This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011PC0069
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT pursuant to Article 294 (6) of the Treaty on the Functioning of the European Union concerning the Council's position at first reading on a proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 1999/62/EC on the charging of heavy goods vehicles for the use of certain infrastructure
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikkonċerna l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal ta' merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikkonċerna l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal ta' merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
/* KUMM/2011/0069 finali - COD 2008/0147 */
/* KUMM/2011/0069 finali - COD 2011/0147 */ KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikkonċerna l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal ta' merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 15.2.2011 KUMM(2011) 69 finali 2008/0147 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEWskont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeali jikkonċerna l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal ta' merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi 2008/0147 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEWskont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropeali jikkonċerna l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 1999/62/KE dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi tqal ta' merkanzija għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 1. SFOND Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (dokument COM(2008) 436 finali – 2008/0147 COD): | 08/07/2008 | Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 16/12/2009 | Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 11/03/2009 | Data tal-adozzjoni tal-ftehim politiku tal-Kunsill bi tħejjija għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari: | 15/10/2010 | Data ta' adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill: | 14/02/2011 | 2. GĦAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI Sabiex jiġu eliminati d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni bejn l-impriżi tat-trasport u jiġu stabbiliti mekkaniżmi ġusti għall-imposti tal-kostijiet tal-infrastruttura għat-trasportaturi. Id-Direttiva 1999/62/KE tiffissa rati massimi li l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq il-vetturi tqal tal-merkanzija għall-użu ta' ċerta infrastruttura tat-trasport. Fid-determinazzjoni ta' dawn ir-rati, l-Istati Membri ma jistgħux jqisu l-kostijiet esterni bħat-tniġġis tal-arja u mill-istorbju. L-emendi proposti mill-Kummissjoni se jippermettu tali imposti li, jekk jiġu introdotti, se jippromwovu aktar effiċjenza u trasport tal-merkanzija aktar nadif. Fuq nett fil-lista tal-bidliet proposti hemm li l-Istati Membri jkollhom aktar flessibbiltà biex ivarjaw ir-rati tal-pedaġġ biex jippromwovu aktar l-użu fil-ħinijiet meta t-traffiku ma jkunx daqshekk intens u finalment tonqos il-konġestjoni. Fl-aħħar id-dħul addizzjonali ġġenerat permezz tal-imposti tal-kostijiet esterni għandu jintuża biex jiffinanzja proġetti li jagħmlu t-trasport sostenibbli. 