieġu ċertu ammont ta'
awtonomija (dan jeskludi kompiti segretarjali), li jixtiequ jipprogressaw
għall-ogħla żewġ gradi (Assistenti Anzjani), se jkollhom
juru li għandhom livell xieraq ta' kompetenzi esperti u kwalifiki fejn
għandu x'jaqsam il-ġestjoni tal-persunal, l-implimentazzjoni
baġitarja u/jew il-kordinazzjoni waqt proċedura ta' selezzjoni.
X'aktarx ikun hemm struttura ġdida tal-karriera għall-persunal
segretarjali reklutat ġdid b'karriera lineari, kif ukoll rata ta'
promozzjoni aktar baxxa milli fil-karriera tal-AST u sitt gradi biss. Madanakollu, anke jekk il-progressjoni ta'
individwu fl-iskema tas-salarji għandha impatt fuq il-kostijiet
tal-pensjoni, dan l-aspett huwa biss sekondarju meta tiġi biex taħseb
kif għandha tiġi tirrivitalizzata s-sistema tal-karriera fl-Istituzzjonijiet
tal-UE. Ikun kunċettwalment ħażin li kieku kellha tinbidel
is-sistema tal-karriera bil-għan biss li jinkiseb iffrankar fuq
il-pensjonijiet, waqt li jkun injorat il-fatt li għandha impatt qawwi fuq
il-persunal attiv fl-Istituzzjonijiet tal-UE.
5.3.
Distakk bejn il-benefiċċji lill-impjegati
tas-servizz pubbliku u l-pensjonijiet tas-settur privat.
Fi kważi l-Istati Membri kollha, l-impjegati
taċ-ċivil huma suġġetti għal reġim separat, u
skema tal-pensjonijiet separata hija ħafna drabi parti minn dan
ir-reġim. Jista' jkun hemm għadd ta' raġunijiet għal tali
skemi speċjali, kif ukoll benefiċċji tal-pensjoni li
possibbilment huma ogħla mill-iskema tal-pensjonijiet ġenerali.
Primarjament, il-benefiċċji tal-pensjonijiet għandhom ikunu
kkunsidrati bħala parti diferita tas-salarju tal-impjegat
taċ-ċivil li se titħallas meta jirtira, u bħala komponent
importanti ta' pakkett kumprensiv offrut lill-impjegati tas-sevizz ċivili.
It-tieni, il-benefiċċji tal-pensjoni ogħla fis-serviz
ċivili jippermettu li jkun attirat persunal bi kwalifiki għolja, anke
f'każijiet fejn qed ikunu mħallsa pagi ogħla fis-settur privat
għal xogħol kumparabbli b'livell simili ta' responsabbiltajiet. Billi jkunu offruti benefiċċji ogħla
tal-pensjoni, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-fatt, li għal
ċertu profili ta' xogħol, il-livell tas-salarji huwa inqas milli
fis-settur privat u għalhekk irid ikun ikkumpensat b'livell ogħla ta'
sigurtà soċjali. Madanakollu, kif tindika l-Green Paper, l-Istati Membri
huma ġeneralment responsabbli għat-tfassil u l-organizzazzjoni
tas-sistemi tagħhom tal-pensjoni u għall-provvediment tal-pensjoni.
Id-distakk bejn il-benefiċċji għall-impjegati tas-servizz
pubbliku u l-livell tal-pensjonijiet tas-settur privat huwa l-kwistjoni
soprastanti li għandha tkun ikkunsidrata mill-Istati Membri. Huma
responsabbli għar-ristrutturar tal-iskemi tal-pensjoni b'manjiera li
tiżgura li dawn l-iskemi tal-pensjoni huma adegwati, sostenibbli u siguri. Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk hemmx distakk
bejn il-benefiċċji tal-pensjoni tal-persunal tal-UE u dawk
imħallsa fis-suq privat, huwa importanti li wieħed jirrealizza li,
kif spjegat hawn fuq, il-kumparaturi ewlenin tal-benefiċċji
tal-pensjoni tal-impjegati taċ-ċivil tal-UE, li huma espatrijati, huma
dawk li jirreklutaw persunal kumparabbli u li għandhom struttura simili
ta' karriera u salarju, jiġifieri organizzazzjonijiet internazzjonali
oħrajn, servizzi diplomatiċi nazzjonali, u servizz tal-gvern
ċentrali fl-Istati Membri. Fir-rigward tas-settur privat, it-tqabbil
għandu jkun ibbażat mhux biss fuq il-pensjonijiet iżda
għandu jkun ħafna usa' u jinkludi aspetti oħra,
bħal-livelli ġenerali tas-salarji u l-progressjoni tal-karriera,
minħabba d-distakk enormi bejn is-settur privat u dak pubbliku f'dan
ir-rigward. Fl-aħħar nett, m'għandhux jintesa
li bosta kumpaniji privati multinazzjonali għandhom fondi supplimentari
għall-pensjonijiet u joffru benefiċċji addizzjonali
għall-pensjonijiet bħala mod biex jattiraw u jżommu impjegati
kwalifikati.
