Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011PC0169

Proposta għal DIRETTIVA TAL-KUNSILL li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

/* KUMM/2011/0169 finali */

52011PC0169




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 13.4.2011

KUMM(2011) 169 finali

2011/0092 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

{SEG(2011) 409 finali}{SEG(2011) 410 finali}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

- Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Tradizzjonalment, it-taxxi fuq l-enerġija ġew imposti għal diversi raġunijiet, b’mod partikolari biex jiżdied id-dħul, iżda wkoll biex tkun influwenzata l-imġiba tal-konsumaturi lejn użu aktar effiċjenti tal-enerġija u lejn sorsi tal-enerġija aktar nodfa. Sabiex ikun żgurat il-funzjonament kif jixraq tas-Suq Intern, diversi aspetti ewlenin tat-tassazzjoni tal-enerġija diġà huma regolati fil-livell tal-UE taħt id-Direttiva 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku[1] (minn hawn ’il quddiem imsejħa “id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija” jew “l-ETD” (Energy Taxation Directive)).

Minn meta ġiet adottata l-ETD, il-qafas bażiku tal-politika nbidel radikalment. Fl-oqsma tal-enerġija u t-tibdil fil-klima, ġew definiti objettivi politiċi konkreti u ambizzjużi għall-perjodu sal-2020. Il-pakkett tal-politika tal-klima u l-enerġija adottat fl-2009 jipprovdi qafas politiku għall-implimentazzjoni ta’ dawn l-objettivi b’mod ġust u ta’ benefiċċju mil-lat tal-ispejjeż. It-taxxi fuq l-enerġija jirrappreżentaw strument għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri għall-finijiet tal-ilħuq tal-objettivi stipulati. Pereżempju il-valutazzjoni tal-impatt li fuqha hija bbażata l-proposta tal-Kummissjoni għall-pakkett tal-politika tal-klima u l-enerġija[2] uriet li l-benesseri ġenerali u l-benefiċċji fl-ambitu tal-ispejjeż jistgħu jiżdiedu jekk l-istrumenti li jiġġeneraw id-dħul, bħat-tassazzjoni, jintużaw biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi li mhumiex soġġetti għall-iskema Komunitarja taħt id-Direttiva 2003/87/KE[3] (minn hawn ’il quddiem imsejħa wkoll l-ETS tal-UE [Skema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet]).

Biex ikun disponibbli qafas xieraq għall-użu tat-tassazzjoni tal-enerġija f’dan l-ambitu ġdid, il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2008 talab li d-Direttiva tikkonforma aktar mill-qrib mal-objettivi tal-UE rigward l-enerġija u t-tibdil fil-klima[4]. Għaldaqstant, din il-proposta timmira li tilħaq l-objettivi li ġejjin:

1. Li jkun żgurat trattament konsistenti tas-sorsi tal-enerġija fi ħdan l-ETD sabiex ikunu pprovduti kundizzjonijiet ekwi ġenwini bejn il-konsumaturi tal-enerġija, indipendentement mis-sors tal-enerġija użat.

2. Li jkun ipprovdut qafas adattat għat-tassazzjoni tal-enerġiji rinnovabbli.

3. Li jkun ipprovdut qafas għall-użu tat-tassazzjoni tas-CO2 biex ikun ikkumplimentat is-sinjal tal-prezz tal-karbonju stabbilit mill-ETS waqt li jkunu evitati duplikazzjonijiet bejn iż-żewġ strumenti.

4. Il-kuntest ġenerali

Din il-proposta għandha l-intenzjoni li tnissel l-addattamenti meħtieġa ta’ wħud mid-dispożizzjonijiet bażiċi tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija, u tiżgura grad ogħla ta’ konsistenza fil-mod kif it-taxxi fuq l-enerġija jikkontribwixxu għall-objettivi ta’ konsum inqas u aktar nadif tal-enerġija fl-UE. L-ETD, fil-verżjoni preżenti tagħha, tippreżenta b’mod partikolari l-problemi li ġejjin:

L-ewwel nett, ma tiżgurax il-grad mixtieq ta’ konsistenza fit-trattament tas-sorsi bażiċi tal-enerġija mill-fossili u tal-elettriku. Meta jitqies il-kontenut tal-enerġija tal-prodotti differenti, il-livelli minimi tat-tassazzjoni jvarjaw sostanzjalment skont il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, xi prodotti huma ffavoreġġati aktar minn oħrajn, u t-trattament l-aktar favorevoli huwa riservat għall-faħam. Dan jimplika wkoll li ċerti negozji jistgħu jkunu f’qagħda aħjar meta mqabbla mal-oħrajn, skont is-sors tal-enerġija li jużaw.

It-tieni nett, is-sinjal tal-prezz li tintroduċi d-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija permezz tal-livelli minimi tat-tassazzjoni tagħha mhuwiex relatat kif jixraq mal-ħtieġa li jkun miġġieled it-tibdil fil-klima. It-termini tad-Direttiva mhumiex addattati kif jixraq biex ikun żgurat il-funzjonament kif jixraq tas-suq intern f’ċirkostanzi fejn l-Istati Membri jirrikorru għal tassazzjoni relatata mas-CO2 sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2.

It-tielet nett, minkejja r-relevanza għas-suq li qiegħda tiżdied tal-fjuwils rinnovabbli, it-trattament tat-tassazzjoni tagħhom taħt l-ETD għadu jibbaża fuq regoli żviluppati fi żmien meta dawn il-fjuwils kienu alternattivi f’niċeċ mingħajr sinifikat maġġuri għas-suq. It-tassazzjoni standard tal-fjuwils rinnovabbli hija bbażata fuq il-volum u fuq ir-rata applikabbli għall-prodott tal-fossili li postu ttieħed mill-prodott rinnovabbli kkonċernat. Il-kontenut aktar baxx tal-enerġija tal-fjuwils rinnovabbli ma jitqiesx, u għaldaqstant l-istess rata tat-taxxa twassal għal piż komparattivament ogħla meta mqabbel mal-fjuwils tal-fossili li jikkompetu magħhom. L-Istati Membri jistgħu biss jikkoreġu dan l-effett u, meta jkun meħtieġ, jikkumpensaw għad-differenzi fl-ispejjeż tal-produzzjoni billi japplikaw trattament tat-tassazzjoni favorevoli skont l-Artikolu 16 tal-ETD. Għaldaqstant, it-trattament tat-tassazzjoni standard tal-fjuwils rinnovabbli mhuwiex adattat għall-karatteristiċi tagħhom u kwalunkwe adattament jista’ biss jieħu x-xejra ta’ tneħħija fakultattiva tat-tassazzjoni soġġetta għal evalwazzjoni stretta tal-għajnuna mill-Istat.

Ir-raba’, it-taxxi fuq l-enerġija huma imposti taħt id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija bl-istess mod, kemm jekk, f’każ partikolari, il-limitazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 hija żgurata permezz tal-ETS tal-UE kif ukoll jekk le. Minħabba f’hekk, il-mekkaniżmi tal-liġi tal-Unjoni maħsuba sabiex jillimitaw tali emissjonijiet jistgħu jiġu dduplikati f’ċerti każijiet u jistgħu jkunu nieqsa għal kollox f’każijiet oħrajn. Iż-żewġ sitwazzjonijiet mhumiex mixtieqa, minħabba t-telf fl-effikaċja fl-infiq u/jew ix-xkiel fis-suq intern li jseħħu.

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tiddefinixxi l-prodotti tal-enerġija li huma taxxabbli, l-użu li jagħmilhom soġġetti għat-taxxa u l-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għal kull prodott skont jekk jintużax jew le bħala propellant, għal ċerti finijiet industrijali u kummerċjali jew għat-tisħin.

- Konsistenza ma’ politiki u objettivi oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija konformi mal-politiki u l-objettivi ewlenin tal-Unjoni. L-għan tagħha huwa li tiżgura li, fir-rigward tat-tassazzjoni tal-enerġija, is-suq intern ikompli jiffunzjona sewwa f’ambitu fejn l-Istati Membri jkun jeħtiġilhom ikomplu jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi tal-UE fil-qasam tal-enerġija u t-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, għall-għanijiet ta’ koerenza mal-Pakkett tal-Klima u l-Enerġija adottat fl-2009, din il-proposta għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013.

2. RIżULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Din il-proposta ġiet ifformulata bi sfond ta’ firxa wiesgħa ta’ kontribuzzjonijiet esterni. Dawn il-kontribuzzjonijiet ħadu l-forma ta’ feedback li wasal matul konsultazzjoni pubblika miftuħa permezz tal-green paper dwar l-istrumenti bbażati fuq is-suq[5] u konsultazzjonijiet diretti mal-Istati Membri u partijiet interessati oħra. Studji esterni ġew ikkummissjonati wkoll mid-DĠ TAXUD għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-impatt.

Il-green paper dwar l-istrumenti bbażati fuq is-suq, fost affarijiet oħra, stipulat l-oqsma li fihom setgħu jkunu previsti tibdiliet fl-ETD u spjegat modi potenzjali għall-progress. B’mod partikolari, hija staqsiet dwar jekk l-ETD għandhiex tiġi ristrutturata jew le bil-għan li tirrifletti aħjar il-fatt li t-tassazzjoni tal-enerġija sservi aktar minn objettiv wieħed (ġenerazzjoni ta’ dħul u tfaddil tal-enerġija fuq naħa waħda, kunsiderazzjoniiet ambjentali fuq in-naħa l-oħra).

- Valutazzjoni tal-impatt

Sabiex ikun eżaminat kif l-objettivi differenti tal-politika l-aħjar li jiġu indirizzati, ġew eżaminati għadd ta’ approċċi u dawn tqabblu max- xenarju tal-linja bażi (negozju bħas-soltu). F’dan ix-xenarju, ma jsirux aktar tibdiliet fil-qafas tat-tassazzjoni tal-enerġija eżistenti, applikabbli b’mod sħiħ għall-Istati Membri kollha meta jispiċċaw il-perjodi tranżitorji li baqa’. B’definizzjoni, l-ETD mhux sejra tinġieb f’konformità akbar mal-objettivi tal-UE rigward l-enerġija u t-tibdil fil-klima. Ir-riżultati taż-żewġ modi ta’ azzjoni, jiġifieri r-reviżjoni tal-ETD fi stadju aktar tard u l-kordinazzjoni tat-taxxa minflok tali reviżjoni, ikunu komparabbli max-xenarju tal-linja bażi, inter alia , minħabba li ma jwasslux għal riżultati f’waqthom. Ġew eżaminati l-approċċi li ġejjin:

- Reviżjoni tat-trattament fiskali eżistenti tas-sorsi tal-enerġija differenti skont kriterju wieħed: it-trattament fiskali tal-prodotti differenti jista’ jkun allinjat fuq il-bażi tal-kontenut tal-enerġija rispettiv tagħhom bil-għan li t-taxxi fuq l-enerġija jsiru aktar newtrali u jkunu limitati l-effetti negattivi fuq it-tħaddim ta’ strumenti u politiki oħrajn (għażla politika 1); inkella, l-allinjament jista’ jkun ibbażat fuq il-kontenut tas-CO2 rispettiv tal-prodotti differenti sabiex it-taxxi fuq l-enerġija jsiru sistematikament jirriflettu l-prestazzjoni tas-CO2 tal-prodotti kkonċernati bil-għan li jingħata appoġġ għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima (għażla politika 2).

- Reviżjoni tal-istruttura tad-Direttiva billi jitqiesu l-objettivi differenti wara t-taxxi fuq l-enerġija (ġenerazzjoni tad-dħul u tfaddil tal-enerġija fuq naħa waħda, kunsiderazzjoniiet ambjentali fuq in-naħa l-oħra). Dan l-approċċ se jwassal għall-ħolqien ta’ taxxi speċifiċi relatati mas-CO2 fil-livell nazzjonali u jirrikjedu li taxxi oħrajn imposti fuq l-enerġija jkunu newtrali, jiġifieri li ma jiddifferenzjawx bejn is-sorsi tal-enerġija, sabiex ma jaffettwawx it-tħaddim sewwa tat-taxxi relatati mas-CO2. Dan l-approċċ ittraduċa ruħu fl-għażla politika 3 u żewġ għażliet politiċi 5 u 6 speċifikament relatati mat-trasport.

- Introduzzjoni ta’ taxxa uniformi addizzjonali relatata mas-CO2: tali taxxa tkun imposta b’żieda mat-taxxi diġà imposti taħt l-ETD b’mod li jikkumplimenta l-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-UE (għażla 4).

L-effetti tal-approċċi differenti ġew ittestjati fil-valutazzjoni tal-impatt. Ir-riżultati tal-valutazzjoni huma miġbura fil-qosor fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt. Fir-rigward ta’ kif l-għażliet politiċi differenti jikkontribwixxu għall-objettivi stipulati hawn fuq, kif ukoll rigward il-ħtieġa li jiġu rispettati l-interessi baġitarji tal-Istati Membri kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet ta’ ekwità, fil-valutazzjoni tal-impatt ġiet identifikata politika ppreferuta bbażata fuq l-għażla politika 3 u l-għażla politika 6 dwar it-trasport. Din il-proposta hija bbażata fuq dan is-sett tal-politika ppreferut.