3. Kummenti dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari 3.1 Kummenti ġenerali dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari L-għanijiet primarji għall-proposta tal-Kummissjoni huma li jippermettu l-Istati Membri biex jinternalizzaw l-iżjed kostijiet esterni rilevanti fl-imposti tal-vetturi tqal tal-merkanzija, u biex jiġi estiż l-ambitu tad-Direttiva barra min-netwerk trans-Ewropew (TEN). Fil-biċċa l-kbira tagħhom dawn l-għanijiet inkisbu fil-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari. 3.2 Kummenti dettaljati dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari Id-dispożizzjonijiet ewlenin fil-pożizzjoni tal-Kunsill, u l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar dawn id-dispożizzjonijiet, huma kif ġej: Pożizzjoni tal-Kunsill | Opinjoni tal-Kummissjoni | Estensjoni tal-mandat tad-Direttiva biex tkopri awtostradi li mhumiex TEN (l-Artikolu 2 u l-Artikolu 7). | Hija anqas mill-proposta oriġinali tal-Kummissjoni biex testendi l-ambitu għat-toroq kollha iżda xorta tirrapreżenta progress sinifikanti | L-Istati Membri jistgħu jinternalizzaw il-kostijiet esterni bħat-tniġġis mill-istorbju u tal-arja iżda mhux il-konġestjoni (l-Artikolu 7c(1)). Madankollu, jistgħu jvarjaw l-imposta tal-infrastruttura matul is-siegħat l-aktar intensivi bi dħul kostanti fi ħdan limiti usa' minn dawk fid-Direttiva attwali (l-Artikolu 7f(3)). | Il-preferenza tal-Kummissjoni kienet tkun l-inklużjoni tal-konġestjoni bħala kost estern bħat-tniġġis tal-arja u mill-istorbju. Madankollu, id-divrenzjar usa' tal-imposti tal-infrastruttura jirrapreżenta t-tieni l-aħjar soluzzjoni aċċettabli u prattikabbli biex tonqos il-konġestjoni. | Euro VI għandhom ikunu eżenti mill-kostijiet esterni għal perjodu ta' 4 snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva (l-Artikolu 7c(3)). | Bħala prinċipju l-Kummissjoni tappoġġa l-eżenzjoni minn dawn l-imposti ta' vetturi li jniġġsu inqas, iżda għal perjodu fiss u limitat biss. | L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw il-vetturi ta' bejn it-3.5 u t-12-il tunnellata mill-pedaġġi għal raġunijiet oħrajn apparti l-ambjent, il-konġestjoni u l-kostijiet amministrattivi (l-Artikolu 7(5)). | Il-preferenza tal-Kummissjoni kienet tkun li dawk id-derogi jkunu ġustifikati permezz ta' raġunijiet oġġettivi u identifikati b'mod ċar | Tipproponi li l-fondi miġbura permezz tal-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni għandhom jiġu assenjati għal programmi li jtejbu s-sostenibbiltà tas-sistema tat-trasport, iżda l-Istati Membri għandhom id-diskrezzjoni aħħarija dwar kif għandhom jonfqu dawn il-fondi (l-Artikolu 9(2)). | Il-Kummissjoni kienet tippreferi li kieku l-kelma 'għandhom' tinbidel bil-kelma 'iridu', jew tal-anqas li jkun hemm rekwiżit li l-Istati Membri jirrappurtaw dwar kif dawn il-fondi miġbura qed jintefqu u jesprimu intenzjoni politika aktar b'saħħitha biex jagħmlu dan fis-settur tat-trasport, l-aktar fin-netwerk trans-Ewropew. Il-Kummissjoni wkoll kienet tippreferi li kieku ma tħassarx il-lingwaġġ tad-Direttiva attwali dwar l-użu tad-dħul tal-imposti tal-infrastruttura. | L-abbiltà li jiġu emendati ħafna mill-Annessi fid-Direttiva attwali permezz ta' atti delegati (eż. il-proċedura regolatorja tal-komitoloġija l-qadima) tneħħiet mill-proposta (l-Artikolu 9b). | Il-Kummissjoni tippreferi li żżomm l-abbiltà li temenda dawn l-Annessi permezz ta' atti delegati, b'mod partikolari l-Anness III u l-valur għall-istandards tal-Euro fil-futur tal-Anness IIIb il-ġdid (tal-pożizzjoni tal-Kunsill). | Wieħed għandu jinnota li l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tinkludi l-emendi li ġejjin tal-ewwel qari tal-Parlament Ewropew li kienu aċċettabbli għall-Kummissjoni: 30, 34, 36, 46, 50, u 69. L-emenda 52 kienet inkluża fil-pożizzjoni tal-Kunsill ukoll. Emendi oħrajn ġew riflessi f'partijiet fil-pożizzjoni tal-Kunsill, bħall-emenda 58 dwar l-aġġustament għall-inflazzjoni jew parti mill-emenda 63. Barra minn hekk, l-emenda 43 ukoll ġiet aċċettata