5.4.
Il-kostijiet biex l-Istituzzjonijiet tal-UE
jipprovdu l-pensjonijiet
L-istudju tal-2010 tal-Eurostat wera' li l-PSEO
għadha ma mmaturatx, u li l-għadd ta' pensjonanti u n-nefqa
tal-pensjoni mistennija jiżdiedu sa tali żmien meta l-iskema
tal-pensjoni tilħaq il-maturità Minħabba li l-PSEO topera bħala
fond nozzjonali, il-persunal iħallas għad-drittijiet tal-pensjoni li
huwa jikseb f'sena partikolari mill-kontribuzzjoni għall-pensjoni, li
tkopri terz tal-kost attwarjali ta' dawk id-drittijiet tal-pensjoni. Din
il-kontribuzzjoni, flimkien mal-kontribuzzjonijiet tal-impjegatur li mhux
imħallsa, hija kkunsidrata bħala investita f'bonds ta' terminu twil
maħruġa mill-Istati Membri. Għall-għan ta' tqabbil, dan
ikun l-iktar approċ konservattiv li jista' jkun adottat għal fond
privat għall-pensjonijiet, li jagħti redditu baxx meta mqabbel ma'
fond imħallat. Fil-valutazzjoni tal-bilanċ attwarjali
tal-PSEO li sar fl-2010, Eurostat ikkalkolat li l-kost totali tas-servizz, li
għandu jitħallas lill-fond biex ikopri d-drittijiet tal-pensjoni
akkwiżiti fl-2011 għandu jkun ta' EUR 1 206 miljun.
L-impjegati taċ-ċivil tal-UE se jħallsu terz ta' dan l-ammont,
jiġifieri EUR 402 miljun, li jikkorrispondi għal 11%
tas-salarji bażiċi tagħhom. Għaldaqstant, il-porzjoni li
għandu jkun kopert mill-impjegatur fl-2011 hu ta' EUR 804 miljun.
Sakemm ma jkunx hemm xi bidla sinifikanti fil-parametri l-oħra, il-kost
totali tad-drittijiet tal-pensjoni, u għalhekk il-kontribuzzjoni
tal-impjegatur, x'aktarx li tibqa’ l-istess.
5.5.
Ir-rwol tal-pensjonijiet fil-pakkett ġenerali
ta' kumpens tal-persunal tal-UE
Meta jkunu qed jiġu offruti impjieg, nies
ikbar fl-età li jkunu qed ifittxu impjieg x'aktarx li se jagħtu iktar
kunsiderazzjoni lir-rwol tal-pensjoni fil-pakkett ta' kumpens minn kandidati
iżgħar. Barra minn hekk, kandidati li preċedentament ħadmu
fis-settur privat jew pubbliku ikunu kisbu ċerta espejenza u sensitività
fit-trattament tal-kwistjonijiet tal-irtirar. Kandidati li jitilqu minn sistema
li huma familjari magħha biex jidħlu f'waħda ġdida x'aktarx
li joqogħdu b'seba' għajnejn fuq is-sistema l-ġdida.
Fl-aħħar nett, kandidati li jagħtu importanza lis-sigurta
(tax-xogħol) u lill-karriera prevedibbli aktar milli lil salarji
għoljin f'impjieg inqas stabbli se joqgħodu iktar attenti
għal-iskema tal-pensjoni. L-uffiċjal tipiku reklutat ġdid mill-Istituzzjonijiet
tal-UE x'aktarx li jaqa' f'waħda minn dawn il-kategoriji. Minħabba li l-Istituzzjonijiet tipikament jimpjegaw
nies li jkunu bdew il-karriera tagħhom x'imkien ieħor u li
għalhekk ikollhom medja ta' 35 sena, l-importanza tas-sistema tal-pensjoni
fil-pakkett ġenerali ta' kumpens hija maħsuba li hi ogħla minn ,
pereżempju, impjegati pubbliċi fl-Istati Membri li jibdew il-karrieri
tagħhom fl-amministrazzjoni pubblika immedjatament wara li jiggradwaw.
Il-fatt li kważi r-rekluti l-ġodda kollha preċedentament
ħadmu x'imkien ieħor huwa ppruvat wkoll mill-għadd ta'
trasferimenti lill-PSEO tad-drittijiet tal-pensjoni akkwiżiti barra
mill-Istituzzjonijiet. Fuq medja, l-uffiċjali li kienu f'impjieg attiv
fil-31 ta' Diċembru 2009 ittrasferew 1,6 sena ta'
drittijiet akkwiżiti lill-PSEO, li rriżultaw minn perjodu ħafna
itwal ta' ħidma fl-Istati Membri. Fattur ieħor tar-rekluti l-ġodda
mal-Istituzzjonijiet, li huwa wkoll marbut mal-fatt li huma relattivament
ikbar, huwa li ħafna minnhom bdew familja jew kienu fi żmien li
jagħmlu dan fiż-żmien li ġew reklutati. Is-sitwazzjoni
individwali tagħhom x'aktarx li tixpruna lill-applikanti jikkunsidraw
bir-reqqa l-benefiċċji soċjali, inkluż il-pensjoni, u biex
iqabbluhom mal-alternattivi l-oħra tagħhom. Minkejja li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda
riċerka speċifika fuq dan is-suġġett, li jidher ukoll
diffiċċli li jkun ivvalutat metodoloġikament, huwa
raġonevoli li jkun konkluż li l-pensjoni għandha rwol sinifikanti
fid-deċiżjoni ta' impjegati futuri biex jagħżlu l-Istituzzjonijiet
tal-UE bħala karriera.
