Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0278

    Regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (COM(2010)0539 – C7-0294/2010 – 2010/0267(COD))
    P7_TC1-COD(2010)0267 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa

    ĠU C 349E, 29.11.2013, p. 180–215 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 349/180


    L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
    Regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa ***I

    P7_TA(2012)0278

    Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (COM(2010)0539 – C7-0294/2010 – 2010/0267(COD))

    2013/C 349 E/23

    (Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0539),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0294/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati, fil-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Parlament Litwan, mill-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu u mid-Diet u s-Senat Pollakki, li jaffermaw li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Frar 2011 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A7-0158/2011),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 30.


    L-Erbgħa 4 ta’ Lulju 2012
    P7_TC1-COD(2010)0267

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-4 ta' Lulju 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li bagħtu l-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) jagħti poteri lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, il-poteri mogħtija taħt ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 lill-Kummissjoni jeħtieġu jkunu allinjati mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trattat).

    (3)

    Il-Kummissjoni għandu jkollha l-poter li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 li ma jkunux essenzjali. L-elementi li għalihom il-poter jista' jkun eżerċitat għandhom ikunu definiti, kif ukoll il-kundizzjonijiet li għalihom għandha tkun soġġetta dik id-delegazzjoni. Biex ikun żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistema stabbilita b'dan ir-Regolament, il-poter li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jingħata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Huwa importanti ħafna li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, xierqa u fil-ħin tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. [Em. 1]

    (4)

    Sabiex tiggarantixxi applikazzjoni uniformi tar-Regolament Nru 73/2009 fl-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni għandha jkollha l-poter li tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat. Salv meta hu espliċitament ipprovdut mod ieħor, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta' implimentazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-... jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, il-Kummissjoni għandha tingħata poteri ta' implimentazzjoni . Dawn il-poteri, ħlief meta jkun previst espliċitament mod ieħor, għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewrepow u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (4). [Em. 2]

    (4a)

    Il-Kummissjoni, permezz ta' atti tal-implimentazzjoni, għandha tapprova l-għoti ta' ċertu appoġġ speċifiku, tiddeċiedi liema Stati Membri jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet rigward il-primjum tal-baqar li jreddgħu u tawtorizza lil Stati Membri ġodda jikkomplementaw, skont ċerti kundizzjonijiet, kwalunkwe pagamenti diretti. Minħabba n-natura speċjali ta' dawk l-atti, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadottahom mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat għal Pagamenti Diretti. [Em. 3]

    (5)

    Xi wħud mid-dispożizzjonijiet dwar skemi ta’ appoġġ dirett li ġew adottati sa issa mill-Kummissjoni skont il-poteri mogħtija lilha mir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma kkunsidrati ta’ tali importanza li għandhom jiġu inkorporati f’dak ir-Regolament. Dawk l-elementi jikkonċernaw xi wħud mir-regoli dettaljati stipulati fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1120/2009 (5), (UE) Nru 1121/2009 (6) u (UE) Nru 1122/2009 (7).

    (6)

    Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 xi wħud mid-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ssimplifikati, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità.

    (7)

    Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza huwa xieraq li jiġu pprovduti definizzjonijiet għal "art għall-kultivazzjoni", "uċuħ tar-raba’ permanenti", "mergħa permanenti" u "mergħat".

    (8)

    Minħabba li l-mergħa permanenti għandha effett ambjentali pożittiv, għandhom jiġu adottati miżuri sabiex jinkoraġġixxu l-manutenzjoni tal-mergħa permanenti eżistenti biex tiġi evitata l-konverżjoni massiva f’art għall-kultivazzjoni. Sabiex tiżgura li l-Istati Membri jiddeterminaw il-proporzjon ta’ mergħa permanenti u art agrikola li għandha tinżamm b’mod koerenti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar id-determinazzjoni tad-dejta meħtieġa sabiex tistabbilixxi dan il-proporzjon.

    (9)

    Sabiex tiżgura implimentazzjoni effettiva tas-sistema konsultattiva għall-farms ipprovduta fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, biex b’hekk tagħmel tali sistema kompletament operattiva, il-Kummissjoni tista’ tadotta regoli permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

    (10)

    Sabiex jiżguraw li l-osservanza tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità tkun tista’ tiġi vverifikata, il-bdiewa huma meħtieġa jiddikjaraw l-erjas agrikoli kollha tal-impriża tagħhom. Dan japplika wkoll meta l-bdiewa ma japplikaw għal ebda pagament dirett ibbażat fuq l-erja u jkollhom biss żoni żgħar għad-dispożizzjoni tagħhom. F’dawk il-każijiet, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li ma jkollhomx bżonn id-dikjarazzjoni ta’ dawk l-erjas, sakemm l-erja totali tal-impriża kkonċernata ma taqbiżx ettaru wieħed u sakemm issir referenza għal dawk l-erjas fl-applikazzjoni għal għajnuna.

    (11)

    Implimentazzjoni effettiva tal-kundizzjonalità teħtieġ verifika tal-osservanza tal-obbligi fuq il-livell tal-bdiewa. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri, sabiex tiżgura livell uniformi u għoli biżżejjed ta’ prestazzjoni ta’ dawn il-verifiki b’mod partikolari fir-rigward tal-għażla tal-farms, twettiq ta’ kontrolli u rappurtar. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla li jikkunsidra nuqqas ta’ konformità bħala minuri jew li ma japplikax tnaqqis jew esklużjoni fejn ammont ikkonċernat huwa ta’ inqas minn EUR 100, l-awtorità kompetenti ta’ kontroll għandha, fis-sena ta’ wara, tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejbiet tan-nuqqas ta’ konformità kkonċernat. Madankollu, bl-għan li tissimplifika u li ttaffi l-piż amministrattiv, wieħed għandu jikkunsidra li jissimplifika s-sistema ta' kontrolli ta' segwitu.

    (12)

    L-Istati Membri għandhom jimplimentaw amministrazzjoni integrata u sistema ta' kontroll skont kif inhu pprovdut fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Sabiex tiżgura livell uniformi u għoli biżżejjed ta’ osservanza tal-elementi differenti ta’ dik is-sistema fir-rigward tal-aspetti tekniċi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar karatteristiċi bażiċi, definizzjonijiet u rekwiżiti ta’ kwalità dwar is-sistema u l-elementi differenti tagħha.

    (13)

    Sabiex tiżgura amministrazzjoni koerenti u effiċjenti tal-applikazzjonijiet għal għajnuna l-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni pertinenti għall-applikazzjoni għal għajnuna u għall-applikazzjoni għal intitolamenti għal pagament. Dawk l-atti għandhom jiżguraw li jiġu pprovduti biżżejjed żmien u l-informazzjoni neċessarja kollha sabiex jippermettu l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà. Meta tkun iġġustifikata debitament, il-bidwi għandu jingħata ċerta flessibbiltà. Barraminnhekk, ir-regoli ta’ eliġibbiltà bħal perijodi ta’ żamma ta’ annimali ma għandhomx jostakolaw lill-bdiewa milli jittrasferixxu l-impriża kollha tagħhom wara li l-applikazzjoni tintbagħat imma matul dan il-perijodu. Il-kundizzjonijiet għal tali trasferimenti għandhom għalhekk jiġu ddefiniti.

    (14)

    Verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandha titwettaq bl-għan li tipproteġi l-Fondi tal-Unjoni. Sabiex tippermetti tali verifika tat-twettiq tal-obbligi marbutin mal-pagament mill-bdiewa kif ukoll sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi għall-bdiewa intitolati, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri. Meta xieraq, dawk l-atti għandhom ukoll jistabbilixxu regoli għas-sitwazzjoni meta servizzi, korpi jew organizzazzjonijiet oħrajn minbarra l-awtorità kompetenti jkunu inkarigati mill-amministrazzjoni tal-pagamenti.

    (15)

    L-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprovdi għal rekwiżiti minimi li għandhom jiġu osservati, iżda l-applikazzjoni tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 28(1) mhix xierqa għall-bdiewa li għadhom qegħdin jirċievu pagamenti diretti taħt ċerti skemi akkoppjati iżda li ma għandhomx ettari. Dawk il-bdiewa huma fl-istess sitwazzjoni bħall-bdiewa detenturi ta’ intitolamenti speċjali u sabiex jiżguraw l-effettività sħiħa tal-iskemi akkoppjati inkwistjoni huma għandhom għalhekk jiġu ttrattati bl-istess mod għall-iskopijiet tal-Artikolu 28(1) ta’ dak ir-Regolament. Ukoll, meta Stat Membru jkun għażel limitu massimu f'ettari kif previst fl-Artikolu 28(1)(b), il-bdiewa li jirċievu l-appoġġ speċifiku msemmi fit-Titlu III tal-Kapitolu 5 u li għandhom inqas ettari mil-limitu massimu magħżul mill-Istat Membru għandhom ikunu soġġetti għal-limitu massimu f'Euro magħżul mill-Istat Membru skont kif previst fl-Artikolu 28(1)(a).

    (16)

    Għandhom jiġu ffissati r-regoli dwar il-qies minimu għal kull impriża li għaliha jista’ jintalab l-istabbiliment ta’ intitolamenti għal pagament.

    (17)

    Sabiex tiżgura l-kontinwità tas-sistema ta’ pagamenti diretti f’każ ta’ ċirkostanzi straordinarji, il-Kummissjoni għandha tingħata l-permess li tadotta miżuri neċessarji u ġustifikati sabiex tegħleb tali eventwalitajiet.

