Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0844

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

/* KUMM/2011/0844 finali - 2011/0412 (COD) */

52011PC0844

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja /* KUMM/2011/0844 finali - 2011/0412 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

L-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem (l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea). Barra minn hekk, kif provdut fit-Trattat, l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali "għandha tiġi ggwidata mill-prinċipji li jispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha u li hija tfittex li tippromwovi fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-liġi internazzjonali.” (l-Artikolu 21).

Għalhekk, il-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet umani hija aspett essenzjali tal-azzjoni esterna tal-UE. Fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija madwar id-dinja, l-UE qed tuża firxa wiesgħa ta' miżuri, mid-djalogu politiku u l-inizjattivi diplomatiċi għal koperazzjoni u assistenza finanzjarja u teknika.

Ir-Regolament dwar it-twaqqif ta' Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)[1] jikkostitwixxi bażi prinċipali għal din l-istrateġija politika u huwa espressjoni unika u viżibbli tal-impenn qawwi tal-UE lejn id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. L-istrument iġġenera riżultati ġenwini u bosta stejjer ta’suċċess, u pprovda sostenn lil istituzzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja u serva wkoll għall-osservazzjoni tal-elezzjonijiet. Minħabba l-indipendenza tiegħu mill-kunsens tal-Gvern u l-flessibbiltà tiegħu, l-EIDHR jirrappreżenta valur miżjud prinċipali għall-għodda ta' politika tal-UE.

L-għanijiet ġenerali u l-ambitu tal-EIDHR li huma li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt madwar id-dinja, għandhom jiġu ppreżervati fir-Regolament il-ġdid.

Ir-Regolament jibni fuq ir-rabta qawwija bejn id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Fis-snin riċenti l-aġenda tal-UE dwar l-appoġġ għad-demokrazija evolviet u kibret lejn strateġija komprensiva. Partikolarment, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Novembru 2009[2] dwar tal-appoġġ għad-demokrazija, jikkostitwixxu l-ewwel orjentazzjoni strateġika u konkreta għal politika tal-appoġġ għad-demokrazija aktar wiesgħa u koerenti fir-relazzjonijiet esterni tal-UE. F'Diċembru 2010, il-Kummissjoni ppreżentat l-ewwel rapport dwar is-segwitu għall-Konklużjonijiet u l-konklużjonijiet il-ġodda[3] kienu adottati inkluż l-identifikazzjoni ta' għaxar pajjiżi pilota fejn l-Aġenda ta' Azzjoni għandha tiġi implimentata u għandha tittieħed azzjoni immedjata.

Għalhekk huwa meqjus essenzjali li l-EIDHR futur iżomm fl-ambitu wiesa' li jinkludi fih il-varjetà wiesgħa ta' attivitajiet ta' promozzjoni, appoġġ tal-qalba u operazzjonijiet prattiċi, inklużi l-osservazzjonijiet elettorali, li jappoġġjaw id-drittijiet fundamentali inerenti għad-demokrazija flimkien mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali l-oħra kollha. Huwa garanzija għar-razzjonalità politika, il-komprensività fl-istrateġija, il-koerenza tal-operazzjonijiet u l-ekonomiji tal-iskala.

L-ambitu tal-EIDHR ikopri ħames għanijiet mill-2007 'l hawn:

· It-tisħiħ tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali f'pajjiżi fejn huma l-aktar mhedda;

· It-tisħiħ tar-rwol tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tar-riforma demokratika, fl-appoġġ tal-konċiljazzjoni paċifika bejn il-gruppi ta’ interess u t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni politika;

· L-appoġġ għal azzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet ta' demokrazija koperti mil-Linji Gwida tal-UE, inkluż dwar djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem, dwar difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, dwar il-piena kapitali, it-tortura, it-tfal u l-kunflitti bl-armi, dwar id-drittijiet tat-tfal, dwar il-vjolenza kontra n-nisa u t-tfajliet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, dwar il-Liġi Umanitarja Internazzjonali u dwar linji gwida possibbli fil-ġejjieni;

· L-appoġġ u t-tisħiħ tal-qafas internazzjonali u reġjonali għall-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u l-promozzjoni tad-demokrazija;

· Il-bini tal-fiduċja u t-tisħiħ tal-affidabbilta u t-trasparenza tal-proċess elettorali demokratiku, b’mod partikolari permezz tal-monitoraġġ tal-elezzjonijiet.

L-istrateġija tar-rispons[4] fl-EIDHR tibni fuq ħidma fil-biċċa l-kbira ma’ u permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bil-għan li tiddefendi l-libertajiet fundamentali li jiffurmaw il-bażi għall-proċessi demokratiċi kollha u jgħinu lis-soċjetà ċivili sabiex issir forza effettiva għar-riforma politika u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem. Din l-ispeċifiċità tal-istrateġija ta' rispons se tkun kompletament ippreservata fir-Regolament il-ġdid. B’dan il-mod, huwa jikkumplimenta l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ programmi ġeografiċi, li qegħdin dejjem aktar jintegraw id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, għalkemm jiffoka primarjament fuq il-bini tal-istituzzjonijiet pubbliċi.

Barra minn hekk, ir-regolament il-ġdid tal-EIDHR se jtejjeb l-għodda tal-UE biex tindirizza b'mod iktar effiċjenti s-sitwazzjoni f'pajjiżi diffiċli jew li jinsabu f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju. L-iżviluppi riċenti fil-Viċinat Ewropew, partikolarment ir-Rebbiegħa Għarbija, urew li hemm żieda qawwija fid-domanda lokali għal aktar libertajiet u drittijiet flimkien mad-demokrazija li l-UE għandha bżonn li tappoġġja. F'każijiet bħal dawn, l-Unjoni Ewropea se jkollha l-possibbiltà li tiffinanzja direttament azzjonijiet ad hoc permezz ta' għotjiet diretti jew għotjiet ta' valur baxx. Dan se jkun il-każ fejn il-modalitajiet proċedurali jistgħu jaffettwaw negattivament l-effettività tal-azzjonijiet jew jistgħu jikkawżaw li l-benefiċjarji jkunu soġġetti għal intimidazzjonijiet, ritaljazzjoni jew tipi oħra ta’ riskji serji. Azzjonijiet ad hoc għandhom, fil-prinċipju, jiġu inklużi fid-Dokumenti ta' Strateġija u l-Programmi Annwali. Madankollu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, azzjonijiet ad hoc jistgħu jiġu adottati permezz ta’ miżuri speċjali barra miċ-ċiklu tal-ipprogrammar.

Minn perspettiva usa’, ir-Regolament EIDHR propost għandu jitqies fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji kollha proposti għall-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020 kif spjegat fil-Komunikazzjoni "Baġit għall-Ewropa 2020”. Flimkien mal-istrumenti taħt l-intestatura 4 (Ewropa Globali) u mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, l-EIDHR il-ġdid se jiżgura aktar koerenza u effettività fl-azzjoni esterna tal-UE.

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill[5] li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), ir-Rappreżentant Għoli/Viċi-President għandu jiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inkluż permezz tal-EIDHR. B’mod partikolari, is-SEAE għandu jikkontribwixxi għaċ-ċiklu ta' programmar u ġestjoni tal-EIDHR kif deskritt fl-Artikolu 9(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija hawn fuq.

2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-Kummissjoni Ewropea organizzat konsultazzjoni pubblika dwar il-finanzjament futur għall-azzjoni esterna tal-UE bejn is-26 ta’ Novembru 2010 u l-31 ta' Jannar 2011. Dan il-proċess kien ibbażat fuq kwestjonarju onlajn u kien akkumpanjat minn dokument ta’ sfond 'Liema fondi għall-azzjoni esterna tal-UE wara l-2013?' imħejji mill-Kummissjoni u s-servizzi SEAE involuti. Il-220 kontribuzzjoni li waslu mill-konsultazzjoni pubblika rriflettew spektrum wiesa' u divers li jirrappreżenta l-varjetà ta’ strutturi, fehmiet u tradizzjonijiet li jikkaratterizzaw l-azzjoni esterna tal-komunità.

Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu (madwar 70%) kkonfermaw li l-intervent finanzjarju tal-UE pprovda valur sostanzjali miżjud fl-oqsma ta' politika ewlenin appoġġati permezz tal-Istrumenti Finanzjarji tal-UE għal azzjoni esterna[6]. L-kriterju tal-valur miżjud tal-UE kien ippreżentat minn ħafna fost dawk li wieġbu bħala l-mutur prinċipali għall-futur: huma kkunsidraw li l-UE għandha tisfrutta l-vantaġġ komparattiv tagħha marbut mal-preżenza globali tagħha, il-firxa wiesgħa ta’ għarfien espert tagħha, in-natura sopranazzjonali tagħha u r-rwol tagħha bħala faċilitatur tal-koordinazzjoni, u l-isfruttar tal-ekonomiji tal-kobor.

Kważi dawk kollha li wieġbu (92%) jappoġġaw strateġija aktar differenzjata, mfassla għas-sitwazzjoni tal-pajjiż benefiċjarju, ibbażata fuq kriterji sodi u ġbir tad-dejta effiċjenti, li għandha tintuża bħala mezz biex jiżdied l-impatt tal-istrumenti finanzjarji tal-UE. Aktar minn żewġ terzi ta' dawk li wieġbu jemmnu li l-interessi tal-UE huma ikkunsidrati biżżejjed fl-azzjoni esterna tagħha, u li dawn tal-aħħar għandhom ikunu bbażati sa ċertu punt fuq il-valuri u l-prinċipji tal-UE, u fuq l-għanijiet tal-iżvilupp tal-pajjiżi msieħba. Bil-maqlub, minoranza tqis li l-azzjoni esterna tal-UE għandha tikkonċentra aktar fuq l-interessi proprji tal-UE fl-ekonomija globali, partikolarment lejn ekonomiji emerġenti.

Rigward is-simplifikazzjoni tal-istrumenti u l-bilanċ bejn l-istrumenti ġeografiċi u tematiċi, l-opinjonijiet huma mħallta fir-rigward tar-reviżjoni tal-programmi tematiċi tal-UE u tnaqqis possibbli fin-numru. Ħafna jibżgħu li dan jista’ jimplika tnaqqis fl-ammont globali disponibbli għal azzjoni tematika, u pjuttost isejħu għal simplifikazzjoni tar-regoli li jirregolaw l-aċċess u l-implimentazzjoni tal-finanzjament tematiku. Bosta kwistjonijiet tematiċi huma enfasizzati bħala importanti bħat-tisħiħ tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-finanzjament tal-klima jew il-programmi tematiċi tad-DCI attwali. Flessibbiltà akbar tal-limiti ġeografiċi tal-istrumenti tal-UE hija appoġġjata minn maġġoranza sinifikanti ta’ dawk li wieġbu bħala mezz biex jirrispondu għall-isfidi interreġjonali.

