Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XG1217(02)

    Dikjarazzjoni politika konġunta tas- 27 ta’ Ottubru 2011 tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni

    ĠU C 369, 17.12.2011, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 369/15


    Dikjarazzjoni politika konġunta tas-27 ta’ Ottubru 2011 tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni

    2011/C 369/03

    L-istituzzjonijiet jgħarrfu li l-informazzjoni li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni fir-rigward tat-traspożizzjoni tad-direttivi fil-liġi nazzjonali “għandha tkun ċara u preċiża” (1), biex tiġi ffaċilitata l-kisba mill-Kummissjoni tal-kompitu tagħha li tissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

    F'dan l-isfond, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilqgħu d-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011.

    Konsegwentement, fejn il-ħtieġa għal, u l-proporzjonalità tat-trasmissjoni ta' tali dokumenti huma ġustifikati skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istituzzjonijiet jaqblu li jinkludu l-premessa li ġejja fid-direttiva kkonċernata:

    “F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta’ Settembru 2011, l-Istati Membri ntrabtu sabiex jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis it-trasmissjoni ta' tali dokumenti li hi ġustifikata.”

    Sal-1 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni ser tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni taż-żewġ Dikjarazzjonijiet Politiċi Konġunti dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni.

    L-Istituzzjonijiet jimpenjaw lilhom infushom li japplikaw dawn il-prinċipji mill-1 ta' Novembru 2011 għal proposti ta' direttivi ġodda u pendenti, bl-eċċezzjoni ta' dawk li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu diġà laħqu qbil dwarhom.


    (1)  Ara s-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Lulju 2009 fil-kawża C-427/07, punt 107 u l-ġurisprudenza mniżżla fiha.


    Top