This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0394
Proposal for a COUNCIL DECISION on the signature and provisional application, on behalf of the European Union, of the Agreement on Scientific and Technological Cooperation between the European Union of the one part and the People’s Democratic Republic of Algeria of the other part
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra
/* KUMM/2011/0394 finali - 2011/0174 (NLE) */
/* KUMM/2011/0394 finali - 2011/0174 (NLE) */ Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċjazzjoni (minn hawn 'il quddiem “il-ftehim ta’ assoċjazzjoni”) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija (minn hawn 'il quddiem "l-Alġerija"), min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fit-22 ta’ April 2002. L-Artikolu 50(d) tal-Ftehim jidentifika l-kooperazzjoni fil-qasam tar-riċerka xjentifika u t-teknoloġika bħala qasam ta' interess u b'potenzjal partikolari, filwaqt li l-Artikolu 51(a), partikolarment jipprevedi l-istabiliment ta’ rabtiet permanenti bejn il-komunitajiet xjentifiċi taż-żewġ partijiet. Il-politika Ewropea tal-viċinat li fiha l-Alġerija mhijiex inkluża imma li tiddefinixxi l-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-ġirien tagħha, tistabilixxi qafas ġdid għad-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2004) 373 finali tat-12 ta’ Mejju 2004 tidentifika l-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika, ir-riċerka u l-iżvilupp bħala wieħed mill-assi prijoritarji tar-relazzjonijiet tagħna mal-pajjiżi Mediterranji. Fil-qafas ta' dik il-politika Ewropea tal-viċinat, dokument strateġiku (2007-2013) jikkwalifika r-riċerka xjentifika bħala element essenzjali favur l-edifikazzjoni tas-soċjetà tal-għarfien u r-t-tnaqqis tal-qagħad fil-kuntest tal-ftuħ tal-ekonomija. Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ Mejju 2006 l-awtoritajiet Alġerini esprimew l-interess tagħhom biex jinfetħu n-negozjati għal ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-KE u l-Alġerija. Ma' dik l-ittra ġew mehmuża dokumenti mill-Ministeru Alġerin għall-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka Xjentifika li jiddeskrivu s-sitwazzjoni kurrenti tar-riċerka fl-Alġerija. Permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Jannar 2007 il-Kummissjoni Ewropea aċċettat li tagħmel żjara esploratorja u evalwattiva fl-Alġerija, bil-ħsieb tan-negozjar ta' ftehim ta' kooperazzjoni. Seħħew attivitajiet esploratorji matul l-2008. Permezz ta’ ittra tat-22 ta’ Diċembru 2008 indirizzata lis-Sur Saidani, tal-Ministeru Alġerin għall-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka Xjentifika, b'risposta għall-ittra tiegħu tad-19 ta’ Novembru 2008, ġie stabilit li jistgħu jinbdew il-proċeduri ta’ negozjar ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku, minħabba l-potenzjal tal-Alġerija u l-kapaċità tagħha li tieħu sehem bis-sħiħ fl-attivitajiet koperti minn ftehim ta’ dan it-tip. B’hekk, fuq proposta tal-Kummissjoni, fis-16 ta’ Novembru 2009 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex, f’isem l-Unjoni Ewropea, tinnegozja ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, u ħareġ id-direttivi rilevanti għan-negozjati. In-negozjati rriżultaw fl-abbozz ta’ ftehim mehmuż, inizjalat fl-14 ta’ Ottubru 2010. Il-konklużjoni ta’ ftehim fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku jaqdi l-interessi reċiproki tal-Unjoni u l-Alġerija, billi jippermettilhom japprofondixxu u jintensifikaw il-kooperazzjoni bejniethom f'dan il-qasam. Din il-kooperazzjoni se tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-kompetittività tal-Alġerija u r-reġjun, apparti li toħloq rabtiet eqreb bejn iż-żewġ partijiet, fl-interess tal-UE. Ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika jkun l-istrument xieraq għar-rinfurzar tal-kooperazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-Alġerija fil-Programm Kwadru, u għall-intensifikazzjoni tad-djalogu fil-qasam xjentifiku u teknoloġiku. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni titlob lill-Kunsill biex: - jawtorizza, f’isem l-Unjoni Ewropea, l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra, dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika. ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA L-Artikolu 186 flimkien mal-Artikolu 218(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 2011/0174 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 186, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu, Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, Billi: 1. Fis-16 ta’ Novembru 2009 l-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex, f’isem l-Unjoni, tinnegozja ftehim ta’ kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika mar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija. L-eżitu tan-negozjati kien il-Ftehim inizjalat fl-14 ta' Ottubru 2010. 2. Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat min-negozjatur f’isem l-Unjoni Ewropea, u jiġi applikat provviżorjament, soġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 1. L-iffirmar tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra huwa awtorizzat f’isem l-Unjoni soġġett għall-konklużjoni tiegħu aktar tard. 2. It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill b’dan qed jiġi awtorizzat li jaħtar il-persuna/i mogħnija bis-setgħa tal-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra. Artikolu 3 Il-Ftehim japplika provviżorjament b'konformità mal-Artikolu 7(2) tal-Ftehim, sakemm jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-konklużjoni tiegħu. