EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0437

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT, u tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (07883/2012 – C7-0171/2012 – 2012/0046(NLE))

ĠU C 419, 16.12.2015, p. 216–216 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/216


P7_TA(2012)0437

It-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat, bejn l-UE, il-Brażil u t-Tajlandja ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT, u tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (07883/2012 – C7-0171/2012 – 2012/0046(NLE))

(Approvazzjoni)

(2015/C 419/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07883/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (07884/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tajlandja skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (il-Ftehim tal-GATT) tal-1994 dwar it-tibdil fil-konċessjonijiet għal-laħam tat-tjur ipproċessat imniżżel fl-Iskeda tal-UE mehmuża mal-Ftehim tal-1994 tal-GATT (07885/2012),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0171/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0350/2012),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Ftehimiet;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożiżżjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Federali tal-Brażil u r-Renju tat-Tajlandja.


Top