Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011DC0085

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL Segwitu għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

/* KUMM/2011/0085 finali */

52011DC0085




[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA |

Brussel 24.2.2011

KUMM(2011) 85 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Segwitu għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

SEG(2011) 240 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL

Segwitu għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

1. Daħla

Din il-Komunikazzjoni tivvaluta l-miżuri implimentati mill-Greċja fil-perjodu bejn Novembru 2010 u nofs Frar 2011 biex tikkonforma mad-Deċiżjon tal-Kunsill 2010/320/UE.[1] L-azzjoni meħuda sa Novembru kienet ivvalutata fil-Komunikazzjoni bid-data 9 ta' Diċembru 2010[2]. Flimkien mar-rapport tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha, imħejji mill-qrib mal-BĊE[3], tikkontribwixxi wkoll għall-valutazzjoni tal-konformità mal-MPEF u l-MtF[4], fil-kuntest tal-ftehim tal-faċilità ta' self bejn il-Greċja u l-Istati Membri l-oħra taż-żona euro.

Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq ir-rapport ippreżentat mill-Greċja lill-Kunsill u lill-Kummissjoni[5], u fuq il-missjoni li twettqet mill-persunal tal-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-FMI u l-BĊE fil-kuntest tal-programm ta' aġġustament ekonomiku li qiegħed jiġi ffinanzjat minn self bilaterali mill-Istati Membri taż-żona euro u arranġament apparti mal-FMI. Ir-rapport imressaq mill-Greċja fit-12 ta' Frar 2011 jiddiskuti mhux biss il-miżuri fiskali li jimmiraw li jnaqqsu l-proporzjon tad-defiċit tal-gvern fl-2011, iżda wkoll il-firxa wiesgħa ta' riformi strutturali li qed jiġu adottati u implimentati mill-gvern Grieg.

2. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2010

Fl-10 ta' Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/320/UE, skont l-Artikoli 126(9) u 136 tat-TFUE, indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv sal-2014.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill titlob lill-Greċja tadotta għadd ta' miżuri speċifiċi bil-għan li żżomm id-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika taħt il-limiti massimi li ġejjin:

- EUR 18 508 miljuni (8.1 fil-mija tal-PDG, abbażi tad-dejta uffiċjali disponibbli riċentament) fl-2010;

- EUR 17 065 miljun (7.6 fil-mija tal-PDG) fl-2011;

- EUR 14 916-il miljun (6.5 fil-mija tal-PDG) fl-2012;

- EUR 11 399 miljun (4.8 fil-mija tal-PDG) fl-2013 u

- EUR 6 385 miljun (2.6 fil-mija tal-PDG) fl-2014[6].

Id-Deċiżjoni kienet imbagħad ġiet emendata fis-7 ta' Settembru 2010 (id-Deċiżjoni 2010/486/UE)[7] u fl-20 ta' Diċembru 2010 (id-Deċiżjoni 2011/57/UE)[8]. Madankollu, il-limiti massimi msemmija qabel għad-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ma tbidlux.

3. Eżekuzzjoni tal-Baġit

Il-mira għall-2010 għad-defiċit tal-gvern abbażi tal-ESA ma ntlaħqitx. Filwaqt li l-livell massimu għad-defiċit kif stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill kien ta' EUR 18-il biljun (8 fil-mija tal-PDG) għall-2010, id-defiċit huwa stmat li laħaq EUR 22 biljun (9.6 fil-mija tal-PDG), għalkemm teżisti xi inċertezza dwar il-preċiżjoni ta' dan l-eżitu. Il-marġni ta' inċertezza huma l-aktar relatati mal-prestazzjoni tal-intrapriżi tal-istat u fondi ekstrabaġitarji kklassifikati fl-amministrazzjoni pubblika, is-sigurtà soċjali u l-gvern lokali, li għalihom għadha mhix disponibbli dejta tanġibbli infrannwali. Jeżistu wkoll inċertezzi dwar id-differenzi bejn il-pagamenti ta' flus u n-nefqa sottostanti. L-ewwel sett sħiħ ta' dejta annwali abbażi tal-ESA mhux ser ikun disponibbli qabel l-aħħar ta' Mejju 2011 u ser jiġi ppubblikat u vvalidat mill-Eurostat f'April.

Il-limitu massimu għall-pagamenti primarji mill-istat (abbażi ta' pagamenti) għat-tmiem is-sena (kif stabbilit fil-MPEF u l-MtF) ġie rrispettat. L-eżitu kien ta' EUR 61.1 biljun fejn il-limitu massimu li kien EUR 67 biljun. Il-prestazzjoni aħjar mill-mira ta' dan il-kriterju tirrifletti eżekuzzjoni baxxa fl-infiq, li fil-biċċa l-kbira tagħha hija marbuta ma' ffrankar effettiv, iżda wkoll mal-postponiment jew l-ittardjar fil-pagamenti; l-informazzjoni fuq in-nefqa pendenti għandha ta' standard baxx. Skont l-informazzjoni disponibbli, l-ammont ta' arrettrati akkumulati fl-2010 huwa ta' aktar minn EUR 1.5 biljun u ser ikollu jiġi ssaldat matul l-2011.

