EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XG0427(03)

Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

ĠU C 124, 27.4.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 124/13


Komunikazzjoni mill-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta’ idrokarburi

2011/C 124/09

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni qiegħed hawnhekk javża li rċieva applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta’ idrokarburi fil-blokk F1 kif indikat fuq il-mappa mehmuża bħala l-Anness 3 għar-Regolament dwar il-Minjieri (Mijnbouwregeling) (Il-Gazzetta tal-Gvern (Staatscourant) 2002, Nru 245).

B’referenza għad-Direttiva msemmija fl-introduzzjoni u għall-Artikolu 15 tal-Att dwar il-Minjieri (Mijnbouwwet) (Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti (Staatsblad) 2002, Nru 542), il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni qed jistieden lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu applikazzjoni kompetittiva għal awtorizzazzjoni għall-ipprospettar ta’ idrokarburi fil-blokk F1 tal-blata kontinentali tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, l-Agrikoltura u l-Innovazzjoni huwa l-awtorità kompetenti għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet. Il-kriterji, il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 5(1), 5(2) u 6(2) tad-Direttiva msemmija hawn fuq huma stabbiliti fl-Att dwar il-Minjieri (Il-Bullettin tal-Atti u tad-Digrieti 2002, Nru 542).

L-applikazzjonijiet jistgħu jitressqu matul it-13-il ġimgħa ta' wara l-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandhom jintbagħtu lil:

De minister van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

ter attentie van de heer P. Jongerius, directie Energiemarkt

ALP A/562

Bezuidenhoutseweg 30

Postbus 20101

2500 EC Den Haag

NEDERLAND

L-applikazzjonijiet li jaslu wara li jiskadi dan il-perjodu ma jiġux ikkunsidrati.

Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet se tittieħed sa mhux aktar tard minn 12-il xahar minn tmiem dan il-perjodu.

Għal aktar tagħrif tista' ċċempel lis-Sur P.C. de Regt fuq in-numru tat-telefown li ġej: +31 703797382.


Top