Il-valutazzjoni tal-impatt uriet li l-objettivi stipulati hawn fuq jistgħu jinkisbu mingħajr spejjeż ekonomiċi u li r-reviżjoni potenzjalment tista’ ġġib magħha benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari jekk id-dħul addizzjonali mit-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew mit-tassazzjoni relatata mas-CO2 jintuża biex jitnaqqsu l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ min iħaddem. Il-valutazzjoni tal-impatt uriet ukoll li r-reviżjoni tal-ETD ma toħloqx piż bla bżonn fuq in-negozji u ma twassalx għal telf fil-kompetittività fil-livell settorjali. Barra minn hekk, ir-reviżjoni konġunta tat-tassazzjoni fuq il-fjuwils tal-karozzi u tat-tisħin tnaqqas ir-riskju ta’ impatti distribuzzjonali negattivi, riskju ta’ spiss marbut mal-politiki li għandhom tendenza li jżidu l-ispejjeż tat-tisħin. F’dan il-kuntest, il-valutazzjoni tal-impatt ikkonfermat il-vantaġġ ewlieni tat-tassazzjoni li, apparti l-influwenza tagħha fuq l-imġiba tal-konsumaturi, tiġġenera dħul li jista’ jintuża biex ikunu ffinanzjati miżuri u b’hekk indikat kif it-tħassib distribuzzjonali jista’ jkun indirizzat. Madankollu, mill-valutazzjoni tal-impatt feġġ ukoll li l-impatti distribuzzjonali fuq id-djar ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor, aktar minn kwalunkwe impatt waħdieni ieħor u b’hekk il-kontinwazzjoni tal-possibbiltà li l-unitajiet domestiċi jkunu eżentati mit-tassazzjoni fil-livell nazzjonali tidher iġġustifikata.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

- Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-Kummissjoni tipproponi, b’seħħ mill-2013:

1. Li tiġi introdotta distinzjoni espliċita bejn it-tassazzjoni tal-enerġija speċifikament marbuta mal-emissjonijiet tas-CO 2 attribwibbli għall-konsum tal-prodotti kkonċernati (tassazzjoni relatata mas-CO 2 ) u t-tassazzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-kontenut tal-enerġija tal-prodotti (tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija).

It-tassazzjoni relatata mas-CO2 sejra tkun ibbażata fuq il-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza stipulati fil-punt 11 tal-Anness 1 għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE[6]. It-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija sejra tkun ibbażata fuq il-valur kalorifiku nett tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku kif stipulat fl-Anness II għad-Direttiva 2006/32/KE[7] u, fil-każ tal-bijomassa jew prodotti magħmula minn bijomassa fl-Anness III tad-Direttiva 2009/28/KE[8].

Madanakollu, il-fatturi speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-valuri kalorifiċi netti għall-bijomassa jew għal prodotti magħmulin mill-bijomassa li għalihom l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE jagħmel kriterji dwar is-sostenibbiltà (il-bijofjuwils u l-bijolikwidi kif iddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) ta' din id-Direttiva), japplikaw biss sal-punt li jiġu rrispettati dawn il-kriterji (ara l-Artikolu 1, il-punt (1) tal-proposta, rigward l-Artikolu 1 tal-ETD). Bħala konsegwenza, il-bijofjuwils jew bijolikwidi li ma jikkonformawx ma’ dawn il-kriterji sejrin jiġu ntaxxati fuq il-bażi tal-fattur tal-emissjoni tas-CO2 u tal-valur kalorifiku nett tal-fjuwil tal-karozzi jew tat-tisħin ekwivalenti.

L-effiċjenza ekonomika tisħaq favur l-introduzzjoni ta’ taxxi relatati mas-CO2 bħala kompliment għall-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-UE. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu jintaxxaw il-konsum tal-fjuwils tal-karozzi u l-fjuwils tat-tisħin għal skopijiet oħrajn, jiġifieri għall-ġenerazzjoni tad-dħul, mhux relatati mat-tnaqqis tal-gassijiet serra. Biex tippermetti tali objettivi differenti u biex ikun żgurat safejn huwa possibbli li kollha jiġu segwiti b’mod konsistenti, it-tassazzjoni għajr it-tassazzjoni relatata mas-CO2, għandha tkun marbuta mal-kontenut tal-enerġija tas-sorsi tal-enerġija.

2. Li jiġi estiż l-ambitu tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija – fil-każ tat-tassazzjoni relatata mas-CO 2 – għal prodotti tal-enerġija li fil-prinċipju jinsabu fi ħdan l-ambitu tad-Direttiva 2003/87/KE u fl-istess ħin tipprevedi eżenzjoni obbligatorja mit-tassazzjoni relatata mas-CO 2 fil-każijiet soġġetti għall-iskema Komunitarja taħt dik id-Direttiva.

Is-sett tal-emendi sejjer jiżgura li l-ETD tikkumplimenta d-Direttiva 2003/87/KE b’mod perfett, fir-rigward tal-ħtieġa għal sinjal tal-prezz mehmuż mal-emissjonijiet tas-CO2 (ara b’mod partikolari l-Artikolu 1, punt (1) u (4)(a) tal-proposta, li jikkonċernaw l-Artikoli 1 u 4(2) tal-ETD), waqt li jevita d-duplikazzjoni bejn l-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet, fuq naħa waħda, u t-tassazzjoni li sservi l-istess skop, fuq in-naħa l-oħra (ara l-Artikolu 1, punt (11)(a)(ii) tal-proposta, rigward l-Artikolu 14 tal-ETD).

Barra minn hekk, hemm il-ħtieġa li jkun limitat l-impatt tal-ispiża tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fuq is-setturi jew is-subsetturi meqjusin bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni ta' emissjonijiet ta' karbonju skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li jkunu previsti miżuri tranżizzjonali biex ikun evitat impatt mhux xieraq tal-ispiża waqt li tinżamm l-effikaċja ambjentali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2. F’dan ir-rigward, l-ispirazzjoni għandha tittieħed mis-sistema ta’ allokazzjoni gratis tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE (ara l-Artikolu 14a ġdid propost tal-ETD [Artikolu 1, punt (12) tal-proposta]). Anki setturi jew subsetturi oħrajn tal-ekonomija jistgħu jkunu suġġetti għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Għal dak li għandu x'jaqsam il-qasam tal-biedja, il-Kummissjoni bħalissa qed tħejji rapport li jeżamina r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f'dak il-qasam. Malli dan ir-rapport ikun disponibbli, il-Kummissjoni se tieħu azzjoni xierqa ta' segwitu sabiex tiżgura li l-oqsma kollha li huma suxxettibbli għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jkunu suġġetti għall-istess trattament taħt l-ETD fil-futur, billi jiġi żgurat li waqt id-diskussjonijiet li għaddejjin fil-Kunsill dwar il-proposta li tirrevedi l-ETD jingħata kas tal-konklużjonijiet tar-rapport jew, kemm-il darba r-rapport ma jkunx disponibbli qabel l-adozzjoni tal-proposta, permezz ta' inizjattiva leġiżlattiva separata.

Għal skopijiet differenti minn tassazzjoni relatata mas-CO2, il-firxa tal-ETD tibqa’ l-istess.

3. Li jiġu riveduti l-livelli minimi tat-tassazzjoni, u tiżgura b’mod partikolari li jirriflettu l-emissjonijiet tas-CO 2 u l-valur kalorifiku nett b’mod konsistenti għas-sorsi tal-enerġija differenti, tipprevedi perjodi transizzjonali fejn ikun meħtieġ (Ara l-Artikolu 1, punti (6), (7), (8) u (23) tal-proposta, rigward l-Artikoli 7, 8 u 9 tal-ETD, kif ukoll l-Anness I għad-Direttiva).

Biex tiżgura trattament konsistenti, ugwali, tal-prodotti taxxabbli li għalihom ma huwa stabbilit l-ebda livell minimu speċifiku ta’ tassazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi wkoll li temenda l-Artikolu 2(3) tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija (ara l-Artikolu 1, punt (2)(b) tal-proposta, rigward l-Artikolu 2(3) u (4) tad-Direttiva). Fil-każ li d-Deċiżjoni 2007/589/KE, id-Direttiva 2006/32/KE jew id-Direttiva 2009/28/KE, ma fihomx valur ta’ referenza applikabbli għall-prodott tal-enerġija kkonċernat, l-Istati Membri għandhom jirreferu għal informazzjoni disponibbli relevanti fuq il-valur kalorifiku nett u/jew il-fatturi tal-emissjoni tas-CO2. Barra minn hekk, il-valur reali tal-livelli minimi tat-tassazzjoni għandhom ikunu ppriservati. Ir-rati minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija għandhom f’intervalli regolari jiġu allinjati b’mod awtomatiku biex titqies l-evoluzzjoni tal-valur reali tagħhom sabiex ikun ippriservat il-livell attwali tal-armonizzazzjoni tar-rata; biex titnaqqas il-volatilità li titnissel mill-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel, dan l-allinjament għandu jsir fuq il-bażi tat-tibdil fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur mal-UE kollha minbarra l-enerġija u l-ikel mhux ipproċessat kif ippubblikat mill-Eurostat (ara l-Artikolu 1, punt (4)(b) tal-proposta, rigward paragrafu 4 ġdid li għandu jiżdied mal-Artikolu 4 tal-ETD). Minħabba li t-tassazzjoni relatata mas-CO2 tikkomplimenta t-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE, il-prezz tas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jiġi ssorveljat mill-qrib fl-analiżi ta’ kull ħames snin tad-Direttiva stabbilita fl-Artikolu 1, punt (21) tal-proposta.

4. Li jkun meħtieġ li, meta l-Istati Membri jistabbilixxu livelli nazzjonali ta’ tassazzjoni, huma jirreplikaw ir-relazzjoni bejn il-livelli minimi ta’ tassazzjoni fissi fl-ETD għas-sorsi ta’ enerġija differenti (ara l-Artikolu 1, punt (4)(b) tal-proposta, rigward paragrafu 3 ġdid li għandu jiżdied mal-Artikolu 4 tal-ETD).

Dan ir-rekwiżit huwa maħsub biex jiżgura li trattament konsistenti tas-sorsi tal-enerġija jestendi għal-livelli ta’ tassazzjoni stabbiliti b’mod nazzjonali (’il fuq mil-livelli minimi stabbiliti fl-ETD). Għall-fjuwil tal-karozzi jidher li jixraq li jkun previst perjodu tranżizzjonali sal-2023, waqt li jkunu kkunsidrati d-differenzi importanti fir-rati applikati għal fjuwils tal-karozzi differenti f’diversi Stati Membri.

5. Li tiġi abolita l-possibbiltà li l-Istati Membri jiddifferenzjaw bejn it-trattament tat-taxxa tal-użu kummerċjali u l-użu mhux kummerċjali taż-żejt tal-gass bħala fjuwil tal-karozzi (ara l-Artikolu 1, punt (6) tal-proposta, li jissostitwixxi l-Artikolu 7 tal-ETD).

Il-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-użu kummerċjali milli għall-użu mhux kummerċjali taż-żejt tal-gass bħala fjuwil tal-karozzi tidher li mhijiex aktar kompatibbli mar-rekwiżit li tittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija u l-ħtieġa li jkun indirizzat l-impatt ambjentali li qiegħed jikber tat-trasport. Għaldaqstant il-Kummissjoni tipproponi li tabolixxi din il-possibbiltà.

Fid-dawl ta’ dan l-approċċ, il-proposta tal-2007 rigward l-Artikolu 7 tal-ETD[9], issir mingħajr oġġett u għaldaqstant hija irtirata.

6. Li ssir simplifikazzjoni tal-istruttura tal-livelli minimi tat-taxxa fejn huwa possibbli.

Id-differenza eżistenti bejn l-użu għan-negozji u mhux għan-negozju tal-prodotti tal-enerġija użati għat-tisħin u tal-elettriku hija abolita (ara t-Tabella Ċ fl-Anness għall-proposta). Il-livelli minimi tat-tassazzjoni għal xi użu industrijali u kummerċjali tal-fjuwil tal-karozzi (ara t-Tabella B fl-Anness għall-proposta) huma allinjati mal-livelli minimi tat-tassazzjoni applikabbli għall-istess prodotti, fil-każ li jintużaw bħala fjuwils tat-tisħin (ara t-Tabella Ċ fl-Anness għall-proposta). Finalment, minħabba li l-petrol biċ-ċomb issa sar prodott periferali, il-Kummissjoni tipproponi li ma tiddifferenzjax aktar bejn il-petrol biċ-ċomb u dak mingħajr ċomb u tistabbilixxi livell minimu wieħed ta’ tassazzjoni għaż-żewġ prodotti (ara t-Tabella A fl-Anness għall-proposta).

7. Li ssir limitazzjoni tal-eżenzjoni tal-Artikolu 14(1)(a) għall-prodotti tal-enerġija użati fil-produzzjoni tal-elettriku għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija (ara l-Artikolu 1, punt (11)(b) tal-proposta) u li jiżdied punt ġdid fl-Artikolu 14 biex ikun eżentat mit-tassazzjoni, għal perjodu ta’ żmien limitat ta’ tmien snin, l-elettriku prodott fuq ix-xatt u pprovdut direttament lil bastimenti irmeġġati f’port (ara l-Artikolu 1, punt (11)(a)(ii) tal-proposta).

