Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011XC0211(02)

    Komunikazzjoni rigward id-dħul fis-seħħ, fil-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tas-Suq Komuni tan-Nofsinhar (Mercado Común del Sur — Mercosur), tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” għall-iskop li jiġu applikati tariffi preferenzjali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lil ċerti prodotti minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp (il-kumulazzjoni reġjonali tal-oriġini)

    ĠU C 43, 11.2.2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.2.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 43/1


    Komunikazzjoni rigward id-dħul fis-seħħ, fil-kummerċ bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tas-Suq Komuni tan-Nofsinhar (Mercado Común del Sur — Mercosur), tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” għall-iskop li jiġu applikati tariffi preferenzjali mogħtija mill-Unjoni Ewropea lil ċerti prodotti minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp (il-kumulazzjoni reġjonali tal-oriġini)

    2011/C 43/02

    L-Artikolu 86 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (1), jipprevedi għall-kumulazzjoni reġjonali biex tapplika, inter alia, għal dawk il-pajjiżi li huma partijiet fil-Ftehim li jistabbilixxi s-Suq Komuni tan-Nofsinhar (Mercado Común del Sur — Mercosur), fil-kuntest tar-regoli ta' orġini tal-Unjoni Ewropea li japplikaw għas-Sistema ta' Preferenzi Ġeneralizzati (SPĠ).

    B’mod partikolari, il-paragrafu 2 tal-Artikolu 86 jinkludi dispożizzjoni għall-membri ta’ kull wieħed mill-gruppi reġjonali msemmija biex iwasslu lill-Kummissjoni Ewropea, permezz tas-Segretarjat tal-grupp reġjonali kkonċernat jew korp konġunt kompetenti ieħor li jirrappreżenta l-membri kollha tal-grupp inkwistjoni, l-impenn tagħhom li jikkonformaw mar-regoli ta’ oriġini tas-SPĠ u li jipprovdu l-koperazzjoni amministrattiva neċessarja għall-kontroll ta’ ċertifikati ta’ oriġini Formola A u dikjarazzjonijiet tal-fattura.

    L-Arġentina, il-Brażil, il-Paragwaj u l-Urugwaj issoddisfaw din l-obbligazzjoni, u d-dispożizzjonijiet ta’ kumulazzjoni reġjonali għaldaqstant japplikaw għal dawn il-pajjiżi mill-1 ta’ Jannar 2011.


    (1)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


    Top