Il-bilanċ primarju tal-gvern (abbażi ta' pagamenti skont id-definizzjoni li hemm fl-MPEF u l-MtF) laħaq EUR 5.5 biljun, fejn il-limitu massimu kien EUR 5.7 biljun. Fil-komunikazzjoni preċedenti, l-istima kienet li l-kriterju seta' ma jintlaħaqx b'EUR 1.5 biljun (0.6 fil-mija tal-PDG), abbażi tas-suppożizzjoni li ma jkun hemm l-ebda akkumulazzjoni ta' arrettrati.

Tabella 1: Eżekuzzjoni tal-baġit tal-Istat

2009 | 2010 |

abbażi ta' pagamenti (miljuni ta' EUR) | Jannar - Diċembru | Bidla f’% | Pjanijiet ta' Mejju 2010 |

Dħul totali | 50531 | 54240 | 7,3 | 55715 |

Dħul qabel ir-rifużjonijiet | 53443 | 56147 | 5,1 | 57800 |

Rifużjonijiet tat-taxxa | 4952 | 4979 | 0,5 | 5100 |

Dħul kapitali | 2040 | 3072 | 50,6 | 3015 |

Nefqa totali | 81403 | 73694 | -9,5 | 75187 |

Nefqa primarja | 57992 | 51679 | -10,9 | 52633 |

Imgħax | 12325 | 13223 | 7,3 | 13209 |

Nefqa kapitali | 9588 | 8447 | -11,9 | 9000 |

Oħrajn | 1498 | 345 | -77,0 | 345 |

Bilanċ tal-baġit tal-Istat | -30872 | -19454 | -37,0 | -19472 |

Sors: Uffiċċju tal-Kontabbiltà Ġenerali. Nota: Din it-tabella ma tinkludix il-pagamenti għall-akkwist militari (EUR 1 biljun fl-2010, li naqas b'aktar minn 30 fil-mija meta mqabbel mal-2009. |

Fl-2010 il-proporzjon tad-dejn għal PDG tal-amministrazzjoni pubblika laħaq 142.5 fil-mija, meta mqabbel mal-mira oriġinali ta' 133 fil-mija tal-PDG. Id-differenza ġejja l-aktar mir-riklassifikazzjoni tal-entitajiet pubbliċi fl-amministrazzjoni pubblika, fosthom għall-ewwel darba fl-2009 il-kontijiet fiskali, iżda wkoll mill-prestazzjoni tad-defiċit fl-2010 li kienet agħar milli mistenni. Madankollu, il-limitu massimu għaż-żieda fid-dejn tal-gvern stabbilit mid-Deċiżjonijiet ġie rispettat (limitu massimu: EUR 34 058; eżitu stmat: EUR 28 870).

3. Prospetti għall-2011 u 2012-2014

Il-Gvern Grieg ikkonferma l-impenn tiegħu li jilħaq il-miri fiskali għall-2011 kif stipulati mid-Deċiżjoni tal-Kunsill. B'defiċit u livelli ta' dejn inizjali ogħla milli kienu mistennija, u PDG iżgħar milli kien mistenni huma meħtieġa sforzi ta' konsolidazzjoni akbar. L-istrateġija fiskali tibqa' marbuta mal-perkors ta' konsolidazzjoni miftiehem f'Mejju 2010. Il-Gvern Grieg għalhekk iddeċieda li jirkupra l-progress kollu li ntilef fl-2010, ħalli jirrestawra malajr pożizzjoni fiskali sostenibbli u b'hekk iżomm il-ħtiġijiet finanzjarji f'konformità mal-programm u jsostni l-kunfidenza fis-suq. Il-baġit tal-2011 - ippreżentat mill-Parlament Grieg fit-22 ta' Diċembru 2010 - fih 2¼ fil-mija tal-PDG f'miżuri ġodda għat-tnaqqis tad-defiċit. Dan itella' l-miżuri totali ta' konsolidazzjoni fiskali fl-2011 - inklużi dawk miftehma f'Mejju - għal 5¾ fil-mija tal-PDG. Madwar żewġ terzi tal-miżuri l-ġodda miftiehma f'Novembru huma fl-infiq, u l-biċċa l-kbira minnhom huma ta' natura strutturali; EUR 0.7 biljun, (jew 0.3 fil-mija tal-PDG) tal-miżuri huma temporanji.

Il-biċċa l-kbira tal-miżuri fiskali li jsejsu l-mira tad-defiċit tal-2011 ġew leġiżlati u bdew jiġu implimentati. Il-miżuri jinkludu tnaqqis fl-infiq mhux produttiv u bla mira, tnaqqis fil-kuntratti qosra fis-settur pubbliku, sussidji universali għall-unitajiet domestiċi mmirati aħjar (bħas-sussudji għall-fjuwil għat-tisħin u l-benefiċċji familjali), u maniġment u użu aħjar tal-assi tal-istat, partikolarment fil-ġbir tat-taxxi arretrati. Il-baġit tal-2011 beda wkoll jindirizza żewġ problemi strutturali ewlenin - infiq eċċessiv fuq is-saħħa u t-telf mill-intrapriżi tal-istat. Il-ksib tal-miri baġitarji tal-2011 jimplika żieda fid-dħul totali mit-taxxi ta' aktar minn EUR 1.5 biljun (jew madwar ¾ fil-mija tal-PDG), meta mqabbel mal-2010, miri li huma ta' sfida u jiddependu ħafna fuq riżultati konkreti fil-ġlieda kontra l-evazzjoni tat-taxxa u ż-żieda fl-effiċjenza tal-mekkaniżmu