Fil-forma attwali, l-Artikolu 14(1)(c) jobbliga lill-Istati Membri li jeżentaw mit-tassazzjoni l-elettriku prodott abbord bastiment, inkluż waqt li jkun irmiġġat f’port waqt li l-Artikolu 15(1)(f) jippermetti lill-Istati Membri li jestendu din l-eżenzjoni mit-taxxa għall-passaġġi interni tal-ilma. F’xi portijiet teżisti alternattiva aktar nadifa bl-użu tal-elettriku mix-xatt (jiġifieri konnessjoni mal-grilja tal-elettriku ta’ fuq ix-xatt). Din it-teknoloġija għadha fi stadju ta’ żvilupp bikri. Sabiex tistabbilixxi l-ewwel inċentiv għall-iżvilupp u l-applikazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi li teżenta mit-tassazzjoni tal-enerġija l-użu tal-elettriku mix-xatt għal bastimenti waqt li jkunu irmiġġati f’port. Din l-eżenzjoni għandha tapplika waqt perjodu ta’ tmien snin (li jibda mil-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni li hemm fil-proposta preżenti). Dan il-perjodu sejjer jipprovdi wkoll l-opportunità li jkun elaborat, għall-perjodu sussegwenti, qafas aktar komprensiv li jippermetti li jiżviluppa b’mod ottimali l-elettriku mix-xatt. Dak il-qafas jista’ jinkludi wkoll miżuri regolatorji. Ix-xogħlijiet fuq dan il-qafas jistgħu jinbdew malli jkunu ġew adottati standards tekniċi komuni għas-sistemi tal-forniment tal-enerġija mix-xatt fi ħdan l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni.

Sabiex tistabbilixxi sinjal tal-prezz tas-CO2 konsistenti u komprensiv barra mill-iskema tal-UE għan-negozjar ta' emissjonijiet, għandu jiżdied paragrafu 3 ġdid mal-Artikolu 14 biex tiġi limitata l-eżenzjoni tal-Artikolu 14(1)(a) għall-prodotti tal-enerġija użati fil-produzzjoni tal-elettriku għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Madankollu, dan m’għandux japplika għall-prodotti tal-enerġija użati fil-produzzjoni tal-elettriku abbord bastiment, minħabba li huwa diffiċli ħafna fil-prattika li wieħed jiddistingwi bejn l-użu tal-prodotti tal-enerġija għal dan il-għan u l-prodotti tal-enerġija għan-navigazzjoni.

8. Li jkun provdut għal kreditu tat-taxxa rigward it-tassazzjoni relatata mas-CO 2 għal installazzjonijiet li jinsabu f’setturi jew f’subsetturi li jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni ta' emissjonijiet ta' karbonju (cf. l-Artikolu 14a ġdid tal-ETD, ifformulat fl-Artikolu 1, punt (12) tal-proposta).

Hemm il-ħtieġa li jkun limitat l-impatt tal-ispiża potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fuq is-setturi jew is-subsetturi meqjusin bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ miżuri tradizzjonali li jevitaw impatt tal-ispiża mhux dovut waqt li jżommu l-effikaċja ambjentali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, b’mod simili għal dak li jinkiseb mill-allokazzjoni gratis tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE. Sabiex jinżamm l-inċentiv sħiħ biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, dan il-kreditu tat-taxxa għandu jkun ibbażat fuq il-konsum storiku tal-enerġija ta’ installazzjoni kkonċernata f’perjodu ta’ referenza speċifiku (jew mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008 jew, inkella, mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010). Barra minn hekk, l-ammont ta’ kreditu tat-taxxa għandu jirrifletti t-taxxa tas-CO2 li kienet tiġġarrab mill-installazzjoni fuq il-bażi taċ-ċifri tal-konsum storiku taħt il-premessa li kien intuża fjuwil ta’ referenza effiċjenti fis-CO2. Għall-fini tal-“punt ta’ riferiment tal-fjuwil”, il-fattur tal-emissjoni tal-gass naturali għandu jintuża biex jirrifletti l-approċċ adottat taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni xxx/xxx fuq id-determinazzjoni tar-regoli tranżitorji fl-Unjoni għall-allokazzjonijiet liberi armonizzati skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE[10].

9. Li tinżamm il-flessibilità mħollija mid-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija, b’mod partikolari r-regola eżistenti li l-Istati Membri huma ħielsa li japplikaw aktar minn taxxa waħda biss fuq il-konsum tal-enerġija. Madankollu, il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi wħud mill-għażliet eżistenti, jiġifieri dawk li jikkontradixxu l-objettivi li huma intenzjonati li jinkisbu mill-proposta preżenti, u, ġeneralment, biex tkun żgurata konsistenza mar-regoli ġenerali ġodda proposti. B’mod aktar preċiż, il-Kummissjoni tipproponi dan li ġej:

- Li jiġi limitat l-ambitu tal-Artikolu 2(4) [l-Artikolu 3 ġdid], rigward l-istanzi li għalihom ma tapplikax id-Direttiva, għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, sabiex jiġi stabbiliti sinjal tal-prezz tas-CO2 konsistenti u komprensiv barra mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-UE. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(4) jeskludi s’issa mill-ambitu tad-Direttiva l-elettriku meta dan ikun aktar minn 50% tal-ispiża ta’ prodott [cf. ir-raba’ inċiż tal-punt (b) tad-dispożizzjoni]. Madankollu, din ir-regola ddgħajjef il-kompetizzjoni fis-suq intern u għandha titneħħa (ara l-Artikolu 1, punt (3) tal-proposta, l-Artikolu 3 ġdid).

- Li jiġi abolit l-Artikolu 9(2) li jipprevedi livelli minimi aktar baxxi ta’ tassazzjoni għaż-żejt tal-gass użat għal finijiet ta’ tisħin fi tliet Stati Membri. Din id-dispożizzjoni żżid mal-inkonsistenzi fil-mod kif il-konsumaturi tal-enerġija differenti jiġu ttrattati fis-suq intern (ara l-Artikolu 1, punt (8) tal-proposta).

- Li t-tnaqqis u l-eżenzjonijiet fakultattivi tal-Artikolu 15 jiġu limitati kemm jista’ jkun għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija sabiex jiġi stabbilit sinjal tal-prezz tas-CO2 konsistenti u komprensiv barra mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-UE (ara l-Artikolu 1, punt (13)(a) tal-proposta). Madankollu dan ma jkunx japplika għall-punti (f) u (h) sa (l) tal-Artikolu 15(1), għar-raġunijiet li ġejjin:

- L-Istati Membri għandhom ikomplu jibbenefikaw minn flessibilità sħiħa fl-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis għall-benefiċċju tal-unitajiet domestiċi u organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali għal raġunijiet soċjali (punt (h); cf. ukoll id-dettalji hawn taħt);

- Qiegħed jiġi propost li tiġi eliminata bil-mod il-mod il-possibbiltà li jkunu applikati eżenzjonijiet jew tnaqqis għall-gass naturali u l-LPG, minħabba li dawn il-prodotti mhumiex ta’ oriġini rinnovabbli (punt (i); cf. ukoll id-dettalji hawn taħt);

- L-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis għal prodotti tal-enerġija fornuti għal użu bħala fjuwil għan-navigazzjoni f’passaġġi interni tal-ilma fil-punt (f), huma bbażati fuq konvenzjonijiet internazzjonali mill-inqas għal uħud mill-passaġġi tal-ilma kkonċernati; l-operazzjonijiet ta’ tħammil f’passaġġi interni tal-ilma navigabbli u f’portijiet fil-punt (k) jikkostitwixxu operazzjonijiet kumplimentari;

- L-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis għal inġenji tal-ajru u bastimenti fil-punt (j) jirriflettu eżenzjonijiet simili applikati għall-finijiet tal-VAT u huma relatati mal-attivitajiet li jibbenefikaw minn eżenzjoni skont l-Artikolu 14(1)(b) u (c) li huma bbażati fuq konvenzjonijiet internazzjonali;

- Il-gass tal-faħam li hemm referenza għalih fil-punt (l) li jaqa’ fil-kodiċi NM 2705 huwa prodott li prinċipalment jinstab fl-industrija tal-azzar bħala prodott sekondarju tal-fjuwil użat fil-proċessi metallurġiċi. Irriżulta minn konsultazzjoni mal-Istati Membri li jekk dan ikun soġġett għat-tassazzjoni joħloq piż amministrattiv sproporzjonat kemm għan-negozji involuti kif ukoll għall-amministrazzjonijiet.

- Li l-Artikolu 15(1)(h) jiġi emendat sabiex ikunu permessi vantaġġi tat-taxxa għall-użu ta’ tisħin minn unitajiet domestiċi indipendentement mis-sors tal-enerġija użat, jiġifieri li titneħħa l-esklużjoni ta’ ċerti sorsi bħalma huwa ż-żejt tat-tisħin. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-Istati Membri jistgħu jqisu l-vantaġġi tat-taxxa bħal dawn bħala meħtieġa, iżda hija tal-fehma li s-sorsi tal-enerġija kollha għandhom jitpoġġew fuq livell wieħed (ara l-Artikolu 1, punt (13)(a)(i) tal-proposta).

- Li jiġi emendat l-Artikolu 15(3) li jippermetti lill-Istati Membri sabiex japplikaw livell ta’ tassazzjoni li jinżel għal żero għall-prodotti tal-enerġija użati għax-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura jew il-pixxikoltura, u fil-forestrija (ara l-Artikolu 1, punt (13)(b) tal-proposta). Din id-dispożizzjoni żżid mal-inkonsistenzi fil-mod kif setturi tan-negozju differenti huma ttrattati fis-suq intern, waqt li jitqies b’mod partikolari li l-agrikoltura hija wieħed mis-setturi importanti ġeneralment imħollija barra mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet. Għaldaqstant, fir-rigward tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, huwa meħtieġ li l-applikazzjoni ta’ dik l-għażla tintrabat ma’ kontraparti li tiżgura l-avvanzi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija. Fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-trattament tas-setturi kkonċernati għandu jkun allinjat mar-regoli li japplikaw għas-setturi indistrijali. Għaldaqstant, l-eżenzjonijiet mit-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandhom japplikaw biss sa fejn dan huwa meħtieġ biex ikun evitat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

- Li jiġi emendat l-Artikolu 5 sabiex jiġi ċċarat li d-differenzjazzjoni tat-taxxa bbażata fuq kriterji elenkati f’dan l-Artikolu ma għandhiex testendi għat-tassazzjoni relatata mas-CO2 (ara l-Artikolu 1, punt (5) tal-proposta). Barra minn hekk, il-possibbiltà li jkun applikat livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-fjuwil tal-karozzi kkunsmat mit-taxis hija użata, fil-prattika, għall-fjuwil dijżil biss. Barra minn hekk, fid-dawl tal-qafas ġdid propost, din il-possibbiltà għandha titneħħa għal kollox (inkluża għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija), minħabba li mhijiex aktar kompatibbli mal-objettiv tal-politiki li jippromwovu l-fjuwils alternattivi, kif ukoll mal-politiki li jippromwovu trasportaturi tal-enerġija alternattiva u l-użu ta’ vetturi aktar nodfa fit-trasport urban.

- Li l-Artikolu 16 jiġi emendat sabiex titneħħa l-għażla għall-Istati Membri li jipprevedu eżenzjoni jew tnaqqis tat-taxxa għall-bijofjuwils sal-aħħar tal-2023 (ara l-Artikolu 1, punt (14) tal-proposta). Fuq medda medja ta’ żmien, din id-dispożizzjoni mhux se tkun aktar meħtieġa, minħabba l-bidliet proposti għar-regoli ġenerali tal-ETD, li tabilħaqq iqisu suffiċjentement l-ispeċifiċitajiet tal-fjuwils li kollha jew parti minnhom jikkonsistu f’bijomassa jew prodotti magħmula minn bijomassa (ara l-Artikolu 1, punt (1) tal-proposta). Fil-każ tal-gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) u l-gass naturali użati bħala propellanti, il-vantaġġi f’forma ta’ livelli minimi aktar baxxi ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li dawk il-prodotti tal-enerġija jkunu eżentati mit-tassazzjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 15(1)(i) mhumiex aktar iġġustifikati, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li jiżdied is-sehem tas-suq tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu. Għaldaqstant, dawn il-vantaġġi għandhom jitneħħew sal-aħħar tal-2023 ukoll (ara l-Artikolu 1, punt (13)(a)(i) tal-proposta).

10. Li d-Direttiva 2003/96/KE tiġi allinjata mad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE[11] (ara l-Artikolu 1, punti (11)(a)(i), (17) u (18) tal-proposta, rigward l-Artikoli 14, 20 u 21 tal-ETD).

11. Li l-lista tal-prodotti tal-enerġija tiġi aġġornata fl-Artikoli 2(1) u 20(1) tad-Direttiva 2003/96/KE, sabiex tinkludi ċerti bijofjuwils , aġġornament u mmodernizzar bħala tali tad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll u moviment tad-Direttiva 2008/118/KE. Barra minn hekk, il-prodotti taħt il-Kodiċi NM 3811 għandhom isiru soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-kontroll u l-moviment tad-Direttiva 2008/118/KE filwaqt li jitqies ir-riskju ta’ evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż li jirrappreżentaw (ara l-Artikolu 1, punti (2)(a) u (17) tal-proposta, rigward l-Artikoli 2 u 20 tal-ETD).

12. Li ssir referenza għall-verżjoni applikabbli fil-preżent għan-nomenklatura kkombinata fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2003/96/KE. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(5) tal-ETD għandu jkun allinjat mal-qafas ġuridiku ġdid miksub taħt it-TFUE, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (ara l-Artikolu 1, punt (2)(b) u 21 tal-proposta).

13. Li jiġu revokati l-Artikoli 18a u 18b, minħabba li dawn id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-ETD saru skaduti (ara l-Artikolu 1, punt (16) tal-proposta).

14. Li tingħata l-possibbiltà lil Spanja u lil Franza sabiex dawn jintroduċu rati ogħla tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija f’xi partijiet tat-territorju tagħhom, b’rikonoxximent tal-proċess fuq medda twila ta’ żmien ta’ deċentralizzazzjoni li qiegħda titwettaq minnhom (ara l-Artikolu 1, punt (15) tal-proposta, rigward l-Artikolu 18 tal-ETD).