Il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu jaqblu li l-programmazzjoni u l-kofinanzjament konġunti mal-Istati Membri jistgħu jżidu l-impatt u l-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE, jissimplifikaw it-twassil tal-għajnuna u globalment inaqqsu l-ispejjeż ġenerali tat-tranżazzjoni.

Rigward fehma waħda u kondizzjonalità, hemm appoġġ qawwi fost dawk li wieġbu għall-esplorazzjoni tal-kondizzjonalità bbażata fuq ir-rispett mill-pajjiż benefiċjarju, tad-drittijiet tal-bniedem, il-minoranzi, governanza tajba u d-diversità tal-espressjonijiet kulturali (78%), jew dwar il-kwalità tal-politika tiegħu u l-abbiltà u d-dispożizzjoni tiegħu biex jimplimenta politiki sodi (63%). Maġġoranza ta' dawk li wieġbu kritikaw il-fatt li l-kooperazzjoni esterna hija bbażata fuq l-interessi proprji tal-UE.

Rigward l-azzjoni esterna tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, dawk kollha li wieġbu enfasizzaw il-ħtieġa li jippromwovu u jappoġġjaw dawn l-għanijiet madwar id-dinja kemm billi jiġu integrati fi ħdan il-politiki kollha u l-azzjonijiet tal-UE kif ukoll billi jiġi dedikat strument finanzjarju separat iżda komplementarju. L-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa valutat ferm u l-partijiet interessati kollha talbu lill-UE biex ittejjeb il-potenzjal tiegħu, tissalvagwardja l-valur miżjud tiegħu u tiżviluppa aktar il-ħeffa sabiex jitwassal, b'mod partikolari għall-aktar każijiet urġenti u diffiċli.

Il-valutazzjoni tal-impatt

Il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt (IA) li qieset 3 alternattivi ta' linji politiċi ewlenin (b'xi għażliet sekondarji):

(1) Ebda Regolament tal-EIDHR separat u tintegra d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija taħt strumenti oħra;

(2) L-ebda bidla għar-Regolament kurrenti b'żieda biss fl-allokazzjoni baġitarja li se tipprovdi għal attivitajiet addizzjonali taħt il-qafas attwali;

(3) Bini ta' Regolament ta' awtorizzazzjoni aħjar, filwaqt li jiġu ppreservati l-karatteristiċi ewlenin tar-Regolament eżistenti.

L-ewwel għażla ma nżammitx minħabba li deher ċar li s-soppressjoni ta' sturment awtonomu għad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija tista' tibgħat sinjal politiku negattiv u jwassal għat-tneħħija ta' prinċipji ta' ħidna speċifiċi u prezzjużi bħan-nuqqas ta’ kunsens tal-pajjiż ospitanti jew l-immirar tal-atturi tas-soċjetà ċivili. Dan imbagħad inaqqas l-effiċjenza tal-eżekuzzjoni u joħloq telf qawwi tal-viżibbiltà u tar-reputazzjoni tal-UE.

It-tieni għażla wkoll ġiet imwarrba minħabba li ma tippermettix li wieħed jieħu l-opportunità li jiffaċċja sfidi ġodda adegwatament, li jikkoreġi xi tagħlimiet meħuda u li jwieġeb għal domandi ġodda.

It-tielet għażla ġiet magħżula minħabba li tippermetti l-preservazzjoni tal-benefiċċji politiċi u operattivi tal-istrumenti, filwaqt li tippermetti adattament aħjar tar-regolament. Taħt din l-għażla, l-abbozz il-ġdid għandu jinbena bħala regolament tal-awtoriazzazzjoni aħjar. L-istrument rivedut stabbilit joffri għodda orjentata lejn il-proċess li tiffoka fuq erba’ oqsma differenti:

· kampanji tematiċi, li jgħaqqdu flimkien il-promozzjoni u l-operazzjonijiet fil-post (per eżempju l-appoġġ għad-demokrazija) u l-indirizzar ta' ksur serju tad-drittijiet (per eżempju t-tortura, il-piena tal-mewt, id-diskriminazzjoni, eċċ..), kif ukoll il-provvediment ta' appoġġ ċentrali lil parteċipanti ewlenin u edukazzjoni ċivika relatata;

· appoġġ immirat għall-iżvilupp ta' soċjetajiet ċivili prosperi li tippermettilu li jsaħħaħhom fit-tfittxija u d-difiża tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u fir-rwol speċifiku tagħhom bħala atturi għal bidla pożittiva;

· kapaċità msaħħha għall-UE biex tkun kapaċi tirreaġixxi malajr għal urġenzi tad-drittijiet tal-bniedem u t-twaqqif ta' mekkaniżmu tal-UE komprensiv għad-Difiża tad-Drittijiet tal-Bniedem;

· strateġija msaħħa u integrata aħjar għaċ-ċikli demokratiċi, permezz ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet u tipi oħra ta' appoġġ għall-proċessi demokratiċi u elettorali;

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-istrument propost huwa bbażat fuq l-Artikolu 209 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jipprovdi bażi legali għal koperazzjoni għall-iżvilupp fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikoli 2 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jaċċennaw aktar l-importanza li l-Unjoni Ewropea tappoġġa d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem bħala parti mill-azzjoni esterna tagħha.

Billi l-għanijiet tar-Regolament propost ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew u l-kopertura tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. L-UE hija f'pożizzjoni unika biex twassal parti mill-għajnuna esterna għan-nom ta' l-Istati Membri u flimkien magħhom, u b'hekk tikseb aktar kredibbiltà fil-pajjiżi fejn hija topera. Ħafna Stati Membri m'għandhomx il-kapaċità u/jew ir-rieda li jiżviluppaw strumenti esterni globali. Għalhekk, l-intervent fil-livell tal-UE huwa l-unika possibbiltà biex jiġu promossi globalment il-valuri tal-UE u tiġi żgurata l-preżenza tal-UE madwar id-dinja.

Ir-Regolament propost isaħħaħ ukoll il-kapaċità ta' koordinazzjoni u jiffaċilita l-programmazzjoni konġunta mal-Istati Membri, jiżgura diviżjoni tax-xogħol effiċjenti u twassil tal-għajnuna effettiva. L-assistenza tal-Unjoni għandha tiffoka fejn ikollha l-aktar impatt, promozzjoni madwar id-dinja tad-demokrazija, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, il-kapaċità prevedibbli u fit-tul tagħha fl-għajnuna għall-iżvilupp u r-rwol tagħha fil-koordinazzjoni mal-Istati Membri tagħha. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat, ir-Regolament propost ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jikseb l-għanijiet tiegħu.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

L-istrument propost huwa parti mill-miżuri biex jiġu implimentati taħt it-Titolu IV "Ewropa Globali" tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-Unjoni Ewropea. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu 2014-2020 għandu jkun ta’ EUR 1 578 000 000 (prezzijiet kurrenti). Dan jikkorrispondi mal-pakkett annwali medju approssimattiv ta' EUR 225 000 000.

2011/0412 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 209 u 212 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara t-trażmissjoni tal-abozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[8],

Billi aġixxew skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1) Dan ir-Regolament jikkostitwixxi wieħed mill-istrumenti li jipprovdu appoġġ dirett għall-politiki esterni tal-Unjoni Ewropea. Huwa se jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja[9].

(2) Dan ir-Regolament jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja li jippermetti għall-assistenza indipendentement mill-kunsens tal-gvernijiet ta' pajjiżi terzi u awtoritajiet pubbliċi oħra.

(3) L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jistipula li l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-non-diskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

(4) L-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iggwidata mill-istess prinċipji li spiraw il-ħolqien tagħha stess: id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali.

(5) Dan l-istrument ta’ finanzjament jikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi dawk tal-Politika Ewropea ta' Żvilupp.

(6) Il-kontribut tal-Unjoni għad-demokrazija u l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali huwa msejjes fuq il-prinċipji ġenerali stabbiliti mill-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u kwalunkwe strument ieħor tad-drittijiet tal-bniedem li ġie adottat fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll strumenti tad-drittijiet tal-bniedem reġjonali relevanti.

(7) Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tal-mara huma drittijiet fundamentali tal-bniedem u kwistjoni ta' ġustizzja soċjali u l-promozzjoni tagħhom hija komponent qawwi ta’ dan ir-Regolament.

(8) Id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma inseparabbli, kif imsemmi fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2009, dwar l-appoġġ għad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni tal-UE. Il-libertajiet fundamentali tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni huma l-prerekwiżiti għall-pluraliżmu politiku u l-proċess demokratiku, filwaqt li l-kontroll demokratiku u s-separazzjoni tal-poteri huma essenzjali sabiex tinżamm ġudikatura indipendenti u l-istat tad-dritt li min-naħa tagħhom huma meħtieġa għall-ħarsien effettiv tad-drittijiet tal-bniedem.

(9) Il-kompitu li tinbena u tkun sostnuta kultura ta' drittijiet tal-bniedem u li d-demokrazija ssir taħdem għaċ-ċittadini, għalkemm ferm urġenti u diffiċli f'demokraziji li qed jitfaċċaw issa, essenzjalment hija sfida kontinwa, li l-ewwel u qabel kollox tappartjeni lill-poplu tal-pajjiż ikkonċernat imma mingħajr ma jitnaqqsu l-obbligi tal-komunità internazzjonali. Jeħtieġ ukoll firxa ta’ istituzzjonijiet, partikolarment parlamenti nazzjonali demokratiċi li għandhom jiżguraw il-parteċipazzjoni, ir-rappreżentazzjoni, il-kapaċità ta' rispons u r-responsabbiltà.

(10) Sabiex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b'mod effettiv, trasparenti, f'waqtu u b'mod flessibbli wara l-iskadenza tar-Regolament (KE) Nru 1889/2006, hemm ħtieġa kontinwa għal riżorsi finanzjarji speċifiċi u strument ta’ finanzjament speċifiku li jista' jkompli jaħdem b'mod indipendenti.

(11) L-għajnuna tal-Unjoni skont dan ir-Regolament hija mfassla biex tikkomplementa d-diversi għodod l-oħra għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li jvarjaw minn djalogu politiku u inizjattivi diplomatiċi għal diversi strumenti ta’ kooperazzjoni finanzjarja u teknika, li jinkludu kemm programmi ġeografiċi kif ukoll dawk tematiċi. Se tikkomplementa wkoll l-azzjonijiet aktar relatati mal-kriżi taħt l-Istrument għall-Istabbiltà.

(12) Taħt dan ir-Regolament, l-Unjoni se tipprovdi għajnuna biex tindirizza d-drittijiet tal-bniedem globali, reġjonali, nazzjonali u lokali u kwistjonijiet ta’ demokratizzazzjoni fi sħubija mas-soċjetà ċivili li wieħed jifhem li jinkludu t-tipi kollha ta’ azzjoni soċjali minn individwi jew gruppi li huma indipendenti mill-istat u attivi fl-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-appoġġ tad-demokrazija.

