Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0677

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE

/* KUMM/2011/0677 finali - 2011/0292 (NLE) */

52011PC0677

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE /* KUMM/2011/0677 finali - 2011/0292 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-omoġeneità rekwiżiti tas-Suq Intern, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu jintegra l-leġiżlazzjoni kollha relevanti tal-Komunità fil-Ftehim taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tagħha.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (anness mad-Deċiżjoni proposta tal-Kunsill) għandu l-għan li jemenda l-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE sabiex jinkorpora fil-Ftehim ir-Regolament (KE) No 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008, dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE.

L-istati taż-ŻEE/EFTA ħarġu dikjarazzjoni mehmuża mad-Deċiżjoni Konġunta tal-Kumitat li tistipula li "Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jittratta fost affarijiet oħra l-għoti ta' multi u penaltajiet f'pagamenti perjodiċi fil-qasam tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għas-soluzzjonijiet istituzzjonali rigward atti futuri li jagħtu l-poter biex jiġu imposti sanzjonijiet."

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

L-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE jipprevedi li l-Kunsill jistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni għal Deċiżjonijiet bħal dawn fuq proposta mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tissottometti l-Abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għal adozzjoni mill-Kunsill bħala l-pożizzjoni tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tittama li tkun tista' tippreżentah fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mill-aktar fis possibbli.

2011/0292 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XIII (Trasport) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 100(2) u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) L-Anness XIII għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim taż-ŻEE") fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi rigward it-trasport.

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE[2] għandu bħala l-għan prinċipali tiegħu li jiġi stabbilit u miżmum livell uniformi għoli ta' sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fi ħdan il-Komunità.

(3) L-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jistgħu jaffettwaw il-livell tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu għalhekk ikun inkorporat fil-Ftehim sabiex tkun permessa l-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1592/2002[3] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jinsab inkorporat fil-Ftehim, u li b'konsegwenza għandu jitħassar minn taħt dan il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda maħsuba għall-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

Abbozz ta’

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru

ta’

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim', u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru.../... ta’ …[4].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE[5] għandu bħala l-għan prinċipali tiegħu li jiġi stabbilit u miżmum livell uniformi għoli ta' sikurezza fl-avjazzjoni ċivili fi ħdan il-Komunità.

(3) L-attivitajiet tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni jistgħu jaffettwaw il-livell tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 għandu għalhekk ikun inkorporat fil-Ftehim sabiex tkun permessa l-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati tal-EFTA fl-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1592/2002[6] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jinsab inkorporat fil-Ftehim, u li b'konsegwenza għandu jitħassar minn taħt dan il-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE[7].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, .

            Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

            The President                                                 The Secretaries             to the EEA Joint Committee

Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA

dwar Deċiżjoni Nru […] li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE fil-Ftehim

'Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jittratta fost affarijiet oħra dwar is-setgħa li jinħarġu multi u ħlasijiet penali perjodiċi fil-kamp tas-sikurezza tal-avjazzjoni. L-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament hija mingħajr preġudizzju għas-soluzzjonijiet istituzzjonali rigward atti futuri li jagħtu l-poter biex jiġu imposti sanzjonijiet.

ANNESS

mad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.           L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 66a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91) u 66r (id-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

‘-       32008 R 0216: Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-20 ta’ Frar 2008 (ĠU L 79, 19.3.2008. p. 1).”

2.           Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 68a (Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE):

‘, kif emendat permezz ta':

-        32008 R 0216: Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-20 ta’ Frar 2008 (ĠU L 79, 19.3.2008. p. 1).”

3.           It-test ta' punt 66n (ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

‘32008 R 0216: Ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)     Sakemm mhux stabbilit xorta oħra aktar 'l isfel, u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 1 għall-Ftehim, it-terminu "Stat/i Membru/i" fir-Regolament għandu, b'żieda mat-tifsira tiegħu fir-Regolament, jinftiehem li jinkludi l-Istati Membri fl-EFTA. Il-Paragrafu 11 ta' Protokoll 1 għandu japplika.

(b)     Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont kif u meta xieraq, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA jew lill-Kumitat Permanenti, skont il-każ, fil-qadi tal-kompiti rispettivi tagħhom. L-Aġenzija u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew il-Kumitat Permanenti, skont kif ikun il-każ, għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni kif u meta xieraq.

(c)     Ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma għandha tkun interpretata fis-sens ta’ trasferiment ta’ poteri lill-Aġenzija biex taġixxi f’isem l-Istati tal-EFTA fl-ambitu ta’ ftehimiet internazzjonali għal raġunijiet differenti għajr dawk biex tgħinhom fil-qadi tal-obbligi tagħhom skont dawn il-ftehimiet.

(d)     L-Artikolu 12 hu emendat kif ġej:

(i)      Fil-paragrafu 1, għandha tiddaħħal il-frażi “jew Stat tal-EFTA” wara l-kelma “il-Komunità”.

(ii)     Il-Paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

"Kull meta l-Komunità tinnegozja ma’ pajjiż terz sabiex tikkonkudi ftehim li fih jiġi stabbilit li Stat Membru jew l-Aġenzija jista’/tista’ joħroġ/toħroġ ċertifikati abbażi taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajronawtiċi ta’ dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Istati tal-EFTA offerta ta’ ftehim analogu mal-pajjiż terz ikkonċernat. Min-naħa tagħhom, l-Istati tal-EFTA għandhom jikkonkludu ftehimiet mal-pajjiżi terzi korrispondenti għal dawk tal-Komunità.”