Minħabba l-istruttura amministrattiva partikolari tagħha u sabiex tħaffef it-twettiq tal-awtonomija finanzjarja tal-Komunitajiet Awtonomi tagħha, Spanja għandha tkun awtorizzata biex tapplika livelli reġjonali aktar għoljin tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. L-istess japplika għal Franza minħabba l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kapaċità finanzjarja tar-reġjuni amministrattivi fil-proċess tad-deċentralizzazzjoni. Madankollu, jeħtieġ li jkun żgurat li jinżamm trattament ugwali bejn is-sorsi ta’ enerġija kompetituri. Barra minn hekk, irid ikun żgurat li kwalunkwe differenzjazzjoni ta’ dan it-tip ma xxekkilx il-funzjonament kif jixraq tas-suq intern u ma taffettwax iċ-ċirkolazzjoni fi ħdan l-UE tal-prodotti tal-enerġija.

Stati Membri oħra li jixtiequ jintroduċu sistema simili ta’ differenzjazzjoni tat-taxxa reġjonali jkunu jridu jitolbu lill-Kummissjoni biex jissottomettu proposta biex jimmodifikaw l-ETD fuq il-bażi tal-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

15. Sabiex ikun żgurat moviment ħieles waqt li fl-istess ħin ikunu rrispettati r-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli għall-vetturi kummerċjali u kontejners speċjali, id-definizzjoni ta’ tankijiet standard ta’ tali vetturi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96/KE għandha tkun aġġornata sabiex tirrifletti l-fatt li t-tankijiet tal-fjuwil mhumiex imwaħħla b’mod esklużiv ma’ vetturi kummerċjali mill-manifattur tagħhom (ara l-Artikolu 1, punt (19) tal-proposta). Din il-kwistjoni tressqet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni mill-federazzjonijiet tal-kumpaniji tat-trasport, li enfasizzaw li xi Stati Membri sistematikament wettqu kontrolli fuq ir-rispett ta’ din id-definizzjoni u ntaxxaw il-fjuwils tal-karozzi f’tankijiet li ma kinux jaqgħu fi ħdan il-firxa tagħha. Il-kwistjoni ġiet diskussa wkoll mal-Istati Membri f’laqgħa riċenti tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, li kkonkluda li modifika tad-definizzjoni fl-Artikolu 24 kienet l-uniku mezz possibbli biex din il-kwistjoni tiġi solvuta.

16. Li jiġi introdott l-obbligu għall-Kummissjoni li tissottometti lill-Kunsill, kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, rapport rigward l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija u, fejn ikun xieraq, proposta ta’ modifika (ara l-Artikolu 1, punt (21) tal-proposta). Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, inter alia, jeżamina l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi (rigward l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-użu tal-elettriku fit-trasport, l-użu ta’ fjuwils alternattivi bħall-bijofjuwils u l-idroġenu, l-impatt tal-Ġbir u l-Ħżin tal-Karbonju, eċċ.) u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis tat-taxxa stabbiliti f’din id-Direttiva. Fir-rigward tal-eżenzjonijiet u t-tnaqqis, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-eżenzjonijiet għall-prodotti tal-enerġija użati fit-trasport bl-ajru u bil-baħar (Artikolu 14(1)(b) u (c) tal-ETD) rispettivament u għandu jitqies it-trattament tagħhom taħt l-ETS tal-UE kif ukoll ir-riżultati tan-negozjati internazzjonali fi ħdan l-IMO (Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali) dwar l-użu ta’ strument globali bbażat fuq is-suq li jinternalizza l-ispiża esterna tal-emissjonijiet tas-CO2, għall-eżenzjoni tal-elettriku mix-xatt (l-Artikolu 14(4) propost tal-ETD) u għall-impatt fuq l-unitajiet domestiċi. Fi kwalunkwe każ, il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-finijiet tal-Artikolu 14a ta' din id-Direttiva għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa (ara l-punt 2 aktar 'il fuq).

- Il-bażi legali

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta taqa’ fil-kompetenza kondiviża tal-Unjoni u l-Istati Membri. Għaldaqstant, japplika l-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Kunsill għandu jadotta dispożizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li tittratta d-dazji tas-sisa sal-punt li tali armonizzazzjoni tkun meħtieġa sabiex ikun żgurat l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

Ir-reviżjoni tal-ETD u ż-żmien meta din isseħħ jeħtieġ li jitqiesu fl-ambitu usa’ tal-aġenda tal-UE dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima. L-UE qiegħda attwalment tistabbilixxi l-qafas tal-leġiżlazzjoni sabiex ikunu jistgħu jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-2020. L-objettiv biex l-ETD tinġieb f’konformità aktar mill-qrib mal-objettivi u l-miri jista’ jkun implimentat biss permezz ta’ att adottat mill-Unjoni, li jemenda l-ETD.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin.

L-objettivi tal-analiżi attwali jinkisbu l-aħjar bl-emendar tad-Direttiva attwali biex jinkiseb l-effett spjegat hawn fuq. Il-proposta hija prinċipalment ikkonċernata b’xi komponenti essenzjali tad-Direttiva: l-istruttura tat-tassazzjoni u r-relazzjoni bejn it-trattamenti tat-taxxa rispettivi tas-sorsi tal-enerġija differenti.

Il-proposta fl-aspetti kollha tagħha hija limitata għal dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi segwiti.

- L-għażla tal-istrumenti

L-istrumenti proposti: Direttiva. F’dan il-qasam diġà kopert minn Direttiva eżistenti, l-Istati Membri għandhom ikomplu jżommu marġni importanti ta’ flessibbilità, kif imfisser hawn fuq. Mezzi oħra għajr Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/96/KE għaldaqstant ma jkunux adegwati.

4. IMPLIKAZZJONIJIET BAġITARJI

Il-proposta m’għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Unjoni.

2011/0092 (CNS)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[12],

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[13],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[14],

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE[15] kienet adottata sabiex ikun żgurat il-funzjonament kif jixraq tas-suq intern fir-rigward tat-tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku. F’konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali ġew integrati fit-termini ta’ dik id-Direttiva, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-protokoll ta’ Kjoto.

(2) Huwa meħtieġ li jkun żgurat li s-suq intern ikompli jiffunzjona kif jixraq fl-ambitu ta’ rekwiżiti ġodda relatati mal-limitazzjoni tat-tibdil fil-klima, għall-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għall-iffrankar tal-enerġija, kif approvat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew tat-8 u d-9 ta’ Marzu 2007 u tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008.

(3) It-tassazzjoni relatata mal-emissjonijiet tas-CO2 tista’ tkun mezz li jkun ta’ benefiċċju mil-lat tal-ispejjeż għall-Istati Membri biex jiksbu t-tnaqqis tal-gassijiet serra meħtieġ skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020[16] fir-rigward ta’ sorsi mhux koperti mill-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE[17]. Minħabba l-irwol potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern jirrikjedi regoli komuni dwar dik it-tassazzjoni.

(4) Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, bħalma għamlu sa issa, ikomplu jużaw it-tassazzjoni tal-enerġija fuq il-fjuwils tat-tisħin, il-fjuwils tal-karozzi u l-elettriku għal diversi skopijiet mhux neċessarjament u lanqas speċifikament jew esklużivament relatati mat-tnaqqis tal-gassijiet serra

(5) Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għat-tassazzjoni tal-enerġija biex din tkun tikkonsisti minn żewġ komponenti, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 u t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Sabiex it-tassazzjoni tal-enerġija tadatta għat-tħaddim tal-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE, l-Istati Membri għandhom ikunu mitlubin jiddistingwu b’mod espliċitu bejn dawn iż-żewġ komponenti. Dan jippermetti wkoll it-trattament distint tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmula minn bijomassa.

(6) Kull wieħed minn dawn il-komponenti għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, li jippermettu t-trattament ugwali ta’ sorsi differenti tal-enerġija. Għall-finijiet tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, għandha ssir referenza għall-emissjonijiet tas-CO2 kkawżati mill-użu ta’ kull prodott tal-enerġija kkonċernat, bl-użu tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18]. Għall-finijiet tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, għandha ssir referenza għall-kontenut tal-enerġija tal-prodotti tal-enerġija differenti u tal-elettriku kif imsemmi fid-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE[19]. F’dan il-kuntest, għandhom jitqiesu l-vantaġġi ambjentali tal-bijomassa jew prodotti magħmula mill-bijomassa. Dawn il-prodotti għandhom ikunu intaxxati fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati fid-Deċiżjoni 2007/589/KE għal bijomassa jew prodotti magħmula minn bijomassa u l-kontenut tal-enerġija tagħhom kif speċifikat fl-Anness III għad-Direttiva 2009/28/KE. Il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli[20] huma bla dubju l-aktar kategorija kkonċernata importanti. Minħabba li l-vantaġġi ambjentali ta' dawn il-prodotti jvarjaw, skont jekk ikunux jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva, il-valuri speċifiċi ta' referenza għall-bijomassa u għal prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom japplikaw biss fejn dawn il-kriterji jkunu ssodisfati.

(7) It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha tkun addattata għat-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex tikkumplimentaha b’mod effettiv. Dik it-tassazzjoni għandha tkun applikata għall-użu kollu, inkluż dak għal finijiet differenti mit-tisħin, ta’ prodotti tal-enerġija li jikkawżaw l-emissjonijiet tas-CO2 fl-installazzjonijiet fi ħdan it-tifsira ta’ dik id-Direttiva, sakemm l-installazzjoni kkonċernata ma tkunx soġġetta għall-iskema għan-negozjar ta' emissjonijiet taħt dik id-Direttiva. Madankollu, minħabba li l-applikazzjoni kumulattiva taż-żewġ strumenti ma tippermettix it-tnaqqis tal-emissjonijiet lil hinn minn dawk miksuba, b’mod ġenerali, permezz tal-iskema għan-negozjar ta’ emissjonijiet waħedha, iżda twassal sempliċiment għal żieda fl-ispiża totali ta’ dak it-tnaqqis, it-tassazzjoni relatata mas-CO2 ma għandhiex tapplika għall-konsum fl-installazzjonijiet soġġetti għall-iskema tal-Unjoni.

(8) Fl-interess tan-newtralità fiskali, għandhom japplikaw l-istess livelli minimi ta’ tassazzjoni għal kull komponent tat-tassazzjoni tal-enerġija, għall-prodotti tal-enerġija kollha li jintużaw għal skop partikolari. Meta l-livelli minimi tat-tassazzjoni huma hekk preskritti, l-Istati Membri għandhom, anki għal raġunijiet ta’ newtralità fiskali, jiżguraw livelli ugwali ta’ tassazzjoni nazzjonali fuq il-prodotti kollha kkonċernati. Meta jkun meħtieġ, għandhom jiġu previsti perjodi ta’ transizzjoni għall-finijiet ta’ ugwaljanza ta’ dawk il-livelli.

(9) Il-livelli minimi ta’ tassazzjoni relatata mas-CO2 għandhom ikunu ffissati fid-dawl tal-miri nazzjonali għall-Istati Membri kif stabbilit fid-Deċiżjoni 406/2009/KE dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020. Minħabba li dik id-Deċiżjoni tirrikonoxxi li l-isforzi biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra għandhom jiġu distribwiti b’mod ġust bejn l-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti perjodi ta’ tranżizzjoni għal ċerti Stati Membri.

(10) Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija għandhom jiġu żviluppati, b’mod ġenerali, fuq il-bażi tal-livelli minimi attwali tat-tassazzjoni. Dan jimplika wkoll li l-livell minimu tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija applikabbli għall-fjuwils tal-karozzi għandu jibqa’ ogħla minn dak tal-fjuwils tat-tisħin.

(11) Għandu jkun żgurat li l-livelli minimi tat-tassazzjoni jippriservaw l-effetti intenzjonati tagħhom. Minħabba li t-tassazzjoni relatata mas-CO2 tikkumplimenta t-tħaddim tad-Direttiva 2003/87/KE, il-prezz tas-suq tal-kwoti tal-emissjonijiet għandu jkun issorveljat mill-qrib fl-analiżi perjodika tad-Direttiva, li huwa inkarigu tal-Kummissjoni. Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija għandhom f’intervalli regolari jiġu allinjati b’mod awtomatiku biex titqies l-evoluzzjoni tal-valur reali tagħhom sabiex ikun ippriservat il-livell attwali tal-armonizzazzjoni tar-rata; biex titnaqqas il-volatilità li titnissel mill-prezzijiet tal-enerġija u tal-ikel, dan l-allinjament għandu jsir fuq il-bażi tat-tibdil fl-indiċi armonizzat tal-Unjoni kollha tal-prezzijiet tal-konsumatur minbarra l-enerġija u l-ikel mhux ipproċessat kif ippubblikat mill-Eurostat.

(12) Fil-qasam tal-fjuwils tal-karozzi, l-aktar livell minimu favorevoli ta’ tassazzjoni applikabbli għan-nafta, prodott li fil-parti l-kbira tiegħu oriġinarjament kien iddedikat għal użu kummerċjali u għaldaqstant tradizzjonalment intaxxat f’livell aktar baxx, joħloq effett ta’ tgħawwiġ fir-rigward tal-petrol, il-fjuwil li huwa l-kompetitur ewlieni tiegħu. L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/96/KE għaldaqstant jipprevedi l-ewwel passi ta’ allinjament gradwali għal livell minimu ta’ tassazzjoni applikabbli għall-petrol. Huwa meħtieġ li dan l-allinjament jitlesta u gradwalment ikun hemm ċaqliq għal sitwazzjoni fejn in-nafta u l-petrol ikunu intaxxati f’livell ugwali.