(13) Barra minn hekk, filwaqt li l-istandards tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu dejjem iktar integrati fl-istrumenti ta’ finanzjament għall-għajnuna esterna kollha, l-għajnuna tal-Unjoni skont dan ir-Regolament se jkollha rwol ieħor komplementari speċifiku minħabba n-natura globali tagħha u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-awtoritajiet statali u oħrajn pubbliċi tal-pajjiżi terzi. Dan jippermetti l-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili dwar kwistjonijiet sensittivi ta’ drittijiet tal-bniedem u demokrazija, billi jipprovdi l-flessibilità biex ikun hemm reazzjoni għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu. Dan għandu jipprovdi wkoll kapaċità tal-Unjoni li tartikula u tappoġġja għanijiet u miżuri speċifiċi fuq il-livell internazzjonali li la huma marbuta b’mod ġeografiku u lanqas relatati ma’ xi kriżi u li jistgħu jeħtieġu metodu transnazzjonali jew jinvolvu operazzjonijiet kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll f’firxa ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, se jipprovdi l-qafas meħtieġ għal operazzjonijiet, bħal appoġġ għal missjonijiet ta’ osservazzjoni indipendenti tal-elezzjonijiet mill-UE, li jeħtieġu koerenza politika, sistema ta’ ġestjoni unifikata u standards operattivi komuni.

(14) L-Unjoni se tagħti attenzjoni partikolari lil pajjiżi u sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju u fejn id-diżrispett għal dawn id-drittijiet u libertajiet huwa partikularment qawwi u sistematiku. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-prijoritjiet politiċi se jkunu li jiġi promoss ir-rispett għal-liġijiet internazzjonali rilevanti, u li jiġi pprovdut appoġġ tanġibbli u mezzi ta’ azzjoni għas-soċjetà ċivili lokali u biex isir kontirbut għall-ħidma tagħha, imwettqa f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. F’sitwazzjonijiet ta’ konflitt, l-Unjoni ser tippromwovi l-konformità tal-partijiet kollha fil-kunflitt mal-obbligi legali tagħhom taħt il-liġi umanitarja internazzjonali, skont il-linji gwida rilevanti tal-Unjoni.

(15) F'dawk il-pajjiżi jew sitwazzjonijiet l-aktar difficli u sabiex jiġu indirizzati bżonnijiet urġenti ta' protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-Unjoni għandha tkun kapaċi tirrispondi b'mod flessibbli u f'waqtu permezz ta' għotjiet ad hoc. Dan se jkun partikolarment il-każ meta l-għażla ta' modalitajiet proċedurali jista' jkollha impatt dirett fuq l-effikaċja tal-miżuri jew tista’ tirriżulta li l-benefiċjarji jkunu esposti għal intimidazzjoni, ritaljazzjoni jew tipi oħra ta’ riskji serji.

(16) Il-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea jikkontribwixxu b'mod sinifikanti u b'suċċess għall-proċessi demokratiċi f'pajjiżi terzi. Madankollu, l-promozzjoni tad-demokrazija testendi ferm lil hinn mill-proċess elettorali waħdu. In-nefqa għal missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali għalhekk m'għandhiex tieħu ammont sproporzjonat tal-fondi totali disponibbli skond dan ir-Regolament.

(17) Dawn is-setgħat ta' implimentazzjoni għall-ipprogrammar u l-finanzjament tal-azzjonijiet appoġġjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Meta wieħed jieħu kont tan-natura ta' dawk l-atti implimentattivi, partikolarment in-natura tal-orjentazzjoni politika tagħhom jew l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom, il-proċedura ta’eżaminazzjoni għandha fil-prinċipju tintuża għall-adozzjoni tagħhom, ħlief għal miżuri implimentattivi tekniċi ta' skala finanzjarja żgħira.

(18) Regoli Komuni u proċeduri għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-azzjoni esterna huma stabbiliti fir-regolament (UE Nru …/…, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ ...[10] minn issa 'l quddiem imsejjaħ "Ir-Regolament Implimentattiv Komuni".

(19) L-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna huma deskritti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 Suġġett u għanijiet

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem skont liema l-Unjoni għandha tipprovdi assistenza għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet funadamentali kollha.

B’mod partikolari, għajnuna ta’ din ix-xorta għandu jkollha l-għan li

(a) jissaħħu r-rispett għal u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali u reġjonali oħrajn, u t-tisħiħ tal-protezzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tagħhom, l-aktar permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet relevanti tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u vittmi tar-ripressjoni u l-abbuż;

(b) l-appoġġ u l-konsolidazzjoni tar-riformi demokratiċi f'pajjiżi terzi, billi tissaħħaħ id-demokrazija rappreżentattiva u parteċipatorja, jiissaħħaħ iċ-ċiklu demokratiku ġenerali, u titjieb l-affidabbiltà tal-proċess elettorali, b'mod partikolari permezz ta' missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijeit.

Artikolu 2 Kamp ta' Applikazzjoni

1.           Assistenza tal-Unjoni għandha tirrelata mal-oqsma li ġejjin:

(a) appoġġ għal u tisħiħ tad-demokrazija parteċipatorja u rappreżentattiva, inkluża d-demokrazija parlamentari, u tal-proċessi tad-demokratizzazzjoni, prinċipalment permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inter alia permezz ta':

(i) il-promozzjoni tal-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' assemblea, taċ-ċaqliq mhux imxekkel tal-persuni, tal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni, inklużi l-espressjoni artistika u kulturali, ta' stampa ħielsa u ta' midja pluralistika indipendenti, kemm dik tradizzjonali kif ukoll dik ibbażata fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni, liberta fuq l-internet u miżuri biex jiġu miġġielda l-ostakli amministrattivi għall-eżerċitar ta' dawn il-libertajiet, inkluża l-ġlieda kontra ċ-ċensura;

(ii) fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-promozzjoni tal-indipendenza tal-ġudikatura, it-tħeġġiġ u l-evalwazzjoni tar-riformi legali u istituzzjonali u l-promozzjoni tal-aċċess għall-ġustizzja;

(iii) il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, tat-tribunali kriminali internazzjonali ad hoc u tal-proċessi tal-ġustizzja tranżitorja u tal-mekkaniżmi ta’ verità u ta' rikonċiljazzjoni;

iv) l-appoġġ ta’ riformi biex jinkisbu l-obbligi ta’ rendikont u ta’ sorveljanza demokratiċi effettivi u trasparenti, inkluża s-sorveljanza tas-settur tas-sigurtà u tal-ġustizzja, u fl-inkoraġġiment tal-miżuri kontra l-korruzzjoni;

(v) il-promozzjoni ta' pluraliżmu politiku u ta' rappreżentanza politika demokratika u t-tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni politika miċ-ċittadini, b'mod partikulari mill-gruppi marġinalizzati, fil-proċessi ta' riforma demokratika fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali;

(vi) il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali tal-irġiel u n-nisa fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika, u l-appoġġ tal-ugwaljanza ta' opportunità u l-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politika tan-nisa;

(vii) l-appoġġ ta' miżuri li jiffaċilitaw il-konċiljazzjoni paċifika tal-interessi ta' gruppi, inkluż l-appoġġ għall-miżuri li jibnu l-kunfidenza f'dak li għandu x'jaqsam mad-drittijiet tal-bniedem u mad-demokratizzazzjoni.

(b) il-promozzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali oħrajn li jikkonċernaw id-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali, prinċipalment permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li inter alia huma relatati ma':

(i) l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, il-prevenzjoni tat-tortura, tat-trattament ħażin u ta' forom oħra ta' trattament krudili, diżuman u degradanti u r-rijabilitazzjoni tal-vittmi tat-tortura;

(ii) l-appoġġ, il-ħarsien u l-għajnuna għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, skond it-termini tal-Artikolu 1 tad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt u r-Responsabilità ta' Individwi, Gruppi u Organi tas-Soċjetà li jippromwovu u jħarsu d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali li huma Universalment Rikonoxxuti;

(iii) il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, u d-diskriminazzjoni minħabba kwalunkwe raġuni, inklużi s-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatterisitiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f’minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;

(iv) il-promozzjoni tal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon jew twemmin, inkluż permezz ta' miżuri biex jeliminaw il-forom kollha ta’ mibegħda, intolleranza u diskriminazzjoni bbażata fuq reliġjon jew twemmin u billi titrawwem it-tolleranza u r-rispett tad-diversità kulturali u reliġjuża;

(v) id-drittijiet tal-popli indiġeni u d-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u gruppi etniċi;

(vi) id-drittijiet tan-nisa kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, inklużi l-miżuri biex jiġu miġġielda l-mutilazzjoni tal-ġenitali femminili, iż-żwiġijiet sfurzati, id-delitti tal-unur u kwalunkwe forma oħra ta' vjolenza kontra n-nisa;

(vii) id-drittijiet tat-tfal, kif proklamati fil-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokolli mhux obbligatorji tagħha, inklużi l-ġlieda kontra t-tħaddim, it-traffikar u l-prostituzzjoni tat-tfal, u r-reklutaġġ u l-użu ta' suldati tfal;

(viii) id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità;

(ix) id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-promozzjoni tal-istandards fundamentali tax-xogħol u tar-responsabilità soċjali korporattiva;

(x) l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-monitoraġġ fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, u fil-qasam kopert mill-punt (vii);

(xi) l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali tas-soċjetà ċivili involuti fil-ħarsien, fil-promozzjoni jew fid-difiża tad-drittijiet u fil-miżuri msemmija fil-punt (vii);

(c) it-tisħiħ tal-qafas internazzjonali għall-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġustizzja, tal-istat tad-dritt u d-demokrazija, u l-promozzjoni tal-liġi umanitarja internazzjonali, b’mod partikolari billi:

(i) ikun provdut appoġġ għal strumenti internazzjonali u reġjonali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

(ii) titrawwem koperazzjoni mis-soċjetà ċivili ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali intergovernattivi, u jiġu appoġġati l-attivitajiet tas-soċjetà ċivili mmirati lejn il-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-istrumenti internazzjonali u reġjonali li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja, l-istat tad-dritt u d-demokrazija;

(iii) taħriġ fil-liġi umanitarja internazzjonali u fit-tixrid tagħha u appoġġ għall-infurzar tagħha;

(d) bini tal-fiduċja fi u tisħiħ tal-affidabilità u t-trasparenza tal-proċessi elettorali demokratiċi, filwaqt li jsir kontribut għall-effiċjenza u l-konsistenza taċ-ċiklu elettorali kollu, partikolarment,

(i) permezz tal-użu tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni;

ii) permezz ta' miżuri oħra għall-monitoraġġ tal-proċessi elettorali;

(iii) billi jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-kapaċita’ ta’ osservazzjoni elettorali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livelli reġjonali u lokali, u billi jiġu appoġġati l-inizjattivi tagħhom biex jissaħħu l-parteċipazzjoni fil-proċess elettorali u s-segwitu għalih;

(iv) billi jiġu appoġġjati miżuri mmirati lejn l-integrazzjoni konsistenti ta’ proċessi elettorali fiċ-ċiklu demokratiku u għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet magħmula minn Missjonijiet ta' Osservaturi Elettorali tal-Unjoni;

2.           Il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, tad-drittijiet tat-tfal, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, u tal-prinċipji tal-għoti tas-setgħa, tal-parteċipazzjoni, tan-nuqqas ta' diskriminazzjoni ta' gruppi vulnerabbli u ta' responsabilità għandhom jitqiesu meta jkun rilevanti mill-miżuri kollha ta’ għajnuna msemmija f’dan ir-Regolament.

