This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XG0708(01)
Council conclusions on the European Pact for Mental Health and Well-being: results and future action
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali: riżultati u azzjoni futura
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali: riżultati u azzjoni futura
ĠU C 202, 8.7.2011, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 202/1 |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali: riżultati u azzjoni futura
2011/C 202/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
1. |
IFAKKAR li skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-azzjoni tal-Unjoni għandha tikkumplimenta l-linji politiċi nazzjonali, u għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali, u l-eliminazzjoni tas-sorsi ta' periklu għas-saħħa fiżika u mentali; hija għandha wkoll tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri f'dawk l-oqsma fejn l-Istati Membri, b'kuntatt mal-Kummissjoni, jikkoordinaw bejniethom l-linji politiċi u l-programmi tagħhom, u l-Kummissjoni tista', b'kuntatt mill-qrib mal-Istati Membri, tieħu kull inizjattiva siewja sabiex tippromwovi dan il-koordinament, b'mod partikolari inizjattivi li jimmiraw li jistabbilixxu linji gwida u indikaturi, li jorganizzaw l-iskambju tal-aħjar prattika, u li jħejju l-elementi meħtieġa għall-monitoraġġ u l-valutazzjonijiet perjodiċi; |
2. |
IFAKKAR fil-Green Paper tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2005 dwar “It-titjib tas-saħħa mentali tal-popolazzjoni - Lejn strateġija għall-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa mentali”; |
3. |
IFAKKAR fid-dikjarazzjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewropea tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tal-15 ta' Jannar 2005 dwar l-ittrattar tal-isfidi tas-saħħa mentali fl-Ewropa u l-bini ta' soluzzjonijiet; |
4. |
IFAKKAR fil-Konferenza ta' livell għoli tal-UE “Flimkien għas-Saħħa u l-Benessri Mentali” li saret fi Brussell fit-13 ta' Ġunju 2008, li stabbiliet il-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali; |
5. |
IFAKKAR fir-Rapport tal-WHO għas-sena 2010 dwar is-Saħħa Mentali u l-Iżvilupp: “Nindirizzaw nies b'kondizzjonijiet ta' saħħa mentali bħala grupp vulnerabbli” li ntlaqa' mir-Riżoluzzjoni 65/95 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-1 ta' Diċembru 2010 dwar is-saħħa globali u l-politika estera; |
6. |
IFAKKAR fl-Inizjattiva Ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020 “Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar”, li tiddikjara li kważi f'kull każ nies bi problemi ta' saħħa mentali huma fost l-aktar gruppi esklużi fis-soċjetà u huma jidentifikaw b'mod konsistenti l-istigmatizzazzjoni, id-diskriminazzjoni u l-esklużjoni bħala ostakli kbar għas-saħħa, l-benessri u l-kwalità tal-ħajja; |
7. |
IFAKKAR fl-Inizjattiva Ewlenija tal-Istrateġija Ewropa 2020 “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi” u l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi (1), li jiddikjara li sabiex jiżdiedu r-rati ta' impjieg b'mod sostanzjali, għandu jittieħed ukoll kont tas-saħħa fiżika u mentali tal-ħaddiema biex jiġu indirizzati t-talbiet tal-karrieri tax-xogħol tal-lum, li huma kkaratterizzati b'aktar transizzjonijiet bejn impjiegi aktar intensivi u impenjattivi u b'forom ġodda ta' organizzazzjoni tax-xogħol; |
8. |
IFAKKAR fil-Konferenza “Riċerka ta' skoperta fin-newropsikjatrija: fokus fuq id-dipressjoni, l-ansjetà u l-iskiżofrenja” li saret f'Budapest fit-18-19 ta' Marzu 2011; |
9. |
