This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011DC0902
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Draft 2012 Joint Report of the Council and the Commission on the implementation of the Strategic Framework for European cooperation in education and training (ET2020)Education and Training in a smart, sustainable and inclusive Europe
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Abbozz 2012 Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020)L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Abbozz 2012 Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020)L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva
/* KUMM/2011/0902 finali */
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS Abbozz 2012 Rapport Konġunt tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020)L-Edukazzjoni u t-Taħriġ f'Ewropa intelliġenti, sostenibbli u inklussiva /* KUMM/2011/0902 finali */
WERREJ 1. L-edukazzjoni u t-taħriġ fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020 3 2. Il-progress u l-isfidi f’oqsma ta’ prijorità 4 2.1. Investimenti u riformi fl-edukazzjoni u t-taħriġ 4 2.2. Tluq Kmieni mill-Iskola 4 2.3. Tintlaħaq l-edukazzjoni terzjarja 7 2.4. Strateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja 9 2.5. Mobilità tat-tagħlim 10 2.6. Ħiliet u impjiegi ġodda 11 3. Il-kontribuzzjoni tal-ET 2020 għall-Ewropa 2020 12 L-EDUKAZZJONI U T-TAħRIġ FIL-KUNTEST TAL-ISTRATEġIJA EWROPA 2020 Fl-2009, il-Kunsill fassal il-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (“ET 2020”).[1] Minn dak iż-żmien 'il hawn, il-kuntest ekonomiku u politiku nbidel, billi ħoloq inċertezzi u limitazzjonijiet ġodda. L-Unjoni Ewropea kellha tieħu aktar azzjoni biex twaqqaf l-agħar kriżi finanzjarja u ekonomika fl-istorja tagħha u, bi tweġiba għal dan, qablet dwar strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv: Ewropa 2020 L-edukazzjoni u t-taħriġ jilagħbu rwol kruċjali f’din l-istrateġija, b’mod partikolari fi ħdan il-Linji gwida Integrati, il-Programmi Nazzjonali ta' Riforma tal-Istati Membri u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiżi (RSP) maħruġa biex jiggwidaw ir-riformi tal-Istati Membri. Waħda mill-ħames miri ewlenin tal-Ewropa 2020 tirrigwardja t-tluq kmieni mill-iskola u l-kisba tal-edukazzjoni terzjarja. L-Istħarriġ Annwali 2012 dwar it-Tkabbir (SAT) jenfasizza li: il-fowkus għal Ewropa 2020 jeħtieġ li jkun simultanju dwar: miżuri ta’ riformi li għandhom effett fuq medda qasira ta’ żmien fuq it-tkabbir; u dwar it-twaqqif tal-mudell it-tajjeb ta’ tkabbir għal terminu medju. Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jeħtieġ li jiġu modernizzati biex isaħħu l-effiċjenza u l-kwalità tagħhom u biex jattrezzaw lin-nies bil-ħiliet u l-kompetenzi li jeħtieġu biex jirnexxu fis-suq tax-xogħol. Dan se jagħti spinta lill-fiduċja tan-nies biex ikunu jistgħu jifilħu għall-isfidi attwali u futuri. Dan se jgħin biex itejjeb il-kompetittività tal-Ewropa u jiġġenera tkabbir u impjiegi. Is-SAT 2012 jitlob ukoll għal fowkus partikolari fuq iż-żgħażagħ, li jinsabu fost il-gruppi li huma l-aktar milquta mill-kriżi. Strument ewlieni biex jimmodernizza l-edukazzjoni u t-taħriġ, ET 2020 jista’ jagħmel kontribuzzjoni kbira biex jinkisbu l-miri tal-Ewropa 2020. Iżda biex wieħed jagħmel dan, l-ET 2020 għandu jiġi aġġustat billi jaġġorna l-prijoritajiet, l-għodod u l-istruttura tat-tmexxija tax-xogħol tiegħu. Dan l-abbozz ta’ Rapport Konġunt, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tal-progress li sar f’oqsma ewlenin tal-politika f’dawn l-aħħar tliet snin, jipproponi prijoritajiet ġodda ta’ xogħol għall-perjodu ta’ bejn l-2012 u l-2014 li huma mmirati biex jimmobilizzaw l-edukazzjoni u t-taħriġ biex jappoġġaw l-Ewropa 2020. L-abbozz ta’ Rapport Konġunt jistipula wkoll għadd ta’ alternattivi biex wieħed jaġġusta t-tmexxija tal-ET 2020 biex jiżgura li din tikkontribwixxi għall-Ewropa 2020. Il-Komunikazzjoni hija appoġġata minn żewġ Dokumenti ta’ Ħidma tal-Persunal. Dawk evalwaw is-sitwazzjoni f’pajjiżi individwali u f’oqsma tematiċi ewlenin u bbażaw fuq Rapporti Nazzjonali provduti mill-Istati Membri kif ukoll tagħrif u dejta oħra. IL-PROGRESS U L-ISFIDI