3.           Il-miżuri ta’ għajnuna għandhom jiġu implimentati fit-territorju tal-pajjiżi terzi jew għandhom ikunu relatati b’mod dirett mas-sitwazzjonijiet li jinqalgħu fil-pajjiżi terzi, jew ikunu relatati b'mod dirett ma' azzjonijiet globali jew reġjonali.

4.           Il-miżuri ta' assistenza għandhom iqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kriżi jew sitwazzjonijiet ta' urġenza u pajjiżi jew sitwazzjonijiet fejn hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, fejn is-sigurtà tal-bniedem hija l-aktar fil-periklu jew fejn l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri joperaw taħt l-aktar kondizzjonijiet diffiċli.

Artikolu 3 Qafas ġenerali għall-programmazzjoni u l-implimentazzjoni

Assistenza tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandha tkun implimentata permezz tal-miżuri li ġejjin u skont ir-Regolament Implimentattiv Komuni:

(a) id-Dokumenti ta’ Strateġija u r-reviżjonijiet tagħhom kif ikun xieraq;

(b) Il-Programmi ta’ Azzjoni Annwali, miżuri individwali u miżuri ta' appoġġ;

(c) Miżuri Speċjali.

Artikolu 4 Dokumenti ta' strateġija

1.           Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna tagħha skont dan ir-Regolament, bażata fuq il-prijoritajiet tal-Unjoni, is-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tal-imsieħba prinċipali. Huma għandhom ikunu konsistenti mal-iskop ġenerali, l-objettivi, il-kamp ta' applikazzjoni u l-prinċipji ta' dan ir-Regolament.

2.           Id-dokumenti ta’ strateġija għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula mill-Unjoni għall-finanzjament matul il-perjodu ta' validità ta' dan ir-Regolament, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandhom jagħtu wkoll l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kemm ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità; din tista' tingħata, fejn ikun xieraq, f'forma ta' skala.

3.           Id-dokumenti ta' strateġija għandhom jiġu approvati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 (3) tar-Regolament Implimentattiv Komuni. Meta bidliet sinifikanti fiċ-ċirkustanzi u l-politika jeħtieġu hekk, id-dokumenti ta' strateġija għandhom ikunu aġġornati skont l-istess proċedura.

Artikolu 5 Kumitat

Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna minn Kumitat għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem, li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-Kumitat”. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 6 Ammont ta’ referenza finanzjarja

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu 2014-2020 għandu jkun ta’ EUR 1 578 000 000 (prezzijiet kurrenti). L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-Qafas Finanzjarju 2014 – 2020.

Artikolu 7 Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għanda tkunu skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427 UE, li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Artikolu 8 Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    It-titlu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    L-għan(ijiet)

              1.5.    Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Perjodu u impatt finanzjarju

              1.7.    Il-metodu(i) tal-ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja/i tal-baġit ta’ nefqa affettwata/i

              3.2.    L-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Il-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Estimated impact on revenue

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           IL-QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        It-titlu tal-proposta/inizjattiva

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja

1.2.        Il-qasam (oqsma) tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[11]

Titolu 19: Ir-relazzjonijiet esterni

Attività 19 04: Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR)

It-titolu ta' dan il-kapitolu tal-baġit jikkorrispondi mal-istruttura attwali tal-istrumenti finanzjarji 2007-2013. Hu propost li tinżamm l-istess attività u titolu 19 04.

1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[12]

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estenzjoni ta’ azzjoni ezistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relata ma’ azzjoni idiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għanijiet

1.4.1.     L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Dawn l-istrumenti ta’ finanzjament jimmiraw li jappoġġjaw l-għanijiet strateġiċi li ġejjin kif dikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit għal Ewropa 2020 – Parti II" tad-29 ta' Ġunju 2011 (COM/2011/500 - Baġit għall-Ewropa 2020 – Parti II. Il-Fiche tal-Linja Politika "Azzjoni Esterna", p. 43):

Dan ir-Regolament se jkollu żewġ għanijiet

1. Żieda fir-rispett għal u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kif ipproklamati fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u fi strumenti internazzjonali u reġjonali oħrajn, kif ukoll it-tisħiħ tal-protezzjoni, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tagħhom, l-aktar permezz ta' appoġġ għall-organizzazzjonijiet relevanti tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u vittmi tar-ripressjoni u l-abbuż;

2. Appoġġ u konsolidazzjoni tar-riformi demokratiċi f'pajjiżi terzi, billi jssaħħaħ id-demokrazija rappreżentattiva u parteċipatorja, isaħħaħ iċ-ċiklu demokratiku ġenerali, u jtejjeb l-affidabbiltà tal-proċess elettorali, b'mod partikolari permezz ta' missjonijiet ta' osservazzjoni tal-elezzjonijeit.

1.4.2.     Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u attività/attivitajiet konċernata/i ABM/ABB

Iż-żewġ għanijiet imsemmijin fl-għanijiet hawn fuq se jiġu implimentati, fil-prattika, permezz ta’diversi għanijiet speċifiċi.

Objettiv Speċifiku Nru 1.

Li jwassal kampanji tematiċi, li jingħaqdu flimkien il-promozzjoni u l-operazzjonijiet fil-post (eżempju ġustizzja internazzjonali) u l-indirizzar ta' ksur serju tad-drittijiet (eż. t-tortura, il-piena tal-mewt, id-diskriminazzjoni, eċċ..), kif ukoll provvediment għal appoġġ ċentrali lil parteċipanti ewlenin u edukazzjoni ċivika relatata.

Objettiv Speċifiku Nru 2.

Appoġġ immirat għall-iżvilupp ta' soċjetajiet ċivili prosperi li jippermettilu li jsaħħaħhom fit-tfittxija u d-difiża tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem u fir-rwol speċifiku tagħhom bħala atturi għal bidla pożittiva;

Objettiv Speċifiku Nru 3.

Li jwassal kapaċità msaħħa għall-UE biex tkun kapaċi taġixxi fl-aktar ambjenti diffiċli, tirreaġixxi malajr f’urġenzi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u b’appoġġ ta’ Difensur tad-Drittijiet tal-Bniedem li jeħtieġ protezzjoni.

Objettiv Speċifiku Nru 4.

Li jwassal strateġija msaħħa u integrata aħjar għaċ-ċikli demokratiċi, permezz ta' osservazzjoni tal-elezzjonijiet u tipi oħra ta' appoġġ għall-proċessi demokratiċi u elettorali.

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistenni/mistennija

Jispeċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi mmirati.

Għall-appoġġ ta' riżultati tanġibbli fil-promozzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja.

Tnedija f'waqtha tal-proġett, inkluż mekkaniżmu ta' reazzjoni rapida għal każijiet urġenti ta' ksur u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem. Segwitu f’waqtu, addendum, ħlas u għeluq.

1.4.4.     Indikaturi ta’ riżultati u impatt

Jispeċifika l-indikaturi għall-implimentazzjoni tal-monitoraġġ tal-proposta/inizjattiva.

L-implimentazzjoni taż-żewġ għanijiet imsemmija hawn fuq, u l-erba’ għanijiet speċifiċi se jiġu mkejla permezz inter alia, tal-indikaturi li ġejjin ta' riżultati u impatti:

Numru ta' kampanji varati, inkluż numru ta’ avukaturi, u b' mod partikolari kemm jinkisbu bidliet pożittivi fil-liġijiet ta' pajjiżi terzi u r-regolamenti dwar il-klawsoli tad-drittijiet tal-bniedem;

Numru ta' ratifiki ta’ konvenzjoni internazzjonali, u partikolarment kemm konvenzjonijiet jistgħu jidħlu fis-seħħ f’kemm-il pajjiż bħala riżultat tal-appoġġ tagħna.

Għadd ta’operazzjonijiet fil-lokal speċifiċi, u b'mod partikolari kemm CSo imdgħajfa u/jew gruppi maqtugħin ġew appoġġjati li kieku kienu jitħallew waħidhom.

Numru ta’ ċittadini, professjonisti u studenti mħarrġa u esposti għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll il-kuxjenza u l-edukazzjoni fid-Demokrazija,

Numru ta’ atturi ewlenin appoġġjati, b'mod partikolari azzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, rapporti, każistika u/jew dikjarazzjoni marbuta direttament mal-appoġġ tagħna,

Numru ta’ proġetti tas-soċjetà ċivili mwettqa, fil-livell dinji kif ukoll lokali, u l-impatt tagħhom f'termini ta' promozzjoni, protezzjoni u monitoraġġ tad-Drittijiet tal-Bniedem,

Numru ta’każijiet Difensur tad-Drittijiet tal-Bniedem, partikolarment in-numru ta’ individwi li qed jiġu protetti politikament, legalment u/jew fiżikament u maħruġa mill-pożizzjoni tagħhom ta' abbużi;

Numru ta' proġetti fl-aktar pajjiżi u sitwazzjonijiet diffiċli, u b'mod partikolari in-numru ta' attivitajiet u atturi milħuqa f'dawn il-kuntesti l-aktar diffiċli;

Numru ta’ proċessi elettorali u ċikli demokratiċi appoġġjati, osservati, u segwiti, partikolarment in-numru ta’ rakkomandazzjonijiet EOMs tal-UE implimentati fil-qasam.

1.5.        Ir-raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżiti li għandhom jitħarsu għal żmien qasir u fit-tul

Taqsima 1 tal-Memorandum ta’ Spjegazzjoni jiddeskrivi l-kundizzjonijiet tal-politika li l-istrument jimmira li jilħaq fi ħdan il-kuntest ta’ gwida politika li qed tevolvi. Meta wieħed jikkunsidra n-natura speċifika tal-promozzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja kif ukoll ir-reazzjoni għal vjolazzjonijiet urġenti tad-drittijiet tal-bniedem ta’ protezzjoni ta' Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-rekwiżiti se jkunu kemm fit-tul kif ukoll fit-terminu qasir.