    (18)

    Sabiex tiżgura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskema ta’ pagament uniku previst fit-Titolu III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-użu ta’ erjas agrikoli għal attivitajiet mhux agrikoli għandu jiġi ddefinit.

    (19)

    Sabiex tittieħed f’kunsiderazzjoni l-organizzazzjoni interna tal-Istati Membri, huma għandhom jitħallew jamministraw ir-riżerva naturali fuq livell reġjonali. Għandhom jiġu stabbiliti regoli għal tali amministrazzjoni.

    (20)

    Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi mill-Istati Membri dwar ir-riverżjoni għar-riżerva nazzjonali tal-intitolamenti għal pagament mhux użati.

    (21)

    Ir-regoli rigward il-limitazzjoni fuq it-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament għandhom jiġu adattati sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni sitwazzjonijiet ta’ trasferiment partikolari.

    (22)

    Sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għal intitolamenti speċjali jkomplu jintlaħqu għandhom jiġu adottati regoli dwar il-kalkolu tal-unitajiet ta’ bhejjem.

    (23)

    Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-allokazzjoni inizjali ta’ intitolamenti għal pagament fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri l-ġodda kif previst fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (24)

    Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-kalkolu tal-unitajiet ta’ bhejjem għal intitolamenti speċjali kif previst fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (25)

    Sabiex tiżgura trattament ugwali bejn l-operaturi, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni għall-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ li jikkonċernaw attivitajiet agrikoli speċifiċi li jinvolvu benefiċċji agriambjentali addizzjonali, erjas soġġetti għal ristrutturazzjoni u/jew miżuri ta’ assigurazzjoni għal programmi ta’ żvilupp, uċuħ tar-raba’, annimali u pjanti kif previst fl-Artikolu 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Fil-każ ta’ fondi reċiproċi għall-mard ta’ annimali u pjanti u l-inċidenti ambjentali, dawn ir-regoli għandhom b’mod partikolari jinkludu t-tul minimu u massimu tas-self kummerċjali eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja u l-obbligu tal-Istati Membri li jissottomettu rapport annwali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

    (26)

    Sabiex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskemi ta’ għajnuna previsti fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar il-funzjonament preċiż ta’ dawk is-sistemi.

    (27)

    Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw il-limitazzjonijiet għat-trasferiment ta’ drittijiet tal-primjum fil-każ tal-primjums fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż.

    (28)

    Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw l-għadd minimu ta’ annimali li għandhom jiġu ddikjarati fir-rigward tal-primjums speċjali u fir-rigward tal-primjum tal-baqar li jreddgħu.

    (29)

    Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jikkonċernaw il-limiti għat-trasferiment tad-drittijiet tal-primjums ta’ baqar li jreddgħu.

    (30)

    Sabiex tiżgura amministrazzjoni tajba tal-għażliet magħmula mill-Istati Membri li jikkonċernaw il-pagamenti akkoppjati, il-Kummissjoni għandha tiffissa limiti li jikkorrispondu mal-iskema ta’ pagament uniku, il-miżuri akkoppjati fi ħdan l-appoġġ speċifiku, il-pagament separat taz-zokkor, il-pagament separat tal-frott u l-ħxejjex, il-pagament separat tal-frott artab u l-fondi nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 69(6)(a).

    (31)

    L-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jipprevedi l-possibbiltà fl-Istati Membri l-ġodda li tiġi kkumplimentata għajnuna diretta mħallsa lill-bidwi, soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. Pagamenti diretti nazzjonali komplementari mħallsin mhux b’konformità mal-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna illegali.

    (32)

    L-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri huwa essenzjali għall-ġestjoni tajba tal-fondi. Permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni l-Kummissjoni għandha tadotta regoli uniformi dwar l-iskambju ta’ informazzjoni. Dawn għandhom b’mod partikolari jinkludu regoli dwar notifiki ta’ deċiżjonijiet mill-Istati Membri u dwar statistiki u rapporti li għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri.

    (33)

    Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    "(i)

    ‘art għall-kultivazzjoni’ tfisser art ikkultivata għall-produzzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ jew miżmuma f’kundizzjoni agrikola jew ambjentali tajba skont l-Artikolu 6, irrispettivament minn jekk dik l-art hix taħt serer jew taħt kopertura fissa jew mobbli jew le;

    (j)

    ‘uċuħ tar-raba’ permanenti’ tfisser uċuħ tar-raba’ mhux tar-rotazzjoni minbarra mergħat permamenti li jokkupaw l-art għal ħames snin jew aktar u jagħtu ħsad ripetut, inklużi mixtliet, u msaġar ta’ rotazzjoni qasira;

    (k)

    ‘mergħa permanenti’ tfisser art użata għat-tkabbir ta’ ħxejjex jew pjanti naturalment erbaċji (li jitilgħu waħidhom) jew permezz tal-kultivazzjoni (miżrugħa) u li ma ġietx inkluża fir-rotazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ tal-impriża għal ħames snin jew aktar, esklużi l-erjas mwarrba skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2078/92 (8), erjas imwarrba skont l-Artikoli 22, 23 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 (9) u erjas imwarrba skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005; u għal dan il-għan, ‘ħxejjex jew pjanti erbaċji oħrajn’ tfisser il-pjanti erbaċji kollha tradizzjonalment misjuba f’mergħat naturali jew normalment inklużi f’taħlitiet ta’ żrieragħ għal mergħat jew imraġ fl-Istat Membru (użati għall-annimali li jirgħu jew le). L-Istati Membri jistgħu jinkludu wċuħ tar-raba’ li jinħadmu kif iddefinit mill-Kummissjoni;

    (l)

    ‘mergħa’ tfisser art għall-kultivazzjoni użata għall-produzzjoni tal-ħaxix (miżrugħ jew naturali); mergħa għandha tinkludi mergħa permanenti.

    (2)

    Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 2a

    Emenda tal-Anness I

    Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġislazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, atti ddelegati temenda l-Anness I sabiex tinkludi referenzi xierqa għal leġislazzjoni ġdida .".

    [Em. 4]

    (2a)

    Fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1), jitħassar il-punt (a). [Em. 5]

    (3)

    Fl-Artikolu 6, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "3.   Sabiex tiżgura li jittieħdu miżuri sabiex l-art tinżamm taħt mergħa permanenti fuq il-livell tal-bdiewa, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dispożizzjonijiet inklużi obbligi individwali fuq il-livell tal-bdiewa li għandhom jiġu rrispettati fejn huwa stabbilit li l-proporzjon ta’ art taħt mergħa permanenti qiegħed jonqos." [Em. 6]

    4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-metodi għad-determinazzjoni tal-proporzjon ta’ mergħa permanenti u art agrikola li għandha tinżamm.".

    (4)

    Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "2.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni ddelegati , tirrevedi l-limiti stabbiliti fl-Anness IV sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni il-: [Em. 7]

    (a)

    modifiki fl-ammonti totali massimi ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw;

    (b)

    modifiki fis-sistema ta’ modulazzjoni volontarja pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 378/2007;

    (c)

    bidliet strutturali fl-impriżi;

    (d)

    trasferimenti lill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikolu 136 ta’ dan ir-Regolament.".

    (5)

    L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, il-parti introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

    "L-ammonti li jikkorrispondu għal punt wieħed perċentwali għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati. L-ammonti li jikkorrispondu għat-tnaqqis b’4 punti perċentwali għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kkonċernati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:";

    (b)

    fil-paragrafu 3, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

    "Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġislazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja Il -Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, temenda l-Anness V.";

    [Em. 8]

    (c)

    Il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "4.   L-ammont li jifdal li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) u l-ammonti li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Huma għandhom jintużaw skont l-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.".

    (6)

    Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "3.   Kwalunkwe ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7(1) u (2) għandu jiġi allokat lill-Istat Membru l-ġdid fejn l-ammonti korrispondenti ġew iġġenerati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-ammonti għandhom jintużaw skont l-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.".

    (6a)

    Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jinbidel b'li ġej:

    "2.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu fuq proposta mill-Kummissjoni ppreżentata mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena kalendarja li fiha japplikaw l-aġġustamenti msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jiddeterminaw dawn l-aġġgustamenti mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju tal-istess sena kalendarja.".

    [Em. 9]

    (7)

    Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu II, jiżdied l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 11a

    Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

    1.   Sabiex tiżgura implimentazzjoni armonizzata tal-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja l-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dettaljati fuq il-bażi ta’ kalkolu ta’ tnaqqis li għandu jiġi applikat għall-bdiewa mill-Istati Membri minħabba l-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja kif previst fl-Artikolu 9, 10, 11.

    2.   Sabiex tiżgura l-allokazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2), il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi l-kriterji għall-allokazzjoni ta’ ammonti magħmula disponibbli bl-applikazzjoni ta’ modulazzjoni.".

    (8)

    Fl-Artikolu 12, jiżdied l-paragrafu li ġej:

    "5.   Sabiex tiggarantixxi l-funzjonament tajjeb tas-sistema konsultattiva għall-farms, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, dispożizzjonijiet bil-għan li tali sistema ssir kompletament operattiva. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jkunu relatati, fost l-oħrajn, mal-iskop tas-sistema konsultattiva għall-farms u l-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-bdiewa. [Em. 10]

    6.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli tekniċi għall-implimentazzjoni uniformi tas-sistema konsultattiva għall-farms.".