5.6.
Reklutaġġ futur u bżonnijiet ta'
żamma tal-Istituzzjonijiet tal-UE
Għalkemm il-bżonnijiet ta'
reklutaġġ għall-uffiċjali għall-2011-2013
fil-Kummissjoni huma stmati bħala 1 393 uffiċjal AD u 1 251
uffiċjal AST[26],
bħala parti mill-Qafas Finanzjarju maħsub għall-2014-2020
il-Kummissjoni qed tipproponi li tnaqqas il-persunal minn kull Istituzzjoni
tal-UE b'5% matul il-perjodu 2013-2017; dan se jsir parzjalment billi ma jkunx
sostitwit persunal li jirtira jew dawk li l-kuntratt tagħhom jiskadi. Għandu jingħad li hemm żbilanċ
ġeħgrafiku dejjem jikber bejn il-persunal b'nazzjonalitajiet
differenti tal-Istati Membri differenti u dan huwa partikolarment viżibbli
fil-każ ta' ċertu nazzjonalitajiet. Dan huwa prinċipalment
ikkawżat mill-fatt li l-Istituzzjonijiet tal-UE qed jiffaċċaw
l-isfida li joffru kundizzjonijiet tax-xogħol suffiċjentament
attrattivi lill-impjegati potenzjali aħjar minn dawk offruti minn dawk l-Istati
Membri. Il-benefiċċji tal-pensjoni żgur li
għandhom ikunu kkunsidrati bħala parti mill-pakkett li jippermetti
lill-kandidati l-iktar kwalifikati li jkunu reklutati u miżmuma
mill-Istati Membri inkluż dawk il-pajjiżi bl-ogħla salarji u
l-iktar suq tax-xogħol kompetittiv.
5.7.
L-iżgurar li l-provvediment futur tal-pensjoni
jkun ġust mal-forza lavorattiva kollha tal-UE
L-iżgurar li l-provvediment futur
tal-pensjoni ikun ġust mal-forza lavorattiva kollha hija kwistjoni
kunċettwali ffaċċjata mill-Istati Membri meta jirriformaw
l-iskemi tagħhom tal-pensjoni. Huma jeħtieġ li jipproteġu
d-drittijiet akkwiżiti u, fl-istess waqt, jiżguraw li
l-benfiċċji tal-pensjoni u l-piż li jkunu pprovduti dawn
il-benefiċċji jkun distribwit b'mod ġust
mal-ġenerazzjonijiet differenti. Sa ċertu punt, l-Istituzzjonijiet tal-UE qed
jiffaċċaw l-istess kwistjonijiet. Wara r-riforma tar-Regolament
tal-Persunal fl-2004, issa hemm sett ta' regoli kemmxejn differenti li
japplikaw għall-persunal reklutat qabel id-data effettiva tar-riforma tal-2004
u wara dik id-data, għax il-membri tal-persunal li kienu diġà
tal-post huma koperti minn miżuri ta' trażizzjoni. Dan kien
f'konformità mal-prinċipju tad-drittijiet akkwiżiti u
n-nondiskriminazzjoni. Skont il-patti tal-proposta tal-Kummissjoni,
il-persunal reklutat qabel id-dħul fis-seħħ ta' din il-proposta
se jkun kopert minn tranżizzjoni simili bħal dik tal-2004 fir-rigward
taż-żieda tal-età tal-pensjoni normali. Din it-tranżizzjoni se
tirriżulta f'konsistenza akbar bejn is-sitwazzjoni tal-kollegi reklutati
qabel l-2004 u dawk reklutati wara l-2004.
5.8.
Il-kondiviżjoni tar-riskju bejn
l-Istituzzjonijiet tal-UE (l-impjegatur) u l-impjegati
Il-PSEO mhux direttament esposta għal riskji
ta' investiment għax il-kontribuzzjonijiet ma jitħallsux f'fond
reali; għalhekk il-kapital mhux investit. L-Artikolu 10
tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal jindika li "ir-rati
ta’ imgħax li għandhom jitqiesu għal kalkoli attwarjali
għandhom ikunu bbażati fuq il-medja osservata tar-rati annwali
tal-imgħax fuq id-dejn pubbliku tal-Istati Membri fuq perjodu twil…”.