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Fuq l-isfond tas-suċċessi tagħha stess għas-soluzzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-paċi u l-ħolqien tal-prosperità, l-UE tidher li hija f'pożizzjoni eċċellenti biex twettaq, għan-nom tal-azzjoni esterna, f’isem l-Istati Membri tagħha u flimkien magħhom, li ġeneralment tgawdi minn kredibbiltà għolja fil-pajjiżi fejn taħdem. Hija tinsab f’pożizzjoni tajba biex tieħu r-rwol ta’ mexxejja globali għan-nom taċ-ċittadini tagħha, b’mod partikolari fl-appoġġ u l-promozzjoni tad-demokrazija. Madankollu, il-valur miżjud Ewropew ma jistax jiġu ridott għal karta tal-bilanċ: il-kontubut għall-bini tal-paċi madwar id-dinja, l-għajnuna lill-ifqar nies tad-dinja u l-appoġġ għad-demokratizzazzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huma turija indispensabbli ta' kif l-UE kuljum iżżid il-valur permezz tal-ħidma tagħha. Dan huwa preċiżament fejn se jkunu ffukati l-prijoritajiet ta' strumenti finanzjarji li jmiss dwar l-azzjoni esterna tal-UE.

B’27 Stat Membru li jaġixxu fi ħdan il-qafas ta’ strateġiji u politiki komuni, l-UE għandha piż kritiku biex twieġeb għall-isfidi globali, bħat-trawwim tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem għal kulħadd.

Minħabba l-iskala kbira tagħha l-UE tista' twassal l-għajnuna fiż-żoni l-aktar remoti tad-dinja, fejn il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom ftit interess strateġiku, preżenza limitata u kapaċità mnaqqsa biex jaġixxu. Bis-saħħa tal-azzjoni tal-UE, pereżempju, il-Fiġi, Vanwatu u Timor Leste fejn reċentement ġie provdut finanzjament ġdid għal demokrazija stabbli u żvilupp sostenibbli, l-għajnuna tilħaq lin-nies li jeħtiġuha l-aktar, iżda li kieku jibqgħu mingħajrha.

Fi żmien ta’ restrizzjonijiet baġitarji, meta bosta SM huma mġiegħla joħorġu minn setturi u pajjiżi sħaħ, l-UE tibqa' kapaċi taqdi rwol attiv fil-promozzjoni tal-paċi, id-demokrazija, is-solidarjetà, l-istabilità, il-prosperità u t-tnaqqis tal-faqar fil-viċinat immedjat u madwar id-dinja. F'dan il-kuntest, jagħmel sens iktar minn qatt qabel minn perspettiva purament ekonomika li jiġu investiti l-flus fil-livell tal-UE fejn tista’ ssir differenza vera. Fil-fatt, meta jaġixxu permezz tal-UE l-Istati Membri jistgħu fil-fatt jiffrankaw il-flus. Ċerti riformi għall-effettività tal-għajnuna, speċjalment f'termini tad-diviżjoni tax-xogħol, jistgħu jammontaw għal tfaddil potenzjali ta’ bejn EUR 3 u 6 biljun fis-sena, skont studju reċenti indipendenti (Il-benefiċċji ta’ Strateġija Ewropea, minn HTSPE).

Il-ħidma flimkien mal-UE hija wkoll orħos. Spejjeż amministrattivi – stmati għal 5.4% fuq il-bażi tad-dejta tal-2009 – huma inqas mill-medja tal-ispejjeż amministrattivi tad-donaturi prinċipali tal-għajnuna bilaterali. Ir-regoli amministrattivi li japplikaw huma maħsuba biex jiżguraw li l-flus tal-kontribwenti tat-taxxa tal-UE jintefqu tajjeb, bl-użu ta’ kriterji stretti li jistgħu jiġu sorveljati.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea hija waħda mill-aktar korpi tal-għajnuna trasparenti fid-dinja. Tali trasparenza hija fiha nfisha għodda importanti biex tiżgura valur effettiv għall-flus. Dan ġie rikonoxxut mill-organizzazzjoni "Ippublika dak li Tiffinanzja" li kklassifikat il-Kummissjoni Ewropea fir-4 pożizzjoni (minn 30) fl-evalwazzjoni tat-trasparenza tal-għajnuna tad-donaturi fi Frar ta’ din is-sena. Qed inkomplu nagħmlu aktar titjib.

Fil-Green Paper reċenti l-konsultazzjoni mwettqa biex wieħed isir jaf l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar il-politika ta’ żvilupp tagħna, dawk kollha li wieġbu qablu dwar ir-rwol pożittiv li l-UE kellha fl-appoġġ ta’ governanza tajba (inkluż il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili), is-sigurtà, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi.

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

Ir-Reviżjonijiet u evalwazzjonijiet enfasizzaw diversi punti sodi

L-EIDHR joffri indipendenza tal-azzjoni, li tippermetti ħidma mingħajr il-ħtieġa tal-kunsens tal-gvern, li hija karatteristika kritika speċjalment f’oqsma sensittivi tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem. Għalhekk, l-istrument jappoġġja l-edukazzjoni demokratika fil-livell tal-gradwati mexxejja futuri żgħażagħ mill-Bjelorussja jew jipprova jtaffi l-kriminalizzazzjoni inġusta ta' attivisti demokratiċi li jintbagħtu l-ħabs minħabba li jiffurmaw parti mill-oppożizzjoni. Id-difensuri tal-vittmi, bħall-avukati, min-naħa tagħhom iridu jiġu difiżi (permezz tas-sistema Difensur tad-Drittijiet tal-Bniedem) minħabba li wkoll jirriskjaw priġunerija talli jaċċettaw każijiet ta’ attivisti favur id-demokrazija jew difensuri tad-drittijiet.

L-EIDHR wkoll joffri aktar flessibilità u l-kapaċità li jkun hemm rispons għal ċirkostanzi li qed jinbidlu, li jikkuntrasta mal-approċċ ta’ programmar fit-tul tal-programmi ġeografiċi. Assistenza immedjata kienet tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-kumitat tar-riforma fit-Tuneżija biex ifassal il-pjan ta’ tranżizzjoni u jgħin biex is-soċjetà ċivili tikkontribwixxi fil-proċess. L-EIDHR se jipprovdi taħriġ għad-demokrazija għal attivisti tal-partiti politiċi, appoġġ għal ġurnaliżmu ħieles u media pluralistika indipendenti, kemm dik tradizzjonali kif ukoll dik bażata fuq l-ICT inkluż teknoloġiji tal-komunikazzjoni elettronika bla xkiel u mingħajr ċensura, sorveljanza tat-tranżizzjoni demokratika, u appoġġ għall-edukazzjoni ċivika fuq id-demokrazija. L-EIDHR jista' wkoll ikun disponibbli għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-midja u t-taħriġ tal-ġurnalisti. Fid-dawl tal-elezzjonijiet li se jsiru dalwaqt fit-Tuneżija, huwa qed jipprovdi taħriġ għal eluf ta' osservaturi lokali għall-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-UE.

L-EIDHR jaħdem ukoll fl-aktar ambjenti diffiċli fejn id-drittijiet u l-libertajiet bażiċi huma l-aktar fir-riskju. Sabiex jipproteġu is-sigurtà fiżika ta' attivisti u oħrajn li l-ħajja tagħhom tista’ tkun f’periklu serju, id-dettalji ta' dawn il-proġetti ma jistgħux isiru pubbliċi. Il-Kummissjoni Ewropea tirrapporta dwar dawn il-proġetti lil persuni awtorizzati fil-Kunsill, il-Parlament u s-SEAE fuq il-bażi ta’ “ħtieġa ta' tagħridf” u wieħed ma jistax ma jfaħħarx il-kuraġġ ta’ attivisti ddedikati bħal dawn.

Dawn il-każijiet diffiċli jirrappreżentaw madwar 20% tal-attivitajiet tal-EIDHR. Mill-2007, l-EIDHR appoġġa aktar minn 100 proġett bħal dawn (b’valur ta’ EUR 60 miljun). Partikolarment, appoġġjat min-netwerk tiegħu ta’ Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem (HRD), l-EIDHR appoġġa 19-il proġett HRD (b’valur ta’ EUR 13,5 miljuni) f’iktar minn 45 pajjiż.

F'dawk il-kuntesti, l-EIDHR jaġixxi bħala tassew nifs ġdid fejn il-parti l-kbira tal-proġetti jiffokaw biex jgħinu s-sopravivenza tas-soċjetà ċivili u l-midja l-aktar dgħajfa jew imfarrka, u b’hekk jiftaħ il-bieb għad-djalogu u l-bidla. Huwa joffri l-opportunità għal edukazzjoni demokratika ta' studenti u gruppi vulnerabbli, spiss ibbażati barra l-pajjiż. Huwa jgħin il-promozzjoni tas-soċjetà ċivili u dijaspori barra l-pajjiż. Xi kultant sempliċement jipprova jipproteġi u, jekk meħtieġ, biex il-vittmi ta' ripressjoni antidemokratika jinħarġu mill-pajjiż għal post sigur.

Wara “r-Rivoluzzjoni tal-Ġiżimin”, issa jista’ jiġi żvelat li EIDHR ipprovda appoġġ fit-Tuneżija fl-2010, qabel it-tranżizzjoni, għal attivitajiet tal-Lega Tuneżina tad-Drittijiet tal-Bniedem (LTDH), l-Assoċjazzjoni tan-Nisa Demokratiċi (AFTD), it-Trejdjunjins (UGTT), Assoċjazzjonijiet tal-Imħallfin u l-Avukati u assoċjazzjonijiet oħrajn. Nuqqas ta' pubbliċità għal dan l-appoġġ, dak iż-żmien seta’ ġie interpretat bħala abbandun jew nuqqas ta' reazzjoni, iżda fil-fatt l-EIDHR kienet attiv fil-post.

Reviżjonijiet u evalwazzjonijiet enfasizzaw ukoll tliet blokki ta’ mistoqsijiet

L-ewwel, għanijiet u strateġiji definiti b’mod ġenerali kkawżaw xi frammentazzjoni tal-approċċi u nuqqas ta’ leġġibilità tal-Istrument, ħolqu riskji ta’ duplikazzjoni, diffikultajiet fil-kejl tal-impatt tal-attivitajiet u kien ddgħajfet il-kumplimentarjetà.

It-tieni, filwaqt li fl-aktar sitwazzjonijiet diffiċli id-deskrizzjoni uffiċjali tal-proġett spiss kienet moħbija f’attivitajiet ta' żvilupp tradizzjonali biex jipproteġu l-proġett minn ambjent ostili, l-addizzjonalità tar-riżorsi tal-EIDHR lil hinn mill-kunsens tal-pajjiż ukoll huma f'riskju li jintużaw għal attivitajiet mhux prijoritarji f’termini tal-ambitu tal-istrument. Dan wassal għat-twaqqif ta’ appoġġi kwalitattivi.