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija dwar kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika L-Unjoni Ewropea: (minn hawn ’il quddiem "l-Unjoni") minn naħa, U ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija (minn hawn 'il quddiem "l-Alġerija") min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem "il-Partijiet", WARA LI KKUNSIDRAW l-importanza tax-xjenza u tat-teknoloġija għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ Partijiet, u r-referenza li saret fl-Artikolu 51 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2005; WARA LI KKUNSIDRAW il-politika Ewropea tal-viċinat u l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rinfurzar tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien; WARA LI KKUNSIDRAW li l-Unjoni u l-Alġerija daħlu għal attivitajiet komuni ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni, f'diversi oqsma ta' interess komuni, u li jkun ta' vantaġġ reċiproku li kull wieħed minnhom jieħu sehem fl-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp tal-ieħor, fuq bażi reċiproka; WAQT LI JIXTIEQU jistabilixxu qafas għall-kooperazzjoni uffiċjali fir-riċerka xjentifika u teknoloġika li jagħmilha possibbli li jkunu estiżi u intensifikati l-isforzi ta' kooperazzjoni fl-oqsma ta' interess komuni u li jinkoraġġixxu l-użu tar-riżultati ta' din il-kooperazzjoni huma u jqisu l-interessi ekonomiċi u soċjali tal-Partijiet; WAQT LI JIXTIEQU jiftħu ż-Żona Ewropea tar-Riċerka għall-pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u partikolarment għall-pajjiżi sħab Mediterranji; Ftiehmu kif ġej: Artikolu 1 Ambitu u prinċipji 1. Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu, jiżviluppaw u jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' koperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Alġerija fl-oqsma ta' interess komuni fejn ikunu qed iwettqu attivatijiet fil-qasam tax-xjenza u ta’ żvilupp teknoloġiku. 2. L-attivitajiet ta’ kooperazzjoni għandhom jitwettqu fuq il-bażi tal-prinċipji li ġejjin: (a) il-promozzjoni ta' soċjetà tal-għarfien biex jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żewġ Partijiet; (b) il-benefiċċju reċiproku bbażat fuq bilanċ kumplessiv ta' vantaġġi; (c) aċċess reċiproku għall-attivitajiet tal-programmi u proġetti ta' riċerka u ta’ żviluppi teknoloġiċi mwettqa miż-żewġ Partijiet; (d) l-iskambju f'waqtu ta' informazzjoni li tista' tiffaċilita l-attivitajiet ta' kooperazzjoni; (e) l-iskambju u l-protezzjoni xierqa tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali; (f) il-parteċipazzjoni u l-finanzjament f'konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regolamenti applikabbli tal-Partijiet. Artikolu 2 Modalitajiet ta' kooperazzjoni 1. Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi skont id-dritt privat jew id-dritt pubbliku stabiliti fl-Alġerija li jkunu entitajiet ġuridiċi skont l-Anness I jipparteċipaw fl-attivitajiet indiretti ta' kooperazzjoni tal-Programm Kwadru tal-Unjoni Ewropea għall-azzjonijiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (minn hawn 'il quddiem "il-Programm Kwadru"), b'konformità mal-modalitajiet u l-kundizzjonijiet stabiliti mill-Annessi I u II jew imsemmi fihom. L-entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni, skont l-Anness I, għandhom jipparteċipaw fil-programmi u proġetti ta' riċerka Alġerini dwar temi ekwivalenti għal dawk tal-Programm Kwadru skont l-istess modalitajiet u kundizzjonijiet stabiliti jew imsemmija fl-Annessi I u II. 2. Il-kooperazzjoni tista' wkoll tieħu waħda mill-forom li ġejjin: (a) diskussjonijiet regolari dwar l-orjentazzjonijiet u l-prijoritajiet tal-politika u l-ippjanar fil-każ ta’ riċerka fl-Alġerija u l-Unjoni; (b) diskussjonijiet dwar il-kooperazzjoni, l-iżviluppi u l-perspettivi; (c) l-għoti f'waqtu ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' programmi u proġetti ta' riċerka fl-Alġerija u l-Unjoni, u dwar ir-riżultati ta' xogħol magħmul fil-qafas ta' dan il-Ftehim; (d) laqgħat konġunti; (e) żjarat u skambji ta' riċerkaturi, inġiniera u tekniċi, għal finijiet ta' taħriġ; (f) skambji u kondiviżjoni ta' apparat, materjali u servizzi ta' ttestjar; (g) kuntatti bejn il-maniġers ta' programmi jew proġetti tal-Alġerija u l-Unjoni; (h) il-parteċipazzjoni ta' esperti f'seminars, simpożja u laqgħat ta' ħidma; (i) l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prattiki, il-liġijiet, ir-regolamenti u l-programmi li għandhom x'jaqsmu mal-kooperazzjoni taħt dan il-Ftehim; (j) it-taħriġ fir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiċi; (k) l-aċċess reċiproku għal informazzjoni xjentifika u teknoloġika fl-ambitu tal-kooperazzjoni skont dan il-Ftehim; (l) kwalunkwe modalità oħra li tkun adottata mill-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Alġerija għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, kif iddefinit fl-Artikolu 4, u meqjus f'konformità mal-politiki u l-proċeduri applikabbli fiż-żewġ Partijiet; (m) l-appoġġ għall-aqwa użu tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp tal-intrapriżi innovattivi sabiex jiġu promossi t-tixrid ta’ għarfien ġdid u l-innovazzjoni; (n) l-assistenza għall-immaniġġjar tar-riċerka xjentifika u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ informazzjoni dwar