Għalhekk daqslikieku l-kontribuzzjonijiet tħallsu f'fond nozzjonali u
l-kapital korrispondenti kien investit f'bonds tal-Istati Membri. Dan huwa
probabbilment l-iktar investiment konservattiv disponibbli, li jfisser li
r-rata ta' redditu hija pjuttost baxxa. Li kieku s-sistema tal-pensjoni kellha tkun
ristrutturata b'tali mod li jkun inkluż element ta' riskju, jista' jkun li
l-persunal tal-Istituzzjonijiet tal-UE jkunu lest jaċċetta riskju
ogħla bi skambju għal rata ta' redditu ogħla li twassal għall-ħtieġa
ta' rata ta' kontribuzzjoni iktar baxxa biex l-iskema tal-pensjoni tibqa'
bbilanċjata. Madanakollu, minħabba li l-istituzzjonijiet
għandhom id-dover li jieħdu ħsieb il-persunal tagħhom,
il-kwistjoni li jkunu pprovduti riżorsi addizzjonali fil-każ ta'
falliment tal-fond biex jitħallsu l-pensjonijiet tibqa'. Il-piż finanzjarju tal-kontribuzzjoni lejn
is-sistema tal-pensjoni mhux riskju f'dan is-sens. Terz ta' dan il-piż
jintrefa' mill-persunal tal-Istituzzjonijiet; Iż-żewġ terzi li
jifdal huma koperti mill-baġit tal-UE li għalih iħallsu
l-kontribwenti fiskali tal-UE. L-Istati Membri joperaw sistemi differenti f'dan
ir-rigward. Mhux ħaġa rari għall-uffiċjali pubbliċi li
ma jikkontribwixxu xejn għall-pensjonijiet tagħhom. L-Istati Membri
resqu l-informazzjoni segwenti dwar kif huwa kondiviż il-piż bejn
l-impjegatur u l-impjegati: Il-proporzjoni tal-kontribuzzjoni għall-pensjoni
imħallsa mill-impjegat u mill-impjegatur fl-iskemi tal-pensjoni
applikabbli għall-impjegati taċ-ċivil mal-gvern ċentrali
tal-Istati Membri Stat Membru || Kontribuzzjoni mħallsa mill-impjegat (%) || Kontribuzzjoni mħallsa mill-impjegatur (%) AT || 33,3% || 66,7% BE || 0%[27] || 100% BG || Mhux speċifikat. || Mhux speċifikat. CY || Mhux speċifikat. || Mhux speċifikat. CZ || 23.2% || 76.8% DE || 0% || 100% DK || 0% || 100% EE || 0% || 100% EL || 33,3% || 66,7% ES || 16,6% || 83,4% FI || minn 18,2% sa 22% skont l-età || minn 81,8% sa 78% HU || 28.4% || 71.6% IE || Mhux speċifikat. || Mhux speċifikat. IT || 26,7% || 73,3% LT || 11,4% || 88,6% LU || 50% || 50% LV || 27,2% || 72.8% MT || 33,3% || 66,7% NL || 30% || 70% PL || 50% jew 20% jew 100%, skont l-iskema || 50% jew 80% jew 0%, skont l-iskema PT || 40% jew 33,3%, skont l-iskema || 60% jew 66,7%, skont l-iskema RO || minn 25,4% sa 33,5% || minn 74,6% sa 66,5% SE || 0% || 100% SI || 63,6% || 36,4% SK || 29,2% || 70,8% UK || 7.4% jew 15.6%, || 92.6% jew 84.4%, NB: Franza mhux
inkluża fit-tabella għax ma kinitx irċevuta l-ebda risposta
għall-kwestjonarju.
5.9.
Politika usa' għall-persunal tal-UE u l-HR
biex tinkoraġġixxi ħajja lavorattiva itwal u tfaddil adegwat
għall-irtirar
Fil-proposta tagħha il-Kummissjoni
ssuġġeriet li tiżdied l-età normali tal-pensjoni u li titjib
il-possibbiltà ta' ħidma lil hinn mill-età tal-pensjoni. Il-Kummissjoni se
tikkunsidra l-miżuri tar-riżorsi umani li jgħinu nies anzjani
biex jaħdmu, addizzjonalment ma' dawk il-miżuri li diġà huma
spjegati fir-Regolamenti tal-Persunal, pereżempju l-possibbiltà li
jaħdmu part-time biex jippreparaw għall-irtirar, suġġett
għall-ħlas ta' suppliment żgħir. Uħud minn dawn
il-miżuri ma jeħtiġux xi bidla fir-Regolamenti tal-Persunal u
jkunu implimentati mill-Istituzzjonijiet tal-UE.
6.
