This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0209
Proposition de RÈGLEMENT DU CONSEIL instituant un droit antidumping définitif sur les importations de furfural originaire de la République populaire de Chine à l’issue d’un réexamen au titre de l’expiration des mesures effectué en vertu de l’article 11, paragraphe 2, du règlement (CE) n° 1225/2009
Proposition de RÈGLEMENT DU CONSEIL instituant un droit antidumping définitif sur les importations de furfural originaire de la République populaire de Chine à l’issue d’un réexamen au titre de l’expiration des mesures effectué en vertu de l’article 11, paragraphe 2, du règlement (CE) n° 1225/2009
Proposition de RÈGLEMENT DU CONSEIL instituant un droit antidumping définitif sur les importations de furfural originaire de la République populaire de Chine à l’issue d’un réexamen au titre de l’expiration des mesures effectué en vertu de l’article 11, paragraphe 2, du règlement (CE) n° 1225/2009
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 13.4.2011 KUMM(2011) 209 finali 2011/0087 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-furfuraldeid li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA - Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (“ir-Regolament Bażiku”), fil-proċediment tar-reviżjoni ta’ skadenza dwar id-dazju antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-furfuraldeid li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ). - Il-kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li saret b’konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. - Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-furfuraldeid li joriġinaw mir-RPĊ ġie impost għall-ewwel darba bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 95/95[2], u ġie kkonfermat aktar bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2722/1999[3] u (KE) Nru 639/2005[4]. - Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT - Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati Il-partijiet interessati kkonċernati mill-proċediment kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, b'konformtà mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. - Il-ġbir u l-użu ta' għarfien espert Ma kienx hemm ħtieġa ta’ għarfien espert estern. - Il-valutazzjoni tal-impatt Din il-proposta hija r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix valutazzjoni tal-impatt ġenerali iżda jinkludi lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu vvalutati. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA - Taqsira tal-azzjoni proposta Fis-27 ta’ April 2010, il-Kummissjoni ħabbret b’avviż ("Avviż ta’ bidu"), ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea , reviżjoni ta’ skadenza tad-dazju antidumping fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-furfuraldeid li joriġinaw mir-RPĊ, fuq it-talba sostanzjata ta’ żewġ produtturi tal-Unjoni. L-investigazzjoni tar-reviżjoni sabet li d-dumping tal-prodott ikkonċernat kien qed ikompli jsir, li, kieku kellhom jitneħħew il-miżuri antidumping, jirriżulta f'rikorrenza tal-ħsara lill-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni sabet ukoll li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Għalhekk, qed jiġi suġġerit li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament sabiex jestendi l-miżuri eżistenti, li għandu jiġi ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sa mhux aktar tard mit-12 ta' Mejju 2011. - Il-bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea. - Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. - Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Il-forma ta’ azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku u ma tħalli ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. L-indikazzjoni ta’ kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa’ fuq l-Unjoni, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini huwa mminimizzat u proporzjonat għall-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. - L-għażla tal-istrumenti L-istrumenti proposti: regolament. Mezzi oħrajn ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix għażliet alternattivi. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni. 2011/0087 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-furfuraldeid li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[5] ("ir-Regolament bażiku"), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta sottomessa mill-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. PROĊEDURA 1. Miżuri fis-seħħ 2. Il-Kunsill, wara investigazzjoni ta' antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), permezz tar-Regolament (KE) Nru 95/95[6] tal-21 ta’ Jannar 1995, impona dazju antidumping definittiv fil-forma ta’ dazju speċifiku fuq l-importazzjonijiet ta' furfuraldeid li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) (“il-miżuri antidumping definittivi”). Ir-rata speċifika ta' dazju ġiet stabbilita għal EUR 352 għal kull tunnellata. 3. Wara reviżjoni interim li ngħatat bidu f'Mejju 1997 fuq talba ta' esportatur Ċiniż, il-miżuri, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2722/1999[7], inżammu għal perjodu ulterjuri ta' erba' snin. 4. F’April 2005, il-Kunsill, wara reviżjoni ta’ skadenza, permezz tar-Regolament (KE) Nru 639/2005[8], estenda l-miżuri għal perjodu ulterjuri ta’ ħames snin. 5. Talba għal reviżjoni ta' skadenza 6. Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta’ skadenza imminenti[9] tal-miżuri antidumping definittivi fis-seħħ, fit-28 ta’ Jannar 2010 l-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' reviżjoni ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet minn żewġ produtturi tal-Unjoni, Lenzing AG u Tanin Sevnica kemicna industrija d.d. (“l-applikanti”), li jirrappreżentaw sehem ewlieni, f'dan il-każ aktar minn 50%, tal-produzzjoni tal-Unjoni ta' furfuraldeid. 