F’OQSMA TA’ PRIJORITÀ Investimenti u riformi fl-edukazzjoni u t-taħriġ Bħalissa l-oqsma kollha tal-baġits pubbliċi jinsabu taħt skrutinju, inklużi l-edukazzjoni u t-taħriġ. Ħafna mill-Istati Membri għandhom diffikultajiet biex iżommu l-livelli attwali tan-nefqa, u għaldaqstant tkun iktar diffiċli jekk din tiżdied. Madankollu, ir-riċerka tissuġġerixxi li titjib fil-kisbiet edukattivi jista’ jiġġenera tkabbir u impjiegi fl-Unjoni Ewropea. Jekk sal-2020 jintlaħaq il-valur ta' referenza, pereżempju, ta’ inqas minn 15 % ta’ dawk li jiksbu rati baxxi fil-ħiliet bażiċi, dan jista’ jiġġenera kisbiet ekonomiċi aggregati kbar fuq medda twila ta’ żmien għall-Unjoni Ewropea[2]. Dan jikkuntrastja mal-fatt li – anki qabel il-kriżi – in-nefqa f’ċerti Stati Membri kienet kemxejn baxxa, qrib jew taħt l-4 % tal-PDG filwaqt li l-medja tal-Unjoni Ewropea kienet ta’ kważi 5 % tal-PDG – taħt il-livell ta’ 5,3 % tal-Istati Uniti. Tnaqqis fil-baġits tal-edukazzjoni joħloq riskju biex jimminimizzaw it-tkabbir potenzjali ekonomiku u l-kompetittività. Fis-SAT 2012, il-Kummissjoni kkonfermat il-konvinzjoni tagħha li, meta jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprijoritizzaw in-nefqa fuq politiki li jtejbu t-tkabbir, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ. Ma hemmx mudell ċar fil-mod ta’ kif l-Istati Membri indirizzaw il-baġits tal-edukazzjoni fit-tweġibiet tagħhom għall-kriżi. Huma adottaw firxa wiesgħa ta’ miżuri biex inaqqsu n-nefqa: ħafna eliminaw l-ispejjeż tal-persunal (BE nl, BG, EL, ES, FR, HU, IE, LV, PT, RO, SI) jew dispożizzjonijiet għall-infrastruttura, manutenzjoni u tagħmir (BE nl, BG, IE, RO). Uħud naqsu d-dispożizzjoni edukattiva fil-klassijiet ta’ qabel il-primarja (għal tfal ta’ sentejn fi FR), ipposponew jew naqsu r-ritmu tal-implimentazzjoni tar-riformi (BG), jew ħadu miżuri oħra bħat-tnaqqis fl-appoġġ finanzjarju għall-istudenti (BE nl, IE, PT). Dawn ix-xejriet jeħtieġu attenzjoni mill-politika. L-ET 2020 għandu jintuża biex jiddiskuti kif inhu l-aħjar mod biex isir investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, b’modi li jikkumbinaw l-effiċjenza u l-effettività ma’ impatt favur it-tkabbir. Investiment intelliġenti jimxi id f’id ma’ riformi intelliġenti tal-politika li jtejbu l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Hija meħtieġa riflessjoni wiesgħa li tinvolvi l-partijiet interessati biex jidentifikaw modi effiċjenti biex jaqsmu l-piż finanzjarju u biex isibu sorsi ġodda ta’ finanzjment. Tluq Kmieni mill-Iskola Il-kriżi qed taffettwa b’mod sever il-prospetti għaż-żgħażagħ. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ żdied minn 15,5 % fl-2008 għal 20,9 % fl-2010, filwaqt li s-sehem ta’ dawk bejn il-15 u l-24 sena la fl-edukazzjoni, ix-xogħol jew it-taħriġ żdied b’żewġ punti ta’ perċentwal. 53 % ta’ dawk li telqu kmieni mill-iskola kienu qiegħda. Meta mqabbla ma’ dan in-nuqqas, il-mira tal-Ewropa 2020 biex tnaqqas is-sehem ta’ dawk ta’ bejn it-18 u l-24 sena li ħallew l-edukazzjoni u t-taħriġ qabel iż-żmien għal inqas minn 10 % sal-2020 hija partikolarment kritika. Jekk ix-xejriet attwali jkomplu, din il-mira mhux se tintlaħaq. Fl-2010, minkejja li kien sar xi progress, ir-rata ta’ dawk li jitilqu mill-iskola qabel iż-żmien kienet għadha b’medja ta’ 14,1 % madwar l-Unjoni Ewropea, b’differenzi konsiderevoli bejn il-pajjiżi. L-evidenza turi l-s-subien jinsabu aktar f’riskju (16 %) ta’ tluq milli mill-bniet (12,6 %). Biex ir-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola tiġi taħt l-10 % hija sfida diffiċli. Ir-Rakkomandazzjoni tal-2011 tal-Kunsill[3] dwar il-politiki biex inaqqsu l-għadd ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola titlob għal strateġiji koerenti u komprensivi bbażati fuq l-evidenza li għandhom jiġu implimentati b’mod urġenti, fi Stati Membri partikolari li rċevew RSP f’dan il-qasam fl-2011 (AT, DK, ES, MT, UK). Iżda pajjiżi li huma qrib il-mira (DK, IE, HU, NL, FI) għandhom iżidu l-isforzi biex jagħmlu aktar progress u/jew jegħlbu l-istaġnar. L-Istati Membri kollha jeħtieġu miżura mmirata li tilħaq żgħażagħ li qegħdin f’riskju li jitilqu kmieni mill-iskola. B’xi eċċezzjonijiet notevoli, il-politiki