It-tielet, il-ħtieġa biex tiżdied il-flessibbiltà tal-istrument hija rikorrenti. Huwa partikolarment minnu għall-parti limitata tal-istrument li jindirizza l-aktar sitwazzjonijiet diffiċli f'termini ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-urġenza tal-każijiet, li għalihom sistema ta’ sejħiet miftuħa tkun tidher inadegwata.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra rilevanti

Bħala konsegwenza ta’ dan il-mandat espliċitu tat-Trattat, il-promozzjoni u l-appoġġ għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem għandhom ikunu integrati u jsiru parti ewlenija mill-politiki kollha tal-UE.

L-EIDHR huwa parti mill-arkitettura ta’ strumenti finanzjarji ta’ azzjoni esterna differenti proposti b’mod konġunt mill-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli għall-PESK. Huwa jikkumplementa strumenti għal perjodu ta’ żmien twil billi jiffoka fuq attivitajiet tas-CSO fil-qasam tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, fejn jindirizza l-aktar sitwazzjonijiet diffiċli, jiffinanzjar l-Missjonijiet tal-Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-UE u jappoġġja kampanji lokali, reġjonali u mad-dinja kollha dwar kwistjonijiet ewlenin relatati mad-drittijiet tal-bniedem. Huwa parti essenzjali mill-għodda ta’ azzjoni esterma wiesgħa għall-promozzjoni u s-salvagwardja tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa jikkomplementa wkoll l-għodda għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-prevenzjoni flimkien ma’ għajnuna umanitarja, operazzjonijiet tal-PESK u l-Istrument għall-Istabbiltà billi jipprovdi appoġġ rapidu f’każijiet urġenti ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa jaġixxi wkoll bħala kuntatt għal attivitajiet ta’ solljev, riabilitazzjoni u żvilupp billi joffri l-possibbiltà għall-provvediment ta’ rijabilitazzjoni fiżika u mentali lill-vittmi tal-abbużi jew jgħin lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fi bżonnijiet urġenti ta' protezzjoni.

Huwa essenzjali li tiġi żgurata fil-post, b’mod prammatiku, l-koordinazzjoni ma’ u d-diviżjoni ġusta tax-xogħol bejn l-EIDHR u strumenti interattivi oħra, partikolarment fil-fażijiet ta’ evalwazzjonijiet tal-bżonnijiet tal-każijiet. Tabilħaqq, l-EIDHR jikkumplimenta l-operazzjonijiet tal-ECHO, peress li r-refuġjati u l-benefiċjarji tal-għajnuna umanitarja huma spiss vittmi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jridu jiġu dokumentati, irreġistrati u ttrattati. Sinerġiji b’saħħithom u tisħiħ reċiproku jeżistu mal-Istrument għall-Istabbiltà (eż. fil-każ ta’ emerġenzi), il-programm ta’ Attur Mhux Statali (eż. appoġġ għal CSOs), l-Investiment fil-Programm Nies (eż. gruppi abbażi ta' sess u mingħajr id-dritt tal-vot) u fil-ġejjieni l-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili tal-Viċinat ġdida.

1.6.        Perjodu u impatt finanzjarju

x Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– x Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn 01/01/2014

–      Impatt finanzjarju minn 01/01/2014 sa 31/12/2020

¨ Proposta/inizjattiva ta' perjodu illimitat

– Implimentazzjoni b'perjodu għall-bidu minn SSSS sa SSSS,

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Il-mod(i) tal-ġestjoni pprospettat(i)[13]

x Ġestjoni ċentralizzata direttament mill-Kummissjoni

x Ġestjoni ċentralizzata indirettaament bid-delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– x aġenziji eżekuttivi

– x entitajiet stabbiliti mill-Komunitajiet[14]

– x korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

– x persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

x Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

x Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

x Tmexxija konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (għandha tiġi speċifikata)

Jekk ikun indikat aktar minn mod wieħed ta’ mmaniġġjar, jekk jogħġbok agħti dettalji fis-sezzjoni "Kummenti".

Kummenti

In-natura speċifika tal-istrument biex jindirizza każijiet kumplessi u sensittivi ta’ Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija, partikolarment fl-aktar pajjiżi u sitwazzjonijiet diffiċli kif ukoll bżonnijiet urġenti ta' protezzjoni, tesiġi li jibbenefika minn medda massima ta’ modi ta’ ġestjoni.

2.           MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kondizzjonijiet.

Is-sistemi ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea huma dejjem aktar iffokati fuq ir-rizultati. Huma jinvolvu persunal intern kif ukoll għarfien espert estern.

Il-Maniġers tal-Kompitu fid-Delegazzjonijiet u l-Kwartieri Generali tal-UE jissorveljaw kontinwament l-implimentazzjoni tal-progetti u l-programmi b’modi differenti, inkluz kull meta jkun possibbli permezz ta’ zjarat fuq il-post. Il-monitoraġġ jipprovdi informazzjoni prezzjuża dwar il-progress; huwa jgħin lill-amministraturi biex jidentifikaw ostakli attwali u potenzjali, u biex jieħdu azzjoni korrettiva.

Esperti esterni, indipendenti huma kkuntrattati biex jevalwaw il-prestazzjoni tal-azzjonijiet esterni tal-UE permezz ta' tliet sistemi differenti. Dawn l-evalwazzjonijiet jikkontribwixxu għar-responsabbiltà u għat-titjib tal-interventi li jkunu għaddejjin; huma wkoll jindikaw lezzjonijiet mill-esperjenza tal-imgħoddi biex jinformaw politiki u azzjonijiet futuri. L-għodod kollha jużaw il-kriterji ta’ evalwazzjoni rikonoxxuti internazzjonalment tal-OECD-DAC li jinkludu l-impatt (potenzjali).

L-ewwel, fil-livell tal-proġett, is-sistema ta’ Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultat (ROM) mmexxija mill-Kwartieri ġenerali tipprovdi stampa qasira u ffukata tal-kwalità ta’ kampjun tal-interventi. Bl-użu ta' metodoloġija standardizzata u ferm strutturata, esperti indipendenti ROM jattribwixxu marki li jissottolineaw il-punti pożittivi u d-dgħufijiet tal-proġett u jagħtu rakkomandazzjonijiet dwar kif tittejjeb l-effettività.

Evalwazzjonijiet fil-livell tal-proġett, li huma ġestiti mid-Delegazzjoni tal-UE inkarigati mill-proġett, iwassalu aktar dettaljati, analiżi fil-fond u jgħinu l-maniġers tal-proġett biex itejbu l-interventi li għaddejjin u jħejju dawk tal-futur. Esperti esterni, indipendenti b'kompetenza ġeografika u tematika huma impjegati biex iwettqu l-analiżi u jiġbru informazzjoni u evidenza mill-partijiet interessati kollha, mhux l-inqas il-benefiċjarji finali.

Il-Kummissjoni tmexxi wkoll evalwazzjonijiet strateġiċi tal-politiki tagħha, minn programmar u strateġija għall-implimentazzjoni ta' interventi f'settur speċifiku (bħas-saħħa, l-edukazzjoni eċċ), f'pajjiż jew reġjun, jew strument speċifiku. Dawn l-evalwazzjonijiet huma kontribut importanti għall-formulazzjoni tal-politiki u t-tfassil tal-istrumenti u l-proġetti. Dawn l-evalwazzjonijiet huma kollha ppubblikati fis-sit tal-Kummissjoni u sommarju tas-sejbiet huwa inkluż fir-Rapport Annwali lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

2.2.        Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll

2.2.1.     Riskju(i) identifikat(i)

L-ambjent operattiv tal-operazzjonijiet li se jsiru taħt dan l-istrument huwa kkaratterizzat mir-riskji li ġejjin biex jinkisbu l-għanijiet ta' dan l-Istrument:

– Ambjenti diffiċli mmirati fejn l-istrument jopera partikolarment fl-aktar pajjiżi/sitwazzjonijiet diffiċli, jistgħu joħolqu restrizzjonijiet fiżiċi u politiċi fit-twassil tal-proġetti

– Proġetti żgħar u mifruxa madwar id-dinja jistgħu joħolqu sfidi għar-riżorsi fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ,

– Il-varjetà kbira ta’ benefiċjarji bi strutturi ta' ġestjoni u kontroll varji u spiss kapaċità fqira jistgħu jwasslu għal diffikultà u dewmien fl-implimentazzjoni,

– Il-kwalità u kwantità limitata, u ħafna drabi n-natura kontroversjali, tad-dejta dwar l-evoluzzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi terzi varji jistgħu jfixklu l-kapaċità tal-Kummissjoni biex tirrapporta u li tkun responsabbli għar-riżultati,

– Nuqqas ta’ krediti amministrattivi jistgħu jwasslu għal riżorsi insuffiċjenti għall-immaniġġjar tajjeb tal-istrument.

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll prospettat(i)

Il-kontroll intern tal-Kummissjoni huwa mfassal sabiex jipprovdi assigurazzjoni raġonevoli rigward il-kisba tal-għanijiet fl-effikaċja u l-effiċjenza tal-operazzjonijiet tiegħu, l-affidabilità tar-rappurtar finanzjarju u l-konformità tiegħu mal-qafas leġiżlattiv, finanzjarju u proċedurali rilevanti.

Il-Kummissjoni tapplika Politika Strateġika wiesgħa u Proċess tal-Pjanifikazzjoni, verifika interna u esterna u Standards ta’ Kontrolli Interni oħra tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tkompli tuża s-sistema attwali tagħha ta’ kontabilità (ABAC) kif ukoll għodda speċifika ta’ għajnuna esterna bħas-sistema ta' Informazzjoni Komuni Relex (CRIS). Hija se ssegwi l-ogħla standards ta' kontabilità u ta’ rappurtar finanzjarju biex tiżgura tkomplija ta’ opinjoni mingħajr riżervi mill-awdituri esterni tagħha (Qorti tal-Awdituri).