JIRRIKONOXXI li l-benessri mentali huwa konstitwent ewlieni tas-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, u prerekwiżit għall-kapaċità għat-tagħlim, għall-ħidma u għall-kontribuzzjoni għall-ħajja soċjali; |
10. |
JIRRIKONOXXI li f'konformità ma' evidenza ta' riċreka reċenti, livell għoli ta' saħħa u benessri mentali tal-popolazzjoni huwa fattur importanti għall-ekonomija, u li d-disturbi mentali jwasslu għal telf ekonomiku pereżempju permezz ta' produttività kummerċjali aktar baxxa, parteċipazzjoni aktar baxxa fis-suq tax-xogħol, u spejjeż għall-individwi, l-familji u l-komunitajiet li jiffaċċjaw disturbi mentali; |
11. |
JIRRIKONOXXI li disturbi mentali jrendu l-persuna diżabbli u jirrapreżentaw l-akbar sehem fis-snin ta' ħajja aġġustati minħabba d-diżabbiltà fl-UE, bid-depressjoni u l-ansjetà bħala l-kawżi prinċipali ta' dak il-piż; |
12. |
JIRRIKONOXXI li f'konformità mal-estimi tal-WHO, id-disturbi mentali jaffettwaw wieħed minn kull erba' ċittadini tal-anqas darba f'ħajjithom u jistgħu jinstabu f'aktar minn 10 % tal-popolazzjoni tal-UE fi kwalunkwe sena; |
13. |
JIRRIKONOXXI li s-suwiċidju jibqa' kawża sinifikanti ta' mewt prematur fl-Ewropa, b'aktar minn 50,000 mewt fis-sena fl-UE, u li f'disa' każi minn għaxra jkun preċedut mill-iżvilupp ta' disturbi mentali; |
14. |
JIRRIKONOXXI li jeżistu inugwaljanzi konsiderevoli fl-istat tas-saħħa mentali bejn l-Istati Membri u ġewwa l-Istati Membri u wkoll bejn gruppi soċjali li minnhom il-gruppi l-aktar soċjoekonomikament żvantaġġati huma l-aktar vulnerabbli; |
15. |
JIRRIKONOXXI li l-fatturi determinanti tas-saħħa u l-benessri mentali, bħalma huma l-esklużjoni soċjali, il-faqar, il-qgħad, il-kondizzjonijiet ħżiena ta' akkomodazzjoni u ta' xogħol, problemi fl-edukazzjoni, l-abbuż, it-traskurar u t-trattament ħażin tat-tfal, inugwaljanzi bejn is-sessi kif ukoll fatturi ta' riskju bħal ma huma l-abbuż tal-alkoħol u d-drogi huma multifattorjali, u ta' spiss jistgħu jinsabu barra s-sistemi tas-saħħa, u li għalhekk it-titjib tas-saħħa u l-benessri mentali fil-popolazzjoni jeħtieġ sħubiji innovattivi bejn is-settur tas-saħħa u setturi oħra bħall-affarijiet soċjali, l-akkomodazzjoni, l-impjiegi u l-edukazzjoni; |
16. |
JIRRIKONOXXI l-importanza tal-istituzzjonijiet edukattivi u l-postijiet tax-xogħol bħala postijiet għall-azzjoni fil-qasam tas-saħħa u l-benessri mentali, kif ukoll il-benefiċċji li huma jistgħu jiksbu minn azzjonijiet bħal dawn għall-objettivi proprji tagħhom; |
17. |
JIRRIKONOXXI li l-awtoritajiet u atturi oħra fil-livelli regjonali u lokali għandhom rwol ewlieni fl-azzjoni għas-saħħa u l-benessri mentali, kemm bħala agenti għat-titjib tal-benessri mentali fihom infushom, kif ukoll bħala promoturi tal-parteċipazzjoni minn setturi u kommunitajiet oħrajn; |
18. |
JIRRIKONOXXI li l-utenti ta' servizzi ta' saħħa mentali u l-membri tal-familji tagħhom, dawk li jieħdu ħsiebhom kif ukoll l-organizzazzjonijiet tagħhom għandhom kompetenza speċifika u ta' valur x'jikkontribbwixxu u għandhom jiġu involuti f'azzjoni ta' politika dwar is-saħħa u l-benessri mentali; |
19. |
JIRRIKONOXXI l-ħtieġa għal riċerka dwar is-saħħa u l-benessri mentali u disturbi mentali u JILQA' l-kontribut li taw il-Programmi Qafas ta' Riċerka tal-UE għal dan; |
20. |
JILQA' l-eżiti tal-ħames konferenzi tematiċi organizzati taħt il-Patt Ewropew għas-Saħħa u l-Benessri Mentali kif ġej (2):
|
21. |
JISTIEDEN lill-Istati Membri biex:
|
22. |
JISTIEDEN lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex:
|
23. |
JISTIEDEN lill-Kummissjoni biex:
|
(1) COM (2010) 682 finali.
(2) Id-dokumenti tal-konferenzi tematiċi jinsabu hawn: http://ec.europa.eu/health/mental_health/policy/conferences/index_en.htm