7. It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għall-issoktar ta’ dumping u r-rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni. 8. Bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza 9. Wara li ddeterminat li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza, u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni ħabbret fis-27 ta’ April 2010, permezz ta’ avviż ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [10] ("l-Avviż ta' bidu"), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. 10. Investigazzjoni 11. Il-perjodu ta’ investigazzjoni 12. L-investigazzjoni tal-probabbiltà tal-issoktar jew ir-rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-31 ta’ Marzu 2010 ("il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni" jew "PIR"). L-eżaminazzjoni tat-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2007 sat-tmiem tal-perjodu ta' investigazzjoni tar-reviżjoni ("il-perjodu kkunsidrat"). 13. Il-partijiet ikkonċernati minn din l-investigazzjoni 14. Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikanti, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, lill-importaturi, lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, u lir-rappreżentanti tal-pajjiż ikkonċernat dwar il-bidu tar-reviżjoni ta' skadenza. 15. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-Avviż ta' bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw seduta. 16. It-teħid ta' kampjuni 17. Minħabba li jidher li hemm numru kbir ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ, tqies xieraq li jiġi eżaminat jekk għandux jintuża t-teħid ta’ kampjuni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li jittieħdu kampjuni u, jekk dan ikun il-każ, li jintgħażel kampjun, il-partijiet imsemmija hawn fuq intalbu jippreżentaw rwieħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-reviżjoni u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fl-Avviż ta’ bidu lill-Kummissjoni. Minħabba li l-ebda produttur esportatur ma ppreżenta ruħu biex jikkoopera, it-teħid ta’ kampjuni għalhekk ma kienx meħtieġ. 18. Il-verifika tal-informazzjoni li ntbagħtet 19. Il-Kummissjoni bagħtet il-kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati u lil dawk li ppreżentaw irwieħhom fil-limiti ta’ skadenza stabbiliti fl-Avviż ta' bidu. 20. Intbagħtu tweġibiet għall-kwestjonarji miż-żewġ produtturi tal-Unjoni, minn importatur/utent wieħed u produttur wieħed fil-pajjiż analogu, l-Arġentina. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera fl-investigazzjoni attwali. 21. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset li kienet neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà tal-issoktar jew ir-rikorrenza ta' dumping u l-ħsara li tirriżulta minnu u d-determinazzjoni ta' dak li hu fl-interess tal-Unjoni. Twettqu żjarat ta' verifika fuq il-post tal-partijiet interessati li ġejjin: (a) Produtturi tal-Unjoni Lenzing AG, (“Lenzing”), l-Awstrija Tanin Sevnica kemicna industrija d.d (“Tanin”)., is-Slovenja (b) Importatur/utent mhux relatat International Furan Chemicals BV (“IFC”), Rotterdam B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI 22. Il-prodott ikkonċernat 23. Il-prodott ikkonċernat minn din ir-reviżjoni huwa l-istess bħal dak tal-investigazzjoni oriġinali u r-reviżjonijiet li ġejjin imsemmijin hawn fuq fil-premessi (2) u (3), jiġifieri furfuraldeid li joriġina mir-RPĊ, li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2932 12 00 ("il-prodott ikkonċernat"). Il-furfuraldeid huwa magħruf ukoll bħala 2-furaldeid jew furfural. 24. Il-furfuraldeid huwa likwidu isfar ċar b'riħa karatteristika punġenti li jinkiseb bl-ipproċessar ta' tipi differenti ta' skart tal-agrikoltura. Il-furfuraldeid għandu żewġ applikazzjonijiet ewlenin: bħala solvent selettiv fir-raffinar taż-żejt għall-produzzjoni ta' żjut lubrifikanti u bħala materja prima sabiex ikun ipproċessat f’alkoħol furfuriliku, li jintuża biex issir ir-reżina sintetika għal forom li jintużaw fil-funderiji. 25. Il-prodott simili 26. Bħal ma seħħ fl-investigazzjonijiet ta' qabel, din l-investigazzjoni kkonfermat li l-furfuraldeid prodott fir-RPĊ u esportat lejn l-UE, il-furfuraldeid prodott u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż analogu l-Arġentina u l-furfuraldeid immanifatturat u mibjugħ fl-UE mill-produtturi tal-Unjoni għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi, u l-istess użi bażiċi. Għalhekk tqiesu bħala prodotti simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. C. Il-PROBABBILTÀ TAL-ISSOKTAR TAD-DUMPING 27. Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti jwassalx probabbilment għall-issoktar jew ir-rikorrenza tad-dumping. 28. Ġenerali 29. Mill-34 produttur esportatur magħruf Ċiniż ikkuntattjati fil-bidu, ħadd ma kkoopera mal-investigazzjoni u ma tresssqet l-ebda informazzjoni minn ebda kumpanija minnhom. Għalhekk, is-sejbiet dwar il-possibbiltà tal-issoktar jew ir-rikorrenza tad-dumping imsemmija hawn taħt kellhom ikunu msejsa fuq il-fatti disponibbli, b’mod partikolari l-informazzjoni mressqa mill-importatur/l-utent industrijali li qed jikkoopera, id-dejta tal-Eurostat, l-istatistiki tal-esportazzjoni uffiċjali tar-RPĊ u l-informazzjoni fit-talba għal reviżjoni. 