Barra minn hekk, sabiex tinkiseb l-akbar effettività u effiċjenza, il-Kummissjoni tuża’ strateġija mfassla apposta li tinkludi:

– - ġestjoni devoluta ta’ parti sostanzjali tal-għajnuna tagħha lid-delegazzjoni tal-UE fil-lokal

– - linji ċari ta’ responsabbiltà finanzjarja permezz ta sotto-delegazzjonijiet ta’ Awtoritajiet Awtorizzanti fil-Kwartieri Ġenerali u fid-delegazzjonijiet,

– - rappurtar regolari, inkluż id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni annwali mill-Kap tad-Delegazzjoni,

– - programm ta' taħriġ sostanzjali kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fid-Delegazzjonijiet

– - appoġġ u gwida sinifikanti,

– - verifiki regolari,

– - metodoloġija ta’ Ġestjoni taċ-Ċiklu ta' Proġett, u appoġġ tal-kwalità għal kull wieħed mill-komponenti tiegħu

– - Ġestjoni tal-programm u tal-proġett, għodod ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar għall-implimentazzjoni effettiva inkluż monitoraġġ estern regolari tal-proġett, fil-lokal.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Minħabba l-ambjent ta’ riskju għoli li fih joperaw EuropeAid/FPI, is-sistemi tagħhom jeħtieġ li jantiċipaw okkorrenza sinifikanti ta’ żbalji ta' konformità potenzjali (irregolaritajiet) fi tranżazzjonijiet u jibnu livell għoli ta' kontrolli ta' prevenzjoni, sejbien u korrezzjoni kmieni kemm jista’ jkun fil-proċess tal-pagament. Dan ifisser fil-prattika li l-kontrolli tal-konformità ta’ EuropeAid/FPI se jkunu jiddependu l-aktar fuq verifiki sinifikanti ex-ante fuq bażi multi-annwali kemm mill-awdituri esterni kif ukoll mill-persunal tal-Kummissjoni fil-lokal qabel il-ħlasjiet tal-proġett finali (filwaqt li xorta jeżegwixxu xi verifiki u kontrolli ex-post), li jmorru 'l hinn ħafna mis-salvagwardji finanzjarji meħtieġa mir-Regolament Finanzjarju. Il-qafas ta’ konformità EuropeAid/FPI huwa magħmul inter alia minn dawn il-komponenti sinifikanti li ġejjin:

Miżuri preventivi

– Taħriġ obbligatorju ewlieni għall-persunal tal-ġestjoni u l-verifika tal-għajnuna;

– Provvediment ta’ gwida (inkluż permezz tal-internet) inkluż il-Gwida Prattika għall-Kuntratti, il-Kumpann EuropeAid u l-Għodda ta’ Ġestjoni Finanzjarja (għall-imsieħba tal-implimentazzjoni);

– Valutazzjoni ex-ante biex jiġi żgurat li miżuri xierqa kontra l-frodi għall-prevenzjoni u s-sejba tal-frodi fil-ġestjoni tal-fondi tal-UE huma fis-seħħ fl-awtoritajiet li jimmaniġġjaw il-fondi relevanti taħt ġestjoni konġunta u deċentralizzata);

– Skrinjar ex-ante tal-mekkaniżmi ta’ kontra l-frodi disponibbli fil-pajjiż tal-imsieħeb bhala parti mill-valutazzjoni tal-kriterju tal-eliġibbiltà tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi sabiex pajjiż jircievi appoġġ ghall-baġit (jiġifieri impenn attiv fil-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, awtoritajiet ta’ spezzjoni adegwati, kapaċità ġudizzjarja suffiċjenti u rispons effiċjenti u mekkaniżmi ta' sanzjoni);

– Il-Kummissjoni ffirmat l-Inizjattiva ta’ Trasparenza fl-Għajnuna Internazzjonali (IATI) f'Accra fl-2008, fejn qablet dwar standard għat-trasparenza fl-għajnuna li jiżgura aktar dejta fil-ħin, dettaljata u regolari dwar il-flussi tal-għajnuna u d-dokumenti.

– Il-Kummissjoni mill-14 ta’ Ottubru 2011 bdiet timplimenta l-ewwel fażi tal-istandard IATI għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar l-għajnuna trasparenti qabel il-Forum ta’ Livell Għoli li jmiss dwar l-effettività tal-għajnuna f’Busan f’Novembru 2011. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se taħdem f'kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE fuq applikazzjoni tal-IT bażata fuq l-internet konġunta msejħa TR-AID li tittrasforma d-dejta tal-għajnuna tal-UE permezz tal-IATI u sorsi oħra f’informazzjoni dwar l-għajnuna faċli għal min jużaha.

Miżuri korrettivi u ta’ detezzjoni

– Il-verifiki esterni u l-verifiki (kemm mandatorji kif ukoll dawk bażati fuq ir-riskju) inkluż il-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

– Verifiki retrospettivi (fuq il-bażi ta' riskju) u l-irkupri;

– Is-sospensjoni tal-finanzjament tal-UE fejn hemm każ serju ta’ frodi, inkluż korruzzjoni fuq skala kbira, sakemm l-awtoritajiet jieħdu azzjoni xierqa bil-ħsieb li jiġu kkorreġuti u pprevenuti okkorrenzi simili fil-ġejjieni

EuropeAid/FPI se jkomplu jfasslu l-istrateġija tagħhom kontra l-frodi skont strateġija ġdida kontra l-frodi tal-Kummissjoni (CAFS) adottata fl-24 ta’ Ġunju 2011 sabiex jiżguraw inter alia li:

– Il-kontrolli interni relatati ma’ kontra l-frodi ta’ EuropeAid/FPI huma totalment allinjati ma' CAFS;

– L-istrateġija ta' ġestjoni tar-riskju tal-EuropeAid/FPI hija mmirata biex tidentifika oqsma ta’ riskju għall-frodi u reazzjonijiet adegwati;

– Is-sistemi użati biex jintefqu l-fondi tal-UE f’pajjiżi terzi jippermettu dejta rilevanti sabiex tiġi rkuprata bil-ħsieb li din id-dejta tintuża għall-ġestjoni tar-riskju tal-frodi (eż. il-finanzjament doppju);

– Fejn meħtieġ, gruppi ta’ netwerking u għodod xierqa tal-IT dedikati għall-analiżi tal-każijiet tal-frodi marbuta mas-settur tal-għajnuna esterna jistgħu jiġu stabbiliti 2.4.      Stima tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-kontrolli

Għall-portafoll EuropeAid bħala entità sħiħa, l-ispejjeż tal-kontroll intern/ta’ ġestjoni jammontaw għal total annwali stmat ta' EUR 658 miljun f'impenji fl-ippjanar tal-baġit 2014-2020. Din iċ-ċifra tinkludi l-ġestjoni tal-EDF li jopera b'mod integrat fi ħdan l-istruttura ta' ġestjoni tal-EuropeAid. Dawn l-ispejjeż "mhux operattivi" jirrappreżentaw madwar 6,4% tal-istima medja annwali ta’ EUR 10,2 biljuni pjanati għall-impenji ġenerali (operazzjonali + amministrattivi) mill-EuropeAid fuq il-portafoll ta’ nfiq finanzjat mill-Baġit Ġenerali tal-UE u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-perijodu 2014-2020.

Dawn l-ispejjeż tal-ġestjoni jieħdu kont tal-persunal kollu tal-EuropeAid fil-Kwartieri Ġenerali u fid-Delegazzjonijiet, l-infrastruttura, vjaġġar, taħriġ, sorveljanza, evalwazzjoni u verifika tal-kuntratti (inklużi dawk imnedija mill-benefiċjarji).

EuropeAid qed jippjana biex inaqqas il-proporzjon tal-attivitajiet ta’ ġestjoni/operattivi maż-żmien taħt arranġamenti mtejba u ssimplifikati ta’ strumenti ġodda, billi jibni fuq bidliet li aktarx jidħlu fis-seħħ taħt ir-Regolament Finanzjarju rivedut. Il-benefiċċji ewlenin ta’ dawn l-ispejjeż ta’ ġestjoni huma miksuba permezz tal-kisba tal-għanijiet tal-politika, użu effiċjenti u effettiv tar-riżorsi, u l-eżerċizzju ta' miżuri preventivi kost-effettivi u robusti u verifiki oħra biex jiżguraw l-użu legali u regolari tal-fondi.

Filwaqt li titjib fin-natura u l-immirar tal-attivitajiet ta’ ġestjoni u kontrolli tal-konformità fir-rigward tal-portafoll se jkomplu jiġu segwiti, dawn l-ispejjeż huma globalment meħtieġa biex effettivament u effiċjentement jintlaħqu l-għanijiet tal-istrumenti b’riskju minimu ta' non-konformità (taħt il-livell ta’ żball residwali ta’ 2%). Huma b'mod sinifikanti inqas mir-riskji involuti fit-tneħħija jew it-tnaqqis tal-kontrolli interni f'dan il-qasam ta’ riskju għoli.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja/i tal-baġit ta’ nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Fl-ordni ta' intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u ta' linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru: || Diff./mhux diff. ([15]) || minn pajjizi tal-EFTA[16] || minn pajjiżi kandidati[17] || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

IV || 19 04: L-istrument Ewropew għad-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem 19 04 01 Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) 19 04 03 Osservazzjoni tal-elezzjonijiet 19 04 05 Tlestija ta’ kooperazzjoni preċedenti 19 04 06 Proġett pilota - Forum tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u r-Russja 19 04 07 Proġett Pilota - Finanzjament għal vittmi tat-tortura || Mhux applikabbli || LE || LE || LE || LE

· Linji tal-baġit ġodda mitluba

Fl-ordni ta' intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u ta' linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru 19 04 || Differenzjata/mhux differenzjata || Minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

IV || 19 04: L-istrument Ewropew għad-demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem 19 04 01 Strument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR mingħajr EOM tal-UE) 19 04 02 Missjonijiet tal-UE għall-Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet (EOMs tal-UE) 19 04 03 Tlestija ta’ kooperazzjoni preċedenti || Mhux applikabbli || LE || LE || LE || LE

3.2.        L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 4 || “Ewropa Globali”

DĠ: DEVCO/FPI || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || L-AMMONT TOTALI

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

19 04 || Impenji || (1) || 198,63 || 202,84 || 207,04 || 211,34 || 213,93 || 220,24 || 224,84 || 1.478,87

Pagamenti || (2) || 178,43 || 182,24 || 186,04 || 189,94 || 192,03 || 197,94 || 202,14 || 1.328,77

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[18] Numru tal-intestatura tal-baġit 19.0104 03 || || || || || || || || || ||

|| (3) || 13,57 || 13,66 || 13,76 || 13,86 || 15,77 || 14,06 || 14,16 || 98,83

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet għal DĠ DEVCO/FPI || Impenji || =1+1a +3 || 212,20 || 216,50 || 220,80 || 225,20 || 229,70 || 234,30 || 239,00 || 1.577,70

|| Pagamenti || =2 +3 || 192,00 || 195,90 || 199,80 || 203,80 || 207,80 || 212,00 || 216,30 || 1.427,60

Ÿ TOTAL approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 198,63 || 202,84 || 207,04 || 211,34 || 213,93 || 220,24 || 224,84 || 1.478,87

Pagamenti || (5) || 178,43 || 182,24 || 186,04 || 189,94 || 192,03 || 197,94 || 202,14 || 1.328,77