Skont il-baġit tal-2011, id-defiċit tal-gvern (ESA95) ser ikun EUR 16.8 biljun (7.6 fil-mija tal-PDG). Madankollu, abbażi tal-aħħar informazzjoni disponibbli s-servizzi tal-Kummissjoni jipprevedu li l-defiċit ESA95 tal-2011 jista' jkun ta' EUR 18.8 biljun, (data cut-off għal din il-previżjoni l-11 ta' Frar 2011). Għalhekk, sakemm ma jsir xejn, id-defiċit 2011 ser ikun ¾ ta' punt perċentwali tal-PDG ogħla mil-livell massimu. Bl-eżekuzzjoni tal-baġit tal-istat ta' Jannar 2011 (abbażi ta' pagamenti) bi prestazzjoni taħt il-mira tax-xahar, l-aktar minħabba li d-dħul għadu qiegħed jidgħajjef, id-diskrepanza fiskali annwali implikata ġejja l-aktar mill-istennijiet anqas favorevoli fit-tkabbir tal-bażijiet tat-taxxa, stimi aġġornati għall-miżuri fiskali li għandhom jiġu implimentati matul is-sena, kif ukoll effett fil-bażi mill-eżiti agħar mill-mistenni għall-2010 ta' diversi kategoriji ta' dħul. Aktar minhekk, in-nefqa fuq l-interessi mistennija tkun ogħla milli bbaġitjat.

Skont il-liġi tal-baġit organika Griega, il-gvern għandu jipprepara l-istrateġija fiskali għat-tul medju ta' żmien għas-snin 2012-15. Il-gvern ser ifassal il-politika fiskali li għandha tiġi implimentata fit-tul medju ta' żmien, bil-ħsieb li jnaqqas id-defiċit ġenerali tal-gvern taħt it-3 fil-mija tal-PDG sal-2014 u aktar fis-snin ta' wara. L-istimi tas-servizzi tal-Kummissjoni jissuġġerixxu li d-diskrepanza fiskali bejn xenarju bażiku bla politika u l-mira tal-2014 stipulata fid-Deċiżjoni tal-Kunsill bħalissa hija ta' xi 8 fil-mija tal-PDG (tabella 2), li minnhom, miżuri fiskali ta' madwar 2 fil-mija tal-PDG diġà kienu ġew identifikati f'Mejju, għalkemm ma għandhomx jiġu esklużi reviżjonijiet tal-impatt baġitarju tagħhom.

Tabella 2: Kontabbiltà tad-defiċit: Defiċit mis-sena ta' qabel għal li jmiss |

EUR miljuni | % tal-PGD |

Miżuri kumulattivi | Miżuri kumulattivi |

2010-2014 | 2012- 2014 | 2010-2014 | 2012-2014 |

Defiċit 2009 | 36150 | 15,4 |

Diskrepanza nominali fid-defiċit fl-2010 | 3880 | 1,7 |

Miżuri implimentati fl-2010 | 18000 | 18000 | 7,8 | 7,8 |

Impatt fuq il-proporzjon tat-tkabbir nominali tal-PDG | -- | 0,2 |

Defiċit 2010 | 22030 | 9,6 |

Diskrepanza nominali fid-defiċit fl-2011 | 9226 | 4,1 |

Miżuri implimentati fl-2011 | 12450 | 30450 | 5,5 | 13,5 |

Miżuri mhux identifikati | 1741 | 1741 | 0,7 | 0,7 |

Impatt fuq il-proporzjon tat-tkabbir nominali tal-PDG | -- | 0,1 |

Defiċit 2011 (mira) | 17065 | 7,6 |

Diskrepanza nominali fid-defiċit fl-2012 | 5455 | 2,4 |

Miżuri identifikati għall-2012* | 5575 | 36025 | 5575 | 2,4 | 15,7 | 2,4 |

Miżuri mhux identifikati għall-2012 | 2029 | 3770 | 3770 | 0,9 | 1,6 | 1,6 |

Impatt fuq il-proporzjon tat-tkabbir nominali tal-PDG | -- | -0,1 |

Defiċit 2012 (mira) | 14916 | 6,4 |

Diskrepanza nominali fid-defiċit fl-2013 | 2218 | 0,9 |

Miżuri identifikati għall-2013* | 575 | 36600 | 6150 | 0,2 | 15,5 | 2,6 |

Miżuri mhux identifikati għall-2013 | 5160 | 8931 | 8930 | 2,2 | 3,8 | 3,8 |

Impatt fuq il-proporzjon tat-tkabbir nominali tal-PDG | -- | -0,2 |

Defiċit 2013 (mira) | 11399 | 4,8 |

Diskrepanza nominali fid-defiċit fl-2014 | 491 | 0,2 |

Miżuri identifikati għall-2014* | -1050 | 35550 | 5100 | -0,4 | 14,6 | 2,1 |

Miżuri mhux identifikati għall-2014 | 5573 | 14504 | 14504 | 2,3 | 5,9 | 5,9 |

Impatt fuq il-proporzjon tat-tkabbir nominali tal-PDG | -- | -0,6 |

Defiċit 2014 (mira) | 6385 | 2,6 |

* Miżuri għall-2012, 2013 u 2014 identifikati u kwantifikati fil-programm oriġinali ta' Mejju huma soġġetti għal reviżjoni. |