30. Il-pajjiż analogu 31. Billi r-RPĊ hija ekonomija fi tranżizzjoni u skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kellu jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq xieraq (“il-pajjiż analogu”), jew il-prezz mill-pajjiż analogu għal pajjiżi oħra, inkluża l-Unjoni, jew, fejn dawn mhumiex possibbli fuq kwalunkwe bażi oħra raġonevoli, inkluż il-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat b’mod xieraq jekk meħtieġ biex jinkludi marġni ta’ profitt raġonevoli. 32. Bħal ma seħħ fl-investigazzjoni oriġinali, fl-Avviż ta' bidu kienet proposta l-Arġentina bħala pajjiż analogu xieraq għall-għan li jiġi stabbilit il-valur normali. Wara l-pubblikazzjoni tal-Avviż ta’ bidu, ma tressaq l-ebda kumment li jikkonċerna l-pajjiż analogu propost. 33. Produttur wieħed tal-furfuraldeid fl-Arġentina kkoopera mal-investigazzjoni billi wieġeb għal kwestjonarju. L-investigazzjoni wriet li l-Arġentina għandha suq kompetittiv għal furfuraldeid b'madwar 90% tas-suq fornit bi produzzjoni lokali u l-bqija fornita bl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-volum tal-produzzjoni fl-Arġentina jirrappreżenta aktar minn 70% tal-volum tal-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat lill-UE għall-ipproċessar attiv. Is-suq Arġentin kien għalhekk meqjus bħala rappreżentattiv biżżejjed sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali għar-RPĊ. 34. Għalhekk huwa konkluż, bħal ma ġara fl-investigazzjoni oriġinali, li l-Arġentina tikkostitwixxi pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. 35. Id-dumping ta' importazzjonijiet matul il-PI 36. Il-valur normali 37. Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni mressqa mill-produttur li qed jikkoopera fil-pajjiż analogu, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezz imħallas jew li għandu jitħallas fis-suq domestiku tal-Arġentina minn klijenti li mhumiex relatati, peress li dan il-bejgħ instab li jsir fl-andament normali tal-kummerċ. 38. B'riżultat ta' dan, il-valur normali ġie stabbilit bħala l-prezz tal-bejgħ medju domestiku peżat lil klijenti li mhumiex relatati mill-produttur li qed jikkoopera fl-Arġentina. 39. L-ewwel ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri jekk kienx jirrappreżenta 5% jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni. Il-bejgħ domestiku tal-produttur li qed jikkoopera fl-Arġentina tqies rappreżentattiv biżżejjed tul il-PIR. 40. Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies li qiegħed jinbiegħ fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi, għall-prodott simili mibjugħ fis-suq tal-Arġentina, ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ domestiku bi profitt lil klijenti indipendenti matul il-PIR. Billi l-bejgħ kollu tal-prodott simili tul il-PIR sar bi profitt, il-valur normali kien imsejjes fuq il-medja peżata tal-bejgħ domestiku kollu. 41. Il-prezz tal-esportazzjoni 42. Minħabba li l-ebda esportatur Ċiniż lejn l-UE ma kkoopera mal-investigazzjoni, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli. Il-bażi l-aktar xierqa nstabet li kienet l-informazzjoni pprovduta mill-importatur li qed jikkoopera u d-dejta tal-Eurostat fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-UE tal-prodott ikkonċernat. Għalkemm il-maġġoranza ta’ dawn l-importazzjonijiet saru skont reġim ta' pproċessar attiv (il-furfuraldeid Ċiniż kien ipproċessat b'mod ulterjuri għal alkoħol furfuriliku għall-esportazzjoni), ma kien hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li ma kinux bażi raġonevoli sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tal-esportazzjoni. 43. Tqabbil 44. Għall-finijiet li jkun żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, u skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, saret konċessjoni dovuta fil-forma ta' aġġustamenti fir-rigward ta' ċerti differenzi fit-trasport u l-assigurazzjoni, li afftewaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet. 45. Il-marġni tad-dumping 46. Skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-marġni tad-dumping ġiet stabbilita abbażi ta' tqabbil tal-valur normali medju peżat mal-prezzijiet tal-esportazzjoni medji peżati fl-istess livell ta' kummerċ. Dan it-tqabbil wera l-eżistenza ta’ dumping sinifikanti ta’ 35,6% għalkemm huwa aktar baxx mill-marġni stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali u reviżjonijiet sussegwenti. 47. L-iżvilupp tal-importazzjonijiet jekk jiġu revokati l-miżuri 48. Minbarra l-analiżi tal-eżistenza ta’ dumping matul il-PIR, ġiet investigata l-probabbiltà tal-issoktar ta’ dumping jekk jiġu revokati l-miżuri. Minħabba l-fatt li l-ebda produttur esportatur fir-RPĊ ma kkoopera f'din l-investigazzjoni, il-konklużjonijiet hawn taħt huma msejsa fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri l-informazzjoni mressqa mill-importatur li qed jikkoopera, id-dejta tal-Eurostat, l-istatistiki tal-esportazzjoni uffiċjali tar-RPĊ u t-talba għal reviżjoni. 49. F’dan ir-rigward ġew analizzati l-elementi li ġejjin: l-iżvilupp tal-importazzjonijiet lejn l-UE mir-RPĊ skont ir-reġim tal-ipproċessar attiv (inward processing regime - IPR), l-iżvilupp tal-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn pajjiżi terzi u l-kapaċità żejda tal-produtturi Ċiniżi. 