tal-Istati Membri mhumiex ibbażati biżżejjed fuq dejta aġġornata u analiżi tal-kawżiet u inċidenzi ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola. Ftit pajjiżi biss jieħdu approċċ sistematiku biex jiġbru, jimmonitorjaw u janalizzaw dejta dwar dawk li jitilqu kmieni mill-iskola (EE, HU, IT, LU, NL, UK). Prevenzjoni u intervent bikrija huma s-soluzzjoni biex tiġi ttrattata din il-problema; madankollu, l-Istati Membri jagħtu ftit wisq attenzjoni għall-prevenzjoni. Miżuri parzjali kumpensatorji, bħal opportunità oħra għall-edukazzjoni, għalkemm huma importanti, mhumiex biżżejjed biex jittrattaw il-kawżi bażiċi tal-problema. Għandu jkun hemm aktar fowkus fuq intervent preventiv u bikri permezz ta’ politiki bħal dawn bħal għalliema tal-edukazzjoni, il-kontinwità ta’ żvilupp professjonali u edukazzjoni u kura ta’ kwalità fil-bidu tat-tfulija. Żieda fid-dispożizzjoni ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (ETV) inizjali ta’ kwalità għolja li huwa mfassla għall-ħtiġijiet taż-żgħażagħ, inkluż tagħlim imħallat li jorbot mal-ETV u edukazzjoni sekondarja ġenerali, jistgħu jgħinu biex inaqsu l-għadd ta' dawk li jitilqu kmieni mill-iskola. Dan jipprovdi mogħdija tal-edukazzjoni differenti, u huwa aktar motivanti għal uħud minn dawk li qed jitgħallmu. Madankollu, fl-istess waqt, hemm ħtieġa serja biex jitnaqqas il-livell ta’ tluq kmieni mill-iskola mid-dispożizzjoni tal-ETV. Ħafna pajjiżi jużaw firxa wiesgħa ta’ miżuri biex jittrattaw aspetti differenti tat-tluq kmieni mill-iskola, iżda dawn mhux bilfors iwasslu għal strateġija komprensiva. Il-partijiet interessati minn setturi differenti tal-edukazzjoni u oqsma tal-politika, bħall-politika dwar iż-żgħażagħ, is-servizzi soċjali u tax-xogħol, jeħtieġu jaħdmu aktar mill-qrib flimkien. Hemm il-ħtieġa biex tiżdied il-kooperazzjoni mal-ġenituri u l-komunitajiet lokali. Il-kooperazzjoni bejn in-negozju u l-iskola, attivitajiet mhux parti mill-kurrikulu u barra mill-iskola u “garanziji liż-żgħażagħ” huma modi possibbli biex jiġu involuti atturi lokali differenti. Hekk kif l-Ewropa mhijiex f’postha biex tikseb il-mira ewlenija, hemm ħtieġa urġenti biex jissaħħaħ l-approċċ għall-politika. Fis-snin li ġejjin, ix-xogħol fuq it-tluq kmieni mill-iskola, immexxi mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Ġunju 2011, jeħtieġ li jkun wieħed mill-prijoritajiet ta’ quddiem taħt l-ET 2020. Ir-rati ta' dawk li telqu kmieni mill-iskola fl-2010[4] u l-miri nazzjonali - Prestazzjoni fl-2010 (%) | [pic] - Mira nazzjonali għall-2020 (%) | [pic] - Mira nazzjonali għall-2020 (%) | |26 |33 |26 27 |32 |40 |38 |40 |30 |36 |32 |42 |34 36 |40 |40 |45 |40 |44 |45 |: |50 |40 |47 |46 |42 |40 45 |40 |40 |60 | | Strateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja Għall-maġġoranza tal-Ewropej, it-tagħlim tul il-ħajja mhuwiex realtà. Dejta riċenti dwar in-numru ta’ adultu li għandhom bejn 25 u 64 sena li pparteċipaw f’tagħlim tul il-ħajja turi xejra li naqset ftit. Il-livell attwali ta’ 9,1 % (2010) huwa sew inqas mill-punt ta’ riferiment tal-ET 2020 ta’ 15 % li għandu jintlaħaq sal-2020. Din il-prestazzjoni dgħajfa hija partikolarment serja meta wieħed jikkunsidra l-kriżi. Żgħażagħ qiegħda u adulti bi ftit ħiliet jeħtieġ li jkunu jistgħu jserrħu fuq edukazzjoni u taħriġ biex jagħtihom possibilità aħjar fis-suq tax-xogħol. Nuqqas ta’ investiment fil-kompetenzi tagħhom idgħajjef il-possibilitajiet tagħhom biex jerġgħu jmorru lura għax-xogħol u jillimita l-potenzjal tal-Ewropa biex toħloq tkabbir u impjiegi. It-tagħlim tul il-ħajja huwa proċess kontinwu li jista’ jibqa’ għaddej tul il-ħajja kollha ta’ persuna, mill-kwalità tal-edukazzjoni fil-bidu tat-tfulija għall-età ta’ wara x-xogħol. Barra minn hekk, it-tagħlim iseħħ ukoll barra l-kuntesti formali tat-tagħlim, b’mod partikolari fuq il-post tax-xogħol. Riċentament, sar xi progress dwar il-punti ta’ riferiment Ewropej ta’ tnaqqis tas-sehem ta’ dawk li kisbu ftit fil-ħiliet bażiċi (20 % fl-2009 kontra punt ta’ riferiment ta’ inqas minn 15 % sal-2020) u żieda fil-parteċipazzjoni fl-edukazzjoni fil-bidu tat-tfulija (92 % fl-2009 kontra punt ta’ riferiment ta’ 95 % sal-2020); madankollu, jeħtieġ li jkomplu