Id-defiċit fis-sena t huwa ugwali għad-defiċit fis-sena t-1 biż-żieda tad-diskrepanza nominali fid-defiċit fis-sena t anqas il-miżuri identifikati anqas il-miżuri mhux identifikati (u għall-proporzjonijiet: biż-żieda tal-impatt fuq il-proporzjon tal-PDG nominali). Id-diskrepanza fid-defiċit tinkludi ż-żieda fil-livell tad-defiċit li kieku sseħħ mingħajr miżuri. Tinkludi b'mod partikolari ż-żieda strutturali fin-nefqa tal-pensjonijiet, iż-żieda fin-nefqa tal-interessi u żieda strutturali oħra fl-infiq. Id-diskrepanza fid-defiċit ġiet ikkalkolata bis-suppożizzjoni tal-iffriżar fil-pagi u l-implimentazzjoni tar-regola 1 għal kull 5 bejn ir-reklutaġġ u l-impjiegi li jispiċċaw. Tirrifletti wkoll iż-żieda/tnaqqis fid-dħul minħabba l-iżviluppi fil-bażijiet tat-taxxa. |

6. progress bir-riformi strutturali

L-aġenda tar-riforma strutturali fil-Greċja qiegħda tiġi implimentata. Sar progress fir-riformi fiskali strutturali, għalkemm f'xi każijiet kienu kajmana aktar milli ppjanat. Il-gvern qiegħed isaħħaħ il-qafas leġiżlattiv sabiex jiġġieled l-evażjoni tat-taxxa u jimmodernizza l-amministrazzjoni tat-taxxa. Ir-riformi tal-istituzzjonijiet baġitarji, fosthom l-Uffiċċju tal-Kontabbiltà Ġenerali, qegħdin jipprogressaw - il-gvern stabbilixxa limiti massimi għall-infiq tal-Istat u miri tad-defiċit għall-amministrazzjoni pubblika u għamel progress biex id-dejta fiskali tkunu lesta fil-ħin, għalkemm il-kwalità u l-ambitu jeħtiġilhom jitjiebu aktar. L-immaniġjar fiskali mil-lat tal-infiq tal-baġit ukoll jeħtiġlu jitjieb, partikolarment fir-rigward tal-baġit għall-investiment u l-akkwist militari. Sar progress fir-riforma tal-kura tas-saħħa - l-ewwel pakkett ta' riformi ġie adottat f'nofs Frar 2011. Madankollu, għadd ta' miżuri fiskali strutturali ġew ittardjati, fosthom is-simplifikazzjoni tas-sistema tar-remunerazzjoni tas-settur pubbliku u li l-Awtorità Unika tal-Pagamenti (SPA) tibda taħdem bis-sħiħ. Għalkemm xi ftit tard, il-preparazzjoni għall-analiżi funzjonali tal-amministrazzjoni ċentrali u l-programmi soċjali issa qiegħda tagħmel progress.

Il-Gvern impenja ruħu li jippubblika inventarju tal-assi tal-istat, fosthom interessi f'intrapriżi elenkati u mhux elenkati u proprjetà immobbli u art kummerċjalment vijabbli. Dan ser jikkontribwixxi biex titħaffef il-privatizzazzjoni, li r-rikavat minnha ttella' 'l fuq mill-gvern għal EUR 50 biljun fl-2011-2015, li minnhom EUR 15-il biljun fl-2011-2012.

Il-progress fir-riformi strutturali l-oħra jinsab għaddej, iżda hekk kif ġara fir-riformi fiskali strutturali kien hemm xi dewmien. Bl-adozzjoni tal-liġi tax-xogħol f'Diċembru u l-proposti leġiżlattivi biex jinfetħu l-professjonijiet protetti, il-Greċja effettivament nediet mewġa ġdida ta' riformi strutturali. Qiegħda titwaqqaf taskforce indipendenti ta' esperti tal-politika tal-edukazzjoni bħala l-ewwel pass lejn riforma fl-edukazzjoni. Qegħdin jiġu adottati atti leġiżlattivi, jew mistennija jiġu adottati dalwaqt, bil-għan li jitneħħew ir-restrizzjonijiet eżistenti fuq il-libertà tal-forniment ta' servizzi, jiġi rriformat is-settur tal-enerġija, tiġi ssimplifikata l-leġiżlazzjoni u jitħaffef il-proċess tal-liċenzjar tal-intraprizi, l-attivitajiet u l-professjonijiet industrijali, kif ukoll jiġi mmodifikat il-qafas istituzzjonali tal-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni Ellenika (HCC).

7. Kompletezza tal-Informazzjoni meħtieġa

Ir-rapport li tressaq mill-Greċja, u d-dejta trażmessa regolarment lill-Kummissjoni, jinkludu l-biċċa l-kbira tar-rekwiżiti tal-informazzjoni stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill. B'mod partikolari, ir-rapport fih informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri konkreti implimentati (u li għandhom jiġu implimentati) biex tikkonforma mad-Deċiżjoni u l-impatt baġitarju rispettiv tagħhom.