50. L-iżvilupp tal-importazzjonijiet mir-RPĊ 51. Skont l-istatistiki tal-esportazzjoni uffiċjali Ċiniżi, l-esportazzjonijiet dinjija totali mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat żdiedu b’117% matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda ġiet assorbita l-aktar mis-suq tal-Istati Uniti u mis-swieq ta' pajjiżi terzi oħra. 52. Fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn l-UE, skont il-Eurostat u d-dejta tal-importazzjoni verifikata, għandu jiġi nnutat li matul il-PIR, 99,9% tal-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ lejn l-UE tal-prodott ikkonċernat saru għall-ipproċessar attiv, u l-0,1% li fadal għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Ma kien hemm l-ebda importazzjoni għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-2007 u fl-2008. Għall-kompletezza tad-dejta, l-importazzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tqiesu fil-volum tal-importazzjoni totali, madankollu, analiżi dettaljata tal-iżvilupp tal-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet tqieset bħala waħda irrilevanti minħabba l-volumi negliġibbli involuti. 53. Il-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina taħt l-IPR u ċ-ċirkolazzjoni ħielsa naqsu b’67% mill-2007 sal-PIR, u dan kien jikkoinċidi man-nuqqas fil-konsum fis-suq tal-UE b’24% kif imsemmi fil-premessa (45) hawn taħt. Il-furfuraldeid Ċiniż importat taħt l-IPR kien ipproċessat b'mod ulterjuri f'alkoħol furfuriliku li mbagħad ġie esportat. Ma hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar kif l-importazzjonijiet għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa ntużaw fl-UE, madankollu, wieħed jista’ jassumi b’mod raġonevoli li, jekk il-miżuri jiġu revokati, mill-inqas parti mill-importazzjonijiet attwali taħt l-IPR jistgħu jiġu importati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa bħala tali jew bħala l-prodott downstream finali (alkoħol furfuriliku) mibjugħ fis-suq tal-UE. 54. Il-prezz tal-esportazzjonijiet Ċiniżi varja bejn is-swieq fil-perjodu mill-2007 sal-PIR. Filwaqt li kien hemm tnaqqis kbir fil-prezz tal-esportazzjoni lejn l-UE (bi 11%) f’dan il-perjodu, is-swieq tal-esportazzjoni l-oħra kellhom żieda ta’ madwar 10%. Madankollu huwa ċar li l-prezzijiet għas-suq tal-Istati Uniti matul il-PIR kienu bejn wieħed u ieħor fl-istess livell bħal tal-UE, filwaqt li, skont l-istatistiki tal-esportazzjoni Ċiniżi, l-esportazzjonijiet lejn swieq oħra kienu aktar għaljin b’19% għal kull tunnellata. Meta wieħed iqis li l-prodott ikkonċernat huwa omoġenu ħafna, differenzi fil-prezz bħal dawn jistgħu biss jiġu spjegati permezz tal-istrateġija tal-ipprezzar intenzjonat tal-esportaturi Ċiniżi li jiksbu prezzijiet u profitti aktar għoljin fi swieq b’inqas kompetizzjoni milli fi swieq bħall-UE u l-Istati Uniti fejn hemm prezzijiet aktar baxxi. Meta wieħed iqis li l-esportazzjonijiet lejn l-UE u l-Istati Uniti kienu jirrappreżentaw 46% tal-esportazzjonijiet Ċiniżi totali, dan iwassal għall-konklużjoni li din id-diskriminazzjoni tal-prezzijiet tista’ tinżamm, jekk jiskadu d-dazji, sabiex jitkompla d-dumping mill-inqas fis-suq tal-UE. 55. Kapaċità żejda tal-esportaturi 56. Minħabba li hemm biss ftit informazzjoni pubblika li hija disponibbli dwar l-industrija Ċiniża tal-furfuraldeid, il-konklużjonijiet li ġejjin jiddependu l-aktar fuq l-informazzjoni li hemm fit-talba għal reviżjoni. 57. Skont it-talba għar-reviżjoni ta’ skadenza, il-produzzjoni Ċiniża tal-furfuraldeid qed tiżdied b’pass stabbli mill-1999, u fl-2009 il-volum tal-produzzjoni laħaq madwar 320 000 tunnellata. Ir-rata ta' kapaċità ta' użu Ċiniża jingħad li tilħaq madwar 94% li jfisser li hemm kapaċità wieqfa ta' madwar 20 000 tunnellata fis-sena fir-RPĊ, jiġifieri nofs il-konsum totali fl-UE. Jingħad li attwalment joperaw aktar minn 200 impjant ta’ produzzjoni ta’ furfuraldeid fir-RPĊ li aktar u aktar minnhom iwettqu attivitajiet ta’ esportazzjoni. 58. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, wieħed jista’ jikkonkludi li, jekk il-miżuri jiġu revokati, wieħed jista’ jistenna li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ jidħlu fis-suq tal-UE ’l barra mir-reġim tal-ipproċessar attiv fi kwantitajiet sinifikanti u hemm probabbiltà kbira li dawn ikomplu jkunu l-oġġett ta’ dumping. 59. Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ ssoktar ta’ dumping 60. Meta wieħed iqis il-kapaċità ta’ produzzjoni kbira disponibbli fir-RPĊ, il-ħila tal-produtturi Ċiniżi li jżidu malajr il-volumi tal-produzzjoni u jmexxuhom għall-esportazzjoni, kif ukoll l-ipprezzar ta’ dawn l-esportazzjonijiet, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li revoka tal-miżuri tirriżulta f’bidu mill-ġdid tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-UE ’l barra mir-reġim tal-ipproċessar attiv. 61. Il-prezzijiet attwali tal-esportazzjoni taħt l-IPR ma għandhomx id-dazju antidumping. Għalhekk jitqies li tali prezzijiet huma indikattivi fir-rigward tal-livelli futuri tal-prezzijiet, jekk jiġu revokati l-miżuri. F’dan ir-rigward, instab li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi taħt l-ipproċessar attiv kienu l-oġġett ta’ dumping u kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni bi 11% fil-PIR, kif imsemmi fil-premessa (70) hawn taħt. 62. Fid-dawl tas-sejbiet deskritti hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li l-esportazzjonijiet mir-RPĊ għadhom l-oġġett ta’ dumping u li hemm probabbiltà ta’ ssoktar ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni fil-każ li jiskadu l-miżuri antidumping attwali. D. ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI 63. L-industrija tal-Unjoni (“IU”) tikkonsisti minn żewġ kumpaniji: Lenzing AG (l-Awstrija) u Tanin Sevnica kemicna industrija d.d (is-Slovenja), li flimkien jirrappreżentaw 100% tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat fil-PIR. Iż-żewġ kumpaniji wieġbu għall-kwestjonarju u kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Abbażi ta' dan, iż-żewġ produtturi tal-Unjoni jikkostitwixxu l-industrija tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. Għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità d-dejta li tikkonċerna il-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tingħata biss f'forma ta' indiċi. 64. Meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali, l-industrija tal-Unjoni nbidlet b’mod sinifikanti: Furfural Español S.A. attwalment Nutrafur, il-produttur Spanjol li ressaq l-ilment oriġinali fl-1994, waqqaf il-produzzjoni tiegħu f’Ottubru 2008, filwaqt li la Lenzing fl-Awstrija u lanqas Tanin, il-kumpanija Slovena, ma kienu jagħmlu parti mill-UE dak iż-żmien. Nutrafur, li jsostni din it-talba għal reviżjoni, ma kkooperax f’dan il-proċediment. Madankollu, Nutrafur għadu attiv fis-suq, bħala negozjant li jixtri l-prodott ikkonċernat mill-kompetituri preċedenti tiegħu tal-UE. Iċ-ċifri tal-produzzjoni ta’ Nutrafur fl-2007 u fl-2008 msemmija fit-talba ġew inklużi fil-konsum fis-suq tal-Unjoni. E. IS-SITWAZZJONI FIS-SUQ TAL-UNJONI 65. Il-konsum fis-suq tal-Unjoni 66. Il-konsum tal-Unjoni ta' furfuraldeid ġie stabbilit fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (inkluż il-bejgħ ta' Nutrafur waqt li kien għadu qed jipproduċi l-furfuraldeid) flimkien mal-importazzjonijiet taħt l-IPR mir-RPĊ u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa, msejsa fuq dejta verifikata tal-importatur International Furan Chemicals BV (“IFC”) u l-Eurostat. Billi l-Eurostat ma jiżvelax l-informazzjoni sħiħa minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, id-dejta tal-Eurostat intużat biss għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra għajr iċ-Ċina u r-Repubblika Dominikana, billi l-IFC huwa l-uniku importatur ta’ furfuraldeid minn dawn is-sorsi. 67. Fuq din il-bażi, matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni naqas b’24%, minn 48 534 tunnellata fl-2007 għal 36 725 tunnellata matul il-PIR. Tabella 1 – Il-konsum tal-Unjoni Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Tunnellati | 48 534 | 45 738 | 38 175 | 36 725 | Indiċi (2007=100) | 100 | 94 | 79 | 76 | Xejra S/S | -6 | -15 | -3 | Sors: it-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-industrija tal-Unjoni u l-IFC, it-talba għal reviżjoni u l-Eurostat 68. L-importazzjonijiet mir-RPĊ 69. Il-volum, is-sehem fis-suq u l- prezzijiet 70. Skont l-istatistiki tal-esportazzjoni Ċiniżi, matul il-PIR kien hemm kwantitajiet insinifikanti biss (2,5 tunnellata) ta’ importazzjonijiet Ċiniżi għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, u l-maġġoranza ta’ dawn l-importazzjonijiet Ċiniżi saru taħt l-IPR. Il-volum tal-IPR Ċiniż naqas minn 8 264 tunnellata fl-2007 għal 2 749 tunnellata fil-PIR, jiġifieri b’67%. Fl-2008 l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-IPR laħqu quċċata ta’ madwar 10 000 tunnellata li naqset fis-snin sussegwenti. Tul il-perjodu kkunsidrat is-sehem fis-suq Ċiniż għall-IPR naqas minn 17% għal 8%, jiġifieri b’9 punti perċentwali. 71. Il-prezz tal-IPR Ċiniż naqas bi 12% minn EUR 774 fl-2007 għal EUR 685 fil-PIR. Tabella 2 – L-importazzjonijiet mir-RPĊ Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Tunnellati | 8 264 | 10 002 | 5 159 | 2 749 | Indiċi (2007=100) | 100 | 121 | 62 | 33 | Xejra S/S | 21 | -59 | -29 | Sehem fis-suq | 17% | 22% | 14% | 7% | Prezz, euro/tunnellata | 774 | 1 014 | 690 | 685 | Indiċi (2007=100) | 100 | 131 | 89 | 88 | Sors: It-tweġiba verifikata għall-kwestjonarju tal-IFC 72. Volumi u prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra 73. Ta' min jinnota li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet mir-Repubblika Dominikana kienu kollha kemm huma kunsinni bil-baħar minn kumpanija possedenti lis-sussidjarja Ewropea tagħha sabiex tipproduċi l-alkoħol furfuriliku. Għalhekk, il-prezzijiet użati f'dawn it-tranżazzjonijiet huma prezzijiet ta' trasferiment bejn kumpaniji relatati u ma jirriflettux il-prezzijiet reali tas-suq. Skont il-Eurostat, il-volumi tal-importazzjoni tal-furfuraldeid fl-Unjoni minn pajjiżi oħra għajr dak tar-RPĊ, flimkien mal-prezzijiet medji tagħhom, żviluppaw kif ġej: Tabella 3 - Importazzjonijiet fl-Unjoni mir-Repubblika Dominikana Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Tunnellati | 32 003 | 27 662 | 24 996 | 25 959 | Indiċi (2007=100) | 100 | 86 | 78 | 81 | Xejra S/S | -14 | -8 | 3 | Sehem fis-suq | 66% | 60% | 65% | 71% | Prezz, euro/tunnellata | 809 | 982 | 582 | 670 | Indiċi (2007=100) | 100 | 121 | 72 | 83 | Tabella 4 - Importazzjonijiet fl-Unjoni minn pajjiżi terzi oħra Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Tunnellati | 1 687 | 1 583 | 1 226 | 1 158 | Indiċi (2007=100) | 100 | 94 | 73 | 69 | Xejra S/S | -6 | -21 | -4 | Sehem fis-suq | 3% | 3% | 3% | 3% | Prezz, euro/tunnellata | 800 | 997 | 632 | 621 | Indiċi (2007=100) | 100 | 125 | 79 | 78 | 74. Matul il-perjodu kkunsidrat il-volumi tal-importazzjoni ta’ furfuraldeid mir-Repubblika Dominikana u mill-pajjiżi terzi l-oħra kollha naqsu b’mod sinifikanti b’19% u 31% rispettivament. Madankollu t-tnaqqis fl-importazzjonijiet mir-Repubblika Dominikana xorta ppermetta li jkun hemm żieda tas-sehem fis-suq minn 66% sa 71%. Madankollu dawn l-importazzjonijiet kollha ġew inkorporati fil-produzzjoni tal-alkoħol furfuriliku mis-sussidjarja Ewropea tal-produttur fir-Repubblika Dominikana. Għalhekk, il-prezzijiet ta’ dawn it-tranżazzjonijiet huma prezzijiet ta' trasferiment bejn kumpaniji relatati u jistgħu ma jirriflettux il-prezzijiet reali tas-suq. 75. Volumi u prezzijiet tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi oħra 76. Matul il-perjodu kkunsidrat il-volumi tal-esportazzjonijiet żdiedu b'105% (ekwivalenti għal madwar 9% tal-bejgħ totali tal-UE fil-PIR). Huwa nnutat li l-bejgħ tal-esportazzjoni mill-IU lejn pajjiżi terzi oħra saru bi prezzijiet baxxi matul il-PIR. Dan jista’ jiġi spjegat permezz tal-kompetizzjoni fi kwantitajiet kbar bi prezzijiet baxxi bil-furfuraldeid Ċiniż f’pajjiżi terzi oħra. Tabella 5 – Volumi u prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-Industrija tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi oħra Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Kwantitajiet - Indiċi (2007=100) | 100 | 136 | 211 | 205 | Xejra S/S | 36 | 75 | -6 | Prezzijiet - Indiċi (2007=100) | 100 | 114 | 88 | 82 | Xejra S/S | 14 | -26 | -6 | 77. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni 78. Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri ż-żewġ kumpaniji Lenzing u Tanin hija analizzata hawn taħt. 79. Produzzjoni 80. Il-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott ikkonċernat żdiedet b'14% matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 6 - Produzzjoni tal-Unjoni Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Indiċi (2007=100) | 100 | 109 | 114 | 114 | Xejra S/S | 9 | 5 | 0 | Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni 81. Il-kapaċità ta' produzzjoni u l-użu tal-kapaċità 82. Il-kapaċità ta’ produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni baqgħet l-istess matul il-perjodu kkunsidrat. L-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 12-il punt perċentwali minn 85% sa 97% u dan ifisser li l-produzzjoni kienet kważi laħqet il-kapaċità sħiħa tagħha. Tabella 7 - Il-kapaċitá tal-Unjoni Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Indiċi (2007=100) | 100 | 100 | 100 | 100 | L-użu tal-kapaċità | 85% | 92% | 96% | 97% | Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni 83. Il-livell tal-ħażniet 84. It-tabella ta' hawn taħt turi li l-livell tal-ħażniet tal-industrija tal-Unjoni żdied b’26% matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda fil-ħażniet kienet partikolarment sinifikanti bejn l-2007 u l-2008, meta l-ħażniet żdiedu b'193%. Tabella 8 – Ħażniet Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Indiċi (2007=100) | 100 | 293 | 165 | 126 | Xejra S/S | 193 | -128 | -40 | Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni 85. Il-volum tal-bejgħ u s-sehem fis-suq 86. Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti li mhumiex relatati fis-suq tal-Unjoni żdied bi 13% matul il-PIR. Wara ż-żieda fil-bejgħ, is-sehem fis-suq tal-industrija tal-Unjoni żdied b’ħames punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 9 – Il-volum tal-bejgħ u s-sehem fis-suq tal-UE Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Indiċi (2007=100) | 100 | 100 | 112 | 113 | Medda tas-sehem fis-suq | 10-20% | 10-20% | 14-24% | 15-25% | Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni 87. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ 88. Matul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet medji tal-bejgħ applikati mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni naqsu b’1%. Fl-2008 il-prezz medju tal-bejgħ laħaq quċċata b’żieda ta’ 11%, iżda mbagħad naqas b’rata mgħaġġla fis-sena ta' wara. It-tnaqqis żgħir fil-prezzijiet tal-bejgħ għandu jitqies fid-dawl taż-żieda ta’ 5% fil-kost tal-produzzjoni għal kull unità, li l-IU ma setgħetx tqis. Tabella 10 – Prezz medju tal-bejgħ fl-UE Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Indiċi (2007=100) | 100 | 111 | 98 | 99 | Xejra S/S | 11 | -13 | 1 | Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni 89. Il-kost medju tal-produzzjoni 90. Matul il-perjodu kkunsidrat il-kost medju tal-produzzjoni (KOP) żdied b’5% l-aktar minħabba ż-żieda fl-impjiegi u għalhekk żieda fil-kost totali tax-xogħol. Tabella 11 – Il-kost medju tal-produzzjoni Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Indiċi (2007=100) | 100 | 105 | 105 | 105 | Xejra S/S | 5 | 0 | 0 | Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni 91. Il-profitabbiltà u l-fluss ta’ flus kontanti 92. Il-profitti magħmula mill-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat flimkien mal-fluss tal-flus kontanti, li naqas b’56%. Dan kien minħabba pressjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ, minkejja ż-żieda kemm fil-produzzjoni kif ukoll fil-bejgħ. Tabella 12 – Il-profitabbiltà u l-fluss ta’ flus kontanti Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Indiċi tal-Profitabbiltà (2007=100) | 100 | 175 | -7 | -4 | Xejra S/S | 75 | -182 | 3 | Fluss ta' Flus Kontanti - Indiċi (2007=100) | 100 | 144 | 49 | 44 | Xejra S/S | 44 | -95 | -5 | Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni 93. L-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-ħila li jiżdied il-kapital 94. L-investimenti naqsu b’95% bejn l-2007 u l-PIR. Ir-redditu fuq l-investimenti, espress bħala qligħ/telf tal-prodott ikkonċernat b’rabta mal-valur nett tal-kontabbiltà tal-investimenti, naqas b’mod konsiderevoli matul il-perjodu kkunsidrat, u b’dan segwa x-xejra tal-investimenti. Bħala riżultat tad-deterjorament fil-profittabbiltà u l-flussi ta’ flus kontanti, il-ħila tal-applikanti li jżidu l-kapital marret għall-agħar b'mod siniifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Din il-qagħda li sejra għall-agħar tidher b'mod ċar ukoll fl-investimenti tal-applikanti, li waqgħu b’95% matul il-perjodu kkunsidrat. 