    [Em. 11]

    (9)

    Fl-Artikolu 19(1), jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

    "Kull Stat Membru għandu jiddetermina l-qies minimu tal-ħbula tar-raba' li għalihom tista’ ssir applikazzjoni. Madankollu, il-qies minimu ma jistax jaqbeż 0,3 ett.

    Permezz ta’ deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li bidwi li ma japplikax għal xi pagament dirett abbażi tal-erja mhuwiex obbligat jiddikjara l-ħbula tar-raba' kollha tiegħu fil-każ fejn l-erja totali ta’ dawk il-ħbula tar-raba' ma taqbiżx ettaru wieħed. Il-bidwi għandu madankollu jindika, fl-applikazzjoni tiegħu, li għandu ħbula tar-raba' u għandu, fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, jindika l-post tal-ħbula tar-raba' kkonċernati.".

    (10)

    Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "1.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe tnaqqis jew esklużjoni pprovduta fl-Artikolu 23, fejn jinstab li bidwi ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà fir-rigward tal-għoti tal-għajnuna kif ipprovdut f’dan ir-Regolament, il-pagament jew parti mill-pagament mogħti jew li għandu jingħata li għalih intlaħqu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għandu jkun soġġett għal tnaqqis u esklużjonijiet.".

    (11)

    Fl-Artikolu 22, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli għat-twettiq ta’ kontrolli u verifiki sabiex tivverifika l-konformità mal-obbligi msemmija fil-Kapitolu 1.".

    (12)

    Fl-Artikolu 23, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "2.   Minkejja l-paragrafu 1 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli msemmija fl-Artikolu 27a(5), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tnaqqis jew esklużjoni li tammonta għal EUR 100 jew inqas għal kull bidwi u għal kull sena kalendarja.

    Meta Stat Membru jiddeċiedi li juża l-għażla pprovduta fl-ewwel subparagrafu, fis-sena ta’ wara l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejbiet ta’ nuqqas ta’ konformità kkonċernati. Is-sejba u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta’ rimedju għandhom jiġu nnotifikati lill-bidwi.".

    [Em. 12]

    (13)

    L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "1.   Għall-kalkolu tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni s-severità, il-limitu, il-permanenza u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità misjubin kif ukoll il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4."

    (b)

    fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej mħassar :

    "Sakemm il-bidwi ma jkunx ħa azzjoni immedjata ta’ rimedju sabiex itemm in-nuqqas ta’ konformità misjub, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-azzjonijiet meħtieġa li jistgħu, fejn xieraq, jiġu limitati għal kontroll amministrattiv sabiex tivverifika li l-bidwi jirrimedja għas-sejba tan-nuqqas ta’ konformità kkonċernata. Is-sejba tan-nuqqas ta’ konformità minuri u l-obbligu li tittieħed azzjoni ta’ rimedju għandhom jiġu nnotifikati lill-bidwi."

    [Em. 13]

    (14)

    Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II, jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

    "Artikolu 27a

    Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

    1.   Sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-bdiewa intitolati u sabiex tiżgura li l-amministrazzjoni integrata u s-sistema ta’ kontroll pprovduti f’dan il-Kapitolu jkunu implimentati b’mod effiċjenti, koerenti u b’mod mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

    (a)

    definizzjonijiet speċifiċi meħtieġa sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata tas-sistema integrata;

    (b)

    dispożizzjonijiet meħtieġa għal definizzjoni armonizzata tal-bażi għall-kalkolu tal-għajnuna, inklużi regoli dwar kif jiġu ttrattati ċerti każijiet fejn żoni eliġibbli fihom karatteristiċi ta’ pajsaġġ jew siġar;

    (c)

    regoli sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-bdiewa fil-każijiet ta’ force majeure u ċirkostanzi eċċezzjonali skont l-Artikolu 31;

    (d)

    regoli sabiex jiżguraw bażi armonizzata għall-kalkolu ta’ tnaqqis minħabba kundizzjonalità bit-teħid f’kunsiderazzjoni wkoll tat-tnaqqis minħabba l-modulazzjoni u d-dixxiplina finanzjarja;

    (e)

    regoli dwar li jippermettu lill-Istati Membri jieħdu kwalunkwe miżuri ulterjuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri għall-applikazzjoni tajba ta’ dan il-Kapitolu kif ukoll arranġamenti għal kwalunkwe assistenza reċiproka meħtieġa bejn l-Istati Membri. [Em. 14]

    2.   Sabiex tiżgura distribuzzjoni korretta tal-fondi lill-bdiewa intitolati fir-rigward tal-applikazzjonijiet ta’ għajnuna pprovduti fl-Artikolu 19 u sabiex tippermetti l-verifika tat-twettiq tal-obbligi relatati magħhom mill-bdiewa, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi dan li ġej:

    (a)

    regoli li jikkonċernaw il-qies minimu tal-ħbula tar-raba' li għandhom jiġu ddikjarati, sabiex inaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-bdiewa u l-awtoritajiet;

    (b)

    deroga mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (10) sabiex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tal-bdiewa fejn id-data finali għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet jew emendi hija btala pubblika, is-Sibt jew il-Ħadd;

    (c)

    f’każ ta’ applikazzjoni għal pagament jew għal allokazzjoni ta’ intitolamenti li ssir tard, id-dewmien massimu u t-tnaqqis f’każ ta’ tali dewmien.

    3.   Sabiex tiżgura li l-verifika tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà pprovduti fl-Artikolu 20 titwettaq b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dispożizzjonijiet, b’mod partikolari għall-avveniment li fih bidwi jipprevjeni t-twettiq ta’ kontroll.

    4.   Sabiex tiżgura li l-kalkolu u l-applikazzjoni tat-tnaqqis u l-esklużjonijiet jitwettqu skont il-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 21 u b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

    (a)

    dispożizzjonijiet dwar tnaqqis jew esklużjonijiet relatati mal-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni fl-applikazzjoni bħal dikjarazzjonijiet eċċessivi ta’ erjas jew annimali jew b’nuqqas ta’ dikjarazzjoni ta’ erjas kif ukoll dispożizzjonijiet sabiex jiżguraw trattament armonizzat u proporzjonat ta’ irregolaritajiet intenzjonati, sitwazzjonijiet ta’ żbalji minuri, akkumulazzjoni ta’ tnaqqis u applikazzjoni simultanja ta’ tnaqqis differenti, kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iskop tal-miżuri implimentati taħt l-Artikolu 68;

    (b)

    regoli li jipprovdu għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis f’ċerti każijiet, li jiżguraw il-proporzjonalità meta japplikaw tnaqqis.

    5.   Sabiex tiżgura li l-kundizzjonalità titwettaq b’mod effiċjenti, koerenti u mhux diskriminatorju, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli għall-kalkolu u l-applikazzjonijiet ta’ tnaqqis skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 23 u 24, inklużi regoli għan-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ tnaqqis f’ċerti każijiet.

    Artikolu 27b

    Regoli ta’ implimentazzjoni

    Għall-għanijiet tal-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi dan li ġej:

    (a)

    il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema integrata sabiex tkun reġistrata l-identità ta’ kull bidwi li jissottometti applikazzjoni għal għajnuna provduta fl-Artikolu 15;

    (b)

    il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għall-bażi ta’ dejta kompjuterizzata provduta fl-Artikolu 16;

    (c)

    il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-ħbula tar-raba' provduti fl-Artikolu 17;

    (d)

    il-karatteristiċi bażiċi, id-definizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità għas-sistema ta' identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament provduti fl-Artikolu 18;

    (e)

    regoli li jikkonċernaw l-applikazzjoni ta’ għajnuna u l-applikazzjoni għal intitolamenti għal pagament provduti fl-Artikolu 19, inkluża d-data finali għal sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet, rekwiżiti għall-ammont minimu ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni, dispożizzjonijiet għal emendi jew l-irtirar ta’ applikazzjonijiet ta’ għajnuna, eżenzjoni mir-rekwiżiti għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal għajnuna u dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw proċeduri ssimplifikati jew jaġġustaw żbalji ovvji;

    (f)

    regoli għat-twettiq ta’ kontrolli sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-obbligi, il-korrettezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal għajnuna. Fir-rigward tal-qanneb, dan għandu b’mod partikolari jinkludi regoli dettaljati rigward il-miżuri u metodi speċifiċi ta’ kontroll għad-determinazzjoni tal-livelli tat-tetraidrokannabinol u fir-rigward tal-qoton, sistema għall-kontroll tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;

    (g)

    fir-rigward tal-qanneb, regoli rigward il-miżuri u metodi speċifiċi ta’ kontroll għad-determinazzjoni tal-livell tat-tetraidrokannabinol;

    (h)

    fir-rigward tal-qoton, sistema għall-kontroll tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali approvati;

    (i)

    regoli dwar l-irkupru ta’ ammonti ta’ għajnuna mħallsin indebitament u intitolamenti għal pagament allokati indebitament;

    (j)

    definizzjonijiet tekniċi meħtieġa għall-iskop tal-implimentazzjoni uniformi ta’ dan il-Kapitolu;

    (k)

    dispożizzjonijiet fir-rigward tas-sitwazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ impriżi meta tiġi ttrasferita wkoll kwalunkwe obbligazzjoni li tikkonċerna l-eliġibbiltà għall-għajnuna inkwistjoni li għadha trid tiġi sodisfatta;

    (15)

    Fl-Artikolu 28(1), it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "Bdiewa detenturi ta’ intitolamenti speċjali msemmija fl-Artikolu 44(1) jew bdiewa li jirċievu l-primjums għal nagħaġ u mogħoż imsemmija fit-Taqsima 10 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV jew il-pagament għaċ-ċanga u l-vitella msemmi fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV jew bdiewa li jirċievu appoġġ speċifiku msemmi fil-Kapitolu 5 tat-Titolu III li għandhom inqas ettari mil-limitu magħżul minn Stat Membru meta jiġi applikat il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjoni msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu."