Id-dejta dwar l-eżekuzzjoni baġitarja statali ta' kull xahar ingħatat fil-ħin mill-Uffiċċju tal-Kontabbiltà Ġenerali, bl-aħħar dejta (għal Jannar 2011) tiġi ppubblikata fit-12 ta' Frar 2011. Barra minn dan, id-dejta dwar l-evoluzzjoni fix-xahar tal-arrettrati għall-istat u parti kbira mis-setturi li mhumiex tal-istat tal-amministrazzjoni ġenerali qiegħda tiġi pprovduta wkoll, wara l-aġġornamenti ta' kull xahar ippubblikati mill-Uffiċċju tal-Kontabbilità Ġenerali. Għalkemm il-livell ta' dettall tad-dejta annwali għas-setturi li mhumiex tal-istat tal-gvern tjieb, il-forniment tad-dejta fix-xahar dwar l-implimentazzjoni baġitarja mill-fondi soċjali, l-entitajiet ekstrabaġitarji u l-gvernijiet lokali għadu mhux sħiħ. Ir-rapport jippreżenta l-iżvilupp tal-għadd ta' persunal permanenti fis-settur pubbliku minn tmiem l-2009, fosthom il-persunali permanenti tal-amministrazzjoni ċentrali, l-entitajiet pubbliċi, l-awtoritajiet lokali, l-entitajiet legali tal-istat tal-liġi privata, il-forzi tas-sigurtà, il-persunal militari u l-kleru. Ir-rapport fih l-informazzjoni meħtieġa fir-rigward tal-ħruġ u r-rimborż ta' dejn, u dwar il-qagħda finanzjarja tal-ikbar intrapriżi tal-istat. Barra minn dan, ir-rapport fih minjiera ta' informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali b'reazzjoni għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010[9] u għall-konformità mal-MPEF u l-MtF.

8. Konklużjoni

Ġie stmat li l-limitu massimu tad-defiċit tal-gvern (bażi ESA95) għall-2010 stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill ma ntlaħaqx b'madwar EUR 4.1 biljun u li ammonta għal EUR 22 biljun (9.6 fil-mija tal-PDG) minflok EUR 18.5 biljun (8 fil-mija tal-PDG). Dan jammonta, madanakollu, għal tnaqqis fil-proporzjon tad-defiċit ta' kważi 6 punti meta mqabbel mal-2009. Il-proporzjon tad-dejn tal-gvern huwa stmat li żdied minn 127 fil-mija tal-PDG fi tmiem l-2009 għal 141 fil-mija fl-2010.

Għall-2011, il-baġit adottat mill-Parlament huwa f'konformità mal-limiti massimi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill għalkemm ser tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri sabiex jinżamm il-limitu massimu tad-defiċit. Il-Gvern qiegħed attwalment jelabora aktar miżuri sostenibbli li ser ikunu meħtieġa sabiex ikompli jonqos id-defiċit fis-snin ta' wara. Partikolarment, il-gvern diġà ħabbar il-linji ġenerali tal-istrateġija tal-baġit għat-tul medju ta' żmien, li l-abbozz tagħha ser ikun disponibbli fl-aħħar ta' Marzu, jiġi adottat mill-Kunsill tal-Ministri sa nofs April u vvotat fil-Parlament sa nofs Mejju. Fil-kuntest tal-istrateġija għat-tul medju ta' żmien, ser ikunu meħtieġa miżuri konsolidati fiskali permanenti ta' mill-anqas 8 fil-mija tal-PDG, li minnhom 6 fil-mija tal-PDG għadhom iridu jiġi identifikati, sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri tad-defiċit sal-2014 u li l-proporzjon tad-dejn mal-PDG jitqiegħed fuq perkors 'l isfel sostenibbli. Pjan akbar ta' privatizzazzjoni huma mistenni li jnaqqas il-proporzjoni tad-dejn bi kważi 20 punt perċentwali tal-PDG fi żmien ħames snin.

Kollox ma' kollox, minkejja ż-żelqa fiskali fl-2010, il-Greċja qiegħda tħejji ruħha biex tieħu l-azzjonijiet meħtieġa u biex timplimenta l-politiki neċessarji biex tibqa' fid-direzzjoni t-tajba, bil-mira li d-defiċit eċċessiv jispiċċa sal-2014, kif meħtieġ fid-Deċiżjoni tal-Kunsill. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Greċja qed tikkonforma b'mod sodisfaċenti mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Mejju 2010, filwaqt li qed tirreaġixxi għar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 u qiegħda timplimenta l-miżuri deskritti fl-MPEF u l-MtQ aġġornati tat-22 ta' Novembru 2010.