l-isforzi dwar iż-żewġ kwistjonijiet. L-ostakli għat-tagħlim tul il-ħajja jippersistu, bħal offerti limitati għat-tagħlim li mhumiex imfassla sew għall-ħtiġijiet ta’ gruppi differenti fil-mira; nuqqas ta’ aċċessibilità għal tagħrif u sistemi ta’ appoġġ; u mogħdijiet inflessibbli ta’ tagħlim (eż. bejn l-ETV u l-edukazzjoni għolja). Il-problemi spiss ma jispiċċaw qatt mill-fatt li dawk li għandhom potenzjal biex jitgħallmu għandhom status soċjoekonomiku baxx u ta’ qabel l-edukazzjoni. Biex wieħed jegħleb dawn l-ostakli jinħtieġu aktar minn riformi parzjali f’setturi speċifiċi tal-edukazzjoni. Għalkemm l-Istati Membri għarfu din il-ħtieġa deċennju ilu, il-problema ta’ segmentazzjoni tkompli. Illum ftit pajjiżi biss għandhom strateġija komprensiva, li tappoġġa kontinwazzjoni edukattiva tajba, fis-seħħ (AT, CY, DK, SI, UK SC). Min-naħa pożittiva, l-użu ta’ għodod bħall-oqsfa Ewropej u kwalifiki nazzjonali (BE nl, CZ, DK, EE, FI, FR, HR, IE, LT, LV, LU, MT, NL, PT, UK); mekkaniżmi biex jivvalidaw tagħlim informali u formali (FI, FR, NL, NO, PT;, u politiki ta’ gwida tul il-ħajja (AT, DK, DE, EE, ES, FI, FR, HU, IE, LT, LU, LV, NL) juru li l-ostakli għal kooperazzjoni bejn is-setturi tal-edukazzjoni jistgħu jingħelbu. Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jeħtieġ jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd. L-Istati Membri jeħtieġ li jiskrinjaw is-sistemi tagħhom biex isibu l-ostakli għat-tagħlim tul il-ħajja. B’koooperazzjoni mal-partijiet interessati ewlenin, dawn jeħtieġu jagħmlu fis-seħħ strateġiji komprensivi u jieħdu miżuri li jippromwovu aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja, f’konformità mal-impenji Ewropej u jfasslu għodod ta’ trasparenza (il-Qafas Ewropew ta’ Kwalifiki[7], ECVET/ECTS[8], il-Qafas dwar il-Kompetenzi Ewlenin[9]). L-enfasi teħtieġ li tkun dwar l-iżgurar ta’ ħiliet bażiċi għal kulħadd u dwar integrazzjoni aħjar tad-dispożizzjoni tat-tagħlim tul il-ħajja, b’mod partikolari biex tistimula l-parteċipazzjoni ta’ adulti bi ftit ħiliet. Mobilità tat-tagħlim Il-mobilità ssaħħaħ il-bażi tal-Ewropa għal tkabbir futur ibbażat fuq l-għarfien u l-abilità biex tkun innovattiva u tikkompeti fuq livell internazzjonali[10]. Din issaħħaħ l-impjegabilità tan-nies u l-iżvilupp personali u hija kkunsidrata bħala valur minn min iħaddem. L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni, is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u n-negozju jibbenefikaw bl-istess mod mill-esperjenza ta’ tagħlim, kuntatti personali u netwerks li jirriżultaw mill-mobilità. Il-promozzjoni tal-mobilità transnazzjonali tat-tagħlim hija eżempju eċċellenti ta’ valur miżjud Ewropew. Madankollu, il-livelli attwali ta’ mobilità ma jirriflettux il-valur tiegħu. Madwar 10 % sa 15 % ta’ gradwati ta’ edukazzjoni għolja jgħaddu proporzjon mill-istudji tagħhom f’pajjiż ieħor fejn il-valur miżjud ta’ mobilità huwa l-aktar rikonoxxut; iżda madwar 3 % biss tal-gradwati mill-ETV inizjali jagħmlu dan. Jeħtieġ isir aktar xogħol biex tiġi promossa l-mobilità fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Riżorsi finanzjarji limitati u għarfien inadegwat tal-lingwa jwaqqfu l-mobilità tat-tagħlim. Il-mobilità mhijiex dejjem rikonoxxuta jew validata. Spiss hemm nuqqas ta’ tagħrif dwar opportunitajiet disponibbli. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni speċifika ta’ dawk li jitgħallmu bi bżonnijiet speċjali (eż. diżabilitajiet) mhijiex indirizzata biżżejjed. Ħafna mill-pajjiżi jippromwovu primarjament il-mobilità ta’ dawk li jitgħalmu. Filwaqt li xi pajjiżi (BG, IE, MT, SE, BE nl, DE, EL, ES, FI, NL, RO, LT, FR) jinkludu wkoll gruppi oħra, bħall-għalliema jew apprendisti, hemm kamp ta’ applikazzjoni li jista’ jsir ħafna aktar fih. Programmi Ewropej ta’ finanzjament għandhom irwol importanti x’jilagħbu. Bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali l-ġdid għas-snin 2014 – 2020, il-Kummissjoni pproponiet biex kważi tirdoppja n-numru ta’ benefiċjarji fil-futur tal-programm “Erasmus għal kulħadd”, minn 400 000 għal kważi 700 000 kull sena. Madankollu, il-programmi finanzjarji jeħtieġ li jimxu id f’id mar-riformi tal-politika. Il-Kunsill adotta punti