95. Tabella 13 – L-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Indiċi tal-investimenti (2007=100) | 100 | 61 | 2 | 5 | Xejra S/S | -39 | -59 | 3 | Indiċi tar-redditu fuq l-investimenti (2007=100) | 100 | 196 | -7 | -4 | Xejra S/S | 96 | -203 | 3 | Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni 96. L-impjiegi u l-produttività 97. Il-livell tal-impjiegi ġewwa l-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat żdied bi 8%. Il-produttività, mkejla bħala l-produzzjoni f’tunnellati għal kull persuna impjegata, żdiedet b’6%. Madankollu, il-kosti totali tax-xogħol żdiedu b’16% matul il-perjodu kkunsidrat. Tabella 14 – L-impjiegi u l-produttività Sena | 2007 | 2008 | 2009 | PIR | Impjiegi - Indiċi | 100 | 109 | 109 | 108 | Produttività (tunnellati/impjegati) - Indiċi | 100 | 100 | 105 | 106 | Kosti tax-xogħol - Indiċi | 100 | 114 | 115 | 116 | Sors: It-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarji tal-produtturi tal-Unjoni 98. Id-daqs tal-marġni tad-dumping 99. Meta jitqies il-volum, is-sehem fis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ, ma jistax jitqies li l-impatt fuq l-industrija tal-Unjoni tal-marġnijiet effettivi tad-dumping huwa wieħed negliġibbli. 100. L-irkupru mill-effetti ta’ dumping 101. Kif muri mill-evoluzzjoni pożittiva tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi elenkati hawn fuq, matul il-perjodu kkunsidrat il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni rkuprat b’mod parzjali mill-effett ta’ ħsara tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw mir-RPĊ. 102. Tkabbir 103. Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas b'24% matul il-perjodu kkunsidrat, il-popolazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-volum tal-bejgħ u s-sehem fis-suq żdiedu matul l-istess perjodu. Fl-istess waqt, il-volum u s-sehem fis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni tista’ tibbenefika mill-miżuri sa ċertu limitu billi l-pressjoni Ċiniża fuq il-prezzijiet tal-bejgħ ma ħallithomx ikollhom qligħ jew jilħqu l-mira tal-qligħ tagħhom. 104. Il-konklużjoni dwar il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni 105. Il-furfuraldeid mir-Repubblika Dominikana mhuwiex disponibbli fis-suq ħieles tal-Unjoni. Għalhekk, ma nstabet l-ebda indikazzjoni li dawn l-importazzjonijiet setgħu kkontribwew għas-sitwazzjoni prekarja fl-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi oħra, il-volumi tagħhom naqsu b’mod sostanzjali għal-livell tali li, anke kieku kellhom isiru bi prezzijiet baxxi ħafna, l-effett tagħhom ma jistax jitqies bħala wieħed sinifikanti. 106. Il-miżuri kontra r-RPĊ kellhom impatt pożittiv fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni, billi l-biċċa l-kbira tal-indikaturi tal-ħsara wrew żvilupp pożittiv: il-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ u l-valur tal-bejgħ żdiedu. Minkejja il-konsum li dejjem qed jonqos, l-IU irnexxilha żżid is-sehem fis-suq tagħha. Il-profitabbiltà, madankollu, naqset b’mod sostanzjali matul il-PIR. L-IU ma kinitx f’pożizzjoni li tikseb il-mira tal-qligħ, stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali għal 5% biex jiġi żgurat l-iżvilupp tagħha. F’dak is-sens, huwa konkluż li l-IU ġarrbet ħsara materjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(5) u li l-qagħda finanzjarja tagħha għada vulnerabbli. F. Il-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA 107. Il-premessi (39) u (40) hawn fuq ikkonkludew li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx twassal għal żieda sinifikanti ta' esportazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mir-RPĊ lejn l-Unjoni. 108. Kif imsemmi hawn fuq, il-produtturi Ċiniżi għandhom il-potenzjal li jmexxu mill-ġdid volumi kbar ta’ esportazzjoni lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jiġu revokati. Skont it-talba għal reviżjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni Ċiniża laħqet 320 000 tunnellata fl-2009 b’kapaċità żejda ta’ mill-inqas 20 000 tunnellata. Barra minn hekk, jidher li s-swieq ta’ esportazzjoni l-oħra, bħall-Ġappun, it-Tajlandja u l-Istati Uniti, ma setgħux jassorbu dik il-kapaċità żejda, li għalhekk wisq probabbli titmexxa lejn is-suq tal-Unjoni. 109. Fir-rigward tal-prezzijiet, l-istatistiki tal-esportazzjoni Ċiniżi juru li l-prezz tal-prodott ikkonċernat għall-Istati Uniti kien simili għal dak tal-esportazzjonijiet lejn l-UE taħt l-IPR. Għal swieq ta’ esportazzjoni oħra, il-prezzijiet Ċiniżi kienu ogħla. 110. Madankollu, billi l-prezzijeit Ċiniżi kienu aktar baxxi minn dawk tal-industrija tal-Unjoni bi 11%, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, x’aktarx li l-esportaturi Ċiniżi jkomplu l-prattiki tagħhom sabiex jiggwadanjaw mill-ġdid is-sehem fis-suq mitluf. Tali mġiba flimkien mal-kapaċità tagħhom li jagħtu kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni tista’ twassal għal impatt negattiv ħafna fuq l-industrija tal-Unjoni u b’mod partikolari fuq il-profitabbiltà tagħha. 111. Abbażi ta' dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li revoka tal-miżuri x’aktarx twassal għal rikorrenza tal-ħsara li tirriżulta mill-importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping mir-RPĊ. G. L-INTERESS TAL-UNJONI 112. Rimarka preliminari 113. Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni bħala entità. 114. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet imsejsa fuq valutazzjoni tal-interessi varji kollha involuti, jiġifieri dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi/negozjanti kif ukoll tal-utenti u tal-fornituri tal-prodott ikkonċernat. 