ANNESS I: MIŻURI MEĦTIEĠA MID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL, LI JRIDU JIĠU ADOTTATI SAL-AĦĦAR TA' DIĊEMBRU 2010

Miżuri (kif meħtieġa mil-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill) | Stat ta' progress |

"Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Diċembru 2010: |

(a) l-adozzjoni finali tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2(a); | Osservata. |

(b) l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li ssaħħaħ il-qafas fiskali. Din għandha, b’mod partikolari tinkludi l-istabbiliment ta’ qafas fiskali għat-tul medju ta’ żmien, il-ħolqien ta’ riżerva ta’ kontinġenza obbligatorja fil-baġit li tikkorrispondi għal 5 fil-mija tal-approprjazzjonijiet totali tad-dipartimenti tal-gvern, esklużi s-salarji, il-pensjonijiet u l-interessi, il-ħolqien ta’ mekkaniżmi tal-monitoraġġ tan-nefqa aktar b’saħħithom u l-istabbiliment ta’ uffiċċju tal-baġit taħt il-Parlament; | Osservata parzjalment. Il-liġi organika ġdida tal-baġit leġiżlata f'Settembru 2010 diġà ġiet applikata mal-liġi tal-baġit tal-2011. Il-Gvern għandu jadotta sa Mejju 2011 il-qafas baġitarju fiskali għat-tul medju ta' żmien li ser ikun il-bażi għall-baġit 2012. L-uffiċċju tal-baġit taħt il-Parlament, filwaqt li ġie lleġiżlat għadu ma nħoloqx. |

(f) żieda sinifikanti fir-rata ta’ assorbiment tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni; | Osservata. |

(i) leġiżlazzjoni li tissimplifika u taċċelera l-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji għall-intrapriżi, l-attivitajiet industrijali u l-professjonijiet; | Osservata parzjalment, ittardjata. Il-liġi tal-liċenzjar hija mistennija tiġi vvotata fil-Parlament dalwaqt. |

(j) modifika tal-qafas istituzzjonali tal-awtorità dwar il-kompetizzjoni Ellenika (HCC) bl-għan li tiżdied l-indipendenza tagħha, jiġu stabbiliti skadenzi raġonevoli għall-investigazzjonijiet u l-għoti ta’ deċiżjonijiet u tingħata l-poter li tirrifjuta l-ilmenti; | Għadha għaddejja, ittardjata. Għandha titressaq quddiem il-Parlament dalwaqt. |

(k) immaniġjar aħjar tal-assi pubbliċi, bil-għan li jinġabru mill-inqas EUR 7 biljuni matul il-perijodu 2011-2013, li minnhom mill-anqas EUR 1 biljun fl-2011 u r-rikavat mill-bejgħ tal-assi (assi ta' proprjetà immobbli u assi finanzjarji) għandu jintuża biex jinfeda d-dejn u mhux se jnaqqas l-isforzi tal-konsolidazzjoni fiskali għall-konformità mal-limiti massimi tad-defiċit fl-Artikolu 1(2); | Osservat. Il-gvern ħabbar l-assi li bi ħsiebu jipprivatizza matul l-2011-13. Il-pjan għandu jiġi rrivedut f'konformità mal-intenzjonijiet tal-gvern li jżid id-dħul mill-privatizzazzjoni għal EUR 50 biljun fl-2011-2015. |

(l) miżuri li għandhom l-għan li jneħħu r-restrizzjonijiet eżistenti għal-libertà tal-forniment ta' servizzi; | Għadhom għaddejjin b'ittardjar. Diversi miżuri għandhom jiġu lleġiżlati dalwaqt. |

(m) digriet li jipprojbixxi lill-gvernijiet lokali milli jkollhom defiċits mill-inqas sal-2014; tnaqqis fit-trasferimenti lill-gvernijiet lokali f’konformità mal-iffrankar ippjanat u t-trasferimenti tal-kompetenzi; | Osservat. |

(n) pubblikazzjoni ta’ projezzjonijiet interim fuq medda twila ta’ żmien tan-nefqa fuq il-pensjonijiet sal-2060 kif stabbilit fir-riforma leġiżlattiva ta’ Lulju 2010 li tkopri l-iskemi ewlenin tal-pensjonijiet (IKA, inkluża l-iskema tal-pensjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil, OGA u OAEE); | Osservata. |

(o) implimentazzjoni ta’ sistema uniformi ta’ preskrizzjoni elettronika; pubblikazzjoni tal-lista sħiħa tal-prezzijiet tal-mediċini fis-suq; applikazzjoni tal-lista ta’ mediċini li mhumiex rimborżati u lista ta’ mediċini li jistgħu jinbigħu mingħajr preskrizzjoni; pubblikazzjoni tal-lista l-ġdida ta’ mediċini rimburżati bl-użu tas-sistema ġdida ta’ prezz ta’ referenza; l-użu tal-informazzjoni li titqiegħed għad-disponibbli permezz tal-preskrizzjoni elettronika u l-iskennjar għall-ġbir ta’ rifużjonijiet mill-kumpaniji farmaċewtiċi; introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ li jippermetti li n-nefqa farmaċewtika tkun ivvalutata kull xahar; infurzar ta’ kopagamenti ta’ EUR 5 għal servizzi outpatient regolari u l-estensjoni ta’ kopagamenti ta’ żjarat mhux meħtieġa lid-dipartimenti tal-emerġenza; pubblikazzjoni ta’ kontijiet awditjati għall-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa; u l-ħolqien ta’ taskforce indipendenti ta’ esperti tal-politika tas-saħħa li l-kompitu tagħhom huwa li sal-aħħar ta’ Mejju 2011 jipproduċu rapport dettaljat għal riforma kumplessiva tas-sistema tas-saħħa bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema tas-saħħa; | Għadha għaddejja. Diversi miżuri qegħdin jiġu lleġiżlati jew implimentati. |