ir-riċerka; (o) l-eżami tal-possibilitajiet ta’ kooperazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-inkubaturi u proġetti ġodda u l-ħolqien ta’ ċentri tar-riċerka, partikolarment permezz ta’ programmi Ewropej apparti l-Programm Kwadru; (p) il-promozzjoni tal-kooperazzjoni permezz tal-proġetti tar-riċerka u żvilupp; (q) l-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka; (r) il-possibilità ta’ kofinanzjament u ta’ koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka. Artikolu 3 Titjib tal-kooperazzjoni Il-Partijiet għandhom jagħmlu kull sforz, fil-limiti tal-qafas tal-leġiżlazzjoni applikabbli tagħhom, biex jiffaċilitaw il-moviment ħieles u r-residenzjar tar-riċerkaturi li jipparteċipaw fl-attivitajiet koperti min dan il-Ftehim u biex jiffaċilitaw il-moviment transfruntier tal-merkanzija maħsuba għall-użu f'attivitajiet bħal dawn. Artikolu 4 Immaniġġjar tal-Ftehim Il-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Alġerija għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika 1. Il-koordinazzjoni u l-faċilitazzjoni ta' attivitajiet taħt dan il-Ftehim għandhom jitwettqu f'isem l-Alġerija, mill-Ministeru tal-Edukazzjoni Għolja għar-Riċerka Xjentifika u, f'isem l-Unjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, li jaġixxu bħala aġenti eżekuttivi tal-Partijiet (minn hawn 'il quddiem "l-Aġenti Eżekuttivi"). 2. L-Aġenti Eżekuttivi għandhom jistabilixxu kumitat konġunt imsejjaħ "il-Kumitat Konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u l-Alġerija għall-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika" (minn hawn 'il quddiem "il-Kumitat Konġunt"), li l-funzjonijiet tiegħu għandhom jinkludu: (a) l-iżgurar, l-evalwar u l-eżami tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, kif ukoll il-modifika tal-Annessi tiegħu jew l-adozzjoni ta’ oħrajn ġodda li jqisu l-evoluzzjonijiet tal-politika xjentifika tal-Partijiet, soġġetti għat-twettiq minn kull wieħed mill-Partijiet tal-proċeduri interni tiegħu għal dak l-għan; (b) l-identifikazzjoni, fuq bażi annwali, tas-setturi potenzjali fejn il-kooperazzjoni għandha tiġi żviluppata u mtejba u jeżamina kwalunkwe miżura għal dan l-għan; (c) l-eżami regolari tal-orjentazzjonijiet u l-prijoritajiet futuri tal-politiki u l-ippjanar ta' riċerka fl-Alġerija u l-Unjoni, kif ukoll il-perspettivi ta' kooperazzjoni futura fi ħdan dan il-Ftehim; (d) il-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet lill-Partijiet rigward l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, partikolarment l-identifikazzjoni u r-rakkomandazzjoni ta’ żidiet mal-attivitajiet previsti fl-Artikolu 2(2), kif ukoll miżuri konkreti biex jitjieb l-aċċess reċiproku kif previst fl-Artikolu 1(2); (e) l-emendar tekniku għal dan il-Ftehim kif ikun meħtieġ, soġġett għall-proċeduri interni ta’ approvazzjoni mill-kull parti. 3. Il-Kumitat Konġunt, li għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Aġenti Eżekuttivi, għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu. 4. Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' tal-anqas darba fis-sena, darba fl-Unjoni u darba fl-Alġerija. Il-laqgħat straordinarji għandhom isiru kull meta jkun hemm bżonn u bi qbil bejn il-Partijiet. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandhom jintbagħtu, bħala informazzjoni, lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tal-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija. Artikolu 5 Finanzjament Il-parteċipazzjoni reċiproka fl-attivitajiet ta' riċerka taħt dan il-Ftehim huma stabiliti skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness I u huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni, ir-regolamenti, il-politiki u l-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni tal-programmi li jkunu fis-seħħ fit-territorju ta' kull Parti. Meta Parti waħda tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-parteċipanti tal-Parti l-oħra b’konnessjoni ma’ attivitajiet kooperattivi indiretti, kwalunkwe sovvenzjoni, kontribuzzjoni finanzjarja jew għotja oħra mingħand il-Parti li qed tagħti l-finanzjament lill-parteċipanti tal-Parti l-oħra għandhom jingħataw eżenzjoni fiskali u ta’ dazju doganali skont il-liġijiet u r-regolamenti rilevanti fis-seħħ fit-territorji ta’ kull Parti fiż-żmien li jsiru tali sovvenzjonijiet, kontribuzzjonijiet finanzjarji jew għotjiet oħra. Artikolu 6 Tixrid u użu tar-riżultati u l-informazzjoni It-tixrid u l-użu tar-riżultati u informazzjoni miksuba u/jew skambjati, l-immaniġġjar, l-attribuzzjoni u l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' riċerka mwettqa skont dan il-Ftehim huma soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II. Artikolu 7 Dispożizzjonijiet finali 1. L-Annessi I u II jifformaw parti integrali minn dan il-Ftehim. Il-kwistjonijiet jew nuqqas ta’ qbil dwar l-interpretazzjoni jew l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu solvuti bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet. 2. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu lestew il-proċeduri interni sabiex ikun jista' jiġi konkluż. Sakemm ikunu konklużi l-proċeduri interni mill-Partijiet, huma għandhom japplikaw dan il-Ftehim provviżorjament hekk kif jiffirmawh. Il-Partijiet b'dan qed jaqblu li jekk Parti tinnotifika lill-oħra li ma tkunx se tikkonkludi l-Ftehim, il-proġetti u l-attivitajiet varati taħt din l-applikazzjoni provviżorja u li jkunu għadhom għaddejjin meta ssir in-notifika msemmija hawn fuq, għandhom jitkomplew sakemm jitlestew skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim. 3. Iż-żewġ Partijiet jistgħu jitterminaw dan il-Ftehim fi kwalunkwe waqt bi preavviż ta' sitt xhur. Il-proġetti u l-attivitajiet li jkunu għaddejjin fil-ħin tat-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jissoktaw sa tmiemhom taħt il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim. 4. Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ sakemm waħda milll-Partijiet tavża bil-miktub lill-Parit l-oħra bl-intenzjoni li tittermina dan il-Ftehim. F’każ bħal dan, dan il-Ftehim għandu jieqaf ikollu effett sitt xhur wara li tiġi riċevuta tali notifika. 5. Jekk waħda mill-Partijiet tiddeċiedi li timmodifika l-programmi jew proġetti ta' riċerka previsti fl-Artikolu 1(1), l-aġent eżekuttiv ta' dik il-Parti għandu jgħarraf lill-aġent eżekuttiv tal-Parti l-oħra bil-kontenut eżatt tal-modifiki msemmija. B'deroga mill-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, dan il-Ftehim jista’ jiġi tterminat taħt kundizzjonijiet maqbula b'mod reċiproku jekk waħda mill-Partijiet tinnotifika lill-oħra bl-intenzjoni tagħha li tittermina dan il-Ftehim fi żmien xahar wara l-adozzjoni tar-reviżjonijiet riferiti aktar 'il fuq f'dan il-paragrafu. 6. Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom it-Trattati dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea huma applikabbli u skont il-kundizzjonijiet stipulati f’dawn it-Trattati, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija. Dan ma għandux jostakola t-twettiq ta' azzjonijiet kooperattivi fl-ibħra internazzjonali, fl-ispazju jew fit-territorju ta' pajjiżi terzi, skont id-dritt internazzjonali. B’XIEHDA TA’ DAN, is-sottoskritti, debitament awtorizzati għal dan il-fini mill-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim. MAGĦMUL f’żewġ kopji fi …., nhar il- …, fis-sena ... bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bit-Taljan, bl-Ungeriż, u bl-Għarbi, kull test huwa ugwalment awtentiku. GĦALL-UNJONI EWROPEA: | GĦAR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA POPOLARI TAL-ALĠERIJA | ANNESS I Modalitajiet u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u fl-Alġerija Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "entità ġuridika" tfisser kull persuna fiżika, jew ġuridika maħluqa skont id-dritt nazzjonali tal-post tal-istabiliment tagħha jew skont id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li hija intitolata li jkollha jeddijiet u obbligi ta' kull xorta f'isimha proprju. I. Modalitajiet u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Alġerija f'azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru 1. Il-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Alġerija f'azzjonijiet indiretti tal-Programm Kwadru għandha ssegwi l-kundizzjonijiet stabiliti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 183 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 2. L-Unjoni tista' tagħti finanzjament lil entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Alġerija li jipparteċipaw f'azzjonijiet indiretti msemmija fil-punt 1 taħt l-istess modalitajiet u kundizzjonijiet stabiliti mid-deċiżjoni(jiet) meħuda mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill skont l-Artikolu 183 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea u kwalunkwe dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni oħra li tkun tapplika. 3. It-twettiq tal-kontrolli u l-awditjar mill-Kummissjoni Ewropea jew il-Qorti tal-Awdituri Ewropea, jew oħrajn taħt l-awtorità ta' dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu previsti kemm fi ftehim ta' għotja jew f'kuntratt li jsir mill-Unjoni ma' entità ġuridika stabilita fl-Alġerija sabiex twettaq azzjoni indiretta jew fid-deċiżjoni tal-għotja mogħtija mill-Unjoni. Fi spirtu ta' kooperazzjoni u interess reċiproku, l-awtoritajiet kompetenti tal-Alġerija jagħtu, fil-limitu possibbli u raġonevoli, l-għajnuna kollha li tista' tkun neċessarja jew utli biex jitwettqu l-kontrolli u l-awditjar u l-azzjonijiet ta’ rkupru msemmija hawn fuq. II. Modalitajiet u kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea fi programmi u proġetti ta' riċerka tal-Alġerija 1. Kwalunkwe entità ġuridika stabilita fl-Unjoni, maħluqa skont id-dritt nazzjonali ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni jew skont id-dritt tal-Unjoni, tista' tipparteċipa fi proġetti jew programmi ta' riċerka u żvilupp tal-Algerija b'kooperazzjoni ma' entitajiet ġuridiċi Alġerini. 2. Id-drittijiet u l-obbligi tal-entitajiet ġuridiċi stabiliti fl-Unjoni li jipparteċipaw fi proġetti ta’ riċerka Alġerini fil-qafas tal-programmi ta’ riċerka u żvilupp, il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sottomissjoni u l-evalwazzjoni tal-proposti u għall-attribuzzjoni u l-konklużjoni ta' kuntratti f'tali proġetti għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-gvern tal-Alġerija li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' programmi ta' riċerka u żvilupp, kif applikabbli għall-entitajiet ġuridiċi Alġerini u li jiżguraw trattament ekwu, filwaqt li titqies in-natura tal-kooperazzjoni bejn l-Alġerija u l-Unjoni f'dan il-qasam. Il-finanzjament ta' entitajiet legali stabiliti fl-Unjoni li jipparteċipaw fil-proġetti ta’ riċerka Alġerini fi ħdan il-programmi ta' riċerka u żvilupp għandhom ikunu soġġetti għal-liġijiet, ir-regolamenti u d-direttivi