Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0107

Il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2012)0015 – C7-0020/2012 – 2012/0003(COD))
P7_TC1-COD(2012)0003 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid- 29 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

ĠU C 257E, 6.9.2013, pp. 97–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.9.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 257/97


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) ***I

P7_TA(2012)0107

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-esposizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jiġu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (It-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (COM(2012)0015 – C7-0020/2012 – 2012/0003(COD))

2013/C 257 E/20

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0020/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Marzu 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0042/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
P7_TC1-COD(2012)0003

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Marzu 2012 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2012/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/40/KE fuq il-ħtiġijiet minimi għas-saħħa u s-sigurtà fir-rigward tal-espożizzjoni ta’ ħaddiema għal riskji li jirriżultaw minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (it-18-il Direttiva individwali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2012/11/UE.)


Top