    (16)

    Fl-Artikolu 29, il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "4.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni:

    (a)

    tipprovdi ħlasijiet bil-quddiem;

    (b)

    tawtorizza lill-Istati Membri, skont is-sitwazzjoni baġitarja, jagħmlu ħlasijiet bil-quddiem qabel l-1 ta’ Diċembru fir-reġjuni fejn, minħabba kundizzjonijiet eċċezzjonali, il-bdiewa jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji severi:

    (i)

    sa 50 % tal-pagamenti;

    jew

    (ii)

    sa 80 % tal-pagamenti fejn il-ħlasijiet bil-quddiem diġà ġew provduti;

    Il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward il-pagament ta’ dawk il-ħlasijiet bil-quddiem.".

    (17)

    Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 31a

    Regoli ta’ implimentazzjoni Delega tal-poteri lill-Kummissjoni

    Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni ddelegati , miżuri li huma kemm neċessarji kif ukoll debitament ġustifikati sabiex, f’emerġenza, isolvu problemi prattiċi u speċifiċi; tali miżuri jistgħu jagħtu deroga minn ċerti partijiet ta’ dan ir-Regolament, iżda sal-limitu, u għal tali perijodu, safejn huwa strettament neċessarju. Meta raġunijiet imperattivi ta' urġenza jirrikjedu dan, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 141ba għandha tapplika għall-atti ddelegati skont dan l-Artikolu. ".

    [Em. 15]

    (18)

    Fl-Artikolu 33, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "4.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jiffissa qies minimu għal kull impriża f’termini ta’ erja agrikola li għaliha jista' jkun li jintalab l-istabbiliment ta’ intitolamenti għal pagament. Madankollu, il-qies minimu ma għandux ikun ogħla mil-limiti stabbiliti taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1). Ma għandux jiġi stabbilit qies minimu għall-istabbiliment tal-intitolamenti speċjali msemmija fl-Artikoli 60 u 65.

    5.   Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni leġislazzjoni ġdida li tista’ ssir neċessarja, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat , temenda l-Anness IX. [Em. 16]

    6.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward l-applikazzjoni għal appoġġ fis-sena tal-allokazzjoni ta’ intitolamenti fejn l-intitolamenti jistgħu ma jkunux għadhom definittivament stabbiliti u fejn l-allokazzjoni tkun affettwata minn ċirkostanzi speċifiċi, kif ukoll limitu għall-iskema ta’ pagament uniku msemmija f’dan it-Titolu.".

    (19)

    Fl-Artikolu 34(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "Fejn żona agrikola ta’ impriża tintuża wkoll għal attivitajiet mhux agrikoli kif imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, dik l-erja għandha tkun ikkunsidrata bħala li tintuża b’mod predominanti għal attivitajiet agrikoli, jekk l-attività agrikola tista’ tiġi eżerċitata mingħajr ma tkun ostakolata b’mod sinifikanti mill-intensità, in-natura, it-tul u l-ħin tal-attività mhux agrikola. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji għall-implimentazzjoni ta’ dan is-subparagrafu fit-territorju tagħhom.".

    (20)

    Fl-Artikolu 36, jitħassar it-tieni paragrafu.

    (21)

    Fl-Artikolu 38, it-tieni paragrafu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    "Fl-avveniment ta’ integrazzjoni differita, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu li wċuħ tar-raba’ sekondarji jiġu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli matul perijodu massimu ta’ tliet xhur li jibda kull sena fil-15 ta’ Awwissu. Madankollu, fuq rikjesta tal-Istat Membru, din id-data tista’ tiġi mmodifikata permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni għar-reġjuni fejn iċ-ċereali huma normalment maħsuda aktar kmieni għal raġunijiet klimatiċi.".

    (22)

    Fl-Artikolu 39, jitħassar il-paragrafu 2.

    (23)

    Fl-Artikolu 40(1), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "Fejn l-intitolamenti għal pagament huma allokati għall-produtturi tal-inbid, il-Kummissjoni għandha, billi tieħu f’kunsiderazzjoni l-aħħar dejta pprovduta lilha mill-Istati Membri skont l-Artikolu 103o u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 188a(3) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni ddelegati , tadotta l-limiti nazzjonali fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament. Sal-1 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel l-adattament tal-limiti nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-medja reġjonali tal-valur tal-intitolamenti msemmija fil-punt B tal-Anness IX għal dan ir-Regolament.".

    [Em. 17]

    (24)

    L-Artikolu 41 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "L-Istati Membri jistgħu jamministraw ir-riżerva nazzjonali fuq livell reġjonali. F’dak il-każ, l-Istati Membri għandhom jallokaw, kompletament jew parzjalment, l-ammonti disponibbli fuq livell nazzjonali sal-livell reġjonali skont l-għan u l-kriterji mhux diskriminatorji u b’tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u jevitaw distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni.

    L-ammonti allokati għal kull livell reġjonali jistgħu jiġu kkunsidrati disponibbli għal allokazzjoni fi ħdan ir-reġjun ikkonċernat biss, ħlief meta japplikaw il-paragrafu 4 jew, skont l-għażla tal-Istat Membru, il-paragrafu 2."

    (b)

    il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "4.   L-Istati Membri għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali għall-għan li jiġu allokati, skont il-kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiżguraw trattament ugwali bejn il-bdiewa u sabiex jevitaw distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni, intitolamenti għal pagament lill-bdiewa li jkunu jinsabu f’sitwazzjoni speċjali.";

    (c)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "7.   "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-allokazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament f’każ li l-bidwi huwa intitolat li jirċievi intitolamenti permezz ta’ deċiżjoni definittiva tal-qorti jew permezz ta’ att amministrattiv definittiv tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru."

    (25)

    Fl-Artikolu 42, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "Il-bdiewa jistgħu jċedu intitolamenti għal pagament lir-riżerva nazzjonali volontarja.

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri fir-rigward tal-kundizzjonijiet prattiċi applikabbli tar-riverżjoni ta’ intitolamenti għal pagament mhux użati lir-riżerva nazzjonali.".

    [Em. 18]

    (26)

    L-Artikolu 43 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Il-limitazzjoni għat-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament imsemmija fit-tielet subparagrafu ma għandhiex tapplika fil-każ ta’ wirt attwali jew antiċipat tal-intitolamenti għal pagament mingħajr għadd ekwivalenti ta’ ettari eliġibbli."

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "3.   Fejn jinbiegħu l-intitolamenti, bl-art jew mingħajrha, l-Istati Membri jistgħu, billi jaġixxu b’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Unjoni, jiddeċiedu li parti mill-intitolamenti għal pagament mibjugħa jerġgħu lura għar-riżerva nazzjonali jew li l-valur ta’ unità tagħhom jitnaqqas fir-rigward tar-riżerva nazzjoanli, skont il-kriterji li għandhom jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

    F’każ ta’ bejgħ tal-intitolamenti għal pagament, bl-art jew mingħajrha, għal bidwi li jibda l-attività agrikola tiegħu u f’każ ta’ wirt attwali jew antiċipat ta’ intitolamenti għal pagament, ma għandhiex tapplika żamma."

    (c)

    Jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw it-trasferiment ta’ intitolamenti għal pagament, kif ukoll il-proċedura li għandha tiġi segwita mill-Istati Membri f’tali każ u, għall-iskopijiet tal-Artikolu 62(3), regoli dwar il-kalkolu tal-perċentwali tal-intitolamenti għal pagament li l-bidwi uża u l-użu ta’ tali intitolamenti. Dawk ir-regoli jistgħu wkoll ikopru trasferimenti ta’ intitolamenti fejn l-Istati Membri jużaw l-għażla provduta fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 u ż-żamma tal-valur ta’ intitolamenti għal pagament fil-każ ta’ bejgħ tal-intitolament imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3.".

    (27)

    Fl-Artikolu 44, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kalkolu ta’ LU (unitajiet ta' bhejjem) għall-iskopijiet ta’ intitolamenti speċjali u l-attivazzjoni ta’ intitolamenti speċjali.".

    (28)

    Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 45a

    Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

    1.   Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi dan li ġej:

    (a)

    regoli dwar l-eliġibbiltà u l-aċċess għall-iskema ta’ pagament uniku tal-bdiewa, inkluż fil-każ ta’ wirt jew wirt antiċipat, wirt taħt kiri, bidla fl-istatus jew denominazzjoni legali jew f’każ ta’ amalgamazzjoni jew diviżjoni tal-impriża;

    (b)

    regoli dwar il-kalkolu tal-valur ta’ unità tal-intitolamenti għal pagament u għall-modifikazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament, b’mod partikolari fil-każ ta’ frazzjonijiet ta’ intitolamenti;

    (c)

    definizzjonijiet speċifiċi, għall-iskopijiet tal-Artikolu 41(2) għal bdiewa li jibdew l-attività agrikola tagħhom;

    (d)

    regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u l-għadd ta’ intitolamenti għal pagament jew żieda fil-valur ta’ intitolamenti riċevuti mir-riżerva nazzjonali;

    (e)

    regoli dwar l-allokazzjoni ta’ intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali lill-bdiewa li jiddikjaraw inqas ettari mill-għadd li jikkorrispondi għall-intitolamenti għal pagament li kienu ġew allokati skont l-Artikoli 43 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’każ li l-Istat Membru juża l-għażla provduta fl-Artikolu 41(3);

    (f)

    regoli li jiddefinixxu s-sitwazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 41(4) u regoli dwar l-aċċess tal-bdiewa f’tali sitwazzjoni speċjali għal intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali.