ġodda ta’ riferiment dwar il-mobilità tat-tagħlim f’Novembru 2011 (20 % għal edukazzjoni għolja, 6 % għal ETV inizjali sal-2020). Dan l-impenn politiku jeħtieġ li jimxi 'l quddiem billi tiġi implimentata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill “Żgħażagħ f’moviment – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ” u billi jsir użu sħuħ tal-għodod Ewropej ta’ trasparenza, bħall-EQF, ECTS/ECVET u Europass[11]. Ħiliet u impjiegi ġodda Il-kriżi tħeġġeġ bidliet fid-domanda għall-ħiliet. Id-domanda għal impjiegi li jirrikjedu ftit kwalifiki qed tonqos, u l-industriji ta’ għada bbażati fuq l-għarfien jeħtieġu livelli li qed jiżdiedu ta’ kwalifiki. Previżjoni riċenti[12] tistenna s-sehem ta’ impjiegi kwalifikati ħafna biex jiżdiedu sa kważi 16-il miljun, minn 29 % (fl-2010) għal 35 % tal-impjiegi kollha kwalifikati fl-2020. Għall-kuntrarju, is-sehem tal-impjiegi li jitolbu livell baxx ta’ ħiliet mistenni li jonqos b’madwar 12-il miljun, minn 20 % għal inqas minn 15 %. Uħud mill-pajjiżi diġà jiffaċċjaw restrizzjonijiet għal impjiegi kwalifikati ħafna. Dan se jkompli jmur għall-agħar bl-impatt tat-tixjiħ demografiku meta l-forza tax-xogħol tibda tonqos wara l-2012. Ir-RSP dwar titjib fil-ħiliet għas-suq tax-xogħol u dwar appoġġ speċifiku għal ħaddiema bi ftit ħiliet kienu ġew indirizzati lil numru ta’ Stati Membri (BG, CY, CZ, EE, PL, SI, SK, UK). L-Istati Membri kienu għamlu progress fil-metodi ta’ implimentazzjoni, għodod u approċċi biex jantiċipaw u jivvalutaw id-domanda għal ħiliet, nuqqas ta’ taqbil u impjegabilità tal-gradwati. Ħafna jiffukaw fuq setturi ewlenin bħall-ICT u s-saħħa (AT, BE fr, BE nl, CY, DE, DK, EE, FI, FR, HU, IE, IT, LV, NL, PL, PT, UK). Madankollu, ftit pajjiżi biss (AT, DE, FR, IE, PL, UK) għandhom approċċ ikkoordinat biex jifirxu r-riżultati mal-atturi ewlenin. Il-mekkaniżmi istituzzjonali spiss huma żviluppati f’livelli reġjonali jew settorjali, iżda għandhom tendenza li jirrifletti jew jirripproduċu s-segmentazzjoni tal-edukazzjoni u s-sistemi ta’ taħriġ. Il-pajjiżi jindirizzaw ir-reazzjoni tal-edukazzjoni u tad-dispożizzjonijiet tat-taħriġ għall-iżviluppi fis-suq tax-xogħol permezz ta’ sħubiji ma’ partijiet interessati ewlenin (EE, SE); mekkaniżmi li jassiguraw il-kwalità; u inizjattivi li jimmiraw lejn il-kompetenzi meħtieġa fis-suq tax-xogħol, b’mod partikolari l-litteriżmu, il-matematika, ix-xjenza u t-teknoloġija (AT, BE nl, DE, FR, PL, LT, IE), il-lingwi, il-kompetenzi diġitali u s-sens ta’ inizjattiva u intraprenditorija (ES, EE, BG, LT, FR). L-ET 2020 għandu jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva ta' Prominenza “Aġenda għal ħiliet u impjiegi ġodda”. Fl-2012 il-Kummissjoni se tippreżenta Komunikazzjoni dwar il-ħsieb mill-ġdid dwar il-ħiliet, billi tipproponi azzjoni biex ittejjeb il-kompetenzi ewlenin u biex tippromwovi rabtiet eqreb bejn l-edukazzjoni u s-suq tax-xogħol. Ix-xogħol taħt l-ET 2020 se jmexxi 'l quddiem biex jippromwovi l-kompetenzi ewlenin għaċ-ċittadini kollha, biex itejjeb il-monitoraġġ billi juża punt ta’ riferiment ġdid Ewropew dwar l-impjegabilità[13], u biex jantiċipa d-domanda tas-suq tax-xogħol tal-futur għall-ħiliet, b’mod partikolari permezz tal-Panorama tal-Ħiliet Ewropej. IL-KONTRIBUZZJONI TAL-ET 2020 GħALL-EWROPA 2020 Il-valutazzjoni ta’ hawn fuq taċ-ċiklu tal-2009-2011, li jinkludi l-progress bil-mod lejn mira ewlenija tal-edukazzjoni u l-punti ta’ riferiment tal-ET 2020, tenfasizza l-ħtieġa urġenti biex jiġi investit f’edukazzjoni u taħriġ riformulati sabiex jappoġġaw tkabbir sostenibbli u impjiegi. Is-SAT 2012 tenfasizza l-ħtieġa għal segwitu bi prova mill-Istati Membri tal-gwida tal-politika fil-livell tal-UE. L-ET 2020 jista’ jintuża biex jappoġġa lill-Istati Membri biex iwieġbu għall-isfidi identifikati fir-RSP differenti: dwar it-tluq kmieni mill-iskola (AT, DK, ES, MT, UK) u l-ilħuq terzjarju (BG, CZ, MT, PL, SK); li jirrigwardjaw tagħlim tul il-ħajja, l-ETV u ħiliet għas-suq tax-xogħol (AT, CY, DK, EE, ES, FI; FR, LU, MT, PL, SI, SK); u dwar edukazzjoni ta’ qabel l-iskola u tal-iskola u kwistjonijiet ta’ ugwaljanza (BG, DE, EE). Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni u l-konsultazzjoni tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-Partijiet interessati, il-Kummissjoni tikkonferma li l-erba’ miri strateġiċi tal-ET 2020 stabbiliti fl-2009 jibqgħu validi. Hija tipproponi sostituzzjoni tal-lista ta’ oqsma ta’ prijorità ta’ nofs it-terminu li kienu qablu dwarhom fl-2009 b’waħda ġdida li hija mmirata biex timmobilizza l-edukazzjoni u t-taħriġ biex tappoġġa tkabbir u impjiegi (ippreżentata fl-anness). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tissuġġerixxi li ssir reviżjoni tal-arranġamenti tax-xogħol skont l-ET 2020 li kienu ppjanati qabel ma kienu qablu dwar l-Ewropa 2020 u s-Simestru Ewropew. L-ET 2020 għandu jkun allinjat aħjar mal-Ewropa 2020; dan għandu jkun il-mekkaniżmu biex jimmobilizza l-partijiet interessati tal-ET 2020, iżid is-sjieda tagħhom u juża l-esperjenza tagħhom b’appoġġ għall-Ewropa 2020, u juża wkoll l-evidenza u d-dejta mill-aġenziji u netwerks Ewropej rilevanti[14]. Biex tiżdied il-kontribuzzjoni tal-ET 2020 għall-Ewropa 2020, it-tmexxija tal-ET 2020 u l-għodod tagħha ta’ tħaddim jistgħu jiġu aġġustati kif ġej: (1) Il-Kunsill tal-Edukazzjoni jista’ jindirizza d-dimensjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-Ewropa 2020 f’kull waħda mil-laqgħat tiegħu matul is-simestru Ewropew u nazzjonali. Fil-laqgħa tiegħu ta’ Frar, il-Kunsill seta’ jikkunsidra s-SAT u jirrapporta lill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu. Fil-laqgħa sussegwenti tiegħu, il-Kunsill seta’ jeżamina l-kwistjonijiet komuni li ġejjin mill-gwida mogħtija mill-Kunsill Ewropew u l-implimentazzjoni tiegħu permezz tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. F’Novembru l-Kunsill seta’ jikkonċentra dwar is-segwitu għar-riżultati tas-Simestru Ewropew. (2) Meta wieħed iqis in-natura integrata tal-Ewropa 2020, hemm kamp ta’ applikazzjoni biex titwaqqaf kooperazzjoni bejn il-Kumitat tal-Edukazzjoni u l-Grupp ta’ Livell Għoli mal-Kumitat għall-Politika Ekonomika, il-Kumitat dwar l-Impjiegi u l-Kumitat dwar il-Protezzjoni Soċjali. Il-kooperazzjoni tiżgura li l-ET 2020 jidħol fil-proċess tal-Ewropa 2020, inkluż f’termini tal-użu indikaturi ta’ monitoraġġ. (3) L-istrument ta’ tagħlim ta’ bejn il-pari jista’ jintuża aħjar u jkun marbut aktar mill-qrib mal-Ewropa 2020. L-ewwel, biex jipprepara u jinforma lid-dibattitu fil-livell tal-Kunsill, reviżjoni annwali ta’ bejn il-pari tista’ ssir kull Settembru/Ottubru. Din tista’ tkun organizzata b’kooperazzjoni mill-qrib mal-presidenza tal-Kunsill u sseħħ fil-Grupp ta’ Livell Għoli. Dan l-approċċ multilaterali jista’ jiffoka fuq kwistjonijiet ewlenin tal-politika li joħorġu matul is-Simestru Ewropew preċedenti li jagħti lok għal numru kbir ta’ RSP. It-tieni, l-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu dan jistgħu jistiednu nies fl-istess livell għal diskussjoni profonda dwar kwistjonijiet speċifiċi f’pajjiżhom. Il-Kummissjoni tuża l-Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja u s-suċċessur tiegħu biex tappoġġa din l-attività, inkluż billi tappoġġa l-parteċipazzjoni ta’ esperti magħrufa internazzjonalment. (4) Biex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-Ewropa 2020 u l-ET 2020, il-Kummissjoni kull sena tista’ torganizza skambju ta’ opinjonijiet bejn il-partijiet interessati fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan il- Forum ġdid tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ jista’, fil-bidu ta’ Ottubru, jiddiskuti l-progress fl-immodernizzar tal-edukazzjoni u s-sistemi tat-taħriġ li jkompli mid-diskussjoni ta’ kwistjonijiet tal-edukazzjoni fis-Simestru Ewropew. (5) Il-Kummissjoni tissuġġerixxi aġġornament tal-lista ta’ indikaturi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ[15] (ara d-Dokument ta’ akkumpanjament ta’ Ħidma tal-Persunal), biex tiżgura li dawk li intużaw taħt ET 2020 huma konsistenti mal-miri tagħha. Meta tissostitwixxi r-Rapport ta’ Progress eżistenti[16], il-Kummissjoni se tippreżenta kull ħarifa, Moniter ġdid tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ , li jistabbilixxi, f’dokument qasir, il-progress dwar il-punti ta’ riferiment tal-ET 2020 u l-indikaturi ewlenin, inkluża l-Mira Ewlenija tal-Ewropa 