(q) tnaqqis ulterjuri fin-nefqa operazzjonali b'mill-inqas 5 fil-mija li jwassal għal iffrankar ta' mill-inqas EUR 100 miljun; | Osservat. |

(r) tnaqqis ulterjuri fit-trasferimenti li jrendi ffrankar għall-gvern kollu ta’ mill-inqas EUR 100 miljun. L-entitajiet pubbliċi benefiċjarji se jiżguraw tnaqqis assoċjat fin-nefqa sabiex ma jkunx hemm akkumulazzjoni ta’ arrettrati; |

s) verifika tal-mezzi tal-familji minn Jannar 2011 'il quddiem li se jrendi iffrankar ta’ mill-inqas EUR 150 miljun (nett mill-kostijiet amministrattivi rispettivi); | Osservata. |

(t) tnaqqis mix-xiri ta’ tagħmir militari (kunsinni) b’mill-inqas EUR 500 miljun meta mqabbel mal-livell reali tal-2010; | Ippjanat. Għandu jiġi vvalutata sal-aħħar tas-sena. |

(u) tnaqqis fin-nefqa farmaċewtika mill-fondi tas-sigurtà soċjali b’EUR 900 miljun minħabba tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-mediċini u minħabba proċeduri ġodda tal-akkwist pubbliku; u mill-isptarijiet (inkluża wkoll in-nefqa fuq it-tagħmir) b’mill-inqas EUR 350 miljun; | Osservat. |

(v) tibdil fil-maniġment, l-ipprezzar u l-pagi tal-intrapriżi pubbliċi li se jrendi ffrankar ta’ mill-inqas EUR 800 miljun; | Osservat. |

(w) ekwalizzazzjoni tat-tassazzjoni fuq iż-żejt tat-tisħin u d-dijżil wara l-15 ta’ Ottubru 2011, bl-għan li jkunu miġġielda l-frodi u li se trendi EUR 400 miljun fl-2011 netti mill-miżuri speċifiċi li jipproteġu l-faxex tal-popolazzjoni l-inqas prosperi; | Mhux osservata. L-att biex tiġi ekwilizzata t-taxxa fuq iż-żejt tat-tisħin u d-dijżil għadu ma ġiex illeġiżlat. Il-benefiċċju fiskali speċifiku fuq iż-żejt tat-tisħin li ser jiġi rrevokat japplika biss fil-ħarifa u x-xitwa, għalhekk id-dewmien fl-adozzjoni tal-att sa issa ma kellux impatt materjali fuq id-dħul mit-taxxi u n-nefqa mit-taxxi. |

(x) żieda fir-rati mnaqqsa tal-VAT minn 5.5 % għal 6.5 % u minn 11% għal 13%, li se trendi mill-inqas EUR 880 miljun u tnaqqis fir-rata tal-VAT applikabbli għall-mediċini u l-akkomodazzjoni fil-lukandi minn 11% għal 6.5% b’kost li ma jaqbiżx EUR 250 miljun, netti mill-iffrankar għall-fondi tas-sigurtà soċjali u l-isptarijiet li jirriżulta mir-rata iktar baxxa tal-VAT fuq il-mediċini; | Osservata. |

(y) intensifikazjoni tal-ġlieda kontra l-kuntrabandu tal-fjuwil (mill-inqas EUR 190 miljun); |

z) żieda fit-tariffi tal-qrati (mill-inqas EUR 100 miljun); |

(aa) implimentazzjoni ta' pjan ta' azzjoni biex jitħaffef il-ġbir tal-arrettrati tat-taxxa (tal-anqas EUR 200 miljun); |

(bb) jitħaffef il-proċess tal-ġbir tal-penalitajiet fiskali (mill-anqas EUR 400 miljun); |

(cc) il-ġbir tad-dħul li jirriżulta mill-qafas il-ġdid tat-tilwim u l-proċeduri legali fiskali (mill-inqas EUR 300 miljun); |

(dd) dħul mit-tiġdid tal-liċenzji tat-telekomunikazzjoni li waslu biex jiskadu (mill-inqas EUR 350 miljun); |

(ee) dħul minn konċessjonijiet (mill-inqas EUR 250 miljun); |

(ff) pjan ta ' ristrutturazzjoni għan-netwerk tat-trasportazzjoni ta' Ateni (OASA). L-għan tal-pjan għandu jkun li jitnaqqas it-telf operazzjonali tal-kumpanija u jagħmilha ekonomikament vijabbli. Il-pjan għandu jinkludi tnaqqis fin-nefqa operazzjonali tal-kumpanija u żidiet fit-tariffi. L-azzjonijiet meħtieġa għandhom jiġu implimentati sa Marzu 2011; | Għadha għaddejja. Huwa disponibbli abbozz tal-pjan ta' negozju. |

(gg) att li jillimita r-reklutaġġ fl-amministrazzjoni pubblika kollha għal proporzjon ta’ mhux iktar minn reklutaġġ wieħed għal kull ħames persuni li jirtiraw jew jitkeċċew mingħajr eċċezzjonijiet settorjali u inkluż persunal trasferit minn intrapriżi pubbliċi taħt ristrutturazzjoni għal entitajiet pubbliċi; | Osservat |