tal-gvern tal-Alġerija li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' programmi bħal dawn, kif applikabbli għall-entitajiet ġuridiċi li mhumiex Alġerini. III. Tagħrif dwar l-opportunitajiet ta' parteċipazzjoni L-Alġerija u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jippubblikaw regolarment it-tagħrif dwar programmi li jkunu għaddejjin u opportunitajiet ta’ parteċipazzjoni għall-benefiċċju tal-entitajiet ġuridiċi stabiliti fiż-żewġ Partijiet. ANNESS II Prinċipji dwar l-allokazzjoni ta' drittijiet tal-propjetà intellettwali I. Talba Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "proprjetà intelletwali" għandu jkollha t-tifsira mogħtija fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li tistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, iffirmata fi Stokkolma fl-14 ta' Lulju 1967. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, "għarfien" għandha tfisser ir-riżultati, li jinkludu l-informazzjoni, kemm jekk jistgħu jkunu prottetti jew le, kif ukoll drittijiet tal-awtur jew drittijiet rilevanti għal tali informazzjoni wara l-applikazzjonijiet għal, jew il-ħruġ ta' privattivi, disinji, varjetajiet ta' pjanti, ċertifikati ta' protezzjoni supplimentari jew forom simili ta' protezzjoni. II. Drittijiet tal-proprjetà intellettwali ta' entitajiet ġuridiċi tal-Partijiet f'attivitajiet indiretti ta' kooperazzjoni 1. Kull Parti għandha tiżgura ruħha li t-trattament li tagħti lid-drittijiet tal-proprjetà intelletwali u lill-obbligi tal-entitajiet ġuridiċi stabiliti fit-territorji tal-Parti l-oħra li jipparteċipaw f'attivitajiet indiretti ta' kooperazzjoni mwettqa skont dan il-Ftehim, u lid-drittijiet u lill-obbligi relatati li jirriżultaw minn tali parteċipazzjoni, għandu jkun konsistenti mal-liġijiet u mar-regolamenti u mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti li huma applikabbli għall-Partijiet, inkluż il- Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ, l-Anness 1C għall-Ftehim ta’ Marrakexx li jistabilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ kif ukoll l-Att ta’ Pariġi tal-24 ta’ Lulju 1971 tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi u l-Att ta’ Stokkolma tal-14 ta’ Lulju 1967 tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali. 2. Kull Parti għandha tiżgura ruħha li l-parteċipanti f’attivitajiet kooperattivi indiretti tal-Parti l-oħra għandu jkollhom l-istess trattament rigward il-proprjetà intelletwali kif jingħata lill-parteċipanti tal-ewwel Parti skont ir-regoli rilevanti ta’ parteċipazzjoni ta’ kull programm jew proġett ta’ riċerka, jew skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli tagħha. III. Drittijiet ta' proprjetà intellettwali tal-Partijiet 1. Għajr jekk ikun maqbul mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal għarfien iġġenerat mill-Partijiet matul l-attivitajiet imwettqa skont l-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim: (a) il-Parti li tiġġenera tali għarfien għandha tkun is-sid ta' dak l-għarfien. Fejn is-sehem rispettiv tal-Partijiet fix-xogħol ma jkunx jista' jiġi aċċertat, għandu jkollhom id-dritt tas-sjieda konġunta tat-tali għarfien. (b) il-Parti li jkollha s-sjieda tal-għarfien għandha tagħti drittijiet ta' aċċess għalih lill-Parti l-oħra għat-twettiq ta' attivitajiet previsti fl-Artikolu 2 ta' dan il-Ftehim. Dawn id-drittijiet ta' aċċess għall-għarfien għandhom jingħataw mingħajr ħlas. 2. Sakemm il-Partijiet ma jiftehmux bejniethom mod ieħor, ir-regoli li ġejjin japplikaw għax-xogħlijiet letterarji ta' karattru xjentifiku tal-Partijiet: (a) fil-każ fejn Parti tippubblika dejta, informazzjoni u riżultati xjentifiċi u tekniċi, permezz ta' ġurnali, artikoli, rapporti, kotba, inklużi vidjo u softwer, li joħorġu minn jew ikunu relatati ma' attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, liċenzja dinjija, mhux esklussiva, irrevokabbli, ħielsa mill-ħlas ta' drittijiet għandha tingħata lill-Parti l-oħra biex tittraduċi, tirriproduċi, tadatta, tittrażmetti u xxerred pubblikament xogħlijiet bħal dawn; (b) il-kopji kollha ta' dejta u informazzjoni, protetti mid-drittijiet tal-awtur, li għandhom jitqassmu pubblikament u jkunu prodotti skont il-kundizzjonijiet elenkati f’din it-taqsima għandhom juru l-ismijiet tal-awtur(i) tax-xogħol ħlief jekk awtur jirrifjuta b'mod espliċitu li jissemma'. Dawn għandu jkollhom ukoll rikonoxximent ċar u viżibbli tas-sostenn konġunt tal-Partijiet. 3. Għajr jekk ikun maqbul mod ieħor mill-Partijiet, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-informazzjoni kunfidenzjali tal-Partijiet: (a) f'komunikazzjoni mal-Parti l-oħra dwar informazzjoni konnessa ma' attivitajiet imwettqa skont dan il-Ftehim, kull Parti għandha tidentifika l-informazzjoni li tixtieq li tibqa' mhux divulgata permezz ta' marki jew skrizzjonijiet ta’ kunfidenzjalità; (b) il-Parti destinatarja tista', taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, tikkomunika informazzjoni mhux divulgata lil korpi jew persuni taħt l-awtorità tagħha għall-finijiet speċifiċi ta' implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim; (c) bil-kunsens bil-kitba minn qabel tal-Parti li tipprovdi informazzjoni mhux divulgata, il-Parti destinatarja tista' xxerred tali informazzjoni mhux divulgata b'mod usa' milli permess fil-punt (b). Il-Partijiet għandhom jikkollaboraw fl-istabiliment ta' proċeduri għat-talba u l-kisba ta' awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel għal tixrid usa', u kull Parti għandha tipprovdi din l-awtorizzazzjoni sal-punt permess mill-politiki, ir-regolamenti u l-liġijiet domestiċi tagħha; (d) l-informazzjoni nondokumentarja li ma tiġix divulgata jew l-informazzjoni kunfidenzjali l-oħra pprovduti f'seminars u laqgħat oħra bejn rappreżentanti tal-Partijiet organizzati skont dan il-Ftehim, jew l-informazzjoni li toħroġ miċ-ċaqlieq ta’ persunal, l-użu ta' stallazzjonijiet jew attivitajiet indiretti ta’ kooperazzjoni, għandha tibqa' kunfidenzjali meta d-destinatarju ta' tali informazzjoni li ma għandhiex tiġi divulgata jew informazzjoni oħra kunfidenzjali jew privileġġjata tkun informata bin-natura kunfidenzjali ta’ dik l-informazzjoni qabel ma sseħħ il-komunikazzjoni tagħha, skont il-punt (a); (e) kull Parti għandha tagħmel sforz biex tiżgura li l-informazzjoni mhux divulgata li tkun inkisbet b'konformità mal-punti (a) u (d) tkun protetta skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. Jekk waħda mill-Partijiet tintebaħ li se ssib ruħha jew li hija suxxettibli li ma tkunx f'qagħda li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-punti (a) u (d) dwar in-nuqqas ta' tixrid ta’ informazzjoni, hi għandha minnufih tgħarraf b'dan lill-Parti l-oħra. Il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin biex jiddeterminaw kif għandhom jipproċedu. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titlu tal-proposta/inizjattiva 1.2. Il-qasam/l-oqsma ta’ politika/i konċernata/i: 1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva 1.4. Objettiv(i) 1.5. Bażi(jiet) għall-proposta/inizjattiva 1.6. Durata tal-azzjoni u l-impatt finanzjarju tagħha 1.7. Mod(i) ta’ mmaniġġjar previst(i) 2. MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR 2.1. Dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ u rappurtar 2.2. Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll 2.3. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqiet affettwati 3.2. L-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa 3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 3.2.3. Impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali 3.2.5. Kontribuzzjonijiet minn terzi 3.3. Impatt stmat fuq id-dħul QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA Titlu tal-proposta/inizjattiva Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa u r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija min-naħa l-oħra. Il-qasam/l-oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[1] Strateġija ta’ politika u koordinazjoni tad-Direttorati Ġenerali RTD, JRC, EAC, ENER, ENTR, INFSO u MOVE. Natura tal-proposta/inizjattiva X Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[2] ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal- estensjoni ta’ azzjoni eżistenti ( Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridirezzjonata lejn azzjoni ġdida Objettivi L-objettiv(i) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni mmirat(i) mill-proposta/inizjattiva Din id-deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet jaġġornaw u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom f’oqsma ta’ interess xjentifiku u teknoloġiku komuni. L-objettiv(i) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet) tal-ABM/ABB konċernata/i Objettiv speċifiku Nru. Din id-deċiżjoni se tippermetti sew lill-Unjoni Ewropea kif ukoll lill-Alġerija biex jibbenefikaw reċiprokament mill-progress xjentifiku u teknoloġiku li jinkiseb fil-kuntest tal-programmi speċifiċi ta' riċerka tagħhom. Se tippermetti skambju ta’ għarfien speċifiku u trasferiment ta’ għarfien għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, tal-industrija u taċ-ċittadini. Attività/ajiet ABM/ABB konċernata/i Riżultat(i) u impatt(i) mistennija Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/popolazzjoni fil-mira. Din id-deċiżjoni se tippermetti sew lill-Unjoni Ewropea kif ukoll lill-Alġerija biex jibbenefikaw reċiprokament mill-progress xjentifiku u teknoloġiku li jinkiseb fil-kuntest tal-programmi speċifiċi ta' riċerka tagħhom. Se tippermetti skambju ta’ għarfien speċifiku u trasferiment ta’ għarfien għall-benefiċċju tal-komunità xjentifika, tal-industrija u taċ-ċittadini. Indikaturi ta’ riżultati u impatti Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta. Is-servizzi tal-Kummissjoni se jevalwaw regolarment l-azzjonijiet kollha mwettqa skont il-ftehim ta' kooperazzjoni, li se jkunu wkoll soġġetti għall-evalwazzjoni konġunta regolari min-naħa tal-Unjoni u l-Alġerija. Din l-evalwazzjoni se tkopri l-elementi li ġejjin: (a) indikaturi ta' prestazzjoni - għadd ta' missjonijiet u ta' laqgħat, għadd ta’ oqsma differenti ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni. (b) ġbir ta' informazzjoni – fuq il-bażi tad-dejta mill-programmi speċifiċi tal-Programm Kwadru u tal-informazzjoni pprovduta mill-Alġerija lill-Kumitat Konġunt previst fil-Ftehim. Bażi(jiet) għall-proposta/inizjattiva Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien Din id-deċiżjoni se tippermetti liż-żewġ Partijiet jaġġornaw u jintensifikaw il-kooperazzjoni tagħhom f’oqsma ta’ interess xjentifiku u teknoloġiku komuni. Valur miżjud tal-intervent tal-Unjoni Il-Ftehim huwa bbażat fuq il-prinċipji ta’ benefiċċju reċiproku, fuq opportunitajiet reċiproċi għall-aċċess għall-programmi u għall-attivitajiet ta’ xulxin li jkunu rilevanti għall-fini tal-Ftehim, in-nuqqas ta' diskriminazzjoni, il-ħarsien effettiv tal-proprjetà