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan id-dokument jista’ jgħin biex jinforma lid-dibattitu fil-livell tal-Kunsill. Finalment, l-istrumenti kollha jeħtieġu jiġu mobilizzati biex jinkisbu l-miri stabbiliti fl-Ewropa 2020 u ET 2020, inkluż il- Programm ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja , il-Programm Erasmus għal Kulħadd tal-futur, fondi strutturali u Horizon 2020 . Anness Oqsma ewlenin għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ fl-2012-14 1. Li jsiru realtà t-tagħlim tul il-ħajja u l-mobilità Punti ta' referenza Ewropej Naħdmu flimkien biex norbtu l-oqsfa ta’ kwalifiki nazzjonali mal-EQF, nistabbilixxu arranġamenti nazzjonali komprensivi biex nivvalidaw ir-riżultati tat-tagħlim; noħolqu rabtiet bejn oqsfa ta’ kwalifiki, arranġamenti ta’ validazzjoni, assigurazzjoni tal-kwalità u sistemi għall-akkumulazzjoni u t-trasferiment ta’ krediti (ECVET, ECTS); nikkooperaw fit-tbassir tad-domanda għall-ħiliet u tqabbil aħjar ta’ din id-domanda u l-provvediment tal-opportunitajiet tat-tagħlim (Panorama tal-Ħiliet, Klassifikazzjoni Ewropea tal-Ħiliet/Kompetenzi, Kwalifiki u Xogħlijiet- ESCO); intejbu l-viżibilità, it-tixrid u l-użu ta’ punti ta’ referenza Ewropej sabiex jaċċelleraw l-implimentazzjoni tagħhom. Mobilità tat-Tagħlim Tiġi implimentata r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill “Żgħażagħ f’moviment – il-promozzjoni tal-mobbiltà fit-tagħlim taż-żgħażagħ”, biex tippromwovi l-mobilità tat-tagħlim għal dawk kollha li jitgħallmu, fl-Ewropa u mad-dinja kollha, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, billi jiffukaw fuq tagħrif u gwida, il-kwalità tal-mobilità tat-tagħlim, it-tneħħija ta’ ostakli u l-promozzjoni tal-mobilità tal-għalliema. Strateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja Naħdmu flimkien biex intemmu l-iżvilupp ta’ strateġiji nazzjonali komprensivi ta’ tagħlim tul il-ħajja, niffukaw fuq sħubiji ma’ partijiet interessati, l-iżvilupp tal-kompetenza ta’ adulti bi ftit ħiliet, miżuri biex jestendu l-aċċess għal tagħlim tul il-ħajja u jintegraw servizzi ta’ tagħlim tul il-ħajja (gwida, validazzjoni, eċċ.). 2. Titjib fil-kwalità u fl-effiċjenza tal-edukazzjoni u t-taħriġ Ħiliet bażiċi (litteriżmu, Matematika, Xjenza u Teknoloġija), lingwi Kapitalizzazzjoni fuq evidenza dwar il-litteriżmu tal-qari, inkluż ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Litteriżmu, biex tgħolli l-livelli ta’ litteriżmu fost l-istudenti tal-iskola u l-adulti u biex tnaqqas il-proporzjon ta’ prestazzjoni baxxa fil-qari minn dawk li għandhom 15-il sena. Jiġu indirizzati l-isfidi tal-litteriżmu li jużaw varjetà ta’ midja, inkluża dik diġitali, għal kulħadd. Jiġu sfruttati u żviluppati r-riżultati ta’ kooperazzjoni biex jindirizzaw prestazzjoni baxxa fil-matematika u x-xjenza fl-iskejjel; ikompli x-xogħol biex jitjiebu l-kompetenzi tal-lingwa, b’mod partikolari biex jappoġġaw il-mobilità tat-tagħlim u l-impjegabilità. Żvilupp professjonali ta’ għalliema, dawk li jħarrġu u kapijiet tal-iskejjel Titjib il-kwalità ta’ persunal tal-għalliema minħabba li din hija determinant ewlieni ta’ riżultati ta’ kwalità, ikun hemm fowkus fuq il-kwalità tal-għalliema, jattiraw u jingħażlu l-aħjar kandidati biex jgħallmu, kwalità fil-kontinwità tal-iżvilupp professjonali, żvilupp tal-kompetenzi tal-għalliema u infurzar tat-tmexxija tal-iskejjel. L-immodernizzar ta’ edukazzjoni għolja u żieda fl-ilħuq ta’ livelli terzjarji Ħidma f’daqqa biex jiżdiedu n-numru ta’ gradwati, inkluża l-estensjoni ta’ mogħdijiet alternattivi; it-titjib fil-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni għolja iż-żieda fil-kwalità ta’ edukazzjoni għolja permezz tal-mobilità u kooperazzjoni transkonfinali; it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni biex jippromwovu l-eċċellenza u l-iżvilupp reġjonali it-titjib fit-tmexxija u l-finanzjament. L-attrattività u r-rilevanza tal-ETV Issir ħidma f’daqqa, f’konformità mal- Bruges Communiqué dwar Kooperazzjoni Ewropea aħjar fl-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali għall-perjodu ta’ bejn l-2011 u l-2020, b’mod partikolari biex l-ETV inizjali jkun aktar attraenti, jippromwovi l-eċċellenza u rilevanza tal-ETV għas-suq tax-xogħol, jiġu implimentati mekkaniżmi li jassiguraw il-kwalità u jtejbu l-kwalità tal-għalliema, ta’ dawk li jħarrġu u ETV professjonali oħra. Finanzjament u evalwazzjoni effiċjenti Isir eżami tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament u sistemi ta’ evalwazzjoni, bil-għan li titjieb il-kwalità, inkluż appoġġ immirat lejn ċittadini żvantaġġati u l-iżvilupp ta’ għodod effiċjenti u ekwi li għandhom l-għan li jimmobilizzaw investiment privat fl-edukazzjoni postsekondarja u t-taħriġ. 