This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0716
Proposal for a COUNCIL DECISION on a European Union position concerning the decision by the WTO General Council on the extension of the WTO waiver in order to implement the EU autonomous trade preferential regime for the Western Balkans
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea rigward id-deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-WTO dwar l-estensjoni tar-rinunzja tal-WTO sabiex jiġi implimentat ir-reġim preferenzjali u awtonomu tal-kummerċ għall-Balkani tal-Punent
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea rigward id-deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-WTO dwar l-estensjoni tar-rinunzja tal-WTO sabiex jiġi implimentat ir-reġim preferenzjali u awtonomu tal-kummerċ għall-Balkani tal-Punent
/* KUMM/2011/0716 finali - 2011/0316 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Fl-2010 l-Unjoni Ewropea (UE) nediet il-proċess ta' tiġdid tar-reġim preferenzjali u awtonomu għall-Balkani tal-Punent sal-31 ta' Diċembru 2015. Il-proċedura leġiżlattiva meħtieġa għall-adozzjoni tat-tiġdid tar-reġim għadha kif waslet fi tmiemha. Sabiex tippermetti lill-UE tipprovdi trattament preferenzjali għall-applikazzjoni ta' reġim preferenzjali u awtonomu għall-Balkani tal-Punent, mingħajr ma jiġi mitlub l-istess trattament preferenzjali għall-istess prodotti ta' kwalunkwe Membru tal-WTO, l-UE għandha bżonn tippreżenta rikjesta għall-estensjoni tar-rinunzja mill-Artikolu I:1 tad-dispożizzjonijiet GATT 1994 sal-31 ta' Diċembru 2016. 1. 2011/0316 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea rigward id-deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-WTO dwar l-estensjoni tar-rinunzja tal-WTO sabiex jiġi implimentat ir-reġim preferenzjali u awtonomu tal-kummerċ għall-Balkani tal-Punent IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, Billi: 2. L-Unjoni Ewropea adottat leġiżlazzjoni li ġġedded ir-reġim preferenzjali u awtonomu għall-Balkani tal-Punent sal-31 ta' Diċembru 2015. Fin-nuqqas ta' rinunzja min-naħa tal-obbligi tal-Unjoni Ewropea skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu I tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), it-trattament prevedut fir-reġim preferenzjali u awtonomu se jkollu bżonn jiġi estiż għall-Membri kollha l-oħra tal-WTO. Huwa għalhekk xieraq li tinstab rinunzja tal-Artikolu I.1 tal-GATT 1994 skont l-Artikolu IX:3 tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-Ftehim WTO) 3. L-Unjoni Ewropea ppreżentat talba bħal din fis-26 ta' Ottubru 2011. 4. Il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ se jiddelibera dwar din it-talba. 5. Huwa għaldaqstant xieraq, li l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fid-deliberazzjonijiet tal-Kunsill Ġenerali tal-WTO hija waħda li tiffavorixxi l-adozzjoni tat-talba, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ hija waħda li tapprova l-estensjoni tar-rinunzja tal-WTO għall-Balkani tal-Punent sal-31 ta' Diċembru 2016. Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa milll-Kummissjoni. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi […] Għall-Kunsill Il-President