Tfaddil li jirriżulta mill-proposta tal-Kummissjoni
Waqt li l-iffrankar fil-kost tal-pensjoni
mir-riforma tal-2004 tar-Regolamenti tal-Persunal se jkompli jikber
maż-żmien, il-proposta tal-Kummissjoni, jekk tkun adottata, twassal
għall-iktar iffrankar. Għadd ta' bidliet għar-Regolamenti
tal-Persunal ssuġġeriti mill-Kummissjoni jillimitaw direttament
il-kost tal-pensjonijiet. Dawn jinkludu: iż-żieda tal-età normali
tal-pensjoni minn 63 għal 65, il-posponiment effettiv tal-età mandatorja
għall-irtirar sa 67, u l-limitar tal-aċċess għall-irtirar
bikri billi jogħllu l-età minima tal-irtirar minn 55 għal 58. Kienu ssuġġeriti wkoll bidliet
fir-Regolament tal-Persunal li, waqt li mhumiex direttament relatati mal-kost
tal-pensjoni, għandhom impatt fuq il-kost ġenerali tal-pensjoni billi
jillimitaw is-salarji finali li fuqhom huma kkalkolati l-benefiċċji
tal-pensjoni. Il-karrieri ta' uffiċjali AST, li jagħmlu xogħol
segretarjali jkunu reveduti u llimitati bil-ħolqien ta' grupp ta' funzjoni
ġdid (AST/SC). Għall-uffiċjali AST, l-aċċess għall-ogħla
gradi tal-AST (AST 10 u 11) jkun limitat billi jintrabat ma' livell
ogħla ta' responsabbiltajiet. It-tnaqqis tal-persunal b'5%
issuġġerit jirriżulta f'għadd inqas ta' benefiċjarji
futuri u jnaqqas ukoll il-kostijiet futuri tal-pensjoni. Analiżi tal-impatt ta' dawn il-bidliet turi
li l-proposta tal-Kummissjoni se tnaqqas b'mod sinifikanti l-kost
tal-pensjonijiet maż-żmien. Il-Kummissjoni tippreżenta
l-iffrankar relatat mal-pensjoni minn tlett angoli: l-impatt fuq in-nefqa
għall-pensjonijiet fuq tul ta' żmien, l-impatt fuq il-kost
tas-servizz li jrid ikun iffinanzjat kull sena u l-impatt fuq l-obbligi
tal-pensjoni. It-tlett approċi huma kumplimentari.
Il-valutazzjoni tal-iffrankar fuq il-pensjoni fuq żmien twil tiffoka fuq
iż-żmien meta jitħallsu l-pensjonijiet (Approċ tal-Fluss
tal-Flus) Il-Kost tas-servizz jiffoka fuq iż-żmien meta d-drittijiet
tal-pensjoni jkunu akkwiżiti u ffinanzjati (il-Metodu tal-Kreditu
għall-Unità tal-Proġett). Fl-aħħar nett, l-obbligu
tal-pensjoni jiffoka fuq id-drittijiet tal-pensjoni kumulati f'data ta'
referenza (normalment il-31 ta' Diċembru ta' kull sena).
6.1.
L-Impatt fit-tul
taż-żmien tal-Proposta tal-Kummissjoni dwar in-nefqa fuq il-pensjoni
Jekk il-metodoloġija u l-assunzjonijiet
tal-istudju tal-Eurostat tal-2010 kellhom jintużaw biex jitkejjel l-effet
tal-proposta tal-Kummissjoni (inkluż it-tnaqqis tal-persunal b'5%)
in-nefqa annwali għall-pensjoni tiżdied iktar bil-mod matul
il-perjodu ta' projjezzjoni (2013-2059)[28].
Din is-simulazzjoni turi li, jekk il-proposta tal-Kummissjoni tidħol
fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2013, in-nefqa annwali
għall-pensjoni wara l-2060 tonqos b'EUR 500 miljun addizzjonali.
Dan izid mal-iffrankar ta' EUR 1 047 miljun li ħarġu
mir-riforma tal-2004 tar-Regolamenti tal-Persunal, li jwasslu għal iffrankar
totali fuq il-pensjonijiet ta’ EUR 1 550 miljun fl-2059. Dan
ifisser li l-proposta tal-Kummissjoni, li kieku kienet fis-seħħ mill-2013,
tirriżulta fi ffrankar ulterjuri ta’ madwar 50% tan-nefqa annwali
għall-pensjoni. It-tabella ta’ hawn taħt turi l-iffrankar
totali stmat fin-nefqa annwali għall-pensjoni fl-2059 (bi prezzijiet
kostanti) iġġenerati mir-riforma tal-2004 u mill-proposta
tal-Kummissjoni, jekk din tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013. Tabella: Analiżi tal-impatt tal-proposta
tal-Kummissjoni u r-riforma tal-2004 (EUR miljun) fuq in-nefqa annwali
għall-pensjoni fuq terminu twil (2059)
Punt || Prezzijiet tal-2008 Impatt totali tar-riforma tal-2004 || 1047 - Ko-effiċjenti tal-korrezzjoni || 120 - Stabbiliment tal-istatut tal-aġenti kuntrattwali fl-2004 || 300 - Progressjoni tas-salarji minħabba anzjanità u promozzjonijiet || -227 - Salarju fil-livell tad-dħul || 321 - Rata li biha l-pensjoni issir dovuta || 106 - Tabella tal-irtirar || 426 Impatt totali tal-proposta tal-Kummissjoni || 500 Impatt totali tal-proposta tal-Kummissjoni u r-riforma tal-2004 || 1547
6.2.