    2.   Sabiex tiżgura l-ġestjoni tajba tal-intitolamenti għal pagament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att iddelegat, tadotta regoli dwar id-dikjarazzjoni u l-użu tal-intitolamenti għal pagament.

    3.   Sabiex tiċċara sitwazzjonijiet speċifiċi li jistgħu jseħħu fl-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej regoli dwar :

    (a)

    regoli dwar id-definizzjoni l-użu tad-definizzjoni mogħtija fil-leġislazzjoni nazzjonali għal tat-termini ‘wirt’ u ‘wirt antiċipat’ għall-finijiet ta' dan ir-Regolament ; [Em. 19]

    (b)

    il-kalkolu tal-valur u l-għadd jew żieda fl-intitolamenti b’relazzjoni mal-allokazzjoni ta’ intitolamenti taħt kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan it-Titolu, inkluża l-possibbiltà ta’ valur u għadd proviżorju ta’ intitolamenti għal pagament allokati abbażi tal-applikazzjoni mingħand il-bidwi, il-kundizzjonijiet għall-istabbiliment tal-valur u l-għadd proviżorju u definittiv tal-intitolamenti u d-dispożizzjonijiet għall-każijiet fejn kuntratt ta’ bejgħ jew kiri jista’ jaffettwa l-allokazzjoni ta’ intitolamenti.

    4.   Sabiex tiffaċilita l-integrazzjoni differita ta’ frott u ħxejjex fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jipprovdu għall-possibbiltà li jippermettu wċuħ tar-raba’ sekondarji li jiġu kkultivati fuq l-ettari eliġibbli għall-Istati Membri li jkunu użaw waħda mill-għażliet kif stabbilit fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 51(1);

    5.   Sabiex tistabbilixxi lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u tipprovdi għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 39.".

    (29)

    Fl-Artikolu 51(2), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina limitu għal kull wieħed mill-pagamenti diretti msemmija fl-Artikoli 52, 53 u 54.".

    (30)

    Fil-Kapitolu 2 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 54a

    Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

    Sabiex tieħu f’kunsiderazzjoni l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi kkonċernati, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu ta’ intitolamenti għal pagamenti u l-għażliet previsti f’dan il-Kapitolu.".

    (31)

    Fl-Artikolu 57, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "2.   L-Istati Membri l-ġodda għandhom jużaw ir-riżerva nazzjonali għall-iskop ta’ allokazzjoni, skont il-kriterji oġġettivi u b’tali mod li jiġi żgurat trattament ugwali bejn il-bdiewa u jiġu evitati distorsjonijiet fis-suq u l-kompetizzjoni, intitolamenti għal pagament lil bdiewa li jinsabu f’sitwazzjoni speċjali.".

    (32)

    Fl-Artikolu 59, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward kundizzjonijiet għall-identifikazzjoni tal-bdiewa eliġibbli, l-istabbiliment proviżorju tal-għadd ta’ ettari u l-verifika preliminari tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni.".

    (33)

    Fl-Artikolu 60, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-kalkolu tal-attività agrikola espressa f’LU msemmija fl-Artikolu 44(2)(a) u l-kontroll/verifika tal-attività agrikola minima fl-Istati Membri l-ġodda msemmija fl-Artikolu 44(2)(b).".

    (34)

    Fl-Artikolu 62(3), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-perċentwali tal-intitolamenti għal pagament użat mill-bidwi.".

    (35)

    Fil-Kapitolu 3 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 62a

    Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

    1.   Sabiex ikollha ġestjoni effettiva tal-intitolamenti mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-allokazzjoni inizjali tal-intitolamenti għal pagament fil-każ tal-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku fl-Istati Membri l-ġodda li jkunu applikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja.

    2.   Sabiex tadatta għas-sitwazzjoni li qiegħda tinbidel tas-settur agrikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar perijodu rappreżentattiv għall-iskop tal-Artikolu 57(3) u l-Artikolu 59(3).

    3.   Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-intitolamenti għal pagament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-istabbiliment u l-kalkolu tal-valur u l-għadd ta’ intitolamenti għal pagament jew żieda fil-valur tal-intitolamenti riċevuti mir-riżerva nazzjonali taħt dan il-Kapitolu u l-għażliet ipprovduti fih.

    4.   Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

    (a)

    regoli dwar l-allokazzjoni tal-intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali lil bdiewa li jiddikjaraw inqas ettari mill-għadd li jikkorrispondi għall-intitolamenti għal pagament li kienu ġew allokati skont l-Artikoli 43 u 59 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 f’każ li l-Istat Membru li jkun applika l-iskema ta' pagament uniku skont l-erja juża l-għażla provduta fl-Artikolu 57(5) ta’ dan ir-Regolament;

    (b)

    regoli li jiddefinixxu sitwazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 57(2) u regoli dwar l-aċċess tal-bdiewa f’tali sitwazzjonijiet speċjali għall-intitolamenti għal pagament mir-riżerva nazzjonali taħt dan il-Kapitolu.".

    (36)

    Fl-Artikolu 67, il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "1.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu 2009, li jintegraw l-għajnuna għaż-żrieragħ imsemmija fit-Taqsima 5 tat-Titolu IV u l-iskemi msemmija fil-punt 1 tal-Anness XI, bl-eċċezzjoni tal-primjum ta’ kwalità speċifika għall-qamħ durum, fl-iskema ta’ pagament uniku fl-2010 u l-2011. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, taġġusta l-limiti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 40 billi żżid l-ammonti mill-Anness XII għall-iskema ta’ għajnuna kkonċernata.".

    (37)

    Fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III, jiżdied l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 67a

    Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

    Sabiex tippermetti l-integrazzjoni ta’ pagamenti akkoppjati elenkati fl-Anness XI, u t-trasferiment mill-programmi ta’ appoġġ tal-inbid imsemmija fl-Anness IX fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għal pagamenti, dwar l-istabbiliment tal-ammont u dwar l-għadd jew iż-żieda tal-valur tal-intitolamenti li għandhom jiġu allokati.".

    (38)

    L-Artikolu 68 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2(a)(ii) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "(ii)

    ġie approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141c";

    (b)

    il-paragrafu 7 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "7.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u tevita l-finanzjament doppju taħt strumenti simili ta’ appoġġ oħrajn, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2(a)(ii) u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-appoġġ imsemmi f’dan il-Kapitolu, regoli dwar il-konsistenza ma’ miżuri oħrajn tal-Unjoni u dwar l-akkumulazzjoni tal-appoġġ kif ukoll regoli dwar id-definizzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ individwali msemmija fil-paragrafu 1.";

    (c)

    fil-paragrafu 8, jitħassar it-tieni subparagrafu;

    (d)

    Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "9.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dan li ġej:

    (a)

    regoli dwar il-kalkolu tal-valur ta’ kull intitolament għal pagament li jieħu bidwi li mhux proprjetarju ta’ kwalunkwe intitolament għal pagament u li jkun qiegħed japplika għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(c), inklużi regoli dwar il-kalkolu taż-żieda tal-ammont għal kull ettaru taħt l-iskema tal-pagament uniku skont l-erja msemmija fl-Artikolu 131(2);

    (b)

    regoli dwar il-kalkolu tal-qerda tal-produzzjoni medja annwali ta’ bidwi skont l-Artikolu 70(2) għall-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1(d) ta’ dan l-Artikolu, inklużi regoli dwar l-obbligu għall-bdiewa li jinfurmaw lill-Istat Membru dwar il-polza tal-assigurazzjoni tagħhom;

    (c)

    il-proċedura għall-valutazzjoni u l-approvazzjoni tal-miżuri meħuda skont il-paragrafu (1)(a)(v).

    10.   Skont id-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 8, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi għal dak l-appoġġ.".

    (39)

    L-Artikolu 69 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "Skont id-deċiżjoni meħuda minn kull Stat Membru skont il-paragrafu 1 dwar l-ammont ta’ limitu nazzjonali li għandu jintuża, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi għal dak l-appoġġ.";

    (b)

    fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu globali li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan il-paragrafu.";

    (c)

    il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "(a)

    fl-Artikolu 68(1) bl-użu ta’ ammont li għandu jiġi kkalkulat skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu u ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni; u/jew"

    (ii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tiffissa, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-ammont li jikkorrispondi għall-fondi msemmija fil-punt(a) tal-ewwel subparagrafu.";

    (d)

    fil-paragrafu 7, ir-raba’ subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "Fuq talba minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tirrevedi l-ammonti stabbiliti fuq il-bażi ta’ regoli stabbiliti mill-Kummissjoni permezz tal-istess tip ta’ att.".

    (39a)

    Fl-Artikolu 70(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli biex jistabbilixxu l-kalkolu tal-produzzjoni annwali medja tal-produttur.".

    [Em. 20]

    (40)

    L-Artikolu 71 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "It-tul minimu u massimu tat-tislif kummerċjali eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja kif ukoll is-sors tiegħu għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti jistgħu jinkludu regoli dwar l-informazzjoni ta’ komunitajiet tal-biedja.";

    (b)

    il-paragrafu 10 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "10.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Il-forma, kontenut, ħin u dati ta’ għeluq tar-rapport għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.".