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || 13,57 || 13,66 || 13,76 || 13,86 || 15,77 || 14,06 || 14,16 || 98,83

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA <4> tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 212,20 || 216,50 || 220,80 || 225,20 || 229,70 || 234,30 || 239,00 || 1.577,70

Pagamenti || =5+ 6 || 192,00 || 195,90 || 199,80 || 203,80 || 207,80 || 212,00 || 216,30 || 1.427,60

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || "Infiq amministrattiv "

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

|| || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || L-AMMONT TOTALI

DĠ: DEVCO/FPI ||

Ÿ Riżorsi umani || 7,168 || 7,096 || 7,024 || 6,953 || 6,953 || 6,953 || 6,953 || 49,100

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,595 || 0,547 || 0,541 || 0,540 || 0,541 || 0,541 || 0,541 || 3,846

TOTAL għal DĠ DEVCO/FPI || Approprjazzjonijiet || 7,763 || 7,643 || 7,565 || 7,493 || 7,494 || 7,494 || 7,494 || 52,945

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total impenji = Pagamenti totali) || 7,763 || 7,643 || 7,565 || 7,493 || 7,494 || 7,494 || 7,494 || 52,945

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

|| || || Sena N 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || Sena N+3 2017 || Sena N+4 2018 || Sena N+5 2019 || Sena N+6 2020 || L-AMMONT TOTALI

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet taħt INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 219,963 || 224,143 || 228,365 || 232,693 || 237,194 || 241,794 || 246,494 || 1.630,645

Pagamenti || 199,763 || 203,543 || 207,365 || 211,293 || 215,294 || 219,494 || 223,794 || 1.480,545

3.2.2.     L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma jenħtiġilhiex l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

– x Il-proposta/l-inizjattiva jenħtiġilha l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

L-approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali)

Indika l-objettivi u rirżultati ò || || || 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || L-AMMONT TOTALI

RIŻULTATI

Tip ta’ riżultat[19] || Spiża medja tar-riżultat || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd totali ta' riżultati || Total Spiża

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1[20] Kampanji tematiċi (jiġifieri t-tortura, il-piena tal-mewt eċċ..) || || || || || || || || || || || || || || || ||

Għall-objettiv speċifiku Nru 1 || 78-88 || 43-53 || 78-88 || 43-53 || 78-88 || 43-53 || 78-88 || 43-53 || 78-88 || 43-53 || 78-88 || 43-53 || 78-88 || 43-53 || 546-616 || 20-25 %

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2: L-iżvilupp ta’soċjetajiet ċivili prosperi || || || || || || || || || || || || || || || ||

Għall-objettiv speċifiku Nru 2 || 340-390 || 76 || 340-390 || 76 || 340-390 || 76 || 340-390 || 76 || 340-390 || 76 || 340-390 || 76 || 340-390 || 76 || 2380- 2730 || 35-40 %

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 3: Urġenzi tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-aktar sitwazzjonijiet diffiċli || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || 52-76 || 22,2-33,2 || 52-76 || 22,2-33,2 || 52-76 || 22,2-33,2 || 52-76 || 22,2-33,2 || 52-76 || 22,2-33,2 || 52-76 || 22,2-33,2 || 52-76 || 22,2-33,2 || 294-371 || 20-25 %

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 4: Appoġġ għaċ-ċikli demokratiċi || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 4 || 47-86 || 46,4-76,6 || 47-86 || 46,4-76,6 || 47-86 || 46,4-76,6 || 47-86 || 46,4-76,6 || 47-86 || 46,4-76,6 || 47-86 || 46,4-76,6 || 47-86 || 46,4-76,6 || 329-602 || 25-30 %

Li minnhom Missjoni għall-Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet (EOMs) || 11-14 || 44-55 || 11-14 || 44-55 || 11-14 || 44-55 || 11-14 || 44-55 || 11-14 || 44-55 || 11-14 || 44-55 || 11-14 || 44-55 || 77-98 || 20-25 %

SPIŻA TOTALI || 506-640 || 198,63 || 506-640 || 202,84 || 506-640 || 207,04 || 506-640 || 211,34 || 506-640 || 213,93 || 506-640 || 220,24 || 506-640 || 224,84 || 3542-4480 || 1.478,87

3.2.3.     L-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma jenħtiġilhiex l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– x Il-proposta/l-inizjattiva jenħtiġilha l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa 3 postijiet deċimali)

|| Sena N [21] 2014 || Sena N+1 2015 || Sena N+2 2016 || Sena N+3 2107 || Sena N+4 2018 || Sena N+5 2019 || Sena N+6 2020 || L-AMMONT TOTALI ||

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 7,17 || 7,10 || 7,02 || 6,95 || 6,95 || 6,95 || 6,95 || 49,10 ||

Nefqa amministrattiva oħra || 0,595 || 0,547 || 0,541 || 0,540 || 0,541 || 0,541 || 0,541 || 3,846 ||

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 7,763 || 7,643 || 7,565 || 7,493 || 7,494 || 7,494 || 7,494 || 52,945 ||

'Il barra minn INTESTATURA 5[22] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || ||

Riżorsi umani || 8,81 || 8,81 || 8,81 || 8,81 || 8,81 || 8,81 || 8,81 || 61,67 ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 4,76 || 4,85 || 4,95 || 5,05 || 6,96 || 5,25 || 5,35 || 37,16 ||

Total parzjali barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 13,57 || 13,66 || 13,76 || 13,86 || 15,77 || 14,06 || 14,16 || 98,83 ||

L-AMMONT TOTALI || 21,333 || 21,306 || 21,324 || 21,349 || 23,264 || 21,551 || 21,654 || 151,780

3.2.3.2.  Rekwiżiti proġettati ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma jenħtiġilhiex l-użu ta’ riżorsi umani

– x Il-proposta/l-inizjattiva jenħtiġilha l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

|| 2014 || 2015 || 2016 || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Ÿ Karigi tal-pjan ta’ stabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (fis-sede u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 35,1 || 34,8 || 34,4 || 34,1 || 34,1 || 34,1 || 34,1

XX 01 01 02 (fid-delegazzjonijiet) || 9,8 || 9,7 || 9,6 || 9,5 || 9,5 || 9,5 || 9,5

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) FTE)[23]

XX 01 02 01 (CA, INT, SNE mill-“pakkett globali”) || 5,2 || 5,2 || 5,1 || 5,1 || 5,1 || 5,1 || 5,1

XX 01 02 02 (CA, INT, JED, LA u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 yy[24] || - fil-Kwartieri Ġenerali[25] || 34,7 || 34,1 || 33,4 || 32,7 || 32,1 || 31,5 || 30,9

- f’delegazzjonijiet || 73,4 || 73,4 || 73,4 || 73,4 || 73,4 || 73,4 || 73,4

XX 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || ||

Linji oħra tal-baġit (ispeċifika) || || || || || || ||

L-AMMONT TOTALI || 158,3 || 157,1 || 155,9 || 154,8 || 154,1 || 153,5 || 152,9

Għall-2014, riżorsi umani taħt l-Intestatura 5 huma maqsuma kif ġej bejn DEVCO u FPI:

- Pjan ta' stabbiliment: 5,5 FTE għal FPI u 39,4 FTE għal DEVCO (Total = 44,9 FTE)

- Perssunal estern: 3.2 FTE għal FPI u 2 FTE għal DEVCO (Total : 5,2 FTE)

Fir-rigward ta’ riżorsi umani taħt l-intestatura 4 (linja BA tal-programm EIDHR), l-istaff li se jkun iffinanzjat minn linja BA fl-2014 jammonta għal 102,1 CA għal DEVCO (28,7 fil-Kwartieri Ġenerali u 73,4 CA fid-Delegazzjonijiet) u 6 CA għal FPI fil-Kwartieri Ġenerali

XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit konċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jintlaħqu mill-persunal mid-DĠ li huwa diġà assenjat għall-immaniġġar tal-azzjoni u/jew li ntbagħat jaħdem mad-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ allokoazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li qed jimmaniġġja skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni ta’ inkarigi li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Deċiżjonijiet u implimentazzjonijiet Finanzjarji u Operattivi.

Persunal estern || L-implimentazzjoni teknika

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– x Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

– x Il-proposta/l-inizjattiva għandha tinvolvi programmar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Spjega xi programmar mill-ġdid ikun meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-revizjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[26].

Spjega x’ikun meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit konċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet ta’ terzi

– xIl-proposta/inizjattiva ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi

– ¨Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn isfel:

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– x Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– x        fuq riżorsi proprji

– ¨         fuq dħul mixxellanju

[1]               Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (ĠUUE L 386/1 (8).

[2]               Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar tal-Appoġġ għad-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE – Lejn Iżjed Koerenza u Effettività, 16081/09.

[3]               Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Appoġġ għad-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE - 2010 Rapport dwar il-Progress u lista ta' pajjiżi pilota proposti, it-3058 laqgħa tal-Kunsill tal-AFFARIJIET BARRANIN fi Brussell, 13 ta' Diċembru 2010.

[4]               Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2006.

[5]               Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010.

[6]               jiġifieri l-paċi u s-sigurtà, it-tnaqqis tal-faqar, l-għajnuna umanitarja, l-investiment fl-istabbiltà u t-tkabbir fil-pajjiżi tat-tkabbir u tal-viċinat, fl-indirizzar tal-isfidi globali, il-promozzjoni tal-istandards u l-valuri internazzjonali u tal-UE, u l-appoġġ għat-tkabbir u l-kompetittività barra

[7]               ĠU C , , p. .

[8]               ĠU C , , p. .

[9]               ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1–11

[10]             ĠU …

[11]             ABM: Activity-Based Management [Immaniġġjar Abbażi ta’ Attività] – ABB: Activity-Based Budgeting [Ibbaġittjar Abbażi ta’ Attività].

[12]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[13]             Dettalji ta’ modi ta’ maniġment u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[14]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[15]             Diff:- Approprjazzjonijiet differenzjati/Non-Diff:- Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[16]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[17]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[18]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn tal-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (qabel kienu intestaturi "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[19]             Riżultati huma prodotti u servizzi li għandhom ikunu pprovduti (eż: numru ta’ skambji ffinanzjati ta’ studenti, numru ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[20]             Kif deskritt fis-Sezzjoni 1.4.2. "Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…"

[21]             Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[22]             Għajnuna teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn tal-implimentazzjoni ta’ programmi tal-UE u/jew azzjonijiet (qabel kienu intestaturi "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[23]             AK= Aġent ta’ Kuntratt; INT= persunal ta’ aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet); AL= Aġent Locali; ENS= Espert Nazzjonmali Sekondat;

[24]             Anqas mil-limitu stabbilit għall-persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (ex-linji "BA").

[25]             Essenzjament għal Fondi Sturutturali, il-Fond Ewropew Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (EFF).

[26]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

Top