(13) Fir-rigward tal-possibbiltà li l-Istati Membri japplikaw livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-użu kummerċjali milli għall-użu mhux kummerċjali tan-nafta bħala fjuwil tal-karozzi, din id-dispożizzjoni tkun tidher li mhijiex aktar kompatibbli mar-rekwiżit li titjieb l-effiċjenza tal-enerġija u l-ħtieġa li jkun indirizzat l-impatt ambjentali li qiegħed jikber u għaldaqstant għandha titħassar. L-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2003/96/KE jawtorizza lil ċerti Stati Membri sabiex japplikaw rata mnaqqsa fuq in-nafta tat-tisħin. Dik id-dispożizzjoni m'għadhiex kompatibbli mat-tħaddim kif jixraq tas-suq intern u mal-objettivi usa’ tat-Trattat. Għaldaqstant għandha titħassar.

(14) Hemm il-ħtieġa li jiġi limitat l-impatt tal-ispiża potenzjali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fuq is-setturi jew is-subsetturi meqjusin bħala esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonjiet tal-karbonju skont l-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżizzjonali korrispondenti li, madankollu, għandhom jippriservaw ukoll l-effikaċja ambjentali tat-tassazzjoni relatata mas-CO2.

(15) L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti l-applikazzjoni ta’ rati ddifferenzjati ta’ tassazzjoni f’ċerti każijiet. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-konsistenza tas-sinjal tal-prezz tas-CO2, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jiddifferenzjaw ir-rati nazzjonali għandha tkun ristretta għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija. Barra minn hekk, il-possibbiltà li jkun applikat livell aktar baxx ta’ tassazzjoni għall-fjuwil tal-karozzi użat mit-taxis mhijiex aktar kompatibbli mal-objettiv tal-politiki li jippromwovu l-fjuwils alternattivi u t-trasportaturi tal-enerġija u l-użu ta’ vetturi aktar nodfa fit-trasport urban u għaldaqstant għandha titneħħa.

(16) Ir-regoli dwar l-għażla ta’ tnaqqis tat-taxxa u l-eżenzjonijiet mit-taxxa li hemm fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/96/KE għandhom ikunu adattati fid-dawl tal-esperjenza miksuba u tal-qafas ġdid maħluq minn din id-Direttiva. Il-possibblità għall-Istati Membri li japplikaw dik l-għażla tat-tnaqqis u l-eżenzjonijiet għandha kemm jista’ jkun tkun limitata għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija sabiex ikun stabbilit sinjal tal-prezz tas-CO2 konsistenti u komprensiv barra mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti.

(17) Eżenzjonijiet jew tnaqqis għall-benefiċċju tad-djar u organizzazzjonijiet rikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali jistgħu jifformaw parti minn miżuri soċjali ddefiniti mill-Istati Membri. Il-possibbiltà li jkunu applikati tali eżenzjonijiet jew tnaqqis għandha, għal raġunijiet ta’ trattament ugwali bejn is-sorsi tal-enerġija, tkun estiża għall-prodotti tal-enerġija kollha użati bħala fjuwils tat-tisħin u l-elettriku. Sabiex ikun żgurat li l-impatt tagħhom fuq is-suq intern jibqa’ limitat, tali eżenzjoniiet u tnaqqis għandhom ikunu applikati biss għal attivitajiet mhux tan-negozju.

(18) Fil-każ tal-gass tal-pitrolju likwifikat (LPG) u l-gass naturali użati bħala propellanti, il-vantaġġi f’forma ta’ livelli minimi aktar baxxi ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija jew il-possibbiltà li dawk il-prodotti tal-enerġija jkunu eżentati mit-tassazzjoni mhumiex aktar iġġustifikati, b’mod partikolari fid-dawl tal-ħtieġa li jiżdied is-sehem tas-suq tas-sorsi tal-enerġija li jiġġeddu u għandhom għaldaqstant jitneħħew fuq medda medja ta’ żmien.

(19) Id-Direttiva 2003/96/KE tobbliga lill-Istati Membri li jeżentaw mit-tassazzjoni il-fjuwil użat għan-navigazzjoni fl-ilmijiet Komunitarji kif ukoll l-elettriku prodott abbord il-bastimenti, inklużi meta jkunu irmiġġati f’port. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jestendu dan it-trattament favorevoli tat-taxxa għall-passaġġi tal-ilma interni. F’xi portijiet teżisti alternattiva aktar nadifa bl-użu tal-elettriku mix-xatt li, madankollu, huwa taxxabbli. Sabiex jistabbilixxi l-ewwel inċentiv għall-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ din it-teknoloġija, sakemm isseħħ l-adozzjoni ta’ qafas aktar komprensiv f’dan il-qasam, Stat Membru jista’ jeżenta mit-tassazzjoni tal-enerġija l-użu tal-elettriku mix-xatt minn bastimenti irmiġġati f’port. Din l-eżenzjoni għandha tapplika matul perjodu twil biżżejjed sabiex ma tiskoraġġix lill-operaturi tal-port milli jagħmlu l-investimenti meħtieġa iżda fl-istess ħin għandha tkun limitata fiż-żmien b’tali mod li ż-żamma tagħha, b’mod sħiħ jew parzjalment, issir soġġetta għal deċiżjoni ġdida fi żmien xieraq.

(20) L-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE jippermetti lill-Istati Membri japplikaw għax-xogħlijiet tal-agrikoltura, l-ortikoltura u l-pixxikoltura kif ukoll għall-forestrija mhux biss id-dispożizzjoijiet ġenerali applikabbli għan-negozji iżda wkoll livell ta’ tassazzjoni li jinżel għal żero. Eżami ta’ dik l-għażla wera li safejn hija kkonċernata t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, iż-żamma tagħha tkun kontra l-objettivi tal-politika usa’ tal-Unjoni sakemm ma tkunx marbuta ma’ kontraparti li tiżgura l-avvanzi fil-qasam tal-effiċjenza tal-enerġija. Fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 it-trattament tas-setturi kkonċernati għandu jkun allinjat mar-regoli li japplikaw għas-setturi industrijali.

(21) Ir-regoli ġenerali introdotti minn din id-Direttiva jqisu l-ispeċifiċitajiet tal-fjuwils li huma bijomassa jew magħmulin minn bijomassa li jikkonformaw mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE fir-rigward kemm tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-bilanċ tas-CO2 kif ukoll għall-kontentut tal-enerġija aktar baxx għal kull unità kwantitattiva, kif imqabbla ma’ wħud mill-fjuwils tal-fossili li jikkompetu magħhom. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet fid-Direttiva 2003/96/KE li jawtorizzaw it-tnaqqis jew l-eżenjonijiet għal dawk il-fjuwils għandhom jitneħħew fuq medda medja ta’ żmien. Għall-perjodu interim, għandu jkun żgurat li l-applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet issir konsistenti mar-regoli ġenerali introdotti permezz ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE għandhom jibbenefikaw minn vantaġġi addizzjonali tat-taxxa biss jekk ikunu jissodisfaw il-kriterji dwar is-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva.

(22) Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni usa’ fil-qasam tal-fjuwils tat-tisħin użati għal finijiet ta’ negozju, l-Istati Membri b’livelli ta’ tassazzjoni ogħla mil-livelli minimi preskritti f’dak il-qasam għandhom ikomplu jipprevedu ċertu tnaqqis. Il-kundizzjonijiet applikabbli għandhom jiddistingwu bejn it-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija u t-tassazzjoni relatata mas-CO2, minħabba li dawk iż-żewġ elementi jsegwu objettivi differenti. Barra minn hekk, għandu jkun iċċarat li referenzi għal skemi ta’ permessi negozjabbli fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2003/96/KE ma jinkludux l-iskema tal-Unjoni taħt id-Direttiva 2003/87/KE.

(23) Minħabba l-istruttura amministrattiva partikolari tagħhom u taħt ċerti kundizzjonijiet, Spanja u Franza għandhom ikunu permessi japplikaw livelli reġjonali ogħla tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija għal prodotti tal-enerġija u l-elettriku.

(24) Id-Direttiva 2003/96/KE għandha tkun allinjata mad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE[21].

(25) Il-lista tal-prodotti tal-enerġija fl-Artikoli 2(1) u 20(1) tad-Direttiva 2003/96/KE għandha tkun aġġornata sabiex tinkludi ċerti bijofjuwils, sabiex ikun żgurat trattament unifikat u standardizzat ta’ dawk il-bijofjuwils u għandha ssir referenza fl-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2003/96/KE għall-verżjoni preżentament applikabbli tan-nomenklatura magħquda. Meta jitqies ir-riskju ta’ evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż li huma jirrappreżentaw, il-prodotti taħt il-Kodiċi NM 3811 għandhom isiru soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ kontroll u ta’ moviment tad-Direttiva 2008/118/KE.

(26) Sabiex ikun żgurat moviment ħieles waqt li fl-istess ħin jiġu rrispettati r-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli għall-vetturi kummerċjali u kontejners speċjali, id-definizzjoni ta’ tankijiet standard ta’ tali vetturi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96/KE għandha tkun aġġornata sabiex tirrifletti l-fatt li t-tankijiet tal-fjuwil ma jkunux imwaħħla b’mod esklużiv ma’ vetturi kummerċjali mill-manifattur tagħhom.

(27) Minħabba li ċerti dispożizzjoniet tranżizzjonali tad-Direttiva 2003/96/KE issa saru skaduti, għandhom jitħassru.

(28) Kull ħames snin, u għall-ewwel darba sa qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi teżamina b’mod partikolari l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prezz tas-suq fl-UE tal-kwoti tal-emissjonijiet, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis stabbiliti f’din id-Direttiva, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru u bil-baħar. Il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa.

(29) Huwa xieraq li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/96/KE li jikkonċernaw is-setgħat implimentattivi sabiex tkun żgurata konsistenza mad-dispożizzjonijiet introdotti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu jsir permezz tal-għoti ta’ setgħat iddelegati lill-Kummissjoni.

(30) Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex ikunu aġġornati l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għall-prodotti msemmija fid-Direttiva 2003/96/KE, kif ukoll ir-referenza għan-Nomenklatura Magħquda applikabbli. Huwa meħtieġ li s-setgħat jiġu ddelegati lill-Kummissjoni għal żmien mhux iddeterminat, sabiex ir-regoli jkunu jistgħu jiġu aġġustati, jekk ikun meħtieġ.

(31) Minħabba li l-objettivi tal-azzjoni li trid tittieħed, b’mod partikolari biex ikun żgurat il-funzjonament kif jixraq tas-suq intern fl-ambitu tar-rekwiżiti l-ġodda fl-oqsma tal-enerġija u l-ambjent, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u jistgħu għaldaqstant jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(32) Għaldaqstant, id-Direttiva 2003/96/KE għandha tiġi hekk emendata,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2003/96/KE hija emendata kif ġej:

5. L-Artikolu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jimponu tassazzjoni fuq il-prodotti tal-enerġija u l-elettriku skont din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jiddistingwu bejn it-tassazzjoni relatata mas-CO2 u t-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija.

It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha tiġi kkalkulata f’EUR/t ta’ emissjonijiet tas-CO2, fuq il-bażi tal-fatturi tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza stipulati fil-punt 11 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*). Il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifikati f’din id-Deċiżjoni għal bijomassa jew prodotti magħmulin mill-bijomassa għandhom, fil-każ tal-bijofjuwils u bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE, japplikaw biss meta l-prodott ikkonċernat jikkonforma mal-kriterji tas-sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli(**). Meta l-bijofjuwils u l-bijolikwidi ma jkunux jikkonformaw ma’ dawk il-kriterji, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 ta’ referenza għall-fjuwil tat-tisħin jew il-fjuwil tal-karozzi ekwivalwenti li għalihom il-livelli minimi ta’ tassazzjoni huma speċifikati f’din id-Direttiva.

It-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija għandha tkun ikkalkulata f’EUR/GJ fuq il-bażi tal-valur kalorifiku nett tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku kif stabbilit fl-Anness II għad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (***). Fil-każ tal-bijomassa jew prodotti magħmula mill-bijomassa, il-valuri ta’ referenza għandhom ikunu dawk stipulati fl-Anness III għad-Direttiva 2009/28/KE. Madanakollu, fil-każ tal-bijofjuwils u l-bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE, dawn il-valuri ta' referenza għandhom japplikaw biss fejn il-prodott ikun jikkonforma mal-kriterji dwar is-sostenibbiltà mniżżlin fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva. F'dan il-każ, għandhom japplikaw kemm għall-fjuwils tal-karozzi kif ukoll għall-fjuwils tat-tisħin. Fejn il-bijofjuwils u l-bijolikwidi ma jkunux jikkonformaw ma’ dawn il-kriterji, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-valuri ta’ referenza għall-fjuwil tat-tisħin jew il-fjuwil tal-karozzi ekwivalwenti li għalihom il-livelli minimi ta’ tassazzjoni huma speċifikati f’din id-Direttiva.

Meta d-Direttiva 2006/32/KE, id-Deċiżjoni 2007/589/KE jew id-Direttiva 2009/28/KE, skont il-każ li jkun, ma jkunx fihom fattur ta’ emissjoni u/jew valur kalorifiku nett għall-prodott ikkonċernat, l-Istati Membri għandhom jirreferu għal informazzjoni disponibbli rilevanti fuq il-fattur tal-emissjoni tas-CO2 u/jew il-valur kalorifiku nett tiegħu.

Għall-fini ta’ din id-Direttiva ‘bijomassa' għandha tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ prodotti, skart u fdalijiet ta’ oriġini bijoloġiku mill-agrikoltura (inklużi sustanzi veġetali u tal-annimali), il-forestrija u l-industriji relatati inklużi s-sajd u l-akwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta’ skart industrijali u muniċipali.