Impatt
tal-proposta tal-Kummissjoni fuq il-kost tas-servizz
Ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-pensjoni
hija kkalkolata annwalment sabiex tiffinanzja id-drittijiet tal-pensjoni li ser
jkunu akkwiżiti fis-sena segwenti (kost tas-servizz), hi meta hi d-data
minn meta l-pensjoni korrispondenti ser titħallas. Il-kost tas-servizz
jirrapreżenta l-ammont li jitħallas fil-fond tal-pensjoni, li kieku
kien jeżisti. Madanakollu, il-kost tas-servizz jista' biss
ikejjel dawk l-aspetti tal-proposta tal-Kummissjoni li direttament inaqqsu
l-kost tal-pensjoni, jiġifieri li l-età normali tal-pensjoni titla' minn 63
għal 65, il-posponiment tal-età mandatorja tal-irtirar sa 67 u l-limitar
tal-aċċess għall-irtirar kmieni billi l-età tal-irtirar minima
titla' minn 55 sa 58[29].
Fatturi oħra li indirettament jillimitaw il-kost ġenerali
tal-pensjonijiet (ara hawn fuq) qed jitħallew fil-ġenb. Li kieku l-proposta tal-Kummissjoni kienet
fis-seħħ[30],
il-kost tas-servizz kien ikun 9,5% inqas mill-kost attwalment ikkalkolat fil-31 ta' Diċembru 2010[31], jiġifieri ikun EUR 1 092 miljun
minflok EUR 1 206 miljun. Madanakollu, dan l-iffrankar ikun jidher
biss fuq terminu twil, ladarba l-parametri l-ġodda jkunu applikati
għall-membri attivi kollha. L-iffrankar x'aktarx ikun negliġibbli fuq
terminu qasir ħafna u ser jiżdied gradwalment kull sena biex
jilħaq madwar 9,5% b'riżultat tal-implimentazzjoni tal-miżuri
tranżizzjonali. Il-kalkolu tal-kost tas-servizz attwali huwa
bbażat fuq l-assunzjoni li l-persunal reklutat qabel ir-riforma tal-2004
tar-Regolamenti tal-Persunal u wara dik ir-riforma se jirtira fl-etajiet ta' 63
u 64 rispettivament. Dan kien imqabbel mal-kost tas-servizz ikkalkolat fuq
l-assunzjonijiet li joħorġu mill-proposta tal-Kummissjoni (l-età minima
tal-irtirar ta' 65 assunta u l-età massima tal-irtirar ta' 67 assunta). Bidliet
għall-età minima tal-irtirar, penali għall-irtirar kmieni u
inċentivi għall-irtirar tard ġew ukoll ikkunsidrati.
6.3.
Impatt
tal-proposta tal-Kummissjoni fuq l-obbligu tal-PSEO
Il-proposta tal-Kummissjoni jkollha impatt fuq
l-obbligu tal-PSEO għax il-parametri tal-kalkoli jkollhom ikunu
aġġornati skont dan[32].
L-obbligu gross tal-PSEO fil-31 ta' Diċembru 2010 kien
ivvalutat għal EUR 37 702 miljun, inkluż allowances
familjari u l-effett tal-koeffiċjenti ta' korrezzjoni. Iż-żieda fl-età normali tal-pensjoni
minn 63 sa 65 tipprovdi inċentiv ikbar għall-irtirar tard
(xogħol sal-età ta' 67) u aċċess limitat għall-irtirar
kmieni (billi l-età minima għall-irtirar tittella' minn 55 għal 58)
mistenni jnaqqas l-obbligu tal-PSEO. Il-miżuri ta’ hawn fuq biss għandhom
impatt fuq l-obbligu tal-membri kontribwenti, li kien evalwat għal
EUR 21 246 miljun fil-31 ta' Diċembru 2010 (56%
tat-total tal-obbligu PSEO). L-iffrankar fuq il-kost tal-pensjoni
ġġenerat mill-proposta tal-Kummissjoni fuq livell individwali
jiddependi mill-età tal-persuna. Iffrankar ogħla ser jsir minn persunal
żgħir taħt it-30 sena fl-1 ta’ Mejju 2013, waqt
li, il-miżuri tranżizzjonali jfissru li mhux ser jkun hemm iffrankar
relatat ma' persunal li għandhom 59 sena jew iżjed. Is-simulazzjonijiet juru li l-proposta
tal-Kummissjoni tnaqqas l-obbligu tal-membri kontribwenti kollha b'14,5%; dan
ifisser li l-obbligu fil-31 ta’ Diċembru 2010 ikun ta’
EUR 18 166 miljun minflok iċ-ċifra attwali ta’
EUR 21 246 miljun.
7.