    (41)

    Fl-Artikolu 76, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "3.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data għall-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti.".

    (42)

    Fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Artikolu 76a

    Delegazzjoni tal-poteri lill-Kummissjoni

    Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u l-amministazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.".

    (43)

    Fl-Artikolu 77, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għall-uċuħ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna lill-produtturi tal-lamtu tal-patata, inklużi regoli dwar l-eliġibbiltà, livell ta’ prezz minimu u pagament.

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-pagament tal-għajnuna.".

    (44)

    Fl-Artikolu 80, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-kontenut qares tal-lupini ħelwin.".

    (45)

    Fl-Artikolu 81, il-paragrafi 2 u 3 huwa ssostitwiti b’dan li ġej:

    "2.   Fejn l-erja li għaliha jintalab il-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini taqbeż l-erja massima garantita, l-erja għal kull bidwi li għaliha jintalab il-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini għandha titnaqqas b’mod proporzjonali f’dik is-sena mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data għall-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti.

    3.   Fejn, skont l-Artikolu 67, Stat Membru jiddeċiedi li jintegra l-primjum tal-uċuħ tar-raba’ ta’ proteini provdut f’din it-Taqsima fl-iskema ta’ pagament uniku, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tnaqqas l-erja massima garantita msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fi proporzjon għall-ammont ta’ wċuħ tar-raba’ ta’ proteini li jikkorrispondi għal dak l-Istat Membru fl-Anness XII.

    Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u l-ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

    (a)

    regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi rigward iż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima;

    (b)

    regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għal uċuħ tar-raba’ ta’ proteini, inklużi regoli dwar id-definizzjoni ta’ lupini ħelwin u l-eliġibbiltà tat-taħlita ta’ ċereali u wċuħ tar-raba’ ta’ proteini.".

    (46)

    Fl-Artikolu 84, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-koeffiċjenti ta’ tnaqqis, inklużi l-metodu ta’ kalkolu u d-data tal-iffissar ta’ dawk il-koeffiċjenti.".

    (47)

    Fl-Artikolu 85, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "4.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni u sabiex tiżgura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u r-regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

    5.   Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għal ħbula tar-raba' miżrugħa mas-siġar tal-ġewż, regoli li jiddefinixxu l-qies minimu tal-plott u d-densità minima tas-siġar u r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-għajnuna nazzjonali għal ġewż provduta fl-Artikoli 86 u 120.".

    (48)

    L-Artikolu 87 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "L-ammont ta’ għajnuna għaż-żerriegħa ma għandux jaqbeż limitu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni u li jikkorrispondu mal-komponent tal-għajnuna għaż-żerriegħa għall-ispeċi kkonċernata fil-limitu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament, kif iffissat skont l-Artikolu 64(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ("limitu massimu ta' għajnuna għaż-żrieragħ"). Madankollu, għall-Istati Membri l-ġodda, dan il-limitu massimu ta' għajnuna għaż-żrieragħ għandu jikkorrispondi mal-ammonti stabbiliti fl-Anness XIV għal dan ir-Regolament.";

    (b)

    il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "4.   Sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tiddetermina l-varjetajiet ta’ qanneb (Cannabis sativa L.) li għalihom għandha titħallas l-għajnuna għaż-żrieragħ provduta f’dan l-Artikolu.".

    (c)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "5.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi d-definizzjoni ta’ żerriegħa bażika u uffiċjalment ċertifikata.

    6.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-għajuna għaż-żrieragħ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-produzzjoni, l-eliġibbiltà territorjali u t-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ.

    7.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat għall-Fondi tal-Unjoni u sabiex tiżgura l-amministazzjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi rigward iż-żriegħ u l-kultivazzjoni ta’ wċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

    8.   Sabiex tistabbilixxi lista tal-varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġetti għall-użu ta’ żrieragħ ċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u li jipprovdu għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 87(4).

    9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri neċessarji rigward l-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa minn stabbilimenti taż-żrieragħ jew dawk li jrabbu għall-kontroll tal-intitolamenti għall-għajnuna.".

    (49)

    L-Artikolu 89 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "2.   L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-art u l-varjetajiet imsemmija fil-paragrafu 1 skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.";

    (b)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "3.   Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli u kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ art u varjetajiet għall-iskopijiet tal-pagament speċifiku għal wiċċ tar-raba’ tal-qoton.

    4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-proċedura tal-awtorizzazzjoni u l-komunikazzjonijiet għall-proċeduri relatati ma’ din l-awtorizzazzjoni.".

    (50)

    Fl-Artikolu 90, il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "5.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ, il-Kummissjoni għandha, permezz tal-atti ddelegati, tadotta regoli dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għal qoton, dwar ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u l-prattiki agronomiċi.

    Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tipprovdi għal regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis provdut fil-paragrafu 4.".

    (51)

    L-Artikolu 91 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "2.   L-Istat Membru fejn huma stabbiliti l-ħallieġa għandu japprova organizzazzjonijiet interprofessjonali li jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 3.";

    (b)

    Jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "3.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni effiċjenti tal-iskemi ta’ għajnuna speċifiċi għal wiċċ, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta l-kriterji għall-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali u obbligi għall-produtturi. Barraminnhekk, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi regoli għas-sitwazzjoni fejn l-organizzazzjoni interprofessjonali approvata ma tirrispettax dawk il-kriterji.".

    (52)

    Fl-Artikolu 97, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "5.   Sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta definizzjonijiet speċifiċi għall-iskopijiet ta’ din it-Taqsima.

    6.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-pagamenti tranżitorji ta’ frott u ħxejjex, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

    (a)

    ir-rekwiżiti għal dan il-kuntratt għall-ipproċessar imsemmi fil-paragrafu 3;

    (b)

    regoli dwar penali fil-każ li jinstab li proċessur jew ġabbar inizjali approvat jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fuq il-bażi tiegħu, jew fejn proċessur jew ġabbar inizjali approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti.

    7.   Sabiex tiżgura ġestjoni effiċjenti tal-iskemi speċifiċi għal wiċċ tar-raba’, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ddelegati, regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

    8.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-approvazzjoni u l-kontroll mill-Istati Membri tal-proċessuri u l-ġabbara inizjali u l-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-lista ta’ proċessuri u ġabbara inizjali approvati, l-ammont ta’ għajnuna indikattiv li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri u l-bażi tal-ammont ta’ għajnuna.".

    (53)

    Fl-Artikolu 98, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "7.   Sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bdiewa, il-Kummissjoni tista’, permezz tal-atti ddelegati, tadotta definizzjonijiet speċifiċi għall-iskopijiet ta’ din it-Taqsima.

    8.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni għall-pagamenti tranżitorji għall-frott artab, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

    (a)

    ir-rekwiżiti għal dan il-kuntratt għall-ipproċessar imsemmi fil-paragrafu 2;

    (b)

    regoli dwar penali f’każ li jinstab li proċessur jew ġabbar inizjali approvat jonqos milli jikkonforma mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu jew mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fuq il-bażi tiegħu, jew fejn proċessur jew ġabbar inizjali approvat ma jaċċettax jew ma jiffaċilitax il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti;

    (c)

    regoli dwar l-erjas minimi u regoli speċifiċi relatati maż-żriegħ u l-kultivazzjoni tal-uċuħ tar-raba’ msemmija f’din it-Taqsima.

    9.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-approvazzjoni u l-kontroll mill-Istati Membri tal-proċessuri u l-ġabbara inizjali u l-pubblikazzjoni mill-Istati Membri tal-lista ta’ proċessuri u ġabbara inizjali approvati, l-ammont ta’ għajnuna indikattiv li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri u l-bażi tal-ammont ta’ għajnuna.".

    (54)

    Fl-Artikolu 101(2), it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "Lista ta’ tali żoni għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar il-verifika u n-notifika ta’ żoni li jilħqu l-kriterji stabbiliti msemmija fl-ewwel subparagrafu.".

    (55)

    L-Artikolu 103 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "1.   Il-primjums għandhom jitħallsu lill-bdiewa li jirċievu fuq il-bażi tal-għadd ta’ nagħaġ u/jew mogħoż miżmuma fl-impriża tagħhom matul perijodu minimu li għandu jiġi determinat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar l-applikazzjoni u d-dikjarazzjonijiet u dokumenti ulterjuri li għandhom jiġu sottomessi mill-bdiewa, kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu mill-annimali sabiex jirċievu l-pagament u l-obbligu li jitfassal inventarju ta’ bdiewa li jqiegħdu fis-suq ħalib tan-nagħaġ jew prodotti mill-ħalib tan-nagħaġ.";

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "3.   Sabiex tiżgura l-ġestjoni tajba tar-riżerva nazzjonali u sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

    (a)

    regoli dwar l-użu, it-trasferiment u l-kiri temporanju tad-drittijiet għal pagament fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-laħam tal-mogħoż kif imsemmi fl-Artikolu 52;

    (b)

    regoli dwar l-aċċess għall-pagamenti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż kif imsemmi fl-Artikolu 52 fil-każ li l-bdiewa ma jkunux proprjetarji tal-art li jaħdmu.".

    (56)

    Fl-Artikolu 104, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tal-limiti individwali u t-tqarrib tad-drittijiet.".