3. Meta parti minn prodott tal-enerġija tkun tikkonsisti minn bijomassa jew prodotti magħmula mill-bijomassa, il-fatturi tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-valur kalorifiku nett relevanti għal din il-parti għandhom ikunu stabbiliti skont il-paragrafu 2, indipendentement mill-kodiċi NM li taħtha jkun jaqa’ l-prodott tal-enerġija bħala oġġett sħiħ.

4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw kemm għat-tassazzjoni relatata mas-CO2 kif ukoll għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija.

(*) ĠU L 229, 31.8.2007, p.1.

(**) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(***) ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.”

6. L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) Il-punt (h) għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“(h) li jaqgħu fil-Kodiċi NM 2909 19 10 u 3824 90 91;”

(ii) Għandhom jiżdiedu l-punti (i) u (j) li ġejjin:

“(i) li jinsabu fil-Kodiċi NM 2207, 2208 90 91 u 2208 90 99 jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi u huma żnaturati skont l-Artikolu 27(1)(a) u (b) tad-Direttiva 92/83/KE;

(j) jinsabu fil-Kodiċi NM 2909 19 90, 3823 19 90 u 3824 90 97, jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi.”

(b) Il-paragrafi 3, 4 u 5 jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:

“3. Meta huma intenzjonati għall-użu, offruti għall-bejgħ jew użati bħala fjuwil tal-karozzi jew fjuwil tat-tisħin, il-prodotti tal-enerġija għajr dawk li għalihom huma speċifikati livelli minimi ta’ tassazzjoni f’din id-Direttiva, għandhom jiġu intaxxati skont l-użu, bir-rati għal fjuwil tat-tisħin u fjuwil tal-karozzi ekwivalenti, ikkalkolati skont l-Artikolu 1(2) u (3).

Prodotti differenti minn prodotti tal-enerġija, jekk intenzjonati għall-użu, offruti għall-bejgħ jew użati bħala fjuwil tal-karozzi, għandhom jiġu intaxxati bir-rati għal fjuwil tal-karozzi ekwivalenti, ikkalkolati skont l-Artikolu 1(2) u (3).

Addittivi u estensuri għall-fjuwils tal-karozzi, minbarra l-ilma, għandhom jiġu intaxxati bir-rati għall-fjuwil tal-karozzi ekwivalenti.

L-idrokarburi differenti minn dawk elenkati fil-paragrafu 1 u intenzjonati għall-użu, offruti għall-bejgħ jew użati bħala fjuwil tat-tisħin, għandhom jiġu intaxxati bir-rati għall-prodott tal-enerġija ekwivalenti, skont l-Artikolu 1(2) u (3). Dan is-subparagrafu ma għandux japplika għall-pit.

4. It-tassazzjoni relatata mas-CO2 għandha, soġġett għall-Artikolu 14(1)(d) ta’ din id-Direttiva, tapplika għall-użu tal-prodotti tal-enerġija li joħolqu emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju minn installazzjonijiet kif iddefiniti fl-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE(*), kemm jekk l-installazzjonijiet jaslu kif ukoll jekk le sal-valuri tal-limiti indikati fl-Anness I għal dik id-Direttiva.

Meta l-prodotti tal-enerġija jintużaw skont l-ewwel subparagrafu, għal fini differenti milli bħala fjuwil tal-karozzi, għandhom jiġu ttrattati bħala fjuwil tat-tisħin għall-finijiet ta’ din id-Direttiva.

5. Ir-referenzi f’din id-Direttiva għal kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda għandhom ikunu għal dawk tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 861/2010 tal-5 ta’ Ottubru 2010 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffi u n-nomenklatura tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni(**).

Meta r-Regolament imsemmi fl-ewwel subparagrafu huwa ssostitwit jew meta emenda għan-Nomenklatura Magħquda tkun teħtieġ modifika tal-kodiċi msemmija f’din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tadotta att iddelegat skont l-Artikolu 27 u soġġett għall-kundizzjonijiet tal-Artikoli 27a u 27b sabiex timmodifika l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda tal-prodotti msemmija f’din id-Direttiva jew sabiex timmodifika r-referenza prevista fl-ewwel subparagrafu sabiex tallinjaha mal-verżjoni applikabbli tan-Nomenklatura Magħquda.

Dak l-att iddelegat m’għandux jirriżulta f’xi bidliet fir-rati minimi tat-taxxa f’din id-Direttiva jew fiż-żieda jew tneħħija ta’ kwalunkwe prodott tal-enerġija jew l-elettriku.

__________

(*) ĠU L 275, 25.10.2003, p.32.

(**) ĠU L 284, 29.10.2010, p. 1.”

(c) Jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6. Għall-finijiet tal-punti (a), (d), (i) u (j) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u l-punti (a), (g), (i) u (j) tal-Artikolu 20(1), il-prodotti intenzjonati għall-provvista għandhom jitqiesu bħala intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi meta l-fornitur jiġi mgħarraf, jew għandu raġonevolment ikun mgħarraf, li r-riċevitur għandu l-intenzjoni li juża l-prodotti bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi. Il-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-punt (a) tal-Artikolu 20(1) m’għandhomx jitqiesu bħala intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi jekk huma fornuti lil produttur ta’ prodotti msemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-punt (h) tal-Artikolu 20(1).”

7. L-Artikolu 3 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2(4), din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a) tassazzjoni fuq il-bejgħ tas-sħana u t-tassazzjoni tal-prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 4401 u 4402;

(b) l-użu li ġej tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku:

- prodotti tal-enerġija użati għal finijiet mhux bħala fjuwil tal-karozzi jew fjuwil tat-tisħin,

- użu doppju ta’ prodotti tal-enerġija

Prodott tal-enerġija jkollu użu doppju meta jintuża kemm bħala fjuwil tat-tisħin kif ukoll għal skopijiet differenti minn ta’ fjuwil tal-karozzi jew fjuwil tat-tisħin. L-użu ta’ prodotti tal-enerġija għat-tnaqqis ta’ kimiki u fi proċessi elettrolitiċi u metallurġiċi għandu jitqies bħala użu doppju,

- l-elettriku użat prinċipalment għall-finijiet ta’ tnaqqis ta’ kimiki u fi proċessi elettrolitiċi u metallurġiċi,

- proċessi mineraloġiċi

“Proċessi mineraloġiċi” għandha tfisser il-proċessi kklassifikati fin-nomenklatura NACE taħt il-kodiċi DI 23 “il-manifattura ta’ prodotti minerali oħrajn mhux metalliċi” fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1893/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika*).

Madankollu, l-Artikolu 20 għandu japplika għall-prodotti tal-enerġija użati skont kif jipprovdi l-punt (b) tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.

________

(*)ĠU L 393, 30.12.2006, p.1.”

8. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“2. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva “il-livell ta’ tassazzjoni” għandu jkun it-tariffa totali imposta fir-rigward tat-taxxi indiretti kollha (minbarra t-taxxa fuq il-valur miżjud, minn hawn ’il quddiem issir referenza għaliha bħala “VAT”) ikkalkulata:

9. fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(2), meta dawn jiġu rilaxxati għall-konsum;

10. fir-rigward tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija, skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(2), meta dawn jiġu rilaxxati għall-konsum.”

(b) Jiżdiedu l-paragrafu 3 u 4 li ġejjin:

“3. Mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet, differenzjazzjonijiet u tnaqqis previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta livelli minimi ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti fl-Anness I fir-rigward ta’ użu speċifiku, livelli ugwali ta’ tassazzjoni huma stabbiliti għal prodotti li jintużaw għal dak l-użu. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1)(i), għall-fjuwils tal-karozzi msemmija fl-Anness I Tabella A, dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, kull użu li għalih huwa stabbilit livell minimu ta’ tassazzjoni, rispettivment, fit-Tabelli A, B u Ċ fl-Anness I għandu jitqies bħala użu waħdieni.

4. Il-livelli minimi tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jiġu addattati kull tliet snin li jibdew mill-1 ta’ Lulju 2016 sabiex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi armonizzat tal-prezzijiet tal-konsumatur minbarra l-enerġija u l-ikel mhux ipproċessat kif ippubblikati mill-Eurostat. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-livelli minimi riżultanti tat-tassazzjoni f’ Il - Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-livelli minimi għandhom jiġu addattati awtomatikament, biż-żieda jew it-tnaqqis tal-ammont bażi f’ewro bil-bidla perċentwali f’dak l-indiċi matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. Jekk il-bidla perċentwali mill-aħħar addattament tkun inqas minn 0.5%, ma jseħħ l-ebda addattament.”

11. L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Sakemm jirrispettaw il-livelli minimi tat-tassazzjoni preskritti minn din id-Direttiva, jistgħu jkunu applikati rati ddifferenzjati tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija mill-Istati Membri, taħt kontroll fiskali, fil-każijiet li ġejjin:”

(b) It-tielet inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“– għall-użi li ġejjin: it-trasport pubbliku lokali tal-passiġġieri (minbarra t-taxis), il-ġbir tal-iskart, il-forzi armati u l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-persuni b’diżabilità, l-ambulanzi;”

12. L-Artikolu 7 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“ Artikolu 7

B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, mill-1 ta’ Jannar 2015 u mill-1 ta’ Jannar 2018, il-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tal-karozzi għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I, Tabella A.”

13. Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“1. B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, il-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-prodotti użati bħala fjuwils tal-karozzi għall-finijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu stabbiliti kif stipulat fl-Anness I, Tabella B.”

14. L-Artikolu 9 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, il-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-fjuwils tat-tisħin għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I, Tabella C.”

15. L-Artikolu 10 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“ Artikolu 10

B’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013, il-livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli għall-elettriku għandhom ikunu ffissati kif stipulat fl-Anness I Tabella D.”

16. Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“2. Meta jkunu applikati l-unitajiet tal-volum, il-volum għandu jitkejjel f’temperatura ta’ 15°C.”

17. L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Minbarra d-dispożizzjonijiet ġenerali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE(*) fuq l-użu eżentat ta’ prodotti taxxabli, u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jeżentaw dan li ġej mit-tassazzjoni b’kundizzjonijiet li huma għandhom jistabbilixxu bil-għan li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u sempliċi ta’ tali eżenzjonijiet u biex jevitaw kwalunkwe evażjoni, ħrib mit-taxxa jew abbuż:

_________

(*) ĠU L 9, 14.1.2009, p.12.”

(ii) fil-punt (a), it-tieni sentenza għandha tiġi ssostitwita b’dan li ġej:

“Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet ta’ politika ambjentali differenti mit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, jagħmlu dawn il-prodotti soġġetti għat-tassazzjoni mingħajr ma jkollhom il-ħtieġa li jirrispettaw il-livelli minimi tat-tassazzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva.”

(iii) jiżdiedu l-punti (d) u (e) li ġejjin:

“(d) Fir-rigward tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, il-prodotti tal-enerġija użati għall-attivitajiet soġġetti għall-iskema tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2003/87/KE, u mhux esklużi minnha;

(e) sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-elettriku pprovdut direttament lil bastimenti rmiġġati fil-portijiet.”

(b) Jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3. Fil-każ tal-użu msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, ħlief għall-użu għall-produzzjoni tal-elettriku abbord l-inġenji, l-eżenzjoni għandha tapplika biss mit-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija.”

18. Jiddaħħal l-Artikolu 14a li ġej:

“Artikolu 14a

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-Istati Membri għandhom jipprovdu kreditu rigward it-tassazzjoni relatata mas-CO2 fir-rigward tal-użu tal-prodotti tal-enerġija minn installazzjonijiet li jinsabu f’setturi jew subsetturi li jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

2. L-ammont tal-kreditu tat-taxxa għandu jikkorrispondi għall-konsum annwali medjan tal-prodotti tal-enerġija, imfissra f’gigajoules (GJ), tal-installazzjoni matul il-perjodu ta’ referenza, għal finijiet differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 7, immultiplikat b’0,00561 u bil-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 kif stabbilit fl-Anness I, Tabella Ċ. Il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu għandu jkun jew il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2008 jew il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2010. L-ammont tal-kreditu tat-taxxa ma għandux jaqbeż it-taxxa relatata mas-CO2 fuq l-użu tal-prodotti tal-enerġija mill-installazzjoni matul il-perjodu kkonċernat.

3. Għall-installazzjonijiet li ma kinux qed jaħdmu fil-perjodu ta’ referenza, l-Istati Membri għandhom jibbażaw il-livell tal-kreditu tat-taxxa fuq il-kapaċità installata tal-installazzjoni mmultiplikata b’fattur ta’ utilizzazzjoni tal-kapaċità medju bl-applikazzjoni tal-metodoloġija kif stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni XXX fuq id-determinazzjoni tar-regoli tranżitorji fl-Unjoni għall-allokazzjonijiet gratis armonizzati skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE(*).

4. Meta Stat Membru japplika livell ta’ tassazzjoni relatat mas-CO2 li jaqbeż il-livell minimu preskritt minn din id-Direttiva, huwa jista’, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont ta’ kreditu tat-taxxa taħt il-paragrafu 2, jirreferi għal livell ta’ tassazzjoni relatata mas-CO2 sal-livell nazzjonali.

5. Għall-finijiet tal-paragrafi minn 1 sa 4, “setturi jew subsetturi li jitqiesu li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ tnixxija tal-karbonju” għandhom ikunu dawk li kienu stabbiliti bħala tali fuq il-bażi tal-Artikolu 10a(13) tad-Direttiva 2003/87/KE.