Konklużjonijiet
Wara li kkunsidrat dan ta' hawn fuq,
il-Kummissjoni waslet għall-konklużjonijiet segwenti: –
Fir-rigward tar-rata ta' akkumulazzjoni,
il-bażi tal-pensjoni, ir-rata massima possibbli tal-pensjoni u r-rata
tal-kontribuzzjoni tal-persunal, il-PSEO hija konformi mal-iskemi tal-Istat
Membri. Sa fejn għandhom x'jaqsmu xi aspetti, bħal-livell
tal-kontribuzzjoni tal-persunal għall-pensjoni, il-PSEO hija fost l-iskemi
tal-Istat Membri fejn ir-rata hija l-ogħla. Sa fejn għandhom x'jaqsmu
l-kwistjonijiet ta’ hawn fuq, il-PSEO wkoll hija konformi mal-Green Paper. –
L-Istituzzjonijiet tal-UE jaqgħu fil-firxa
tal-iskemi tal-Istati Membri għall-uffiċjali nazzjonali fir-rigward
tal-età normali tal-pensjoni. Madanakollu, sabiex ikunu konformi
bis-sħiħ mal-orjenatzzjonijiet tal-Green Paper, il-miżuri li
huma spjegati fil-proposta tal-Kummissjoni jridu jkunu implimentati.
Partikolarment dan jinvolvi r-restrizzjoni tal-irtirar kmieni billi tittella'
l-età minima tal-irtirar għal 58 u jitnaqqas l-għadd ta' rtirar bikri
mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tal-pensjoni għal 5%, li jkunu
żgurati ħajjiet lavorattivi itwal billi tittella' l-età tal-pensjoni
għal 65 u billi tkun posposta l-età mandatorja tal-irtirar għal 67.
Dawn il-miżuri jagħmlu l-Kummissjoni konformi mal-Istati Membri
l-iktar avvanzati, waqt li ħafna minnhom jeħtieġ li jagħmlu
riformi simili. –
Jekk deċiżjoni tittieħed biex
tikkunsidra l-istabbiliment ta’ fond reali tal-pensjoni, tali miżura
tirriżulta f'nefqa ikbar fuq l-iskema tal-pensjoni fuq terminu qasir u dak
medju. Madanakollu, hija tnaqqas il-kostijiet tal-pensjoni fuq terminu twil,
għax in-nefqa tal-pensjoni tkun parzjalment jew kompletament iffinanzjata
mill-fond ta' pensjoni, skont is-soluzzjoni adottata. –
Il-miżuri fil-proposta tal-Kummissjoni, jekk
adottati, ikollhom impatt kunsiderevoli fit-tnaqqis tal-kostijiet tal-pensjonu
fuq terminu twil. Maż-żmien, in-nefqa annwali għall-pensjoni
taqa; b'madwar EUR 500 miljun, u il-kost tas-servizz - li jirrifletti
l-ammont li għandu jkun investit fil-fond reali tal-pensjoni li kieku kien
jeżisti- jitnaqqas b'9,5%. Huma jkollhom impatt immedjat fuq il-porzjoni
tagħhom tal-obbligu tal-pensjoni għall-persunal attiv, li jinżel
b'14,5%. [1] Din iċ-ċifra tikkunsidra
id-Deċiżjoni tal-Kunsill (2011/866/UE) tad-19 ta' Diċembru 2011
biex ma taddottax il-proposta tal-Kummissjoni biex jaġġusta
ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet. [2] (COM(2008)443). [3] SEC(2010)989. [4] SEC (2010) 989, p.3. [5] Minn hawn 'il quddiem 'ir-riforma tal-2004' [6] SEC (2010/830). [7] Robert Palacios, Edward Whitehouse. Civil-service
Pension Schemes Around the World. Mejju 2006. Dokument ta' diskussjoni dwar
il-PS Nru 0602 Bank Dinji. [8] Bl-eċċezzjoni
tal-aġenziji li jiffinanzjaw lilhom infushom, li jħallsu il-parti
tal-impjegatur tal-kontribut lill-baġit tal-UE. [9] Persunal attiv ħallas
il-kontributi għad-drittijiet tal-pensjoni li kiseb. [10] L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà
għas-Settur Pubbliku (IPSAS) 25 Huwa ekwivalenti għall-Istandard
Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 19 użat fis-settur privat. [11] Sors: Green paper [12] Fit-tabelli segwenti, "F" tirrapreżenta
"Femminili" u "M" tirrapreżenta "Maskili". [13] Għall-persunal reklutat qabel l-1 ta' Mejju 2004
r-rata ta' akkumulazzjoni hi ta'2%. [14] Fir-rigward ta' Franza, minħabba li d-dejta ma saritx
disponibbli għall-Eurostat, id-dejta inkluża f'dan ir-rapport issegwi
l-portal segwenti tal-awtorità pubblika Franċiża. http://www.info-retraite.fr/index.php?id=144
[15] Iċ-ċifri f'Euro huma kkalkolati bir-rata