    (57)

    L-Artikolu 105 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Minbarra f’ċirkostanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati, fejn bidwi jkun kiseb id-drittijiet tal-primjum mingħajr pagament mir-riżerva nazzjonali, hu ma għandux ikun awtorizzat jittrasferixxi d-drittijiet tiegħu jew jikrihom temporanjament għal perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha jkun kiseb dawk id-drittijiet.";

    (b)

    Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward notifiki dwar it-trasferiment u/jew il-kiri mill-bidwi lill-awtorità kompetenti, l-istabbiliment tal-limitu massimu individwali, in-notifika tal-bdiewa f’każ ta’ trasferimenti jew il-kiri temporanju tad-drittijiet tal-primjum jew it-trasferiment u l-kiri temporanju permezz tar-riżerva nazzjonali.

    6.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni ddelegati , tadotta miżuri neċessarji rigward l-irtirar u l-allokazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet tal-primjum mhux użati stabbiliti taħt din it-Taqsima.".

    [Em. 21]

    (58)

    L-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jipprovdu li l-applikazzjonijiet għal għajnuna għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-primjum speċjali, ikunu għal għadd minimu ta’ annimali, sakemm dak l-għadd ma jaqbiżx tlieta.";

    (b)

    fil-paragrafu 3, il-punt(a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "(a)

    kwalunkwe annimal kopert minn applikazzjoni għandu jinżamm mill-bidwi għat-tismin għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni;";

    (c)

    fil-paragrafu 4, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni ddelegati , tadotta miżuri neċessarji rigward l-ammont tal-primjum li għandu jingħata f’każ li l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu turi għadd ta’ annimali eliġibbli li mhux numru sħiħ.";

    [Em. 22]

    (d)

    fil-paragrafu 5, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar in-notifika mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tal-miżuri meħudin skont l-ewwel subparagrafu.";

    (e)

    fil-paragrafu 6, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri neċessarji li ġejjin rigward l-għoti tal-primjum fil-ħin tal-qatla, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kategoriji tal-età, l-applikazzjonijiet għal għajnuna u d-dokumenti li jakkumpanjawha, il-perijodu ta’ żamma meħtieġ f’tali każ u l-istabbiliment tal-piż tal-karkassa.";

    (f)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "9.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji dwar l-applikazzjonijiet, l-għoti tal-primjum għal annimali li ma kkwalifikawx minħabba l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali provdut fil-paragrafu 4, passaporti msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 u dokumenti nazzjonali amministrattivi kif imsemmi fil-punt(b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, u b’notifika lill-Kummissjoni f’każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li jintroduċu reġjuni differenti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 109(a) ta’ dan ir-Regolament jew jimmodifikaw reġjuni eżistenti.".

    (59)

    L-Artikolu 111 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "L-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet amministrattivi, jipprovdu li applikazzjonijiet għal għajnuna għal pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 19, fir-rigward tal-primjum tal-baqar li jreddgħu, għandha tkun għal għadd minimu ta’ annimali, sakemm l-għadd ma jaqbiżx tlieta.

    Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward l-applikazzjonijiet għal għajnuna.";

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara t-tieni subparagrafu:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta dan li ġej:

    (a)

    miżuri neċessarji dwar iż-żamma tal-perijodu ta’ 6 xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu u l-obbligu għall-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-bidla jew ir-rinunzja tal-limitu kwantitattiv;

    (b)

    regoli dwar id-data li għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni sabiex tiġi determinata l-kwota individwali ta’ ħalib disponibbli biex tikkwalifika għall-primjum tal-baqar li jreddgħu.";

    (ii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward il-kalkolu tar-rendiment medju ta’ ħalib.";

    (c)

    il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    is-subparagrafu li ġej jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, miżuri neċessarji dwar in-notifika tal-Kummissjoni dwar kundizzjonijiet addizzjonali għall-għotja.";

    (ii)

    jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji fir-rigward ta’:

    (a)

    in-notifika mill-Istati Membri dwar kundizzjonijiet addizzjonali għall-għoti tal-primjum addizzjonali nazzjonali għal baqar li jreddgħu, u

    (b)

    id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tittieħed permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141c dwar l-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-raba’ subparagrafu.";

    (d)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "7.   Sabiex tiggarantixxi l-ġestjoni tajba tal-isekma u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta dan li ġej:

    (a)

    regoli dwar l-eliġibbiltà tal-baqar li jappartjenu għal razza ta’ laħam għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1);

    (b)

    regoli dwar l-użu, it-trasferiment u l-kiri temporanju tad-drittijiet għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1);

    (c)

    regoli dwar l-aċċess għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1) fil-każ li l-bdiewa ma jkunux il-proprjetarji tal-art li jaħdmu;

    (d)

    regoli dwar l-eliġibbiltà għall-primjum addizzjonali nazzjonali għall-baqar li jreddgħu kif provdut fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

    8.   Sabiex tiżgura li jiġu sodisfatti l-obbligi tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għad-drittijiet tal-primjum għall-primjum tal-baqar li jreddgħu msemmi fl-Artikolu 53(1) li għandhom jagħtu d-drittijiet parzjali.".

    (60)

    L-Artikolu 112 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji rigward id-determinazzjoni tal-limitu massimu individwali għal kull bidwi.";

    (b)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "6.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-miżuri neċessarji kollha rigward it-tqarrib tad-drittijiet parzjali.".

    (61)

    L-Artikolu 113 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Minbarra f’każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati, meta bidwi jkun kiseb drittijiet għall-primjum mingħajr pagament mir-riżerva nazzjonali huwa ma għandhux ikun awtorizzat jittrasferixxi u/jew jikri temporanjament id-drittijiet tiegħu matul it-tliet snin kalendarji li jiġu wara.";

    (b)

    Jiżdied il-paragrafu Jiżdiedu l-paragrafi li ġej ġejjin : [Em. 23]

    "5.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar:

    (a)

    in-notifika mill-bidwi li jittrasferixxi u/jew jikri d-drittijiet u mill-bidwi li jirċievi d-drittijiet għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tat-trasferimenti u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet għall-primjum,

    (b)

    l-istabbiliment mill-Istat Membru u n-notifika lill-bidwi tal-limitu massimu individwali ġdid fil-każ ta’ trasferiment jew kiri temporanju tad-drittijiet tal-primjum,

    (c)

    it-trasferiment u/jew il-kiri temporanju tad-drittijiet permezz tar-riżerva nazzjonali." [Em. 24]

    5a.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ddelegati, tadotta regoli dwar it-trasferiment u/jew il-kiri temporanju ta' drittijiet permezz tar-riżerva nazzjonali.". [Em. 25]

    (62)

    Fl-Artikolu 115, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "3.   Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-aċċess għall-iskema speċjali għall-għoġġiela msemmija fil-paragrafu 1 għall-bdiewa li l-merħla ta’ għoġġiela tagħhom hija maħsuba għat-tkattir mill-ġdid tal-merħliet tal-baqar.

    4.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli rigward:

    (a)

    in-notifika tal-Kummissjoni mill-Istati Membri li użaw il-possibbiltà provduta fil-paragrafu 1, tad-dejta li tippermetti l-istabbiliment li jintlaħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu, tal-limitu massimu speċifiku determinat, il-modifikazzjoni ta’ dan il-limitu massimu u l-kriterji adottati sabiex jiġi żgurat li l-primjum jitħallas lill-bdiewa li l-merħla ta’ għoġġiela tagħhom hija maħsuba għall-istokkjar mill-ġdid tal-merħliet tal-baqar;

    (b)

    id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1;

    (c)

    l-ammont tal-primjum li għandu jingħata f’każ li l-applikazzjoni tat-tnaqqis proporzjonali msemmi fil-paragrafu 1 juri għadd ta’ annimali eliġibbli li mhux numru sħiħ;

    (d)

    l-għadd minimu ta’ annimali li għandu jinżamm;

    (e)

    it-tqarrib tal-għadd ta’ annimali f’każ li l-kalkolu tal-għadd massimu ta’ għoġġiela bħala perċentwali kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) jipproduċi riżultat li mhux numru sħiħ;" [Em. 26]

    4a.     Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ddelegati, tadotta regoli dwar it-tqarrib tal-għadd ta’ annimali meta l-kalkolu tal-għadd massimu ta’ għoġġiela bħala perċentwali kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) jipproduċi riżultat li mhux numru sħiħ. ".

    [Em. 27]

    (63)

    L-Artikolu 116 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "Bidwi li jżomm annimali tal-frat fl-impriża tiegħu jista’ jikkwalifika, fuq applikazzjoni, għal primjum ta’ qatla. Dan għandu jingħata fil-qatla ta’ annimali eliġibbli jew fl-esportazzjoni tagħhom lejn pajjiż terz u fi ħdan il-limiti nazzjonali li għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.";

    (ii)

    it-tielet subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "L-annimali elenkati fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu għandhom ikunu eliġibbli għall-primjum tal-qatla sakemm ikunu nżammu mill-bidwi għal perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.";

    (b)

    fil-paragrafu 3 l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-limiti massimi nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1. Dawk il-limiti massimi għandhom jiġu stabbiliti għal kull Stat Membru u b’mod separat għaż-żewġ gruppi ta’ annimali kif speċifikat fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dak il-paragrafu. Kull limitu għandu jkun ugwali għall-għadd ta’ annimali f’kull wieħed minn dawn iż-żewġ gruppi li, fl-1995, inqatlu fl-Istat Membru kkonċernat. L-għadd ta’ annimali esportati lejn pajjiżi terzi, skont dejta tal-Eurostat jew kwalunkwe informazzjoni statistika uffiċjali ppubblikata oħra għal dik is-sena aċċettata mill-Kummissjoni, għandha tiżdied ma’ kull limitu nazzjonali.";

    (c)

    Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "5.   Sabiex tiżgura użu effiċjenti u mmirat tal-Fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-obbligu għal dikjarazzjoni ta’ parteċipazzjoni għall-aċċess tal-primjum ta’ qatla provdut f’dan l-Artikolu.