f'parti mill-pożizzjoni tal-Kunsill. Din iżżid il-varjazzjoni fil-pedaġġi permessi bejn il-ħinijiet l-aktar intensivi u l-ħinijiet li mhumiex minn 100 % aktar mir-rata minima sa 175 % aktar mir-rata medja massima permessa. Dan l-approċċ fil-prattika jagħti l-possibbiltà biex jiġu implimentati inċentivi simili biex jiġi evitat il-ħin l-aktar intensiv kif talbu l-Parlamenti li riedu varjazzjoni ta' 500 % iżda aktar mir-rata minima biss. L-emendi sustantivi li ġejjin tal-Parlament Ewropew li kienu aċċettabbli għall-Kummissjoni ma ġewx integrati fil-pożizzjoni tal-Kunsill (l-iżjed importanti b'tipa grassa, in-numri fil-parenteżi jindikaw l-emendi rilevanti tal-PE): - Emenda fl-Artikolu 7a(1) li tħassar il-lingwaġġ li jawtorizza lill-Istati Membri biex japplikaw biss rati annwali għall-vetturi reġistrati f'dak l-Istat Membru (31). - Emenda fl-Artikolu 7b(2) propost li jawtorizza lill-Istati Membri biex jiġbru imposta tal-konġetjoni li tirrifletti l-kost tal-konġestjoni u tirrikjedilhom jabbozzaw pjanijiet ta' azzjoni biex jiġġieldu l-konġetjoni (33). - Lingwaġġ li jippermetti, f'każijiet fejn is-sewwieqa ma jkunx f'pożizzjoni li jipproduċu dokumentazzjoni biex tiġi vverifikat l-klassi Euro, li kwalunkwe kost addizzjonali b'riżultat ta' dan jiġi rimborsat jekk sewwieq ikun jista', f'data aktar tard, jipprovdi tali prova (42). - Emenda fl-Artikolu 7g(2) li tirrikjedi lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament, u mhux biss lill-Kumitat, dwar jekk arranġament tal-pedaġġ huwiex konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva (44) u l-emenda fl-Artikolu 7g(4) li tirrikjedi lill-Kummissjoni tittrażmetti lill-Parlament Ewropew id-deċiżjonijiet li jsiru disponibbli għall-Kumitat msemmi taħt dan l-Artikolu (47). - Subpunt addizzjonali għall-Artikolu 7g(3) li jirrikjedi lill-Istati Membri biex jagħtu d-dettalji dwar kif għandhom l-intenzjoni li jassenjaw il-fondi miġbura mill-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni (45). - Emenda fl-Artikolu 7i(5) relatata mal-lingwaġġ dwar l-użu tas-sistema Galileo. B'mod partikolari l-użu ta' din is-sistema bħala mezz effiċjenti tal-ġbir tal-imposti (53). - Lingwaġġ differenti dwar l-assenjar tal-fondi tal-kostijiet esterni miġbura (55) u dwar l-użu li jagħmlu l-Istati Membri mill-fondi miġbura mill-imposti tal-infrastruttura (56). - Emenda fl-Artikolu 9(2) li tirrikjedi li tal-anqas 15 % tal-fondi miġbura mill-internalizzazzjoni tal-kostijiet esterni jiġu riżervati għan-nefqa tal-proġetti TEN-T (57). - Emenda fl-Artikolu 11(2) li tkun titlob lill-Kummissjoni timmonitorja tal-abolizzjoni gradwali tas-sistemi tal-imposti bbażati fuq il-ħin (61). - Emenda fl-Artikolu 11(2) li tirrikjedi lill-Kummissjoni biex tagħmel proposta leġiżlattiva għal aktar reviżjoni tad-Direttiva (it-tieni parti tal-emenda 63). L-emendi tal-Parlament Ewropew li ġejjin li ma kinux aċċettabbli għall-Kummissjoni ma ġewx integrati fil-pożizzjoni tal-Kunsill: 9, 12, 13, 25, 26, 27, 28, 29, 32, 37, 38, 39, 40, 48, 49, 54, 59, 60, 62, 64, 65, 66, 67 u 68. Finalment l-emenda 35 li introduċiet l-Artikolu 7c ġdid li jeżenta l-vetturi li huma konformi mal-istandards tal-EURO tal-futur ġie parzjalment aċċettat mill-Kunsill. Tal-aħħar madankollu ta perjodu ta' eżenzjoni itwal għall-vetturi EURO VI u żied perjodu ta' eżenzjoni għall-vetturi EURO V. 4. KONKLUŻJONI Il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari permezz tal-maġġoranza kwalifikata wara l-ilħuq tal-ftehim politiku fil-15 ta' Ottubru 2010. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti l-għanijiet prinċipali tal-proposta tagħha u għalhekk tista' tappoġġjaha.