3. Promozzjoni tal-ekwità, il-koeżjoni soċjali u ċ-cittadinanza attiva Tluq Kmieni mill-Iskola Għajnuna lill-Istati Membri biex jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2011 dwar politiki biex inaqqsu t-tluq kmieni mill-iskola u l-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar tluq kmieni mill-iskola fl-edukazzjoni ġenerali u l-ETV. Kura u edukazzjoni ta' tfal ta' età bikrija (ECEC). Ħidma f’daqqa, f’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2011 dwar edukazzjoni u l-kura ta’ tfal ta’ età bikrija, biex tipprovdi aċċess ekwu u mifrux għall-ECEC filwaqt li tgħolli l-kwalità tal-provvediment; il-promozzjoni ta’ approċċi integrati, l-iżvilupp professjonali tal-persunal tal-ECEC u l-appoġġ għall-ġenituri; żvilupp ta’ kurrikula xierqa u programmi u mudelli ta’ finanzjament. Ekwità u diversità Infurzar ta’ tagħlim reċiproku dwar modi effettivi biex ikabbru l-kisba edukattiva f’soċjetà li kull ma jmur issir dejjem aktar differenti, b’mod partikolari billi timplimenta approċċi inklussivi tal-edukazzjoni li jippermettu lil dawk li jitgħallmu minn firxa wiesgħa ta’ sfond u ħtiġijiet edukattivi, inkluż migranti, Roma u studenti bi bżonnijiet speċjali, biex jiksbu l-potenzjal kollu tagħhom; itejbu l-opportunitajiet ta’ tagħlim għal adulti li huma akbar fl-età u tagħlim bejn il-ġenerazzjonijiet. 4. It-tisħiħ tal-kreattività u l-innovazzjoni, inkluża l-intraprenditorija, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ Sħubiji mas-soċjetà ċivili tan-negozju u r-riċerka Jiġu żviluppari forom effettivi u innovattivi ta’ netwerking, kooperazzjoni u sħubija bejn il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati inklużi, imsieħba soċjali, organizzazzjonijiet tan-negozju, istituzzjonijiet tar-riċerka u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Networks ta’ appoġġ għall-iskejjel, l-universitajiet u fornituri oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex jippromwovu metodi ġodda ta’ kif jiġi organizzat it-tagħlim (inklużi Riżorsi Edukattivi Miftuħa), il-bini u l-iżvilupp ta’ kapaċità bħala organizzazzjonijiet tat-tagħlim. Kompetenzi trasversali ewlenin, edukazzjoni intraprenditorjali, litteriżmu elettroniku, litteriżmu tal-midja, ambjenti innovattivi tat-tagħlim Ħidma f’daqqa biex tiġi promossa l-kisba tal-kompetenzi ewlenin identifikati fir-Rakkomandazzjoni tal-2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għal tagħlim tul il-ħajja, inkluż kompetenzi diġitali dwar kif l-ICT u l-intraprenditorija jistgħu jtejbu l-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jippromwovu ambjent kreattiv għat-tagħlim u jkabbru l-kuxjenza kulturali, l-espressjoni u l-litteriżmu tal-midja. [1] ĠU L 119, 28.5.2009, p. 2. [2] Netwerk Ewropew ta’ Esperti dwar l-Ekonomija tal-Edukazzjoni (EENEE), EENEE Policy Brief 1/2011. L-ispiża tal-kisba ta' livell baxx ta' edukazzjoni fl-Unjoni Ewropea (EENEE). [3] ĠU C 191, 1.7.2011, p. 1. [4] Sors għad-dejta tal-2010: Eurostat (LFS). [5] COM(2011) 567 finali. [6] Sors għad-dejta tal-2010: Eurostat (LFS). (ISCED levels) 5 – 6. Għad-DE, il-mira tinkludi wkoll ISCED 4, ta' AT ISCED 4A. [7] ĠU C 111, 6.5.2008. [8] European Credit System for VET, European Credit Transfer and Accumulation System, cf. http://ec.europa.eu/education/lifelong-learning-policy/doc48_en.htm. [9] ĠU L 394, 2006, p. 10. [10] COM(2009) 329 finali. [11] ĠU L 390, 2004. [12] http://www.cedefop.europa.eu/en/Files/3052_en.pdf. [13] SEC(2011) 670 finali. [14] B'mod partikolari, Cedefop, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u n-netwerk Euridyce. [15] ĠU C 311, 21.12.2007, p. 13-15, . [16] L-aħħar edizzjoni: SEC(2011) 526.