tal-kambju tal-1 ta' Lulju 2011, 1€=7,4592 DKK. [16] https://www.workindenmark.dk/Find%20information/Til%20arbejdstagere/Naar%20du%20 arbejder%20i%20Danmark/Pension/Folkepension.aspx [17] Ir-rati ta' sostituzzjoni juru l-livell tal-pensjonijiet
bħal persentaġġ tal-gwadann preċeddenti ta' individwu fil-mument li beda jieħu
l-pensjoni. [18] Il-Kummissjoni pproponiet rata ta' kontribuzzjoni għall-pensjoni
ta' 11,0% għall-2012. [19] Ir-Rapport Konġunt dwar il-Pensjonijiet 2010
mill-Kumitat tal-Politika Ekonomika, il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u
s-Servizzi tal-Kummissjoni, p. 25 u 26. [20] Id-Danimark: skema għall-pensjonijiet tas-Suq
tax-xogħol;; il-Polonja: Skema ġdida tal-pensjoni: OPF [21] Skemi ffinanzjati huma skemi tal-pensjonijiet li
l-wegħdiet ta’ benefiċċju tagħhom huma appoġġjati
minn fond ta’ assi mwarrba u investiti għall-iskop li jissodisfaw
l-obbligi tal-iskema għall-ħlas tal-benefiċċji meta
jinqalgħu. [22] Sors: Kalkoli tas-Subgrupp tal-Indikaturi tal-Kumitat
għall-Protezzjoni Soċjali. Il-kalkoli huma bbażati fuq ir-rati
ta’ sostituzzjoni teoretiċi għal individwi li jaħdmu fis-settur
privat, li għandhom karriera ta’ 40 sena mingħajr interruzzjoni
(mill-età ta' 25 sa 65), u gwadann medju fl-ekonomija. Il-proporzjoni
tal-introjtu li ġej minn skemi tal-pensjonijiet iffinanzjati b'mod
mandatorju probabbli se jkun inqas minn dak preżentat fiċ-ċifra
għal għadd ta' Stati Membri, fejn ir-rati ta’ kontribuzzjoni
għall-iskemi ffinanzjati tnaqqsu (temporanjament jew permanentament)
fid-dawl tal-kriżi ekonomika riċenti. [23] http://www.unjspf.org/UNJSPF_Web/page.jsp?role=info&page=Invest&lang=eng [24] Ara Civil Services in the EU of 27, Reform Outcomes and
the Future of the Civil Service, ta' C. Demmke, u T. Moilanen, Edizzjoni
Peter Lang, 2010, p. 98. Ara wkoll it-Tabella 13 p. 99. [25] L-Artikolu 77, premessa 4 tar-Regolament tal-Persunal
jiddikjara li l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar m'għandux ikun inqas minn 4%
taċ-ċifra minima tas-sussistenza għal kull sena ta' servizz. [26] Rapport dwar ir-Riżorsi Umani 2011, p. 43 [27] Jekk jogħġbok innota li fil-Belġju
kontribuzzjoni b'rata ta' 7,5% hija mħallsa mill-impjegat biex tkun
iffinanzjata biss il-pensjoni tas-superstiti. [28] Għandu jkun innutat li l-istudju tal-Eurostat tal-2010
dwar l-implikazzjonijiet baġitarji fuq terminu twil tal-kostijiet
tal-pensjoni ma ġiex aġġornat. L-iffrankar fuq il-pensjonijiet
preżentati f'din il-parti kienu kkalkolati b'metodoloġija
simplifikata. [29] L-impatt tagħhom fuq il-kost annwali tas-servizz,
espress f'persentaġġi, huwa rapreżentattiv tal-kost tas-servizz
matul il-karriera kollha (jiġifieri il-pensjonijiet totali li jridu
jitħallsu sakemm persuna tmut), jekk assunzjonijiet oħra jibqgħu
mhux mibdula (ceteris paribus). [30] Simulazzjoni bbażata fuq popolazzjoni attiva fil-31.12.2010,
li teskludi kwalunkwe impatt minħabba bidla fuq l-istruttura tal-popolazzjoni. [31] Valutazzjoni tal-pensjoni fil-31.12.2010 abbażi
tal-parametri u l-assunzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal
fis-seħħ mill-2004. [32] L-obbligu tal-PSEO imsejjaħ ukoll "Obbligu ta'
Benefiċċju Definit" (DBO) huwa ddeterminat bili jkun skontat
il-ħruġ futur tal-flus attribwit tas-servizzi tal-passat bl-użu
ta’ rata ta’ skont ibbażata fuq ir-rati tal-imgħax tal-bonds
tal-gverm denominati fil-valuta li fiha l-benefiċċji jitħallsu,
u b'patti ta' maturità li jqarrbu dawk tal-PSEO. L-obbligu jikkorrispondi
għad-drittijiet tal-pensjoni akkwiżiti mill-persunal attiv
(kontribuzzjonijiet għall-pensjoni) u għal trasferimenti minn skemi
oħra tal-pensjoni.