_______

(*) ĠU L

19. L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) il-punt (h) u (i) għandhom jiġu ssostitwiti b’dan li ġej:

“(h) prodotti tal-enerġija użati bħala fjuwil tat-tisħin u l-elettriku jekk użat mid-djar u/jew mill-organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali mill-Istat Membru kkonċernat. Fil-każ ta’ tali organizzazzjonijiet irrikonoxxuti bħala ddedikati għall-benesseri soċjali, l-Istati Membri għandhom jirrestrinġu l-eżenzjoni jew it-tnaqqis għal użu għall-finijiet ta’ attivitajiet mhux tan-negozju. Meta jsir użu mħallat, it-tassazzjoni għandha tapplika bi proporzjon għal kull tip ta’ użu. Jekk użu huwa insinifikanti, dan jista’ jkun ittrattat bħala żero;

(i) Sal-1 ta’ Jannar 2023, il-gass naturali u l-LPG użati bħala propellanti;”

(ii) għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-punti minn (a) sa (e) u (g) japplikaw biss għat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija.”

(b) Il-paragrafu 3 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw livell ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija ’l isfel sa żero fuq il-konsum tal-prodotti tal-enerġija u l-elettriku użati għall-agrikoltura, l-ortikultura, xogħlijiet akwakulturali u fil-forestrija. Il-benefiċjarji għandhom ikunu soġġetti għal arranġamenti li jridu jwasslu għal effiċjenza akbar tal-enerġija ekwivalenti b’mod wiesa’ għal dawk li setgħu inkisbu kieku r-rati minimi standard tal-Unjoni kienu ġew osservati.”

20. L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i) il-frażi introduttorja hija ssostitwita b’dan li ġej:

“Sal-1 ta’ Jannar 2023, l-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, japplikaw eżenzjoni jew rata mnaqqsa ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija taħt il-kontroll fiskali fuq il-prodotti taxxabbli msemmija fl-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva meta tali prodotti huma magħmula minn, jew ikun fihom, wieħed jew aktar mill-prodotti li ġejjin u fejn, safejn għandhom x'jaqsmu l-bijofjuwils u bijolikwidi ddefiniti fl-Artikolu 2(h) u (i) tad-Direttiva 2009/28/KE, dawn il-prodotti jkunu jikkonformaw mal-kriterji ta’ sostenibilità stabbiliti fl-Artikolu 17 ta' dik id-Direttiva.”

(ii) it-tielet subparagrafu jitneħħa.

(b) Il-paragrafi 4, 6 u 8 jitneħħew.

21. L-Artikoli 17 u 18 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 17

1. Sakemm il-livelli minimi tat-tassazzjoni preskritti f’din id-Direttiva jiġu rispettati bħala medja għal kull negozju, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tnaqqis fit-taxxa mit-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija użata għall-finijiet ta’ tisħin jew għall-finijiet tal-Artikolu 8(2)(b) u (c) u fuq l-elettriku fil-każijiet li ġejjin:

(a) favur negozji li jużaw l-enerġija b’mod intensiv

Negozju li juża l-enerġija b’mod intensiv’ għandha tfisser entità tan-negozju, kif imsemmi fl-Artikolu 11, fejn ix-xiri ta’ prodotti tal-enerġija u l-elettriku jammontaw għal mill-inqas 3,0 % tal-valur tal-produzzjoni jew fejn it-taxxa nazzjonali pagabbli fuq l-enerġija tammonta għal mill-inqas 0,5 % tal-valur miżjud. F’din id-definizzjoni, l-Istati Membri jistgħu japplikaw kunċetti iktar ristretti, li jinkludu d-definizzjonijiet tal-valur tal-bejgħ, tal-proċess u tas-settur.

‘Xiri ta’ prodotti tal-enerġija u tal-elettriku’ għandha tfisser l-ispiża attwali tal-enerġija mixtrija jew iġġenerata fin-negozju. Huma inklużi l-prodotti tal-elettriku, tas-sħana u tal-enerġija li huma użati biss għall-finijiet ta’ tisħin jew għall-finijiet tal-Artikolu 8(2)(b) u (c). It-taxxi kollha huma nklużi, ħlief il-VAT li trid titnaqqas.

‘Il-valur tal-produzzjoni’ għandha tfisser il-fatturat, inklużi s-sussidji marbutin direttament mal-prezz tal-prodott, u ma' dan jiżdied jew jitnaqqas it-tibdil fl-istokkijiet ta’ prodotti lesti, ix-xogħol li għadu mhux lest u l-prodotti u s-servizzi mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu, li minnu jitnaqqas ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi li se jerġgħu jinbiegħu.

‘Valur miżjud’ għandha tfisser id-dħul totali li fuqu titħallas il-VAT, inkluż il-bejgħ permezz tal-esportazzjoni li minnu jitnaqqas ix-xiri totali li fuqu titħallas il-VAT, inklużi l-importazzjonijiet;

(b) fejn jiġu konklużi ftehimiet ma’ entitajiet tan-negozju kif imsemmi fl-Artikolu 11 jew assoċjazzjonijiet ta’ tali entitajiet tan-negozju, jew fejn huma implimentati skemi ta’ permessi negozjabbli jew miżuri ekwivalenti, safejn iwasslu għal titjib fl-effiċjenza tal-enerġija.

2. Sakemm il-livelli minimi tat-tassazzjoni preskritti f’din id-Direttiva jiġu rispettati bħala medja għal kull negozju, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tnaqqis fit-taxxa mit-tassazzjoni relatata mas-CO2 għall-prodotti tal-enerġija użati għall-finijiet ta’ tisħin jew għall-finijiet tal-Artikolu 8(2)(b) u (c) fejn jiġu konklużi ftehimiet ma’ entitajiet kummerċjali kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 11 jew assoċjazzjonijiet ta’ tali entitajiet kummerċjali, jew fejn huma implimentati skemi ta’ permessi negozjabbli jew miżuri ekwivalenti, safejn iwasslu għal objettivi li jikkonċernaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2.

3. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, ‘skemi ta’ permessi negozjabbli’ għandha tfisser skemi ta’ permessi negozjabbli differenti mill-iskema tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2003/87/KE.

Artikolu 18

1. Minkejja l-Artikolu 4(3), Spanja tista’ tipprovdi li l-livelli tat-tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija applikati minn kwalunkwe Komunità Awtonoma jistgħu jkunu ogħla mil-livelli tat-tassazzjoni nazzjonali korrispondenti (differenzjazzjoni reġjonali). Ir-regoli applikabbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) il-livell tat-tassazzjoni applikat minn kwalunkwe Komunità Awtonoma ma jridx jaqbeż il-livell tat-tassazzjoni nazzjonali korrispondenti b’aktar minn 15%;

(b) meta matul ċaqliq ta’ prodotti tal-enerġija taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju lejn Spanja minn Stat Membru ieħor, tkun seħħet jew titqies li tkun seħħet irregolarità fi Spanja, skont it-tifsira tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/118/KE li jinvolvi l-ħlas ta’ dazju tas-sisa, il-persuna li tiggarantixxi l-ħlas skont l-Artikolu 18 ta’ dik id-Direttiva ma għandhiex tinżamm responsabbli biex tħallas id-differenza bejn il-livell tat-tassazzjoni applikat mill-Komunità Awtonoma u l-livell nazzjonali, sakemm dik il-persuna ma tkunx ipparteċipat fl-irregolarità jew reat.

2. Minkejja l-Artikolu 4(3), Franza tista’ tipprovdi li l-livelli ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija applikati fil-livell tar-reġjuni Franċiżi jistgħu jkunu ogħla mil-livelli tat-tassazzjoni nazzjonali korrispondenti (differenzjazzjoni reġjonali). Ir-regoli applikabbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) Il-livell ta’ tassazzjoni applikat minn kwalunkwe awtorità reġjonali ma jridx jaqbeż il-livell ta’ tassazzjoni nazzjonali korrispondenti b’aktar minn 15%;

(b) Meta matul ċaqliq ta’ prodotti tal-enerġija taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju lejn Franza minn Stat Membru ieħor, tkun seħħet jew titqies li tkun seħħet irregolarità fi Franza, skont it-tifsira tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2008/118/KE li jinvolvi l-ħlas ta’ dazju tas-sisa, il-persuna li tiggarantixxi l-ħlas skont l-Artikolu 18 ta’ dik id-Direttiva ma għandhiex tinżamm responsabbli biex tħallas id-differenza bejn il-livell tat-tassazzjoni applikat minn kwalunkwe awtorità reġjonali u l-livell nazzjonali, sakemm dik il-persuna ma tkunx ipparteċipat fl-irregolarità jew reat.

3. Il-Portugall jista’ japplika livelli ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija fuq prodotti tal-enerġija u l-elettriku kkunsmati fir-Reġjuni Awtonomi tal-Ażores u Madejra li huma inqas mil-livelli minimi ta’ tassazzjoni kif stabbilit f’din id-Direttiva sabiex jikkumpensa għall-ispejjeż tat-trasport magħmula minħabba n-natura insulari u dispersa ta’ dawn ir-reġjuni.

4. Il-Greċja tista’ tapplika livelli ta’ tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija sa EUR 0.6 kull GJ li huma inqas mir-rati minimi stabbiliti f’din id-Direttiva fuq in-nafta użata bħala propellant u fuq il-petrol ikkunsmat fid-dipartimenti ta’ Lesbos, Chios, Samos, id-Dodecanese u ċ-Cyclades u fuq il-gżejjer tal-Eġew li ġejjin: Thasos, Sporades ta’ Fuq, Samothrace u Skiros.

5. Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja jistgħu, għall-użu li hemm referenza għalih fl-Artikoli 8 u 9, japplikaw perjodu ta’ tranżizzjoni sal-1 ta’ Jannar 2021 biex idaħħlu t-tassazzjoni relatata mas-CO2.. Jekk l-Unjoni tiddeċiedi li l-livelli tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 jitnaqqsu b’aktar minn 20% meta mqabbla mal-livelli miksuba fl-1990, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta’ dawn il-perjodi ta’ tranżizzjoni u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta bil-għan li tqassarhom u/jew timmodifika l-livelli minimi tat-tassazzjoni relatata mas-CO2 kif stabbilit fl-Anness I.”

22. L-Artikoli 18a u 18b għandhom jiġu revokati.

23. L-Artikolu 20 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 20

1. Il-prodotti tal-enerġija li ġejjin biss għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitoli III u IV tad-Direttiva 2008/118/KE:

(a) il-prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 1507 sa 1518, jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi;

(b) prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 2707 10 , 2707 20 , 2707 30 u 2707 50;

(c) il-prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 2710 11 sa 2710 19 69. Madankollu, għall-prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 2710 11 21, 2710 11 25 u 2710 19 29, il-Kapitoli III u IV tad-Direttiva 2008/118/KE għandhom japplikaw biss għall-movimenti ta’ volum kbir u kummerċjali;

(d) prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 2711 (ħlief 2711 11, 2711 21 u 2711 29);

(e) prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 2901 10;

(f) prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 2902 20 , 2902 30, 2902 41, 2902 42, 2902 43 u 2902 44;

(g) il-prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 2905 11 00, li mhumiex ta’ oriġini sintetika, jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi;

(h) il-prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 2909 19 10 u 3824 90 91;

(i) il-prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 2207, 2208 90 91 u 2208 90 99, jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi u huma żnaturati skont l-Artikolu 27(1)(a) u (b) tad-Direttiva 92/83/KE;

(j) il-prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 2909 19 90, 3823 19 90, u 3824 90 97, jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi;

(k) il-prodotti li jinsabu fil-Kodiċi NM 3811.

2. L-Istati Membri jistgħu, skont arranġamenti bilaterali, ma jużawx id-dispożizzjonijiet kollha, jew uħud minnhom, tal-Kapitoli III u IV tad-Direttiva 2008/118/KE fir-rigward tal-prodotti kollha, jew uħud minnhom, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, inkwantu mhumiex koperti mill-Artikoli 7, 8 u 9 ta’ din id-Direttiva. Tali arranġamenti ma għandhomx jaffettwaw lill-Istati Membri li mhumiex parti minnhom. Tali arranġamenti bilaterali kollha għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn.”

24. L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, il-kelmiet “id-Direttiva 92/12/KEE” huma ssostitwiti bil-kelmiet “id-Direttiva 2008/118/KE”;

(b) Il-paragrafu 2 għandu jitħassar;

(c) Fl-ewwel u fir-raba’ subparagrafi tal-paragrafu 5, il-kelmiet “Bl-iskop li japplikaw l-Artikoli 5 u 6 tad-Direttiva 92/12/KEE” huma ssostitwiti bil-kelmiet “Bl-iskop li japplikaw l-Artikoli 2 u 7 tad-Direttiva 2008/118/KE”.

25. Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu,

‘tankijiet standard’ għandha tfisser:

- it-tankijiet imwaħħla b’mod permanenti mal-karozza mill-manifattur jew minn parti terza u li, skont id-dokumenti tar-reġistrazzjoni jew iċ-ċertifikat tal-vettura li jivverifika jekk hijiex tajba għat-triq, jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u tas-sigurtà applikabbli, u t-twaħħil permanenti tagħhom jagħmel possibbli li l-fjuwil jintuża direttament, kemm għall-iskop ta’ propulsjoni u, fejn jixraq, għat-tħaddim, waqt it-trasport, ta’ sistemi ta’ tkessiħ u sistemi oħra. Tankijiet tal-gass imwaħħla ma’ karozzi ddisinjati għall-użu dirett tal-gass bħala fjuwil u tankijiet imwaħħla mas-sistemi l-oħra li bihom il-vettura tista’ tkun mgħammra għandhom jitqiesu wkoll bħala tankijiet standard;

- it-tankijiet imwaħħla b’mod permanenti ma’ kontejner speċjali mill-manifattur jew minn parti terza u li, skont id-dokumenti tar-reġistrazzjoni tal-kontejner, jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi u tas-sigurtà applikabbli, u li t-twaħħil permanenti tagħhom jagħmel possibbli li l-fjuwil jintuża direttament għat-tħaddim, waqt it-trasport, tas-sistemi ta’ tkessiħ u sistemi oħra li bihom huma mgħammra l-kontejners speċjali.