(e)     Is-subparagrafu segwenti għandu jiżdied fl-Artikolu 14(7):

“Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4(d) tal-Protokoll 1 għall-Ftehim taż-ŻEE, meta l-Kummissjoni u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jiskambjaw informazzjoni fuq deċiżjoni meħuda skont dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-informazzjoni li waslet mingħand l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA lill-Istati Membri tal-UE, u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkomunika l-informazzjoni li rċiviet mill-Kummissjoni lill-Istati tal-EFTA.”

(f)     Fl-Artikolu 15 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.     Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandu, għall-applikazzjoni tar-Regolament, japplika għal kull dokument tal-Aġenzija fir-rigward tal-Istati tal-EFTA wkoll".

(g)     Dan li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 17(2)(b):

“L-Aġenzija għandha wkoll tassisti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u tipprovdiha bl-istess appoġġ, fejn tali miżuri u ħidmiet jaqgħu fil-kompetenza tal-Awtorità skont il-Ftehim.”

(h)     L-Artikolu 17(2)(e) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"fil-qasam tal-kompetenza tagħha, tmexxi funzjonijiet u kompiti assenjati lil Partijiet Kontraenti minn Konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Chicago. L-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jwettqu dawn il-funzjonijiet u l-kompiti kif previst fir-Regolament preżenti biss."

(i)      L-ewwel sentenza tal-Artikolu 20 għandha tinbidel minn dan li ġej:

"Fir-rigward ta' prodotti, partijiet u tagħmir imsemmijin fl-Artikolu 4(1)(a) u (b), l-Aġenzija għandha, meta applikabbli u kif speċifikat fil-Konvenzjoni ta' Chicago jew l-Annessi tagħha, twettaq il-funzjonijiet u l-kompiti tal-Istat tad-disinn, il-manifattura jew ir-reġistrazzjoni meta relatati mal-approvazzjoni tad-disinn. L-awtoritajiet tal-avjazzjoni nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jwettqu dawn il-funzjonijiet u l-kompiti biss kif assenjati lilhom skont l-Artikolu attwali."

(j)      L-Artikolu 24 hu emendat kif ġej:

(i)      Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-paragrafu 1:

"L-Aġenzija għandha tirrapporta lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni fi Stat tal-EFTA.”

(ii)     Dan li ġej għandu jiġi miżjud fil-paragrafu 4:

"Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tiġi kkonsultata mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”

(k)     Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 25(1):

“Il-poter li jingħataw multi u ħlasijiet perjodiċi bħala penali lil persuni u lil impriżi li lilhom l-Aġenzija tkun ħarġet ċertifikat għandu fil-każ fejn dawn il-persuni jew impriżi jinsabu stabbiliti fi Stat tal-EFTA, ikun f’idejn l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”

(l)      Fl-Artikolu 25(4) il-frażi “Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej” għandha tiġi sostitwita b' “Il-Qorti tal-EFTA” u l-kelma “Kummissjoni” għandha tiġi sostitwita b' “L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA" fir-rigward tal-Istati EFTA.

(m)    Fl-Artikolu 29 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.     Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ persunal ieħor tal-Komunitajiet Ewropej, ċittadini tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiddaħħlu jaħdmu b’kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija."

(n)     Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 30:

"Stati Membri fl-EFTA għandhom japplikaw għall-Aġenzija u l-impjegati tagħha, il-Protokoll ta' Privileġġi u Immunitajiet tal-Kominitajiet Ewropej u regoli oħra applikabbli adottati skont il-Protokoll."

(o)     Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kelma “Komunità” fl-Artikolu 32(1):

“, Islandiża u Norveġiża:"

(p)     Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 33(2)(c):

“(ca)  Ir-rapport ġenerali annwali u l-programm ta' ħidma tal-Aġenzija, skont il-paragrafi (b) u (c) rispettivament, għandu jintbagħat lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA."

(q)     Fl-Artikolu 34 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.     L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-Bord Amministrattiv u fi ħdanu għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-UE, ħlief id-dritt għall-vot."

(r)      Fl-Artikolu 41 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.     Ċittadini tal-Istati tal-EFTA ser ikunu eleġibbli bħala membri, inklużi Presidenti, fil-Bord tal-Appell. Meta l-Kummissjoni tfassal lista ta' persuni li hemm referenza għalihom f'paragrafu 3 ser tikkunsidra ukoll persuni adattati b'nazzjonalitajiet tal-Istati tal-EFTA.

(s)     Dan li ġej għandu jiżdied fit-tarf tal-Artikolu 54(1):

"Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tal-kompiti msemmija qabel.”

(t)      Fl-Artikolu 58(3), il-parti li ġejja tas-sentenza għandha tiżdied wara l-kelma "Trattat":

"jew bl-Iżlandiż jew bin-Norveġiż".

(u)     Fl-Artikolu 59 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“12.   L-Istati Membri tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fil-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1(a). Għal dan il-għan, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a) tal-Protokoll 32 tal-Ftehim għandhom jgħoddu mutatis mutandis."

(v)     Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu mal-Artikolu 65:

“8.     L-Istati Membri tal-EFTA għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-kumitat stabbilit skont paragrafu 1, u fi ħdanu għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-KE, ħlief id-dritt għall-vot.

9.       Fejn ikun hemm nuqqas ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u l-kumitat, il-Kunsill jista’ jieħu deċiżjoni dwar il-materja inkwistjoni, l-Istati tal-EFTA jistgħu jqajmu l-kwistjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim.”

(w)    Fejn applikabbli, u sakemm mhux previst mod ieħor, l-adattamenti ta' hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis għal leġiżlazzjoni Komunitarja oħra li tagħti s-setgħa lill-Aġenzija u inkorporata f'dan il-Ftehim.'

[1]               ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

[2]               ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

[3]               ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

[4]               ĠU L …

[5]               ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

[6]               ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1.

[7]               [L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.] [Ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.]

Top