(hh) atti li jsaħħu l-istituzzjoni tas-suq tax-xogħol u li jistabbilixxu li: ftehimiet fil-livell ta' kumpanija jipprevalu fuq dawk taħt ftehimiet settorjali u okkupazzjonali mingħajr restizzjonijiet mhux xierqa; ftehimiet kollettivi fil-livell tal-kumpanija ma jkunux restritti minn rekwiżiti rigward tad-daqs minimu tal-kumpaniji; it-tneħħija tal-estensjoni ta’ ftehimiet tas-settur u okkupazzjonali għal partijiet mhux rappreżentati fin-negozjati; il-perjodu ta’ prova għal xogħlijiet ġodda huwa estiż; limiti temporanji fl-użu ta’ aġenziji ta’ xogħol temporanju huma eliminati; impedimenti għal użu akbar ta’ kuntratti ta’ żmien determinat huma mneħħija; id-dispożizzjoni li tistabbilixxi remunerazzjoni fis-siegħa ogħla għall-ħaddiema part-time hija eliminata; u mmaniġjar aktar flessibbli tal-ħinijiet tax-xogħol inkluż ix-xogħol part-time bix-xift huwa permess. | Osservati parzjalment. Il-liġi 3899/2010 tistabbilixxi li l-intrapriżi u l-impjegati tagħhom jistgħu jaqblu dwar ftehimiet kollettivi fuq livell ta' kumpanija (SFLCA) li jiddevjaw in peius mill-ftehimiet settorjali. Għaddej il-proċess biex jiġi kkostitwiet il-bord il-ġdid tal-OMED. Ir-rekwiżiti li l-perjodu ta' prova għal impjiegi ġodda jiġi estiż għal sena, bl-eliminazzjoni tal-limiti temporali fl-użu tal-aġenziji tax-xogħol temporanju u t-tneħħija tad-dispożizzjoni li tistabbilixxi remunerazzjoni fis-siegħa ogħla lill-ħaddiem part-time ġew osservati. L-eliminazzjoni meħtieġa tal-estensjoni ta’ ftehimiet settorjali u okkupazzjonali għal partijiet mhux rappreżentati fin-negozjati ma seħħitx. Ir-rekwiżiti li tiġi adottata leġiżlazzjoni biex jitneħħew l-impedimenti għal użu akbar tal-kuntratti b'terminu fiss u jkun permess immaniġjar tal-ħinijiet tax-xogħol aktar flessibbli ma ġewx issodisfati. |

[1] ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6-11

[2] COM(2010) 739 finali.

[3] 'Il-Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja - It-Tielet Analiżi, ' L-Ekonomija Ewropea - Dokumenti Okkazzjonali Nru 77 (Frar 2011). Il-qarrej huwa rreferut għal dak id-dokument għal valutazzjoni aktar dettaljata tal-iżviluppi fir-riforma makroekonomika, finanzjarji, fiskali u strutturali.

[4] Memorandum ta' Politiki Ekonomiċi u Finanzjarji, u Memorandum ta' Ftehim dwar il-Kundizzjonalità Speċifika tal-Politika Ekonomika tat-3 ta' Mejju, aġġornat fis-22 ta' Novembru 2010.

[5] Il-Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja – Rapport ippreżentat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill – Frar 2011 . Dan ir-rapport tressaq mill-Gvern Grieg fit-12 ta' Frar 2011. Jinsab fi: http://ec.europa.eu/economy_finance/eu/countries/greece_en.htm.

[6] Dawn il-proporzjonijiet tal-PDG huma indikattivi. Fid-Deċiżjoni tal-Kunsill, il-proporzjonijiet tal-PDG jirreferu għaċ-ċifri nominali tal-PDG li kienu disponibbli f'Mejju: 8.0, 7.6, 6.5, 4.9 u 2.6 fil-mija tal-PDG mill-2010 sal-2014, respettivament. Il-perkors ta' aġġustament stabbilit permezz tad-Deċiżjoni jirrikjedi li ż-żieda annwali fid-dejn gross konsolidat tal-amministrazzjoni pubblika ma taqbiżx: EUR 34 058 miljun fl-2010; EUR 17 365 miljun fl-2011; EUR 15 016-il miljun fl-2012; EUR 11 599 miljun fl-2013 u EUR 7 885 miljun fl-2014. Meta jitqiesu ċ-ċifri riveduti tad-dejn fl-aħħar tal-2009 u l-aħħar projezzjonijiet nominali tal-PDG, dan jikkorrispondi għal proporzjonijiet tad-dejn ta' 145, 155, 159, 19 u 17 fil-mija tal-PDG mill-2010 sal-2014, respettivament.

[7] ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6.

[8] ĠU L 26, 29.1.2011, p. 15.

[9] Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2010/190/UE) lill-Greċja tas-16 ta' Frar 2010 bil-ħsieb li tiġi mitmuma l-inkonsistenza mal-linji gwida wesgħin tal-politiki ekonomiċi fil-Greċja u li jitneħħa r-riskju li jiġi pperikolat il-funzjonament korrett tal-unjoni ekonomika u monetarja (ĠU L 83, 30.3.2010, p. 63).

Top