‘Kontejner speċjali’ għandha tfisser kwalunkwe kontejner mgħammar b’apparat iddisinjat speċifikament għal sistemi ta’ tkessiħ, sistemi tal-ossiġenazzjoni, sistemi ta’ iżolazzjoni termali jew sistemi oħra.”

26. L-Artikolu 27 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“ Artikolu 27

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1. Is-setgħa biex ikunu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 2(5) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux iddeterminat.

2. Malli l-Kummissjoni tadotta att iddelegat, hija għandha tinnotifikah lill-Kunsill.

3. Is-setgħa biex ikunu adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 27a u 27b.”

27. Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 27a, 27b u 27c li ġejjin:

“Artikolu 27a

Revoka tad-delegazzjoni

1. Id-delegazzjoni tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Kunsill.

2. Fejn il-Kunsill ikun beda proċedura interna biex jiddeċiedi jekk jirrevokax jew le d-delegazzjoni tas-setgħat, huwa għandu jagħmel ħiltu biex jinforma lill-Kummissjoni fi żmien raġonevoli qabel tittieħed l-aħħar deċiżjoni, u għandu jindika s-setgħat iddelegati li jistgħu jkunu soġġetti għar-revoka u r-raġunijiet possibbli għar-revoka.

3. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tibda sseħħ minnufih jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati diġà fis-seħħ. Hija għandha tiġi ppubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 27b

Oġġezzjoni għal atti ddelegati

1. Il-Kunsill jista’ joġġezzjona għal att iddelegat fi żmien [tliet] xhur mid-data tan-notifika.

2. Jekk, meta jiskadi dak il-perjodu, il-Kunsill ma jkunx oġġezzjona għall-att iddelegat, l-att iddelegat għandu jkun ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu jidħol fis-seħħ fid-data indikata fih.

L-att iddelegat jista’ jkun ippubblikat f’ Il - Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu jekk il-Kunsill ikun informa lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tiegħu li ma jressaqx oġġezzjonijiet.

3. Jekk il-Kunsill joġġezzjona għal att iddelegat, dan m’għandux jidħol fis-seħħ. Il-Kunsill għandu jiddikjara r-raġunijiet għaliex ikun qed joġġezzjona għall-att iddelegat.

Artikolu 27c

Informazzjoni lill-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat dwar l-adozzjoni ta’ atti ddelegati mill-Kummissjoni, dwar kwalunkwe oġġezzjoni fformulata għalihom, jew ir-revoka tad-delegazzjoni tas-setgħat mill-Kunsill.”

28. L-Artikolu 29 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 29

Kull ħames snin, u għall-ewwel darba qabel tmiem l-2015, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, proposta biex tiġi mmodifikata.

Ir-rapport mill-Kummissjoni għandu, inter-alia, jeżamina l-livell minimu tat-tassazzjoni relatata mas-CO2, l-impatt tal-innovazzjoni u tal-iżviluppi teknoloġiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, tal-użu tal-elettriku fit-trasport u tal-ġustifikazzjoni għall-eżenzjonijiet u t-tnaqqis, inkluż għall-fjuwil użat għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-arja u bil-baħar, stabbiliti f’din id-Direttiva. Ir-rapport għandu jqis it-tħaddim kif jixraq tas-suq intern, il-valur reali tal-livelli minimi tat-tassazzjoni u l-objettivi usa’ tat-Trattat.

Fi kwalunkwe każ, il-lista ta' setturi jew subsetturi li huma meqjusin esposti għal riskju sinifikanti ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-finijiet tal-Artikolu 14a ta' din id-Direttiva għandha tkun irriveduta b'mod regolari, b'mod partikolari billi jingħata kas tad-disponibbiltà tal-evidenza li titfaċċa."

29. L-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness għal din id-Direttiva.

30. L-Annessi II u III jitħassru.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrativi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jgħaddu mill-ewwel lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2013 'il quddiem.

Meta l-Istati Membri jadottaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel u fit-tielet subparagrafi, dawk id-dispożizzjonijiet għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

“ANNESS I

Tabella A. – Livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013 'il quddiem għall-fjuwils tal-karozzi għall-finijiet tal-Artikolu 7

Tassazzjoni relatata mas-CO2 | Tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija | Tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija | Tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija |

1 ta’ Jannar 2013 | 1 ta’ Jannar 2013 | 1 ta’ Jannar 2015 | 1 ta’ Jannar 2018 |

Petrol Kodiċijiet NM 2710 11 31, 2710 11 41, 2710 11 45, 2710 11 49, 2710 11 51 u 2710 11 59 | 20 €/t CO2 | 9.6 €/GJ | 9.6 €/GJ | 9.6 €/GJ |

Nafta Kodiċi NM 2710 19 41 sa 2710 19 49 | 20 €/t CO2 | 8.2 €/GJ | 8.8 €/GJ | 9.6 €/GJ |

Pitrolju Kodiċi NM 2710 19 21 sa 2710 19 25 | 20 €/t CO2 | 8.6 €/GJ | 9.2 €/GJ | 9.6 €/GJ |

LPG Kodiċi NM 2711 12 11 sa 2711 19 00 | 20 €/t CO2 | 1.5 €/GJ | 5.5 €/GJ | 9.6 €/GJ |

Gass naturali Kodiċi NM 2711 11 00 u 2711 21 00 | 20 €/t CO2 | 1.5 €/GJ | 5.5 €/GJ | 9.6 €/GJ |

Tabella B. – Livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013 'il quddiem għall-fjuwils tal-karozzi użati għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 8(2)

Tassazzjoni relatata mas-CO2 | Tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija |

Nafta Kodiċi NM 2710 19 41 sa 2710 19 49 | 20 €/t CO2 | 0.15 €/GJ |

Pitrolju Kodiċi NM 2710 19 21 sa 2710 19 25 | 20 €/t CO2 | 0.15 €/GJ |

LPG Kodiċi NM 2711 12 11 sa 2711 19 00 | 20 €/t CO2 | 0.15 €/GJ |

Gass naturali Kodiċi NM 2711 11 00 u 2711 21 00 | 20 €/t CO2 | 0.15 €/GJ |

Tabella C. – Livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013 'il quddiem għall-fjuwils tat-tisħin

Tassazzjoni relatata mas-CO2 | Tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija |

Żejt tal-gass Kodiċi NM 2710 19 41 sa 2710 19 49 | 20 €/t CO2 | 0.15 €/GJ |

Nafta tqila Kodiċi NM 2710 19 61 sa 2710 19 69 | 20 €/t CO2 | 0.15 €/GJ |

Pitrolju Kodiċi NM 2710 19 21 sa 2710 19 25 | 20 €/t CO2 | 0.15 €/GJ |

LPG Kodiċi NM 2711 12 11 sa 2711 19 00 | 20 €/t CO2 | 0.15 €/GJ |

Gass naturali Kodiċi NM 2711 11 00 u 2711 21 00 | 20 €/t CO2 | 0.15 €/GJ |

Faħam u kokk Kodiċi NM 2701, 2702 u 2704 | 20 €/t CO2 | 0.15 €/GJ |

Tabella D. – Livelli minimi ta’ tassazzjoni applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2013 'il quddiem għall-elettriku

Tassazzjoni relatata mas-CO2 | Tassazzjoni tal-konsum ġenerali tal-enerġija |

Elettriku Kodiċi NM 2716 | 0.15 €/GJ |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1. Titolu tal-proposta/inizjattiva

Reviżjoni tad-Direttiva 2003/96/KE

1.2. Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[22]

14 05 Politika ta’ Tassazzjoni

1.3. Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[23]

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal- estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

( Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4. Objettivi

1.4.1. L-objettiv(i) strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Tkabbir sostenibbli – għal ekonomija aktar effiċjenti fl-użu ta' riżorsi, aktar ekoloġika u aktar kompetittiva (Ewropa 2020)

1.4.2. Objettiv(i) speċifiku(ċi) u l-attività(jiet) ta’ ABM/ABB ikkonċernata/i

Objettiv Speċifiku Nru 3.

Li jiġu żviluppati inizjattivi tat-taxxa ġodda u azzjonijiet bħala appoġġ għall-objettivi tal-politika tal-UE (pereżempju fil-qasam tal-politika ambjentali u tal-enerġija)

Attività(jiet) ta’ ABM/ABB ikkonċernati

Titolu 14 Tassazzjoni u Unjoni Doganali; ABB 05 Politika tat-Tassazzjoni

1.4.3. Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Koerenza tad-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija mal-prijoritajiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u koerenza mal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS)

Tneħħija ta’ inċentivi ta’ dannu għall-ambjent fid-direttiva attwali; inklużjoni ta’ inċentivi pożittivi favur pereżempju l-bijofjuwils.

Kontribuzzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, żieda fl-impjiegi u tkabbir ekonomiku.

Trattament konsistenti tas-sorsi tal-enerġija fid-Direttiva dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija u għaldaqstant il-ħolqien ta’ kondizzjonijiet ekwi reali bejn il-konsumaturi differenti tal-enerġija.

1.4.4. Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Sinjal tal-prezz tas-CO2 għas-setturi li jinsabu barra mill-Iskema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS).

Rata tat-taxxa impliċita reali fuq l-enerġija (ITR fuq l-enerġija)

1.5 Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1. Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġu ssodisfati fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

L-UE stipulat għaliha nnifisha serje ta’ miri eżiġenti, ġuridikament vinkolanti rigward it-tibdil fil-klima u l-enerġija li jridu jintlaħqu sal-2020. Dawn huma spjegati fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 bħala prijorità tat-tkabbir sostenibbli, ekonomija aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, aktar ekoloġika u aktar kompetittiva.

1.5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

It-tibdil fil-klima u l-enerġija huma kwistjonijiet ta’ skala Ewropea. Azzjoni kkoordinata hija essenzjali biex jintlaħqu l-miri stipulati b’mod komuni f’dawn l-oqsma.

1.5.3. Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

Mhux applikabbli

1.5.4. Koerenza u sinerġija potenzjali ma’ strumenti rilevanti oħra

Il-proposta tistabbilixxi qafas għall-użu tat-tassazzjoni tas-CO2 f’oqsma fejn l-ETS tal-UE ma tapplikax, u tikkumplimenta s-sinjal tal-prezz tal-karbonju stabbilit mill-ETS. Id-duplikazzjoni bejn iż-żewġ strumenti sejra tiġi evitata biex tkun żgurata l-konsistenza mal-ETS tal-UE u jkun evitat it-telf b’mod li jkun ta’ benefiċċju mil-lat tal-ispejjeż.

Il-proposta tikkontribwixxi għall-Istrateġija Ewropa 2020. B’mod partikolari, hija tippermetti lill-Istati Membri jsaħħu kemm jista’ jkun il-potenzjal tas-sistema tat-tassazzjoni biex jippromwovu t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, jinkoraġġixxu l-impjiegi u l-investiment, u jgħinu biex jintlaħqu l-miri soċjali u ambjentali usa’ tagħna.

1.6. Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq l-UE.

( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

- ( Proposta/inizjattiva b’seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

- ( Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

( Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mingħajr limitu

- Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu tat-tħaddim minn SSSS sa SSSS,

- segwit minn tħaddim b’mod sħiħ.

1.7. Mod(i) ta’ ġestjoni previst(i)[24]

Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq l-UE.

( Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

( Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delegazzjoni tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

- ( aġenziji eżekuttivi

- ( korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[25]

- ( korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

- ( persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

( Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

( Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati)

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-"Kummenti".

Kummenti

2. MIŻURI TA’ ĠESTJONI

Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-UE.

2.1. Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

2.2. Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1. Riskju/i identifikat(i)

2.2.2. Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

2.3. Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri eżistenti jew previsti ta’ prevenzjoni u protezzjoni.

3. IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

Il-proposta ma għandhiex impatt finanzjarju fuq l-UE.[pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

[2] SEC (2008) 85 vol. II, p.51 et seq.

[3] Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

[4] Il-Kunsill Ewropew tat-13 u l-14 ta’ Marzu 2008, il-konklużjonijiet tal-Presidenza (7652/1/08 rev.1, 20/05/2008).

[5] Green paper dwar strumenti bbażati fuq is-suq għal finijiet ambjentali u relatati mal-politika - COM(2007) 140, 28.3.2007.

[6] Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/KE tat-18 ta’ Lulju 2007 li tistabbilixxi linji ta' gwida dwar il-monitoraġġ u r-rapportaġġ tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 229, 31.8.2007, p.1).

[7] Id-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta' enerġija u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/76/KEE (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64).

[8] Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16)

[9] COM(2007) 52, 13.3.2007.

[10] ĠU L, , p..

[11] ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.

[12] ĠU C , , p. .

[13] ĠU C , , p. .

[14] ĠU C , , p. .

[15] ĠU L 283, tal-31.10.2003, p. 51.

[16] ĠU L 140, 5.6.2009, p.136.

[17] ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

[18] ĠU L 229, 31.8.2007, p.1.

[19] ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.

[20] ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

[21] ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12.

[22] ABM: Activity-Based Management – ABB: Activity-Based Budgeting.

[23] Kif imsemmija fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[24] Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[25] Kif hemm referenza għalihom fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

Top