115. Fl-investigazzjonijiet preċedenti, l-adozzjoni tal-miżuri kienet meqjusa li ma tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Barra minn hekk, din l-investigazzjoni hija reviżjoni ta’ skadenza, u b’hekk tanalizza sitwazzjoni fejn il-miżuri ta’ antidumping qegħdin fis-seħħ. 116. Abbażi ta' dan kien mistħarreġ jekk, minkejja l-konklużjoni dwar il-probabbiltà tal-issoktar ta' dumping u r-rikorrenza ta' ħsara, kienx hemm raġunijiet b'saħħithom li jwasslu għall-konklużjoni li mhijiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari. 117. L-interess tal-industrija tal-Unjoni 118. L-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija vijabbli, kapaċi tadatta għal kundizzjonijiet fis-suq li jinbidlu. Dan kien ikkonfermat b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp pożittiv tal-produzzjoni u tal-bejgħ f’kuntest ta’ konsum dejjem jonqos fl-UE. Madankollu, minħabba l-pressjoni kbira fuq il-prezzijiet tal-bejgħ, il-profitabbiltà ma setgħetx issegwi l-istess xejra pożittiva. 119. Minħabba l-kapaċità żejda eżistenti għall-furfuraldeid fir-RPĊ, flimkien mal-fatt li swieq ta’ esportazzjoni oħra (bħall-Ġappun, it-Tajlandja u l-Istati Uniti) ma jistgħux jassorbu dik il-kapaċità żejda, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-esportaturi Ċiniżi x’aktarx li jippruvaw jiggwadanjaw mill-ġdid is-sehem fis-suq tagħhom mitluf billi jkomplu l-imġiba ta’ dumping tagħhom fis-suq tal-UE. 120. Għalhekk, mingħajr l-issoktar ta’ miżuri antidumping, il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tiddeterjora ħafna minħabba esportazzjonijiet Ċiniżi bi prezz baxx u li huma l-oġġett ta’ dumping kif spjegat hawn fuq fil-premessi 66 sa 69. 121. L-interess tal-importaturi 122. Importatur wieħed biss fl-UE kkoopera fil-proċediment: IFC, kumpanija li tinsab fil-Pajjiżi l-Baxxi u li hi proprjetà ta’ produttur tal-furfuraldeid fir-Repubblika Dominikana. L-IFC hija l-uniku importatur attiv tal-furfuraldeid fl-UE, numru żgħir ta' kumpaniji oħra jimpurtaw il-prodott ikkonċernat okkażjonalment biss. L-IFC hija l-attur ewlieni fis-suq tal-UE tal-furfuraldeid (u tal-alkoħol furfuriliku) billi tirrappreżenta madwar 80% tal-konsum fl-UE. L-IFC timporta mir-Repubblika Dominikana, mir-RPĊ taħt l-IPR u minn pajjiżi terzi oħra. Barra minn hekk, l-IFC hija l-klijent ewlieni tal-industrija tal-Unjoni li tixtri madwar 32% tal-bejgħ totali tagħhom. Il-furfuraldeid mixtri jitkompla jiġi pproċessat f’alkoħol furfuriliku minn TFC, il-kumpanija relatata tal-IFC f'Geel, il-Belġju. 123. Dan l-importatur huwa pjuttost newtrali fir-rigward tal-proċediment billi minn naħa jixtieq ikollu aċċess għall-furfuraldeid Ċiniż mingħajr restrizzjonijiet u mingħajr il-piż li jkollu jissodisfa r-rekwiżiti tal-klijenti għall-IPR, u min-naħa l-oħra jixtieq li l-industrija tal-Unjoni tinżamm sabiex ikun jista’ jkollu provvista tal-prodott ikkonċernat malajr. Barra minn hekk, l-issoktar tal-miżuri jelimina l-kompetizzjoni mal-importazzjonijiet mill-produttur possedenti fir-Repubblika Dominikana u jikkonsolida ż-żamma tal-grupp kemm fuq is-suq tal-furfuraldeid kif ukoll fuq dak tal-alkoħol furfuriliku (inkluż il-PIR) fl-UE. 124. L-interess tal-utenti 125. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 27 utent industrijali tal-furfuraldeid. Tliet utenti biss ikkooperaw fil-proċediment iżda dawn ma jieħdux il-provvista tagħhom ta’ furfuraldeid mir-RPĊ imma jixtruh direttament mill-IU. Għal dawn l-utenti l-importanza tal-furfuraldeid fin-negozju tagħhom, l-irfinar taż-żejt jew l-industrija taż-żjut lubrifikanti, hija negliġibbli. Għalhekk ma jħossuhomx partikolarment affettwati mill-miżuri antidumping. 126. Il-konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni 127. Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, huwa konkluż li ma hemmx raġunijiet b’saħħithom kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali. H . MIŻURI ANTIDUMPING 128. Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa dwar il-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet wara li sar dan l-iżvelar. Il-kummenti rilevanti mressqa ġew analizzati iżda ma wasslux għat-tibdil tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom ġie deċiż li jinżammu l-miżuri antidumping. 129. Minn dan ta’ hawn fuq isegwi li, kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 639/2005 fuq l-importazzjonijiet tal-furfuraldeid li joriġinaw mir-RPĊ, għandhom jinżammu. Dawn il-miżuri jikkonsistu f’dazju speċifiku. 130. Madankollu, billi dan id-dazju speċifiku ġie stabbilit fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni oriġinali fl-1995 u qatt ma ġie rivedut, tqis xieraq li jiġi vvalutat jekk il-livell tad-dazju għadux rilevanti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda ex officio reviżjoni interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku fil-jum tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' 2-furaldeid (magħruf ukoll bħala furfuraldeid jew furfural) li attwalment jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2932 12 00 li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. 2. L-ammont ta' dazju applikabbli huwa ta' EUR 352 għal kull tunnellata. 3. F’każijiet fejn l-oġġetti ġarrbu ħsara qabel ma daħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għalhekk, il-prezz li tħallas realment jew li għandu jitħallas huwa allokat għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju[11], l-ammont tad-dazju antidumping, maħdum abbażi tal-paragrafu 2 hawn fuq, għandu jitnaqqas bi perċentwal li jikkorrispondi mal-allokazzjoni tal-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas. 4. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [2] ĠU L 15, 21.1.1995, p. 11. [3] ĠU L 328, 22.12.1999, p. 1. [4] ĠU L 107, 28.4.2005, p. 1. [5] ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51. [6] ĠU L 15, 21.1.1995, p. 11. [7] ĠU L 328, 22.12.1999, p. 1. [8] ĠU L 107, 28.4.2005, p. 1. [9] ĠU C 16, 22.1.2010, p. 40. [10] ĠU C 107, 27.4.2010, p. 10. [11] ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.