intelletwali u l-kondiviżjoni ekwa tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali. Lezzjonijiet prinċipali mitgħallma minn esperjenzi simili Matul l-aħħar snin, notevolment fil-każ ta’ ftehimiet xjentifiċi u teknoloġiċi ma' pajjiżi oħra Mediterranji (fil-qafas tal-politika Ewropea tal-viċinat) bħall-Eġittu, it-Tuneżija u l-Marokk, użajna l-qafas ta’ ftehimiet u kumitati konġunti għall-istabiliment ta’ prijoritajiet konġunti mas-sħab prinċipali tagħna u użajna pjanijiet direzzjonali biex niżguraw viżjoni globali tal-impenji komuni u nimmonitorjaw l-insegwiment tagħhom. Il-kompatibilità u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti finanzjarji oħra Il-proposta hija konformi wkoll man-nefqa operazzjonali li għaliha tħallas l-Unjoni, li tipprovdi għal missjonjiet min-naħa ta' esperti u uffiċjali tal-UE, kif ukoll għal laqgħat ta' ħidma, seminars u laqgħat li jiġu organizzati fl-Unjoni Ewropea u fl-Alġerija. Durata tal-azzjoni u l-impatt finanzjarju tagħha ( Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata - ( Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS - ( Impatt finanzjarju minn [SSSS] sa [SSSS] X Proposta/inizjattiva ta’ durata bla limitu - Implimentazzjoni b’perjodu inizjali minn [SSSS] sa [SSSS], - segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa. Mod(i) ta’ mmaniġġjar previst(i)[3] X Immaniġġjar dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni ( Immaniġġjar indirett ċentralizzat b’delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil: - ( aġenziji eżekuttivi - ( korpi mwaqqfa mill-Unjoni Ewropea[4] - ( korpi mis-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku - ( persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju ( Immaniġġjar kondiviż mal-Istati Membri ( Immaniġġjar deċentralizzat ma’ pajjiżi terzi ( Immaniġġjar konġunt ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali ( għandu jiġi speċifikat ) Jekk tindika iktar minn mod wieħed ta’ mmaniġġjar, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima “Rimarki”. Rimarki MIŻURI TA’ MMANIĠĠJAR Dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ u rappurtar Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet Il-Kummissjoni se tevalwa l-azzjonijiet koperti minn dan il-Ftehim ta' kooperazzjoni fuq bażi regolari. Il-partijiet għall-Ftehim se jevalwaw l-applikazzjoni tiegħu normalment darba fis-sena fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt li jissemma fl-Artikolu 4 tal-Ftehim. Sistema ta’ mmaniġġjar u kontroll Riskju/i identifikat(i) Li l-iffirmar tal-Ftehim ma jkollu l-ebda effett fuq il-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Alġerija. Mod(i) ta’ kontroll previst(i) Laqgħat regolari tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim. Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u ta’ irregolaritajiet Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni jew protezzjoni eżistenti jew dawk previsti. Meta l-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru titlob l-użu ta’ kuntratturi esterni jew tinvolvi l-għotja ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-partijiet terzi, il-Kummissjoni se twettaq awditi finanzjarji, fejn ikun xieraq, b’mod partikolari jekk ikollha raġuni biex tiddubita n-natura realistika tax-xogħol imwettaq jew deskritt fir-rapporti tal-attività. L-awditi finanzjarji tal-Unjoni se jitwettqu jew mill-persunal tagħha stess jew minn esperti fil-kontabbiltà approvati skont il-liġi tal-parti li fuqha jkun qed isir l-awditjar. L-Unjoni se tagħżel dawn tal-aħħar mingħajr ebda indħil, filwaqt li tevita kwalunkwe riskju ta’ konflitti ta’ interess li jistgħu jkunu indikati lilha mill-Parti soġġetta għall-awditjar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tiżgura ruħha, li meta twettaq l-attivitajiet ta’ riċerka, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jitħarsu b’kontrolli effettivi u, fejn ikunu skoperti xi irregolaritajiet, permezz ta’ miżuri u pieni deterrenti u proporzjonati. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, ir-regoli dwar il-kontrolli, il-miżuri u l-pieni, b’referenza għar-Regolamenti Nri 2988/95, 2185/96 u 1073/99, se jkunu inkorporati fil-kuntratti kollha li jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm Kwadru. B’mod partikolari, fil-kuntratti għandu jkun hemm il-punti li ġejjin: - l-introduzzjoni ta’ klawżoli kuntrattwali speċifiċi sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-UE fit-twettiq tal-verifiki u tal-kontrolli li għandhom x’jaqsmu max-xogħol imwettaq; - il-parteċipazzjoni ta’ spetturi amministrattivi fil-qasam tal-ġlieda kontra l-frodi, skont ir-Regolamenti Nri 2185/96 u 1073/99; - l-applikazzjoni ta’ pieni amministrattivi għall-irregolaritajiet intenzjonali jew negliġenti kollha fl-implimentazzjoni tal-kuntratti, skont ir-Regolament Qafas Nru 2988/95, inkluż mekkaniżmu ta’ lista sewda; - il-fatt li, fil-każ ta’ irregolaritajiet u frodi, l-ordnijiet possibbli ta’ rkupru jkunu jistgħu jiġu infurzati skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Barra minn dan u bħala miżuri ta’ rutina, il-persunal tad-DĠ Riċerka responsabbli se jwettaq programm ta’ kontroll rigward l-aspetti xjentifiċi u baġitarji. Spezzjonijiet fil-post jitwettqu mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i - Linji baġitarji tan-nefqa eżistenti Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Parteċipazzjoni | Numru [Deskrizzjoni………………………………………...] | AD/AMD [5] | mill-pajjiżi tal-EFTA[6] | minn pajjiżi kandidati[7] | Minn pajjiżi terzi | fis-sens tal-Artikolu 18.1.a bis tar-Regolament Finazjarju | 1a | 08.01.05.03 08.01.05.02 08.01.05.01 | AMD | IVA | IVA | IVA | LE | - Linji baġitarji ġodda mitlubin, li qed jintalab il-ħolqien tagħhom Skont l-ordni tal-intestaturi u tal-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju multiannwali. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali | Linja baġitarja | Tip ta' nefqa | Parteċipazzjoni | Numru [Deskrizzjoni………………………………………...…] | AD/AMD | minn pajjiżi tal-EFTA | minn pajjiżi kandidati | mill-pajjiżi terzi | fis-sens tal-Artikolu 18.1.a bis tar-Regolament Finazjarju | [XX.YY.YY.YY] | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | IVA/LE | L-impatt stmat fuq in-nefqa Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: | Numru 1a | Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi | miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) ( Karigi tal-pjan ta’ stabiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) | XX 01 01 01 (fis-sede u fl-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) | XX 01 01 02 (fid-delegazzjonijiet) | 08 01 05 01 (Riċerka indiretta) | 0.02 | 0.02 | 10 01 05 01 (Riċerka diretta) | ( Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time ETP)[12] | XX 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-pakkett globali) | XX 01 02 02 (AK, AL, ENS, INT u JED fid-delegazzjonijiet) | 10 01 05 02 (AK, ENS, INT għar-Riċerka diretta) | Linji baġitarji oħrajn (speċifika) | TOTAL | 0.02 | 0.02 | 0.02 | - XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit konċernat Il-ħtiġijiet għal riżorsi umani se jiġu koperti permezz tal-persunal mid-DĠ li diġà huma assenjati għall-immaniġġjar tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk dan ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limiti tal-baġit eżistenti. Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu Uffiċjali u aġenti temporanji | Tħejjija u mmaniġġjar tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim u tal-missjonijiet intenzjonati għall-funzjonament tajjeb tal-implimentazzjoni, kif ukoll tal-evalwazzjoni regolari tal-Ftehim. | Persunal estern | Tħejjija u mmaniġġjar tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 4 tal-Ftehim u tal-missjonijiet intenzjonati għall-funzjonament tajjeb tal-implimentazzjoni, kif ukoll tal-evalwazzjoni regolari tal-Ftehim. | Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti - X Il-proposta hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali preżenti. - ( Il-proposta teħtieġ riprogrammar tal-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali. Spjega x’riprogrammar huwa meħtieġ, u speċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti. - ( Il-proposta teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali[15]. Spjega x’inhu meħtieġ, u speċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti. Kontribuzzjonijiet minn terzi - X Il-proposta ma tipprevedix il-kofinanzjament minn partijiet terzi - Il-proposta tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f'miljuni ta’ EUR (sa 3 postijiet deċimali) Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | daħħal is-snin kollha neċessarji biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) | Totali | Sena N | Sena N+1 | Sena N+2 | Sena N+3 | … daħħal is-snin kollha neċessarji biex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) | Artikolu …. | | | | | | | | | |Għal dħul mixxellanju "assenjat", speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit affettwata/i. Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. [1] ABM: Immaniġġjar Abbażi tal-Attivitajiet – ABB: Ibbaġitjar Abbażi tal-Attivitajiet [2] Kif inhu msemmi fl-Artikolu 49.6 a jew b tar-Regolament Finanzjarju. [3] Id-dettalji dwar il-modi tal-immaniġġjar u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit elettroniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [4] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [5] AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet Mhux differenzjati [6] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [7] Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Punent tal-Balkani. [8] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta. [9] L-eżiti huma oġġetti u servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju: l-għadd ta' skambji tal-istudenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.). [10] Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “L-objettiv(i) speċifiku/ċi…” [11] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (preċedentement linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta. [12] AK= Aġent Kuntrattwali; AL= Aġent Lokali; ENS= Espert Nazzjonali Sekondat; INT= persunal tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= “Jeune Expert en Délégation” (Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet) [13] Taħt il-limitu għal persunal estern mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (preċedentement il-linji “BA”). [14] Għall-fondi strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FEAŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES). [15] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [16] Fir-rigward tar-riżorsi tagħhom stess tradizzjonali (dazji doganali, dazji fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25% tal-imposti tal-ġbir.