    6.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-primjum ta’ qatla provdut f’dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-eliġibbiltà tal-karkassi.

    7.   Sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet tal-benefiċjarji, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli dwar l-ammont ta’ primjum għall-qatla provdut f’dan l-Artikolu li għandu juri għadd ta’ annimali eliġibbli li huwa inqas minn numru sħiħ.".

    (64)

    L-Artikolu 117 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "Madankollu, annimal għandu jitqies ukoll bħala eliġibbli għall-pagamenti meta l-informazzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tkun ġiet irrappurtata lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma tal-annimal kif determinat mill-Kummissjoni, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.";

    (b)

    Jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta r-regoli dwar:

    l-applikazzjonijiet għal primjums u d-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi mill-bdiewa, id-determinazzjoni ta’ perijodi taż-żamma u l-proċedura applikabbli għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali.

    l-avveniment operattiv għad-determinazzjoni tas-sena li għaliha l-annimali huma allokati bl-għan li jiġi ddeterminat l-ammont ta’ primjum applikabbli u l-applikazzjoni tar-rata ta’ għajnuna u l-kalkolu tat-tnaqqis proporzjonali.

    l-irtirar u l-allokazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet għal primjum mhux użati stabbiliti taħt din it-Taqsima.".

    (65)

    Fl-Artikolu 119(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar it-tul tal-esklużjoni.".

    (66)

    Fl-Artikolu 124, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "9.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja msemmija f’dan it-Titolu, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tiddetermina l-erjas agrikoli taħt l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, kif previst fil-paragrafu 1, u l-qies minimu ta’ erja eliġibbli għal kull impriża li għalihom jistgħu jintalbu pagamenti fuq livell ogħla minn 0,3 ett, kif provdut fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2.

    10.   Sabiex tistabbilixxi lista ta’ varjetajiet ta’ qanneb eliġibbli għal pagamenti diretti u sabiex tħares is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli li jagħmlu l-għoti ta’ pagamenti soġġett għall-użu ta’ żrieragħ iċċertifikati ta’ ċerti varjetajiet u tipprovdi għall-proċedura għad-determinazzjoni ta’ varjetajiet ta’ qanneb imsemmija fl-Artikolu 39.".

    (67)

    Fl-Artikolu 126, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "4.   Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-limitu li jikkorrispondi mal-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu.".

    (68)

    Fl-Artikolu 127, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "3.   Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu.".

    (69)

    L-Artikolu 128 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu massimu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq bażi annwali, jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.";

    (b)

    fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "F’dan il-każ u fi ħdan il-limitu massimu ffissat mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu, fuq bażi annwali, jagħmel pagament addizzjonali lill-bdiewa.".

    (70)

    Fl-Artikolu 129, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "4.   Fuq il-bażi tal-għażla li ssir minn kull Stat Membru, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, tiffissa l-limitu li jikkorrispondi għall-appoġġ imsemmi f’dan l-Artikolu.".

    (71)

    Fl-Artikolu 131(4), l-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

    "L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.".

    (72)

    L-Artikolu 132 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 2, il-fażi introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

    "L-Istat Membru l-ġdid għandu jkollu l-possibbiltà, soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni mingħajr l-assistenza tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 141c, li jikkumplimenta kwalunkwe pagamenti diretti.";

    (b)

    jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

    "9.   Sabiex tippermetti l-applikazzjoni tal-pagamenti diretti nazzjonali komplementari, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ddelegati, tadotta regoli għall-iskopijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 7 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dik l-għajnuna.

    10.   Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta miżuri neċessarji:

    għall-każijiet li fihom il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari jaqbżu l-livell massimu awtorizzat mill-Kummissjoni;

    dwar il-kontrolli.".

    (73)

    Fl-Artikolu 139, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Madankollu, il-pagamenti diretti nazzjonali komplementari provduti fl-Artikolu 132 li ma jitħallsux f’konformità mal-awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni għandhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna illegali mill-Istat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999. (11)

    (74)

    Fl-Artikolu 140, jiżdied il-paragrafu li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar in-notifika lill-Kummissjoni mill-Istati Membri ta’ informazzjoni, dokumenti, statistiki u rapporti, kif ukoll id-dati ta’ għeluq u l-metodi ta’ notifika tagħhom.".

    (75)

    Għandhom jitħassru l-Artikoli 141 u 142.

    (76)

    Fil-Kapitolu 1 tat-Titolu VII, jiżdiedu l-Artikoli li ġejjin:

    "Artikolu 141a

    Poteri tal-Kummissjoni

    Fejn jingħataw poteri lill-Kummissjoni, hija għandha taġixxi skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141b fil-każ ta’ atti ddelegati u skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141c fil-każ ta’ atti ta’ implimentazzjoni, salv fejn huwa espliċitament provdut mod ieħor f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 141b

    Atti ddelegati L-eżerċitar tad-delega

    1.   Il-poteri Il-poter li tadotta l-atti ddelegati msemmija f’dan ir-Regolament għandhom jingħataw jingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ żmien indefinit. Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu .

    2.   Id-delegazzjoni tal-poter imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi rrevokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-delega tal-poter imsemmija fl-Artikolu 2a, l-Artikolu 6(3), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(3), l-Artikoli 11a(1) u 11a(2), l-Artikolu 12(5), l-Artikoli 27a(1), 27a(2), 27a(3), 27a(4) u 27a(5), l-Artikolu 31a, l-Artikolu 33(5), l-Artikolu 40(1), l-Artikoli 45a(1), 45a(2), 45a(3), 45a(4) u 45a(5), l-Artikolu 54a, l-Artikoli 62a(1), 62a(3) u 62a(4), l-Artikolu 67a, l-Artikolu 68(7), l-Artikolu 76a, l-Artikolu 77, l-Artikolu 81(3), l-Artikoli 85(4) u 85(5), l-Artikoli 87(4), 87(5), 87(6), 87(7) u 87(8), l-Artikolu 89(3), l-Artikolu 90(5), l-Artikolu 91(3), l-Artikoli 97(5), 97(6), 97(7), 98(7) u 98(8), l-Artikolu 103(3), l-Artikolu 105(6), l-Artikolu 110(4), l-Artikoli 111(7) u 111(8), l-Artikolu 113(6) ġdid, l-Artikoli 115(3) u 115(5) ġdid, l-Artikoli 116(5), 116(6) u 116(7), l-Artikoli 124(9) u 124(10) u l-Artikolu 132(9) għandha tingata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn … (12). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tal-poteri ddelegati mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem ta' dan il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tal-poter għandha tiġġedded taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponi tali tiġdid sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perijodu.

    L-istituzzjoni li bdiet proċedura interna sabiex jiġi deċiż jekk tiġix irrevokata d-delegazzjoni tal-poter għandha tagħmel ħilitha sabiex tinforma lill-istituzzjoni l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel ma tittieħed id-deċiżjoni finali, u tindika l-poteri ddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għal revoka u raġunijiet possibbli għal revoka.

    Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tal-poteri speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ immedjatament jew f’data aktar tard speċifikata fid-Deċiżjoni stess. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    3.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu isibu oġġezzjoni għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data ta’ notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill dan il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahar.

    Jekk, mal-iskadenza ta’ dak il-perijodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkun sab oġġezzjoni għall-att iddelegat, dan għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fih.

    L-att iddelegat jista’ jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu jekk il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħhom li ma jqajmux oġġezzjonijiet.

    Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill isib oġġezzjoni għal att iddelegat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li ssib oġġezzjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.

    Id-delega tal-poter tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tal-poter speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tibda tgħodd l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att iddelegat diġà fis-seħħ.

    4.     Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.     Att iddelegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 28]

    Artikolu 141ba

    Proċedura ta’ urġenza

    1.     Atti ddelegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta’ urġenza.

    2.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141b(5). F’każ bħal dan, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att mingħajr dewmien wara li tgħarraf bid-deċiżjoni tal-oġġezzjoni lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill. [Em. 29]

    Artikolu 141c

    Atti ta’ implimentazzjoni - Proċedura tal- Kumitat

    [Din il-parti għandha timtela wara li jiġi adottat ir-Regolament li jistipula r-regoli u l-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-mekkaniżmi għall-kontroll previsti fl-Artikolu 291(2) tat-TFUE, li bħalissa qiegħed jiġi diskuss quddiem il-PE u l-Kunsill.]

    1.

    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għal Pagamenti Diretti. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-poteri ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (13) .

    2.

    Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    [Em. 30]

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika minn …

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi …,

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    Għall-Kunsill

    Il-President


    (1)  ĠU C 107, 6.4.2011, p. 30.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2012.

    (3)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

    (4)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

    (5)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.

    (6)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.

    (7)  ĠU L 316, 2.12.2009, p. 65.

    (8)  ĠU L 215, 30.7.1992, p. 85.

    (9)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.".

    (10)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.".

    (11)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.".

    (12)  

    +

    Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    (13)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13."


    Top